EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32010R0557

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 557/2010 tal- 24 ta’ Ġunju 2010 li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 1518/2003, (KE) Nru 596/2004, (KE) Nru 633/2004, (KE) Nru 1345/2005, (KE) Nru 2014/2005, (KE) Nru 239/2007, (KE) Nru 1299/2007, (KE) Nru 543/2008, (KE) Nru 589/2008, (KE) Nru 617/2008 u (KE) Nru 826/2008 fir-rigward tal-obbligi ta' notifika fi ħdan l-organizzazzjoni komuni tas-swieq agrikoli

ĠU L 159, 25.6.2010, p. 13–17 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2010/557/oj

 

ISSN 1725-5104

doi:10.3000/17255104.L_2010.159.mlt

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 159

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 53
25 ta' Ġunju 2010


Werrej

 

II   Atti mhux leġislattivi

Paġna

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 554/2010 tal-24 ta’ Ġunju 2010 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2488/2000 li jżomm fondi ffriżati fejn għandu x’jaqsam is-Sur Milosevic u dawk il-persuni assoċjati miegħu

1

 

*

Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 555/2010 tal-24 ta’ Ġunju 2010 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1412/2006 dwar ċerti miżuri restrittivi fir-rigward tal-Libanu

5

 

*

Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 556/2010 tal-24 ta’ Ġunju 2010 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1763/2004 li jimponi ċerti miżuri restrittivi biex isostnu l-implimentazzjoni effettiva tal-mandat tal-Qorti Kriminali Internazzjonali għal dik li qabel kienet il-Jugoslavja (ICTY)

9

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 557/2010 tal-24 ta’ Ġunju 2010 li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 1518/2003, (KE) Nru 596/2004, (KE) Nru 633/2004, (KE) Nru 1345/2005, (KE) Nru 2014/2005, (KE) Nru 239/2007, (KE) Nru 1299/2007, (KE) Nru 543/2008, (KE) Nru 589/2008, (KE) Nru 617/2008 u (KE) Nru 826/2008 fir-rigward tal-obbligi ta' notifika fi ħdan l-organizzazzjoni komuni tas-swieq agrikoli

13

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 558/2010 tal-24 ta’ Ġunju 2010 li jemenda l-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 853/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi regoli speċifiċi ta’ iġjene għall-ikel li joriġina mill-annimali ( 1 )

18

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 559/2010 tal-24 ta’ Ġunju 2010 li jistabbilixxi l-valuri fissi tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

22

 

 

Rettifika

 

*

Rettifika għad-Dikjarazzjoni tad-dħul u l-infiq tal-Aġenzija Ewropea dwar is-Sigurtà tan-Netwerks u l-Informazzjoni għas-sena finanzjarja 2009 – Baġit ta' Emenda Nru 2 ( ĠU L 18, 22.1.2010 )

24

 


 

(1)   Test b’relevanza għaż-ŻEE

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


II Atti mhux leġislattivi

REGOLAMENTI

25.6.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 159/1


REGOLAMENT TAL-KUNSILL (UE) Nru 554/2010

tal-24 ta’ Ġunju 2010

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2488/2000 li jżomm fondi ffriżati fejn għandu x’jaqsam is-Sur Milosevic u dawk il-persuni assoċjati miegħu

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 215 (2) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-Pożizzjoni Komuni tal-Kunsill 2000/599/PESK tad-9 ta’ Ottubru 2000 dwar appoġġ lil FRY demokratika u t-tneħħija immedjata ta’ ċerti miżuri restrittivi (1), u għall-Pożizzjoni Komuni tal-Kunsill 2000/696/PESK tal-10 ta’ Novembru 2000 fuq il-manteniment ta’ miżuri speċifiċi restrittivi indirizzati kontra s-Sur Milosevic u persuni assoċjati miegħu (2),

Wara li kkunsidra l-proposta konġunta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà u mill-Kummissjoni,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2488/2000 tal-10 Novembru 2000 li jżomm fondi ffriżati fejn għandu x’jaqsam is-Sur Milosevic u dawk il-persuni assoċjati miegħu (3) ikkonferma ċerti miżuri restrittivi f’konformità mal-Pożizzjoni Komuni 2000/599/PESK u l-Pożizzjoni Komuni 2000/696/PESK.

(2)

Huwa adatt li r-Regolament (KE) Nru 2488/2000 jiġi allinjat mal-iżviluppi reċenti fil-prattika tas-sanzjonijiet, minn naħa waħda fir-rigward tal-identifikazzjoni tal-awtoritajiet kompetenti u min-naħa l-oħra fir-rigward tal-Artikolu dwar il-ġurisdizzjoni tal-Unjoni.

(3)

Ir-Regolament (KE) Nru 2488/2000 għandu jiġi emendat kif meħtieġ,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament (KE) Nru 2488/2000 huwa emendat kif ġej:

(1)

Il-paragrafu 2 tal-Artikolu 2 għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:

“2.   Kwalunkwe informazzjoni li d-disposizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament qed ikunu, jew kienu elużi għandha tiġi notifikata lill-awtoritajiet kompetenti kif indikat fil-websites elenkati fl-Anness II u/jew lill-Kummissjoni.”;

(2)

L-Artikolu 3 għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:

“Artikolu 3

1.   Mingħajr preġudizzju għar-regoli applikabbli dwar ir-rappurtar, il-kunfidenzjalità u s-segretezza professjonali, il-persuni fiżiċi u ġuridiċi, l-entitajiet u l-korpi għandhom:

(a)

jipprovdu immedjatament kwalunkwe informazzjoni li tiffaċilita l-konformità ma’ dan ir-Regolament, bħal kontijiet u ammonti ffriżati f’konformità mal-Artikolu 1, lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri kif indikat fil-websites elenkati fl-Anness II għall-pajjiż fejn huma residenti jew ikunu jinstabu, u għandhom jittrażmettu din l-informazzjoni, direttament jew permezz tal-awtorità kompetenti kif indikat fil-websites elenkati fl-Anness II, lill-Kummissjoni; u

(b)

jikkooperaw ma’ dik l-awtorità kompetenti fi kwalunkwe verifika ta’ din l-informazzjoni.

2.   Kwalunkwe informazzjoni addizzjonali li l-Kummissjoni tirċievi direttament għandha titqiegħed għad-disponibbiltà tal-Istat Membru kkonċernat.

3.   Kwalunkwe informazzjoni li tiġi pprovduta jew li tasal skont dan l-Artikolu għandha tintuża biss għall-finijiet li għalihom tkun ngħatat jew waslet.”;

(3)

Il-paragrafi 2 u 3 tal-Artikolu 4 għandhom jiġu sostitwiti b’dan li ġej:

“2.   Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa:

(a)

li temenda l-Anness I, billi tqis id-deċiżjonijiet li jimplimentaw il-Pożizzjoni Komuni 2000/696/PESK,

(b)

fuq bażi eċċezzjonali, li tagħti eżenzjonijiet għall-Artikolu 1 għal finijiet strettament umanitarji,

(ċ)

li temenda l-Anness II abbażi tal-informazzjoni pprovduta mill-Istati Membri.

3.   Kwalunkwe talba minn persuna għall-eżenzjoni msemmija fil-paragrafu 2 (b) jew għal emenda tal-Anness I, għandha ssir permezz tal-awtoritajiet kompetenti kif indikati fil-websites elenkati fl-Anness II.

L-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri għandhom jivverifikaw, bl-aktar mod sħiħ, l-informazzjoni pprovduta mill-persuni li jagħmlu talba.”;

(4)

Għandu jiddaħħal l-Artikolu 8a li ġej:

“Artikolu 8a

1.   L-Istati Membri għandhom jaħtru l-awtoritajiet kompetenti msemmija fl-Artikoli 2, 3 u 4 u jidentifikawhom fil-websites elenkati fl-Anness II. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni dwar kwalunkwe bidla fl-indirizzi tal-websites tagħhom elenkati fl-Anness II qabel ma jidħlu fis-seħħ dawn il-bidliet.

2.   L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni bl-awtoritajiet kompetenti tagħhom, inklużi d-dettalji ta’ kuntatt ta’ dawk l-awtoritajiet kompetenti, sal-15 ta’ Lulju 2010 u għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni mingħajr dewmien bi kwalunkwe emenda sussegwenti.”;

(5)

L-Artikolu 10 għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:

“Artikolu 10

Dan ir-Regolament għandu japplika:

(a)

fit-territorju tal-Unjoni, inkluż l-ispazju tal-ajru tagħha;

(b)

abbord kwalunkwe inġenju tal-ajru jew kwalunkwe bastiment li jaqa’ taħt il-ġurisdizzjoni ta’ Stat Membru;

(ċ)

għal kwalunkwe persuna fit-territorju tal-Unjoni jew barra minnu, li hija ċittadina ta’ Stat Membru;

(d)

għal kull persuna ġuridika, entità jew korp li huwa inkorporat jew kostitwit taħt il-liġi ta’ Stat Membru;

(e)

għal kwalunkwe persuna ġuridika, entità jew korp fir-rigward ta’ kwalunkwe negozju li jsir kompletament jew parzjalment fl-Unjoni.”;

(6)

L-Anness II huwa ssostitwit bit-test fl-Anness ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fil-Lussemburgu, l-24 ta’ Ġunju 2010.

Għall-Kunsill

Il-President

J. BLANCO LÓPEZ


(1)  ĠU L 261, 14.10.2000, p. 1.

(2)  ĠU L 287, 14.11.2000, p. 1.

(3)  ĠU L 287, 14.11.2000, p. 19 (MT: Edizzjoni Speċjali: Kap 10, Vol 1, p. 238).


ANNESS

“ANNESS II

Il-websites li jipprovdu informazzjoni dwar l-awtoritajiet kompetenti msemmija fl-Artikoli 2, 3 u 4 u l-indirizzi għan-notifiki u t-talbiet lill-Kummissjoni Ewropea

 

BELĠJU

http://www.diplomatie.be/eusanctions

 

BULGARIJA

http://www.mfa.government.bg

 

REPUBBLIKA ĊEKA

http://www.mfcr.cz/mezinarodnisankce

 

DANIMARKA

http://www.um.dk/da/menu/Udenrigspolitik/FredSikkerhedOgInternationalRetsorden/Sanktioner/

 

ĠERMANJA

http://www.bmwi.de/BMWi/Navigation/Aussenwirtschaft/Aussenwirtschaftsrecht/embargos.html

 

ESTONJA

http://www.vm.ee/est/kat_622/

 

IRLANDA

http://www.dfa.ie/home/index.aspx?id=28519

 

IL-GREĊJA

http://www.mfa.gr/www.mfa.gr/en-US/Policy/Multilateral+Diplomacy/Global+Issues/International+Sanctions/

 

SPANJA

http://www.maec.es/es/MenuPpal/Asuntos/SancionesInternacionales/Paginas

 

FRANZA

http://www.diplomatie.gouv.fr/autorites-sanctions/

 

ITALJA

http://www.esteri.it/UE/deroghe.html

 

ĊIPRU

http://www.mfa.gov.cy/sanctions

 

LATVJA

http://www.mfa.gov.lv/en/security/4539

 

LITWANJA

http://www.urm.lt/sanctions

 

LUSSEMBURGU

http://www.mae.lu/sanctions

 

UNGERIJA

http://www.kulugyminiszterium.hu/kum/hu/bal/Kulpolitikank/nemzetkozi_szankciok/felelos_illetekes_hatosagok.htm

 

MALTA

http://www.doi.gov.mt/EN/bodies/boards/sanctions_monitoring.asp

 

IL-PAJJIŻI L-BAXXI

http://www.minbuza.nl/nl/Onderwerpen/Internationale_rechtsorde/Internationale_Sancties/Bevoegde_instanties_algemeen

 

AWSTRIJA

http://www.bmeia.gv.at/view.php3?f_id=12750&LNG=en&version=

 

POLONJA

http://www.msz.gov.pl

 

PORTUGALL

http://www.mne.gov.pt/mne/pt/AutMedidasRestritivas.htm

 

RUMANIJA

http://www.mae.ro/index.php?unde=doc&id=32311&idlnk=1&cat=3

 

SLOVENJA

http://www.mzz.gov.si/si/zunanja_politika/mednarodna_varnost/omejevalni_ukrepi/

 

SLOVAKKJA

http://www.foreign.gov.sk

 

FINLANDJA

http://formin.finland.fi/kvyhteistyo/pakotteet

 

ŻVEZJA

http://www.ud.se/sanktioner

 

RENJU UNIT

http://www.fco.gov.uk/en/about-us/what-we-do/services-we-deliver/business-services/export-controls-sanctions/

Indirizz għan-notifiki u talbiet lill-Kummissjoni Ewropea:

European Commission

DG External Relations

Directorate A. Crisis Platform and Policy Coordination in Common Foreign and Security Policy

Unit A2. Crisis Response and Peace Building

CHAR 12/106

B-1049 Bruxelles/Brussel (Belgium)

E-mail: relex-sanctions@ec.europa.eu

Tel.. (32 2) 295 55 85

Fax (32 2) 299 08 73”


25.6.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 159/5


REGOLAMENT TAL-KUNSILL (UE) Nru 555/2010

tal-24 ta’ Ġunju 2010

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1412/2006 dwar ċerti miżuri restrittivi fir-rigward tal-Libanu

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 215(1) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-Pożizzjoni Komuni tal-Kunsill 2006/625/PESK tal-15 ta’ Settembru 2006 dwar projbizzjoni fuq il-bejgħ jew il-forniment ta’ armi u materjal relatat u dwar il-forniment ta’ servizzi relatati lil entitajiet jew individwi fil-Libanu f’konformità mar-Riżoluzzjoni 1701 (2006) tan-NU (1),

Wara li kkunsidra l-proposta konġunta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà u l-Kummissjoni,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) 1412/2006 tal-25 ta’ Settembru 2006 dwar ċerti miżuri ristrettivi fir-rigward tal-Libanu (2) jipprojbixxi l-forniment ta’ ċerta assistenza teknika, il-finanzjament u l-assistenza finanzjarja lil kwalunkwe persuna fil-Libanu jew għall-użu fil-Libanu, f’konformità mal-Pożizzjoni Komuni 2006/625/PESK.

(2)

Jeħtieġ li r-Regolament (KE) Nru 1412/2006 jiġi allinjat mal-iżviluppi riċenti fil-prattika tas-sanzjonijiet, minn naħa waħda fir-rigward tal-identifikazzjoni tal-awtoritajiet kompetenti u min-naħa l-oħra fir-rigward tal-Artikolu dwar il-ġurisdizzjoni tal-Unjoni. Għall-finijiet taċ-ċarezza, l-Artikoli li jeħtieġ li jiġu emendati għandhom jiġu sostitwiti kompletament.

(3)

Ir-Regolament (KE) Nru 1412/2006 għandu jiġi emendat kif meħtieġ,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament (KE) Nru 1412/2006 huwa emendat kif ġej:

(1)

L-Artikolu 3 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Artikolu 3

1.   B’deroga mill-Artikolu 2, l-awtoritajiet kompetenti fl-Istati Membri, kif indikati fil-websites elenkati fl-Anness, jistgħu jawtorizzaw, wara li tkun saret notifika bil-miktub minn qabel mill-Istat Membru kkonċernat lill-Gvern tal-Libanu u l-UNIFIL, u b’dawk il-kondizzjonijiet li huma jqisu li jkunu adatti:

(a)

il-forniment lil kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika, entità jew korp fil-Libanu bl-eċċezzjoni tal-forzi armati tar-Repubblika Libaniża jew l-UNIFIL, ta’ assistenza teknika, finanzjament u assistenza finanzjarja relatati mal-armi jew ma’ materjal relatat li qegħdin jiġu użati jew li huma għall-użu fil-Libanu, sakemm:

(i)

is-servizzi ma jiġux provduti, direttament jew indirettament, lil kwalunkwe milizja li għaliha ntalab id-diżarm mill-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU fir-Riżoluzzjonijiet tiegħu 1559 (2004) u 1680 (2006),

(ii)

l-awtorizzazzjonijiet jingħataw fuq bażi ta’ każ b’każ, u

(iii)

il-Gvern tal-Libanu jew l-UNIFIL ikunu awtorizzaw f’kull każ il-forniment lill-persuna, lill-entità jew lill-korp ikkonċernat tas-servizzi kkonċernati. Jekk il-Gvern tal-Libanu jew l-UNIFIL jawtorizzaw il-forniment speċifiku jew it-trasferiment ta’ persuna, entità jew korp ta’ armi speċifiċi jew materjal relatat, dik l-awtorizzazzjoni tista’ titqies li qed tawtorizza l-forniment lil dik il-persuna, l-entità jew il-korp ta’ assistenza teknika relatata mal-forniment, il-manifattura, il-manutenzjoni u l-użu tal-oġġetti kkonċernati;

(b)

il-forniment lill-forzi armati tar-Repubblika Libaniża ta’ assistenza teknika relatata ma’ attivitajiet militari u ma’ armi jew materjal relatat, u ta’ finanzjament u assistenza finanzjarja relatati mal-attivitajiet militari, sakemm il-Gvern tal-Libanu ma jqajjem l-ebda oġġezzjoni fi żmien erbatax-il (14) jum wara li jirċievi n-notifika.

2.   B’deroga mill-Artikolu 2, l-awtoritajiet kompetenti fl-Istati Membri, kif indikat fil-websites elenkati f’dan l-Anness, jistgħu jawtorizzaw, b’dawk il-kondizzjonijiet li huma jqisu li jkunu adatti:

(a)

il-forniment ta’ assistenza teknika relatata mal-attivitajiet militari u ma’ armi jew materjal relatat, sakemm:

(i)

l-oġġetti li għalihom tirrelata l-assistenza jkunu qegħdin jintużaw jew ikunu ser jiġu użati mill-UNIFIL fit-twettiq tal-missjoni tagħha, u

(ii)

is-servizzi jkunu pprovduti lill-forzi armati li huma jew li ser ikunu parti mill-UNIFIL;

(b)

il-forniment ta’ finanzjament jew assistenza finanzjarja relatata mal-attivitajiet militari u ma’ armi jew materjal relatat, sakemm:

(i)

il-finanzjament jew l-assistenza finanzjarja huma pprovduti lill-UNIFIL, lill-forzi armati ta’ Stat li jipprovdi truppi lill-UNIFIL, jew lil awtorità pubblika li tkun inkarigata mill-akkwist pubbliku għall-forzi armati ta’ dan l-Istat, u

(ii)

l-armi jew il-materjal relatat jiġu akkwistati għall-fini tal-użu mill-UNIFIL jew mill-forzi armati tal-Istat konċernat assenjat lill-UNIFIL.

3.   L-awtoritajiet kompetenti fl-Istati Membri, kif indikat fil-websites elenkati fl-Anness, jistgħu biss jagħtu l-awtorizzazzjonijiet imsemmija fil-paragrafi 1 u 2 qabel l-attività li għaliha jkunu ntalbu.

4.   L-Istat Membru rilevanti għandu jinforma lill-Istati Membri l-oħrajn u lill-Kummissjoni bi kwalunkwe awtorizzazzjoni mogħtija skont il-paragrafi 1 u 2.”;

(2)

Jiddaħħal l-Artikolu 6a li ġej:

“Artikolu 6a

1.   L-Istati Membri għandhom jaħtru l-awtoritajiet kompetenti msemmija fl-Artikolu 3 u jidentifikawhom fil-websites elenkati fl-Anness. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni bi kwalunkwe bidla fl-indirizzi tal-websites tagħhom elenkati fl-Anness qabel ma din il-bidla tieħu effett.

2.   L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni bl-awtoritajiet kompetenti tagħhom, inklużi d-dettalji ta’ kuntatt ta’ dawk l-awtoritajiet kompetenti, sal-15 ta’ Lulju 2010 u għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni bi kwalunkwe emenda sussegwenti.”;

(3)

L-Artikolu 7 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Artikolu 7

Dan ir-Regolament għandu japplika:

(a)

fit-territorju tal-Unjoni, inkluż l-ispazju tal-ajru tagħha;

(b)

abbord kwalunkwe inġenju tal-ajru jew kwalunkwe bastiment li jaqa’ taħt il-ġurisdizzjoni ta’ Stat Membru;

(ċ)

għal kwalunkwe persuna fit-territorju tal-Unjoni jew barra minnu li hija ċittadina ta’ Stat Membru;

(d)

għal kwalunkwe persuna ġuridika, entità jew korp li jkunu inkorporati jew kostitwiti skont il-liġi ta’ Stat Membru;

(e)

għal kwalunkwe persuna ġuridika, entità jew korp fir-rigward ta’ kwalunkwe negozju li jsir kompletament jew parzjalment fl-Unjoni.”;

(4)

L-Anness huwa sostitwit bit-test fl-Anness ma’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Lussemburgu, l-24 ta’ Ġunju 2010.

Għall-Kunsill

Il-President

J. BLANCO LÓPEZ


(1)  ĠU L 253, 16.9.2006, p. 36. (MT: ĠU L 76M, 16.3.2007, p. 331).

(2)  ĠU L 267, 27.9.2006, p. 2. (MT: ĠU L 352M, 31.12.2008, p. 470).


ANNESS

“ANNESS

Il-websites li jipprovdu informazzjoni dwar l-awtoritajiet kompetenti msemmija fl-Artikoli 3, u l-indirizz għan-notifiki lill-Kummissjoni Ewropea

 

IL-BELĠJU

http://www.diplomatie.be/eusanctions

 

IL-BULGARIJA

http://www.mfa.government.bg

 

IR-REPUBBLIKA ĊEKA

http://www.mfcr.cz/mezinarodnisankce

 

ID-DANIMARKA

http://www.um.dk/da/menu/Udenrigspolitik/FredSikkerhedOgInternationalRetsorden/Sanktioner/

 

IL-ĠERMANJA

http://www.bmwi.de/BMWi/Navigation/Aussenwirtschaft/Aussenwirtschaftsrecht/embargos.html

 

L-ESTONJA

http://www.vm.ee/est/kat_622/

 

L-IRLANDA

http://www.dfa.ie/home/index.aspx?id=28519

 

IL-GREĊJA

http://www.mfa.gr/www.mfa.gr/en-US/Policy/Multilateral+Diplomacy/Global+Issues/International+Sanctions/

 

SPANJA

http://www.maec.es/es/MenuPpal/Asuntos/SancionesInternacionales/Paginas

 

FRANZA

http://www.diplomatie.gouv.fr/autorites-sanctions/

 

L-ITALJA

http://www.esteri.it/UE/deroghe.html

 

ĊIPRU

http://www.mfa.gov.cy/sanctions

 

IL-LATVJA

http://www.mfa.gov.lv/en/security/4539

 

IL-LITWANJA

http://www.urm.lt/sanctions

 

IL-LUSSEMBURGU

http://www.mae.lu/sanctions

 

L-UNGERIJA

http://www.kulugyminiszterium.hu/kum/hu/bal/Kulpolitikank/nemzetkozi_szankciok/felelos_illetekes_hatosagok.htm

 

MALTA

http://www.doi.gov.mt/EN/bodies/boards/sanctions_monitoring.asp

 

IL-PAJJIŻI L-BAXXI

http://www.minbuza.nl/nl/Onderwerpen/Internationale_rechtsorde/Internationale_Sancties/Bevoegde_instanties_algemeen

 

L-AWSTRIJA

http://www.bmeia.gv.at/view.php3?f_id=12750&LNG=en&version=

 

IL-POLONJA

http://www.msz.gov.pl

 

IL-PORTUGALL

http://www.mne.gov.pt/mne/pt/AutMedidasRestritivas.htm

 

IR-RUMANIJA

http://www.mae.ro/index.php?unde=doc&id=32311&idlnk=1&cat=3

 

IS-SLOVENJA

http://www.mzz.gov.si/si/zunanja_politika/mednarodna_varnost/omejevalni_ukrepi/

 

IS-SLOVAKKJA

http://www.foreign.gov.sk

 

IL-FINLANDJA

http://formin.finland.fi/kvyhteistyo/pakotteet

 

L-ISVEZJA

http://www.ud.se/sanktioner

 

IR-RENJU UNIT

http://www.fco.gov.uk/en/about-us/what-we-do/services-we-deliver/business-services/export-controls-sanctions/

Indirizz għan-notifiki lill-Kummissjoni Ewropea:

European Commission

DG External Relations

Directorate A. Crisis Platform and Policy Coordination in Common Foreign and Security Policy

Unit A2. Crisis Response and Peace Building

CHAR 12/106

B-1049 Bruxelles/Brussel (Belgium)

E-mail: relex-sanctions@ec.europa.eu

Tel. (32 2) 295 55 85

Fax (32 2) 299 08 73”


25.6.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 159/9


REGOLAMENT TAL-KUNSILL (UE) Nru 556/2010

tal-24 ta’ Ġunju 2010

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1763/2004 li jimponi ċerti miżuri restrittivi biex isostnu l-implimentazzjoni effettiva tal-mandat tal-Qorti Kriminali Internazzjonali għal dik li qabel kienet il-Jugoslavja (ICTY)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 215(2) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-Pożizzjoni Komuni tal-Kunsill 2004/694/PESK tal-11 ta’ Ottubru 2004 dwar miżuri oħra biex isostnu l-implimentazzjoni effettiva tal-mandat tat Tribunal Kriminali Internazzjonali għal dik li qabel kienet il-Jugoslavja (ICTY) (1),

Wara li kkunsidra l-proposta konġunta mir-Rappreżentant Għoli tal-UE għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà u mill-Kummissjoni,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1763/2004 tal-11 ta’ Ottubru 2004 jimponi ċerti miżuri restrittivi b’appoġġ għall-implimentazzjoni effettiva tal-mandat tal-Qorti Kriminali Internazzjonali għal dik li qabel kienet il-Jugoslavja (ICTY) (2) jipprevedi l-iffriżar tal-fondi u r-riżorsi ekonomiċi li jappartjenu lil jew li huma proprjetà ta’ jew li huma miżmuma minn ċerti persuni fiżiċi akkużati mill-ICTY, f’konformità mal-Pożizzjoni Komuni 2004/694/PESK.

(2)

Jeħtieġ li r-Regolament (KE) Nru 1763/2004 jiġi allineat mal-iżviluppi reċenti fil-prattika tas-sanzjonijiet, minn naħa waħda fir-rigward tal-identifikazzjoni tal-awtoritajiet kompetenti u min-naħa l-oħra fir-rigward tal-Artikolu dwar il-ġuriżdizzjoni tal-Unjoni. Għall-finijiet taċ-ċarezza, l-Artikoli li jeħtieġ li jiġu emendati għandhom jiġu sostitwiti kompletament.

(3)

Ir-Regolament (KE) Nru 1763/2004 għandu jkun emendat kif meħtieġ,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament (KE) Nru 1763/2004 huwa emendat kif ġej:

(1)

L-Artikolu 3 jinbidel b’dan li ġej:

“Artikolu 3

1.   B’deroga mill-Artikolu 2, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri kif elenkati fl-Anness II jistgħu jawtorizzaw ir-rilaxx ta’ ċerti fondi jew riżorsi ekonomiċi ffriżati jew id-disponibbiltà ta’ ċerti fondi jew riżorsi ekonomiċi ffriżati, taħt tali kondizzjonijiet li jidhrilhom xierqa, wara li jkunu ddeterminaw li l-fondi jew riżorsi ekonomiċi kkonċernati huma:

(a)

meħtieġa għall-ispejjeż bażiċi, inklużi ħlasijiet għall-ikel, kera jew ipoteki, mediċini u trattament mediku, taxxi, premiums tal-assigurazzjoni u servizzi pubbliċi;

(b)

maħsuba esklużivament għall-ħlas ta’ onorarji professjonali raġonevoli u għar-rimbors ta’ spejjeż li huma konnessi mal-għoti ta’ servizzi legali;

(ċ)

maħsuba esklussivament għall-ħlas ta’ onorarji jew ħlasijiet għal servizzi ta’ rutina fiż-żamma ta’ fondi ffriżati u riżorsi ekonomiċi; jew

(d)

meħtieġa għal spejjeż straordinarji, sakemm l-Istat Membru kkonċernat ikun innotifika lill-Istati Membri l-oħra u lill-Kummissjoni bir-raġunijiet li fuqhom iqis li awtorizzazzjoni speċifika għandha tingħata, għall-inqas ġimgħatejn qabel l-awtorizzazzjoni.

2.   L-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Istati Membri l-oħra u lill-Kummissjoni dwar kwalunkwe awtorizzazzjoni mogħtija taħt il-paragrafu 1.”;

(2)

L-Artikolu 4 jinbidel b’dan li ġej:

“Artikolu 4

1.   B’deroga mill-Artikolu 2, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri, kif indikat fil-websites elenkati fl-Anness II, jistgħu jawtorizzaw ir-rilaxx ta’ ċerti fondi jew riżorsi ekonomiċi ffriżati, jekk jintlaħqu l-kondizzjonijiet li ġejjin:

(a)

Il-fondi jew ir-riżorsi ekonomiċi kkonċernati huma s-suġġett ta’ rahan ġudizzjarju, amministrattiv jew arbitrali stabbilit qabel id-data li fiha l-persuna, entità jew korp imsemmijin fl-Artikolu 2 ġew inklużi fl-Anness I, jew ta’ sentenza ġudizzjarja, amministrattiva jew arbitrali mogħtija qabel dik id-data;

(b)

Il-fondi jew ir-riżorsi ekonomiċi jkunu se jiġu użati b’mod esklużiv sabiex jissodisfaw il-pretensjonijiet żgurati b’tali rahan jew rikonoxxuti bħala validi f’tali sentenza, fil-limiti stabbiliti mil-liġijiet u r-regolamenti applikabbli li jirregolaw id-drittijiet tal-persuni li jkollhom tali pretensjonijiet;

(ċ)

Ir-rabta jew sentenza mhijiex għall-benefiċċju ta’ persuna fiżika elenkata fl-Anness I;

(d)

Ir-rikonoxximent tar-rabta jew tas-sentenza ma jmurx kontra l-politika pubblika fl-Istat Membru kkonċernat.

2.   L-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Istati Membri l-oħra u lill-Kummissjoni dwar kwalunkwe awtorizzazzjoni mogħtija taħt il-paragrafu 1.”;

(3)

L-Artikolu 7 jinbidel b’dan li ġej:

“Artikolu 7

1.   Mingħajr preġudizzju għar-regoli applikabbli dwar ir-rappurtar, il-kunfidenzjalità u s-segretezza professjonali, il-persuni fiżiċi u ġuridiċi, l-entitajiet u l-korpi għandhom:

(a)

ifornu immedjatament kwalunkwe informazzjoni li tiffaċilita l-konformità ma’ dan ir-Regolament, bħal kontijiet u ammonti ffriżati f’konformità mal-Artikolu 2, lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri kif indikati fil-websites elenkati fl-Anness II għall-pajjiż fejn jinsabu jew huma residenti, u għandhom jittrasmettu tali informazzjoni, direttament jew permezz tal-awtorità kompetenti kif indikat fil-websites elenkati fl-Anness II, lill-Kummissjoni; u

(b)

jikkooperaw ma’ dik l-awtorità kompetenti fi kwalunkwe verifika ta’ din l-informazzjoni.

2.   Kwalunkwe informazzjoni addizzjonali li l-Kummissjoni tirċievi direttament għandha ssir disponibbli għall-Istat Membru kkonċernat.

3.   Kwalunkwe informazzjoni mogħtija jew riċevuta f’konformità ma’ dan l-Artikolu għandha tintuża biss għall-għanijiet li għalihom tkun ngħatat jew ġiet riċevuta.”;

(4)

Jiddaħħal l-Artikolu li ġej:

“Artikolu 11a

1.   L-Istati Membri għandhom jaħtru lill-awtoritajiet kompetenti msemmija fl-Artikoli 3, 4 u 7 u jidentifikawhom fil-websites kif elenkati fl-Anness II. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni dwar kwalunkwe bidla fl-indirizzi tas-siti elettroniċi tagħhom elenkati fl-Anness II qabel tali bidla tidħol fis-seħħ.

2.   L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni dwar l-awtoritajiet kompetenti tagħhom, inklużi d-dettalji ta’ kuntatt ta’ dawk l-awtoritajiet kompetenti, sal-15 ta’ Lulju 2010 u għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni mingħajr dewmien dwar kwalunkwe emenda sussegwenti.”;

(5)

L-Artikolu 12 jinbidel b’dan li ġej:

“Artikolu 12

Dan ir-Regolament għandu japplika:

(a)

fit-territorju tal-Unjoni, inkluż l-ispazju tal-ajru tagħha;

(b)

abbord kull inġenju tal-ajru jew bastiment li jaqa’ taħt il-ġurisdizzjoni ta’ Stat Membru;

(ċ)

għal kwalunkwe persuna ġewwa jew barra t-territorju tal-Unjoni li tkun ċittadin ta’ Stat Membru;

(d)

għal kull persuna ġuridika, entità jew korp li huwa inkorporat jew kostitwit taħt il-liġi ta’ Stat Membru;

(e)

għal kwalunkwe persuna ġuridika, entità jew korp fir-rigward ta’ kwalunkwe kummerċ imwettaq interament jew parzjalment, fl-Unjoni.”;

(6)

L-Anness II jinbidel bit-test fl-Anness ma’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fil-Lussemburgu, l-24 ta’ Ġunju 2010.

Għall-Kunsill

Il-President

J. BLANCO LÓPEZ


(1)  ĠU L 315, 14.10.2004, p. 52.

(2)  ĠU L 315, 14.10.2004, p. 14.


ANNESS

“ANNESS II

Websites li jipprovdu informazzjoni dwar l-awtoritajiet kompetenti msemmija fl-Artikoli 3, 4 u 7 u l-indirizz għan-notifiki lill-Kummissjoni Ewropea

 

Il-BELĠJU

http://www.diplomatie.be/eusanctions

 

Il-BULGARIJA

http://www.mfa.government.bg

 

Ir-REPUBBLIKA ĊEKA

http://www.mfcr.cz/mezinarodnisankce

 

Id-DANIMARKA

http://www.um.dk/da/menu/Udenrigspolitik/FredSikkerhedOgInternationalRetsorden/Sanktioner/

 

Il-ĠERMANJA

http://www.bmwi.de/BMWi/Navigation/Aussenwirtschaft/Aussenwirtschaftsrecht/embargos.html

 

L-ESTONJA

http://www.vm.ee/est/kat_622/

 

L-IRLANDA

http://www.dfa.ie/home/index.aspx?id=28519

 

IL-GREĊJA

http://www.mfa.gr/www.mfa.gr/en-US/Policy/Multilateral+Diplomacy/Global+Issues/International+Sanctions/

 

SPANJA

http://www.maec.es/es/MenuPpal/Asuntos/SancionesInternacionales/Paginas

 

FRANZA

http://www.diplomatie.gouv.fr/autorites-sanctions/

 

L-ITALJA

http://www.esteri.it/UE/deroghe.html

 

ĊIPRU

http://www.mfa.gov.cy/sanctions

 

Il-LATVJA

http://www.mfa.gov.lv/en/security/4539

 

Il-LITWANJA

http://www.urm.lt/sanctions

 

Il-LUSSEMBURGU

http://www.mae.lu/sanctions

 

L-UNGERIJA

http://www.kulugyminiszterium.hu/kum/hu/bal/Kulpolitikank/nemzetkozi_szankciok/felelos_illetekes_hatosagok.htm

 

MALTA

http://www.doi.gov.mt/EN/bodies/boards/sanctions_monitoring.asp

 

IL-PAJJIŻI L-BAXXI

http://www.minbuza.nl/nl/Onderwerpen/Internationale_rechtsorde/Internationale_Sancties/Bevoegde_instanties_algemeen

 

L-AWSTRIJA

http://www.bmeia.gv.at/view.php3?f_id=12750&LNG=en&version=

 

Il-POLONJA

http://www.msz.gov.pl

 

Il-PORTUGALL

http://www.mne.gov.pt/mne/pt/AutMedidasRestritivas.htm

 

Ir-RUMANIJA

http://www.mae.ro/index.php?unde=doc&id=32311&idlnk=1&cat=3

 

Is-SLOVENJA

http://www.mzz.gov.si/si/zunanja_politika/mednarodna_varnost/omejevalni_ukrepi/

 

Is-SLOVAKKJA

http://www.foreign.gov.sk

 

Il-FINLANDJA

http://formin.finland.fi/kvyhteistyo/pakotteet

 

L-ISVEZJA

http://www.ud.se/sanktioner

 

Ir-RENJU UNIT

http://www.fco.gov.uk/en/about-us/what-we-do/services-we-deliver/business-services/export-controls-sanctions/

Indirizz għan-notifiki lill-Kummissjoni Ewropea:

European Commission

DG External Relations

Directorate A. Crisis Platform and Policy Coordination in Common Foreign and Security Policy

Unit A2. Crisis Response and Peace Building

CHAR 12/106

B-1049 Bruxelles/Brussel (Belgium)

E-mail: relex-sanctions@ec.europa.eu

Tel. (32 2) 295 55 85

Fax (32 2) 299 08 73”


25.6.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 159/13


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 557/2010

tal-24 ta’ Ġunju 2010

li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 1518/2003, (KE) Nru 596/2004, (KE) Nru 633/2004, (KE) Nru 1345/2005, (KE) Nru 2014/2005, (KE) Nru 239/2007, (KE) Nru 1299/2007, (KE) Nru 543/2008, (KE) Nru 589/2008, (KE) Nru 617/2008 u (KE) Nru 826/2008 fir-rigward tal-obbligi ta' notifika fi ħdan l-organizzazzjoni komuni tas-swieq agrikoli

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1964/2005 tad-29 ta’ Novembru 2005 dwar ir-rati ta' tariffa għall-banana (1), u partikolarment l-Artikolu 2 tiegħu,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta’ swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS), u b’mod partikolari l- (2) Artikolu 43, l-Artikolu 121 il-punti(d), (e) u (f), l-Artikolu 127, 134, u l-Artikolu 192(2), flimkien mal-Artikolu 4 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 792/2009 tal-31 ta’ Awwissu 2009 li jistipula regoli dettaljati għan-notifiki tal-Istati Membri lill-Kummissjoni dwar informazzjoni u dokumenti fl-implimentazzjoni tal-organizzazzjoni komuni tas-swieq, l-iskema tal-pagamenti diretti, il-promozzjoni tal-prodotti agrikoli u s-sistemi applikabbli għar-reġjuni l-aktar imbiegħda u l-gżejjer iż-żgħar tal-Eġew (3) jistipula regoli komuni għan-notifikazzjoni ta' informazzjoni u dokumenti mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri lill-Kummissjoni. Dawn ir-regoli jkopru partikolarment l-obbligu għall-Istati Membri li jużaw is-sistemi ta' informazzjoni magħmula disponibbli mill-Kummissjoni u l-validazzjoni tad-drittijiet tal-aċċess għall-awtoritajiet jew l-individwi awtorizzati biex jibagħtu l-komunikazzjonijiet. Minbarra dan, ir-Regolament jistabbilixxi prinċipji komuni li japplikaw għas-sistemi ta' informazzjoni sabiex jiggarantixxu l-awtentiċità, l-integrità u l-leġġibbiltà tul iż-żmien tad-dokumenti u jipprovdi għall-protezzjoni tad-dejta personali.

(2)

Skont ir-Regolament (KE) Nru 792/2009, l-obbligu li jintużaw is-sistemi ta' informazzjoni skont dak ir-Regolament għandu jiġi pprovdut fir-Regolamenti li jistabbilixxu obbligu ta' notifika speċifiku.

(3)

Il-Kummissjoni żviluppat sistema ta' informazzjoni li tippermettilha timmaniġġja b'mod elettroniku dokumenti u proċeduri fi ħdan il-proċeduri interni ta' ħidma tagħha u fir-relazzjonijiet tagħha mal-awtoritajiet involuti fil-politika agrikola komuni.

(4)

Huwa kkunsidrat li ċerti obbligi ta' notifika diġà jistgħu jintlaħqu permezz ta' dik is-sistema skont ir-Regolament (KE) Nru 792/2009, partikolarment dawk li hemm provvediment dwarhom fir-Regolamenti tal-Kummissjoni (KE) Nru 1518/2003 tat-28 ta’ Awwissu 2003 li jniżżel ir-regoli dettaljati biex jimplimenta s-sistema tal-liċenzji ta' esportazzjoni fis-settur tal-laħam tal-majjal (4), (KE) Nru 596/2004 tat-30 ta’ Marzu 2004 li jniżżel regoli dettaljati għall-implementazzjoni tas-sistema tal-liċenzji ta’ esportazzjoni fis-settur tal-bajd (5), (KE) Nru 633/2004 tat-30 ta’ Marzu 2004 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implementazzjoni tas-sistema tal-liċenzji tal-esportazzjoni fis-settur tal-laħam tat-tjur (6), (KE) Nru 1345/2005 tas-16 ta’ Awwissu 2005 li jistabbilixxi regoli ddettaljati dwar is-sistema tal-liċenzji ta' importazzjoni fis-settur taż-żejt taż-żebbuġa (7), (KE) Nru 2014/2005 tad-9 ta’ Diċembru 2005 dwar il-liċenzji taħt l-arranġamenti għall-importazzjoni tal-banana lejn il-Komunità fir-rigward tal-banana li tkun tqiegħdet f’ċirkulazzjoni ħielsa bir-rata tad-dazju tat-tariffa doganali komuni (8), (KE) Nru 239/2007 tas-6 ta’ Marzu 2007 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 404/93 rigward ir-rekwiżiti għall-komunikazzjonijiet fis-settur tal-banana (9), (KE) Nru 1299/2007 tas-6 ta’ Novembru 2007 dwar ir-rikonoxximent ta’ gruppi tal-produtturi fis-settur tal-ħops (10), (KE) Nru 543/2008 tas-16 ta’ Ġunju 2008 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 f’dak li għandu x’jaqsam mal-istandards għat-tqegħid fis-suq tal-laħam tat-tjur (11), (KE) Nru 589/2008 tat-23 ta’ Ġunju 2008 dwar it-termini tal-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 f’dak li jikkonċerna n-normi tat-tqegħid fuq is-suq applikabbli għall-bajd (12), (KE) Nru 617/2008 tas-27 ta’ Ġunju 2008 dwar it-termini tal-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 f’dak li jikkonċerna n-normi għat-tqegħid fis-suq tal-bajd tat-tifqis u tal-flieles tat-tjur tal-irziezet (13) u (KE) Nru 826/2008 tal-20 ta’ Awwissu 2008 li jipprovdi regoli komuni għall-għotja ta’ għajnuna għall-ħażna privata ta’ ċerti prodotti agrikoli (14).

(5)

L-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1299/2007 jistipula l-obbligu tal-Kummissjoni li tippubblika l-lista kollha tal-gruppi rikonoxxuti tal-produtturi għall-ħops fil-bidu ta' kull sena kalendarja f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Huwa xieraq li jintużaw sistemi moderni ta' informazzjoni biex dawk il-listi jsiru magħrufin mill-pubbliku. Barra minn hekk, għal raġunijiet ta' ċarezza, il-kontenut tal-informazzjoni għandu jiġi speċifikat f'dak ir-Regolament.

(6)

L-obbligu tal-Istati Membri, skont l-Artikolu 12(6) tar-Regolament (KE) Nru 543/2008, li jagħmlu disponibbli l-listi ta' biċċeriji approvati, kif ukoll il-bidliet f'dawk il-listi, għandu jiġi ssimplifikat biex jitnaqqas il-piż amministrattiv.

(7)

Il-kundizzjonijiet li fihom l-Istati Membri għandhom jinnotifikaw skont l-obbligu pprovdut bl-Artikolu 37 tar-Regolament (KE) Nru 589/2008 għandhom jiġu speċfikati b'mod aħjar. Kwalunkwe referenza għall-komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Istati Membri tista' tkun ikkunsidrata żejda u għalhekk ma għandhiex tiġi riprodotta minħabba raġunijiet ta' ċarezza.

(8)

L-informazzjoni li l-Istati Membri għandhom jibagħtu lill-Kummissjoni skont l-Artikolu 8(1), (2) u (3) u l-Artikolu 11 tar-Regolament (KE) Nru 617/2008, għandha tinbagħat kemm lill-EUROSTAT kif ukoll lid-Direttorat-Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali. Dan kien qed ikun piż eċċessiv fuq l-Istati Membri u għalhekk għandu jkun hemm arranġament biex l-Istati Membri jikkomunikaw id-dejta mitluba lill-EUROSTAT biss. Minħabba raġunijiet ta' koerenza u amministrazzjoni tajba, il-komunikazzjonijiet konċernati għandhom isiru b'mod elettroniku għall-punt uniku tad-dħul tad-dejta tal-Eurostat, b'konformità mal-ispeċifikazzjonijiet tekniċi pprovduti mill-Kummissjoni (Eurostat).

(9)

L-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 826/2008 jipprovdi li l-Istati Membri għandhom jirraportaw lill-Kummissjoni ċerta dejta msemmija fil-Parti A tal-Anness III għal dak ir-Regolament għall-għanijiet tal-għotja tal-għajnuna għaż-żejt taż-żebbuġa kif ipprovdut fl-Artikolu 33 tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007. Għal raġunijiet ta' ċarezza għandu jiġi stabbilit illi l-Istati Membri li jipproduċu żejt taż-żebbuġa biss għandhom jintalbu jibagħtu dik id-dejta.

(10)

Ir-Regolamenti (KE) Nru 1518/2003, (KE) Nru 596/2004, (KE) Nru 633/2004, (KE) Nru 1345/2005, (KE) Nru 2014/2005, (KE) Nru 239/2007, (KE) Nru 1299/2007, (KE) Nru 543/2008, (KE) Nru 589/2008, (KE) Nru 617/2008 u (KE) Nru 826/2008 għandhom għalhekk jiġu emendati skont dan.

(11)

Il-miżuri pprovduti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat ta’ Ġestjoni għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament (KE) Nru 1518/2003 huwa emendat kif ġej:

(1)

L-Artikolu 7 huwa emendat kif ġej:

(a)

Fil-paragrafu 1, il-frażi introduttorja qed titbiddel b’dan li ġej:

“Sal-Ġimgħa ta' kull ġimgħa, l-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni bl-informazzjoni li ġejja:”

(b)

Il-paragrafu 4 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“4.   In-notifiki msemmija f'dan ir-Regolament, inkluż notifiki ‘żero’, għandhom isiru skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 792/2009 (*1).

(*1)  ĠU L 228, 1.9.2009, p. 3.”"

(2)

L-Anness II jitħassar.

Artikolu 2

Ir-Regolament (KE) Nru 596/2004 huwa emendat kif ġej:

(1)

L-Artikolu 7 huwa emendat kif ġej:

(a)

Fil-paragrafu 1, il-frażi introduttorja qed titbiddel b’dan li ġej:

“Sal-Ġimgħa ta' kull ġimgħa, l-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni bl-informazzjoni li ġejja:”

(b)

Il-paragrafu 4 jitħassar.

(2)

Fl-Artikolu 8, il-paragrafu 3 għandu jinbidel b’li ġej:

“3.   L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni, sal-Ġimgħa ta' kull ġimgħa, bl-għadd ta' liċenzji tal-esportazzjoni ex post li saret applikazzjoni għalihom, matul dik il-ġimgħa, inkluż notifiki ‘żero’. In-notifiki, għandhom jispeċifikaw, fejn xieraq, id-dettalji msemmija fl-Artikolu 7(2).”

(3)

Għandu jiddaħħal l-Artikolu 8a li ġej:

“Artikolu 8a

In-notifiki msemmija f'dan ir-Regolament, inkluż notifiki ‘żero’, għandhom isiru skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 792/2009 (*2).

(*2)  ĠU L 228, 1.9.2009, p. 3.”"

(4)

L-Anness II jitħassar.

Artikolu 3

Ir-Regolament (KE) Nru 633/2004 huwa emendat kif ġej:

(1)

L-Artikolu 7 huwa emendat kif ġej:

(a)

Fil-paragrafu 1, il-frażi introduttorja tiġi mibdula b'dan li ġej:

“Sal-Ġimgħa ta' kull ġimgħa, l-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni bl-informazzjoni li ġejja:”

(b)

Il-paragrafu 4 jitħassar.

(2)

Il-paragrafu 3 tal-Artikolu 8 għandu jinbidel b’dan li ġej:

“3.   L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni, sal-Ġimgħa ta' kull ġimgħa, bl-għadd ta' liċenzji tal-esportazzjoni ex post li saret applikazzjoni għalihom, matul dik il-ġimgħa, inkluż notifiki ‘żero’. In-notifiki, għandhom jispeċifikaw, fejn xieraq, id-dettalji msemmija fl-Artikolu 7(2).”

(3)

Għandu jiddaħħal l-Artikolu li ġej:

“Artikolu 8a

In-notifiki msemmija f'dan ir-Regolament, inkluż notifiki ‘żero’, għandhom isiru skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 792/2009 (*3).

(*3)  ĠU L 228, 1.9.2009, p. 3.”"

(4)

L-Anness II jitħassar.

Artikolu 4

Ir-Regolament (KE) Nru 1345/2005 huwa emendat kif ġej:

(1)

Fl-Artikolu 4, il-paragrafu 2 jinbidel b’li ġej:

“2.   In-notifiki msemmija fil-punt a tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 4(1), inkluż notifiki ‘żero’, għandhom jintbagħtu mill-Istati Membri permezz ta' mezzi elettroniċi bl-użu tal-formola li l-Kummissjoni għamlitilhom disponibbli.

In-notifiki msemmija fil-punt b tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 4(1) u fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 4(1), inkluż notifiki ‘żero’, għandhom isiru skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru792/2009 (*4).

(*4)  ĠU L 228, 1.9.2009, p. 3.”"

(2)

L-Anness jitħassar.

Artikolu 5

L-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 2014/2005 huwa emendat kif ġej:

(1)

Fil-paragrafu 1, il-punt (a) jinbidel b'dan li ġej:

“(a)

sal-Erbgħa ta' kull ġimġħa: prezzijiet bil-grossa għal banana safra, murija skont il-pajjiż tal-oriġini jew il-grupp tal-pajjiżi tal-oriġini, kif irreġistrati fil-ġimgħa ta' qabel fuq is-swieq rappreżentattivi elenkati fl-Anness XVI għar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1580/2007 (*5);

(*5)  ĠU L 350, 31.12.2007, p. 1.”"

(2)

Il-paragrafu 2 jinbidel b’dan li ġej:

“2.   In-notifiki msemmija f'dan ir-Regolament għandhom isiru skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 792/2009 (*6).

(*6)  ĠU L 228, 1.9.2009, p. 3.”"

Artikolu 6

Fl-Artikolu 1 tar-Regolament (KE) Nru 239/2007, il-paragrafu 4 jinbidel b'dan li ġej:

“4.   Il-komunikazzjonijiet imsemmija f'dan ir-Regolament għandhom isiru skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 792/2009 (*7).

Artikolu 7

L-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1299/2007 jinbidel b’dan li ġej:

“Artikolu 5

1.   L-Istati Membri produtturi għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni sal-31 ta’ Jannar ta' kull sena b'lista tal-gruppi rikonoxxuti tal-produtturi għall-ħops fl-Istat Membru tagħhom. In-notifika għandha tispeċifika għal kull grupp:

(a)

isem il-grupp,

(b)

l-indirizz ġuridiku,

(c)

id-data ta’ rikonoxximent,

(d)

l-għadd ta' membri, u

(e)

l-erja ta' kultivazzjoni tal-ħops mill-membri tal-grupp fis-sena li tippreċedi n-notifika.

2.   In-notifika lill-Kummissjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandha ssir skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 792/2009 (*8).

3.   Il-lista tal-gruppi rikonoxxuti tal-produtturi bl-ismijiet u l-indirizzi tal-gruppi għandha tkun disponibbli għall-Istati Membri u għall-pubbliku b'kull mezz xieraq permezz ta' sistemi ta' informazzjoni, stabbiliti mill-Kummissjoni, fosthom il-pubblikazzjoni fuq l-internet.

Artikolu 8

Ir-Regolament (KE) Nru 543/2008 huwa emendat kif ġej:

(1)

Fl-Artikolu 12, il-paragrafu 6 jinbidel b’li ġej:

“6.   Kull Stat Membru għandu jibgħat lill-Istati Membri l-oħra u lill-Kummissjoni, permezz ta' kull mezz xieraq, fosthom il-pubblikazzjoni fuq l-internet, il-lista aġġornata tal-biċċeriji approvati rreġistrati skont il-paragrafu 1, li turi l-ismijiet u l-indirizzi tagħhom u n-numru allokat għal kull waħda.”

(2)

Fl-Artikolu 18(1), it-tieni subparagrafu jinbidel b'dan li ġej:

“Sat-30 ta’ Ġunju ta' kull sena, il-laboratorji nazzjoni ta' referenza għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni bir-riżultati tal-verifiki msemmija fl-ewwel subparagrafu. Is-sejbiet għandhom jiġu ppreżentati għall-konsiderazzjoni tal-Kumitat tal-Ġestjoni msemmi fl-Artikolu 195(1) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007.”

(3)

Għandu jiddaħħal l-Artikolu 20a li ġej:

“Artikolu 20a

In-notifiki lill-Kummissjoni msemmija fl-Artikoli 11(4), 11(5), 17(5), 18(1) u 18(2) għandhom isiru skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 792/2009 (*9).

(*9)  ĠU L 228, 1.9.2009, p. 3.”"

(4)

L-Anness XIIa jitħassar.

Artikolu 9

Fir-Regolament (KE) Nru 589/2008, l-Artikolu 37 jinbidel b'li ġej:

“Artikolu 37

In-notifiki

1.   Fuq talba tal-Kummissjoni, l-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra bl-informazzjoni meħtieġa għall-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament.

2.   In-notifiki lill-Kummissjoni msemmija f'dan ir-Regolament għandhom isiru skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 792/2009 (*10).

Artikolu 10

Ir-Regolament (KE) Nru 617/2008 huwa emendat kif ġej:

(1)

Fl-Artikolu 2, il-paragrafu 3 jitħassar.

(2)

L-Artikolu 9 jinbidel b’dan li ġej:

“Artikolu 9

L-aġenziji ta' spezzjoni

L-aġenziji maħtura minn kull Stat Membru għandhom jivverifikaw l-osservanza tad-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament.”

(3)

Jiddaħħal Artikolu 11a ġdid:

“Artikolu 11a

Implimentazzjoni tal-obbligu tan-notifika

In-notifiki lill-Kummissjoni msemmija fl-Artikoli 3(3) u 8(7) ta' dan ir-Regolament għandhom isiru skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 792/2009 (*11).

(*11)  ĠU L 228, 1.9.2009, p. 3.”"

(4)

L-Anness III huwa emendat kif ġej:

(a)

It-titolu jinbidel b'dan li ġej:

SOMMARJU TA' KULL XAHAR TAL-PRODUZZJONI U TAL-KUMMERĊJALIZZAZZJONI TAL-BAJD TAT-TIFQIS U TAL-FLIELES TAT-TJUR TAL-IRZIEZET*

(b)

It-test tal-aħħar jinbidel b'dan li ġej:

“*

Li għandhom jintbagħtu mill-Istati Membri b'mod elettroniku jew mtellgħin b'mezz elettroniku għall-punt uniku tad-dħul tad-dejta tal-Eurostat, b'konformità mal-ispeċifikazzjonijiet tekniċi pprovduti mill-Kummissjoni (Eurostat)”

(5)

L-Anness IV huwa emendat kif ġej:

(a)

It-titolu jinbidel b'dan li ġej:

STRUTTURA U UŻU TAL-IMFAQAS*

(b)

It-test tal-aħħar jinbidel b'dan li ġej:

“*

Li għandhom jintbagħtu mill-Istati Membri b'mod elettroniku jew mtellgħin b'mezz elettroniku għall-punt uniku tad-dħul tad-dejta tal-Eurostat, b'konformità mal-ispeċifikazzjonijiet tekniċi pprovduti mill-Kummissjoni (Eurostat)”

Artikolu 11

Fir-Regolament (KE) Nru 826/2008, l-Artikolu 4 jinbidel b'li ġej:

“Artikolu 4

Kundizzjonijiet għal għotja ta’ għajnuna għaż-żejt taż-żebbuġa

1.   Għall-finijiet tal-applikazzjoni tal-Artikolu 33 tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007, il-prezz medju għandu jiġi rreġistrat fuq is-swieq rappreżentattivi matul il-perjodu ta' ġimagħtejn talanqas, u nnotifikat lill-Kummissjoni mill-Istati Membri produtturi kif stabbilit fil-Parti A tal-Anness III għal dan ir-Regolament.

2.   In-notifiki lill-Kummissjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandhom isiru skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 792/2009 (*12).

Artikolu 12

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika mill-1 ta’ Lulju 2010.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-24 ta’ Ġunju 2010.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 316, 2.12.2005, p. 1.

(2)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(3)  ĠU L 228, 1.9.2009, p. 3.

(4)  ĠU L 217, 29.8.2003, p. 35

(5)  ĠU L 94, 31.3.2004, p. 33.

(6)  ĠU L 100, 6.4.2004, p. 8.

(7)  ĠU L 212, 17.8.2005, p. 13.

(8)  ĠU L 324, 10.12.2005, p. 3.

(9)  ĠU L 67, 7.3.2007, p. 3.

(10)  ĠU L 289, 7.11.2007, p. 4.

(11)  ĠU L 157, 17.6.2008, p. 46.

(12)  ĠU L 163, 24.6.2008, p. 6.

(13)  ĠU L 168, 28.6.2008, p. 5.

(14)  ĠU L 223, 21.8.2008, p. 3.


25.6.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 159/18


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 558/2010

tal-24 ta’ Ġunju 2010

li jemenda l-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 853/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi regoli speċifiċi ta’ iġjene għall-ikel li joriġina mill-annimali

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 853/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 li jistipula regoli speċifiċi ta’ iġjene għall-ikel li joriġina mill-annimali (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 10(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (KE) Nru 853/2004 jistabbilixxi regoli speċifiċi ta’ iġjene għall-ikel li joriġina mill-annimali. Dan jipprovdi, fost l-oħrajn, li l-operaturi fin-negozju tal-ikel jistgħu jqiegħdu prodotti li ġejjin mill-animali fis-suq biss jekk dawn ikunu tħejjew u ġew immaniġġati esklużivament fi stabbilimenti li jissodisfaw ir-rekwiżiti rilevanti tal-Anness III tal-istess Regolament.

(2)

Il-Kapitolu VII tat-Taqsima I tal-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 853/2004 jipprovdi li l-laħam tal-ungulati domestiċi jista’ jiġi ttrasportat qabel ma tintlaħaq it-temperatura rekwiżita skont dak ir-Regolament kemm-il darba l-awtorità kompetenti tawtorizza dan biex tippermetti l-produzzjoni tal-prodotti speċifiċi, b’ċerti kundizzjonijiet.

(3)

Għarfien aċċettat fir-rigward tal-kriterji adegwati ta’ mikrobijoloġija u temperatura juri li minn dispożizzjoni simili tibbenefika wkoll il-produzzjoni tal-foie gras u dan sabiex ikun possibbli l-użu ta’ metodi tradizzjonali tal-produzzjoni.

(4)

L-iffriżar li jseħħ eżatt wara l-qatla u t-tiksiħ jimminimizzaw it-tkabbir tal-batterji u għaldaqstant il-kwantità mikrobijoloġika li tirriżulta minn meta tinħall il-friża. Bħal fil-każ tad-dispożizzjonijiet diġà stabbiliti għal-laħam tal-ungulati domestiċi, il-laħam li jiġi mit-tajr u l-lagomorfi intiż għall-iffriżar għandu jiġi ffriżat mingħajr dewmien wara l-qatla u t-tiksiħ. Konsegwentement huwa f’loku li jiġi emendat il-Kapitolu V tat-Taqsima II tal-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 853/2004 skont dan.

(5)

Ir-regoli stabbiliti fil-Kapitolu II tat-Taqsima VII tal-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 853/2004 jinkludu rekwiżiti speċifiċi għall-molluski bivalvi ħajjin, ekinodermi ħajjin, tunikati ħajjin u gastropodi marini ħajjin, u dan fejn tidħol il-klassifikazzjoni mikrobijoloġika taż-żoni tal-produzzjoni.

(6)

L-Artikolu 6 tar-Regolament (KE) Nru 854/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2) jipprovdi li l-Istati Membri jridu jiżguraw li waqt il-produzzjoni u t-tqegħid fis-suq tal-molluski bivalvi ħajjin, ekinodermi ħajjin, tunikati ħajjin u gastropodi marini ħajjin ikunu saru kontrolli uffiċjali kif pprovdut fl-Anness II ta’ dak ir-Regolament.

(7)

L-Anness II ta’ dak ir-Regolament jipprovdi li ż-żoni tal-produzzjoni jridu jiġu kklassifikati skont il-livell fekali ta’ kontaminazzjoni fekali. Organiżmi filtraturi, bħalma huma l-molluski bivalvi, jistgħu jakkumulaw mikroorganiżmi li jirrappreżentaw riskju għas-saħħa pubblika.

(8)

Il-gastropodi marini ġeneralment mhumiex organiżmi filtraturi. Konsegwentement ir-riskju ta’ akkumulazzjoni ta’ mikroorganiżmi marbut mal-kontaminazzjoni fekali jista’ jitqies bħala wieħed remot. Barra minn dan, ma ġiet irrappurtata ebda informazzjoni epidemjoloġika li torbot id-dispożizzjonijiet għall-klassifikazzjoni taż-żoni tal-produzzjoni mar-riskji għas-saħħa pubblika assoċjati mal-gastropodi marini li mhumiex organiżmi filtraturi. Għal din ir-raġuni, gastropodi marini bħal dawn għandhom jiġu esklużi mid-dispożizzjonijiet dwar il-klassifikazzjoni taż-żoni tal-produzzjoni kif stipulat fil-Kapitolu II tat-Taqsima VII tal-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 853/2004.

(9)

Il-Kapitolu VI tat-Taqsima VII tal-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 853/2004 jipprovdi biss li pakketti individwali b’daqs maħsub għall-konsumatur ta’ molluski bivalvi ħajjin għandhom jingħalqu u jinżammu magħluqa waqt it-trasport minn meta jinħarġu miċ-ċentru ta’ dispaċċ sakemm jitressqu għall-bejgħ lill-konsumatur finali. Għaldaqstant, pakketti oħra ta’ molluski bivalvi ħajjin mhumiex koperti b’dak ir-rekwiżit. Fl-interess tas-saħħa pubblika, huwa f’loku li dan ir-rekwiżit jiġi emendat b’mod li dawn il-pakketti jkunu jridu jibqgħu magħluqin sakemm jitressqu għall-bejgħ lill-konsumatur finali.

(10)

Il-Kapitolu IX tat-Taqsima VII tal-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 853/2004 jistabbilixxi rekwiżiti speċifiċi għall-pectinidae kkultivati barra miż-żoni ta’ produzzjoni kklassifikati. Tali rekwiżiti għandhom japplikaw ukoll għall-gastropodi marini ħajjin li mhumiex organiżmi filtraturi. Il-Punt 4 ta’ dak il-Kapitolu jistabbilixxi regoli speċifiċi għall-imballaġġ tal-pectinidae. Huwa xieraq li r-rekwiżiti għall-pakketti tal-molluski bivalvi ħajjin waqt it-trasport miċ-ċentru ta’ dispaċċ għall-bejgħ bl-ingrossa jkunu applikabbli wkoll għall-pectinidae u għall-gastropodi marini li mhumiex organiżmi filtraturi li jkunu ġew ikkultivati barra miż-żoni ta’ produzzjoni kklassifikati.

(11)

Il-Punt A tal-Kapitolu III tat-Taqsima VIII tal-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 853/2004 jistipula kundizzjonijiet speċifiċi għall-immaniġġar ta’ dawk il-prodotti friski tal-ħut. Id-definizzjoni tal-prodotti friski tal-ħut stabbilita fil-punt 3.5 tal-Anness I ta’ dak ir-Regolament ma tinkludix prodotti tal-ħut mhux ipproċċessati li twaqqgħetilhom il-friża u prodotti friski tal-ħut li jkunu żdidulhom l-addittivi tal-ikel b’konformità mal-leġiżlazzjoni xierqa biex tiġi żgurata l-preservazzjoni. Għall-konsistenza tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni, għall-dawk il-prodotti jridu japplikaw l-istess rekwiżiti li japplikaw għall-prodotti friski tal-ħut.

(12)

Il-Punt 2 tal-Kapitolu VII u l-Punt 1(b) tal-Kapitolu VIII tat-Taqsima VIII tal-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 853/2004 jirreferi għal deroga fil-każ tal-ħut sħiħ u ffriżat fis-salmura intiż għat-tqegħid fil-laned mir-rekwiżit ta’ temperatura ġenerali għal prodotti ffriżati tal-ħut li ma taqbiżx dik ta’ – 18 °C. Fil-każ tal-ħut iffriżat fis-salmura, għall-prodott trid tinkiseb temperatura ta’ mhux iktar minn – 9 °C.

(13)

Meta l-ħut sħiħ u ffriżat fis-salmura intiż għat-tqegħid fil-laned jitneħħa mit-taħlita tas-salmura użata għall-proċess tal-iffriżar, mhux meħtieġ li t-temperatura tkompli titniżżel b’mezzi oħra għal mhux iktar minn – 18 °C, u dan skont il-prattika komuni applikata meta jintuża l-metodu tas-salmura biex jiġi ffriżat ħut sħiħ intiż għat-tqegħid fil-laned.

(14)

Il-Punt 1 tal-Kapitolu 1 tat-Taqsima XIV u l-punt 1 tal-Kapitolu I tat-Taqsima XV tal-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 853/2004 jistipula rekwiżiti għal materja prima użata għall-produzzjoni tal-ġelatina u l-kollaġen intiżi għall-użu fl-ikel.

(15)

F’Jannar 2005, l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel ippubblikat opinjoni xjentifika dwar is-sikurezza tal-kollaġen u metodu ta’ pproċessar għall-produzzjoni tal-kollaġen (3). Skont l-opinjoni ta’ din l-Awtorità, l-użu tal-għadam għall-produzzjoni tal-kollaġen ma għandux jitqies bħala riskju għas-saħħa pubblika. Għaldaqstant hu f’loku li jiġu stabbiliti rekwiżiti ta’ pproċessar f’konformità mal-opinjoni tal-EFSA u li jiġi speċifikat li l-għadam użat bħala materja prima għandu jkun differenti minn materjal ta’ riskju speċifikat kif iddefinit fir-Regolament (KE) Nru 999/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Mejju 2001 li jistabblixxi regoli għall-prevenzjoni, kontroll u eradikazzjoni ta’ ċertu enċefalopatija sponġiformi li tinxtered (4). Il-Punt 1 tal-Kapitolu I tat-Taqsima XV tal-Anness III għandu jiġi emendat skont dan.

(16)

Għall-konsistenza tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni, il-punt 1 tal-Kapitolu I, il-punt 1 tal-Kapitolu III tat-Taqsima XIV tal-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 853/2004 li jikkonċerna materja prima għall-produzzjoni tal-ġelatina għandu jiġi emendat skont dan.

(17)

Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 853/2004 huwa emendat skont l-Anness ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, l-24 ta’ Ġunju 2010.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 139, 30.4.2004, p. 55.

(2)  ĠU L 139, 30.4.2004, p. 206.

(3)  Opinjoni tal-Bord Xjentifiku dwar il-Perikli Bijoloġiċi (BIOHAZ) dwar is-sikurezza tal-kollaġen u metodu ta’ pproċessar għall-produzzjoni tal-kollaġen, adottat fis-26 ta’ Jannar 2005.

(4)  ĠU L 147, 31.5.2001, p. 1.


ANNESS

L-Anness III għar-Regolament (KE) Nru 853/2004 huwa emendat kif ġej:

(1)

Fit-Taqsima II, fil-Kapitolu V, il-punti 3 u 4 jinbidlu b’dan li ġej:

“3.

Appena jitqatta l-laħam u, fejn hu l-każ, jiġi ppakkettjat, dan għandu jitkessaħ għal temperatura ta’ mhux iktar minn 4 °C.

4.

Il-laħam irid jilħaq temperatura ta’ mhux iktar minn 4 °C qabel it-trasport u jinżamm f’din it-temperatura waqt it-trasport. Madankollu, jekk l-awtorità kompetenti tawtorizza dan, il-fwied għall-produzzjoni tal-foie gras jista’ jinġarr f’temperatura ta’ mhux iktar minn 4 °C, u dan kemm-il darba:

(a)

dan it-trasport isir skont ir-rekwiżiti li l-awtorità kompetenti tispeċifika fir-rigward tal-ġarr minn stabbiliment wieħed partikolari għall-ieħor; u

(b)

li l-laħam jitlaq mill-biċċerija jew minn kamra fejn isir it-tqattigħ immedjatament, u t-trasport ma jiħux iktar minn sagħtejn.

5.

Il-laħam li jiġi mit-tajr u mil-lagomorfi intiż għall-friża jrid jiġi iffriżat mingħajr dewmien.

6.

Il-laħam espost irid jinħażen u jiġi ttrasportat separatament mil-laħam ippakkjat sakemm ma jkunx inħażen u ġie ttrasportat f’ħinijiet differenti jew b’tali mod li l-materjal tal-imballaġġ u l-mod tal-ħżin u tat-trasport ma jistgħux ikunu sorsi ta’ kontaminazzjoni għal-laħam.”

(2)

It-Taqsima VII tiġi emendata kif ġej:

(a)

Fil-parti introduttorja ta’ dik it-Taqsima, il-punt 1 jinbidel b’dan li ġej:

“1.

Din it-Taqsima tapplika għal molluski bivalvi ħajjin. Bl-eċċezzjoni tad-dispożizzjonijiet dwar il-purifikazzjoni, din id-Direttiva tapplika wkoll għall-ekinodermi, it-tunikati ħajjin u l-gastropodi marini ħajjin. Id-dispożizzjonijiet dwar il-klassifikazzjoni taż-żoni tal-produzzjoni stabbiliti fil-Kapitolu II tal-parti A ta’ dik it-Taqsima ma japplikawx għal gastropodi marini li mhumiex organiżmi filtraturi.”

(b)

Fil-Kapitolu VI, il-punt 2 jiġi mibdul b’dan li ġej:

“2.

Il-pakketti kollha ta’ molluski bivalvi ħajjin li joħorġu miċ-ċentri ta’ dispaċċ jew li huma destinati għal ċentru ta’ dipaċċ ieħor iridu jkunu magħluqin. Il-pakketti ta’ molluski bivalvi ħajjin, intiżi għal bejgħ bl-imnut dirett, għandhom jibqgħu magħluqin sakemm jiġu ppreżentati għall-bejgħ lill-konsumatur finali.”

(c)

Il-Kapitolu IX huwa sostitwit b’dan li ġej:

“KAPITOLU IX:   REKWIŻITI SPEĊIFIĊI GĦALL-PECTINIDAE U L-GASTROPODI MARINI LI MHUMIEX ORGANIŻMI FILTRATURI KKULTIVATI BARRA MIŻ-ŻONI TA’ PRODUZZJONI KKLASSIFIKATI

L-operaturi tan-negozju tal-ikel li jikkultivaw il-pectinidae u l-gastropodi marini, li mhumiex organiżmi filtraturi, barra miż-żoni ta’ produzzjoni kklassifikati jew li jimmaniġġjaw dawn il-pectinidae u/jew gastropodi marini bħal dawn għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti li ġejjin:

1.

Il-pectinidae u l-gastropodi marini, li mhumiex organiżmi filtraturi, ma jistgħux jitqiegħdu fis-suq sakemm ma jkunux ġew ikkultivati u mmaniġġjati skont il-Kapitolu II, il-Parti B, u jissodisfaw l-istandards stipulati fil-Kapitolu V, kif sostnut minn sistema ta’ awtottestjar.

2.

Barra minn hekk, fejn id-dejta minn programmi ta’ monitoraġġ uffiċjali tippermetti lill-awtorità kompetenti li tikklassifika l-postijiet tas-sajd— fejn hu l-każ, b’kooperazzjoni mal-operaturi tan-negozju tal-ikel — id-dispożizzjonijiet tal-Kapitolu II, il-Parti A, japplikaw b’analoġija għall-pectinidae

3.

Il-pectinidae u l-gastropodi marini, li mhumiex organiżmi filtraturi, ma jistgħux jitqiegħdu fis-suq għall-konsum mill-bniedem sakemm mhux permezz ta’ post għall-irkant tal-ħut, ta’ ċentru ta’ dispaċċ jew stabbiliment ta’ pproċessar. Meta jimmaniġġjaw il-pectinidae u/jew gastropodi marini bħal dawn, l-operaturi tan-negozju tal-ikel li joperaw dawn l-istabbilimenti jridu jinformaw l-awtorità kompetenti u, fir-rigwrad taċ-ċentri ta’ dispaċċ, iridu jikkonformaw mar-rekwiżiti rilevanti tal-Kapitoli III u IV.

4.

L-operaturi tan-negozju tal-ikel li jimmaniġġjaw il-pectinidae u gastropodi marini ħajjin, li mhumiex organiżmi filtraturi, iridu jikkonformaw:

(a)

mar-rekwiżiti dokumentarji tal-Kapitolu I, il-punti 3 sa 7, fejn japplika. F’dan il-każ, id-dokument ta’ reġistrazzjoni jrid jindika b’mod ċar il-post fiż-żona fejn jiġu kkultivati l-pectinidae u/jew gastropodi marini ħajjin; jew

(b)

mar-rekwiżiti tal-Kapitolu VI, il-punt 2 li jikkonċerna l-għeluq tal-pakketti kollha tal-pectinidae ħajjin u l-gastropodi marini ħajjin mibgħuta għall-bejgħ bl-imnut u l-Kapitolu VII li jikkonċerna l-immarkar u l-ittikkettjar ta’ identifikazzjoni.”

(3)

It-Taqsima VIII tiġi emendata kif ġej:

(a)

Fil-parti introduttorja ta’ dik it-Taqsima, il-punt 1 jinbidel b’dan li ġej:

“1.

Din it-Taqsima ma tapplikax għall-molluski bivalvi, l-ekinodermi, it-tunikati u l-gastropodi marini jekk ikunu għadhom ħajjin meta jitqiegħdu fis-suq. Bl-eċċezzjoni tal-Kapitoli I u II, din tapplika għal dawn l-annimali meta ma jitqiegħdux fis-suq ħajjin, f’liema każ iridu jkunu nkisbu skont it-Taqsima VII.

Din tapplika għal prodotti tas-sajd mhux proċessati u li ma twaqqgħetilhomx il-friża u għal prodotti tas-sajd friski li jkunu żdidulhom addittivi tal-ikel skont il-leġiżlazzjoni tal-Unjoni xierqa.”

(b)

Fil-Kapitolu VII, il-punt 2 jiġi mibdul b’dan li ġej:

“2.

Il-prodotti tas-sajd iffriżati għandhom jinżammu f’temperatura ta’ mhux iktar minn – 18 °C fil-partijiet kollha tal-prodott; madankollu, ħut sħiħ inizjalment iffriżat fis-salmura intiż għall-manifattura tal-ikel fil-landa jista’ jinżamm f’temperatura ta’ mhux iktar minn – 9 °C.”

(c)

Fil-Kapitolu VIII, il-punt 1(b) jinbidel b’dan li ġej:

“(b)

il-prodotti tas-sajd iffriżati, bl-eċċezzjoni ta’ ħut sħiħ inizjalment iffriżat fis-salmura intiż għall-manifattura tal-ikel fil-landa, waqt it-trasport għandu jinżamm f’temperatura kostanti ta’ mhux iktar minn – 18 °C fil-partijiet kollha tal-prodott, bil-possibbiltà ta’ flussi ‘l fuq, fil-qosor, ta’ mhux iktar minn 3 °C.”

(4)

Fit-Taqsima XIV, il-Kapitolu I, il-punt 1(a) jinbidel b’dan li ġej:

“(a)

l-għadam, apparti minn materjali ta’ riskju speċifiku kif imfisser fl-Artikolu 3(1)(g) tar-Regolament (KE) Nru 999/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*1)

(*1)  ĠU L 147, 31.5.2001, P. 1.”"

(5)

It-Taqsima XV tiġi emendata kif ġej:

(a)

Fil-Kapitolu I, il-punt 1 għandu jinbidel b’dan li ġej:

“1.

Għall-produzzjoni tal-kollaġen intiż għall-użu fl-ikel tista’ tintuża din il-materja prima:

(a)

l-għadam, apparti minn materjal ta’ riskju speċifiku kif imfisser fl-Artikolu 3(1)(g) tar-Regolament (KE) Nru 999/2001;

(b)

il-ġlud ħoxnin u ġlud oħrajn ta’ annimali ruminanti domestiċi;

(c)

il-ġlud tal-ħnieżer;

(d)

il-ġlud tat-tjur;

(e)

l-għerq u l-muskoli;

(f)

il-ġlud ħoxnin u ġlud oħra tat-tajr selvaġġ; u

(g)

il-ġlud u l-għadam tal-ħut.”

(b)

Fil-Kapitolu III, il-punt 1 jiġi mibdul b’dan li ġej:

“1.

Il-proċess ta’ produzzjoni tal-kollaġen irid jiżgura li:

(a)

l-għadam kollu tar-ruminanti li ġej minn annimali li twieldu, trabbew jew inqatlu f’pajjiżi jew reġjuni b’riskju ta’ BSE kkontrollat jew mhux determinat skont l-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 999/2001 jiġi suġġett għal proċess li fih ikun żgurat li l-materjal kollu tal-għadam jitfarrak fin fin u jitneħħielu x-xaħam bil-misħun u jiġi ttrattat bl-aċtu idrokloriku (ta’ konċentrazzjoni minima ta’ 4 % u pH < 1,5) fuq perjodu ta’ mhux anqas minn jumejn; dan it-trattament irid ikun segwit b’aġġustament tal-pH permezz tal-aċtu jew alkali segwit bi tlaħliħa waħda jew iktar, filtrazzjoni u estrużjoni, jew permezz ta’ proċess ekwivalenti approvat;

(b)

il-materja prima apparti dik imsemmija fil-punt (a) trid tkun suġġetta għal trattament li jinvolvi l-ħasil, l-aġġustament tal-pH bl-użu tal-aċtu jew alkali, segwit bi tlaħliħa waħda jew iktar, filtrazzjoni u estrużjoni, jew permezz ta’ proċess ekwivalenti approvat; l-istadju tal-estrużjoni ma jistax jitwettaq tul il-produzzjoni ta’ kollaġeni b’numru baxx ta’ molekoli minn materja prima li ma tkunx ġejja minn annimali ruminanti.”



25.6.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 159/22


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 559/2010

tal-24 ta’ Ġunju 2010

li jistabbilixxi l-valuri fissi tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1580/2007 tal-21 ta' Diċembru 2007 dwar regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 2200/96, (KE) Nru 2001/96 u (KE) Nru 1182/2007 fis-settur tal-frott u ħxejjex (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 138(1) tiegħu,

Billi:

Fl-applikazzjoni tal-konklużjonijiet tan-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-Ċiklu tal-Urugwaj, il-Regolament (KE) Nru 1580/2007 jistipula l-kriterji għall-istabbiliment mill-Kummissjoni tal-valuri fissi tal-importazzjoni minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi msemmijin fl-Anness XV, it-Taqsima A tar-Regolament imsemmi,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-valuri fissi tal-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 138 tar-Regolament (KE) Nru 1580/2007 huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-25 ta’ Ġunju 2010.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-24 ta’ Ġunju 2010.

Għall-Kummissjoni, f'isem il-President,

Jean-Luc DEMARTY

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 350, 31.12.2007, p. 1.


ANNESS

il-valuri fissi tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

(EUR/100 kg)

Kodiċi NM

Kodiċi tal-pajjiż terz (1)

Valur fiss tal-importazzjoni

0702 00 00

MA

44,4

MK

39,0

TR

53,0

ZZ

45,5

0707 00 05

MK

36,4

TR

118,5

ZZ

77,5

0709 90 70

TR

99,2

ZZ

99,2

0805 50 10

AR

80,3

TR

97,3

US

84,1

ZA

91,7

ZZ

88,4

0808 10 80

AR

89,3

BR

83,0

CA

68,4

CL

93,9

CN

56,5

NZ

116,6

US

137,2

UY

160,6

ZA

89,5

ZZ

99,4

0809 10 00

TR

236,2

ZZ

236,2

0809 20 95

SY

178,6

TR

314,4

US

700,6

ZZ

397,9

0809 30

TR

149,8

ZZ

149,8

0809 40 05

AU

185,7

EG

218,2

IL

92,2

US

373,2

ZZ

217,3


(1)  In-nomenklatura tal-pajjiżi ffissata mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1833/2006 (ĠU L 354, 14.12.2006, p. 19). Il-kodiċi “ZZ” jirrappreżenta “oriġini oħra”.


Rettifika

25.6.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 159/24


Rettifika għad-Dikjarazzjoni tad-dħul u l-infiq tal-Aġenzija Ewropea dwar is-Sigurtà tan-Netwerks u l-Informazzjoni għas-sena finanzjarja 2009 – Baġit ta' Emenda Nru 2

( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 18, tat-22 ta’ Jannar 2010 )

(1)

F’paġna 10, kolonna “Ammonti ġodda”, tat-tabella, “Titolu 2 — Total” għandu jiġi “505 200” u “IS-SOMMA FINALI” għandha tiġi “8 117 200”.

(2)

Wara t-tabella tal-infiq, għandha tiddaħħal it-tabella li ġejja:

Pjan ta’ twaqqif

Grupp ta' Funzjoni u grad

2008

2009

Awtorizzati

Awtorizzati

Perm.

Temp.

Perm.

Temp.

AD 16

AD 15

1

1

AD 14

AD 13

AD 12

3

3

AD 11

AD 10

4

4

AD 9

7

7

AD 8

5

5

AD 7

9

9

AD 6

AD 5

Total grad AD

29

29

AST 11

AST 10

AST 9

AST 8

AST 7

AST 6

AST 5

7

7

AST 4

1

1

AST 3

2

AST 2

5

3

AST 1

2

2

Total grad AST

15

15

Total personal

44

44


Top