Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32010L0062

Direttiva tal-Kummissjoni 2010/62/UE tat- 8 ta’ Settembru 2010 li temenda, għall-għan tal-adattament tad-dispożizzjonijiet tekniċi tagħhom, id-Direttivi tal-Kunsill 80/720/KEE u 86/297/KEE u d-Direttivi 2003/37/KE, 2009/60/KE u 2009/144/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-approvazzjoni tat-tip ta' tratturi għall-agrikoltura jew għall-forestrija Test b’relevanza għaż-ŻEE

ĠU L 238, 9.9.2010, p. 7–13 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 31/12/2015; Imħassar b' 32013R0167

ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2010/62/oj

9.9.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 238/7


DIRETTIVA TAL-KUMMISSJONI 2010/62/UE

tat-8 ta’ Settembru 2010

li temenda, għall-għan tal-adattament tad-dispożizzjonijiet tekniċi tagħhom, id-Direttivi tal-Kunsill 80/720/KEE u 86/297/KEE u d-Direttivi 2003/37/KE, 2009/60/KE u 2009/144/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-approvazzjoni tat-tip ta' tratturi għall-agrikoltura jew għall-forestrija

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2003/37/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Mejju 2003 dwar l-approvazzjoni tat-tip ta' tratturi għall-agrikoltura jew għall-forestrija, it-trejlers tagħhom u makkinarju interskambjabbli tal-irmonk, flimkien mas-sistemi tagħhom, il-komponenti u l-unitajiet separati tekniċi u li tħassar id-Direttiva 74/150/KEE (1), u b'mod partikolari l-punti (a) u (b) ta' l-Artikolu 19(1) tagħha,

Billi:

(1)

Il-progress tekniku jippermetti t il-kompletament tal-approvazzjoni tat-tip tal-vettura kollha għat-tratturi tal-kategorija T4.3 (tratturi baxxi), kif iddefinit fid-Direttiva 2003/37/KE. Għalhekk, id-Direttiva tal-Kunsill 80/720/KEE tal-24 ta' Ġunju 1980 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri marbuta mal-ispazju operattiv, l-aċċess għall-pożizzjoni tas-sewwieq u l-bibien u t-twieqi tat-tratturi għall-agrikoltura jew għall-foresterija bir-roti (2), id-Direttiva 2003/37/KE, id-Direttiva 2009/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' Lulju 2009 dwar il-veloċità massima skont id-disinn u l-pjattaformi tat-tagħbija għat-tratturi bir-roti għall-agrikoltura jew għall-foresterija (3) u d-Direttiva 2009/144/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta' Novembru 2009 dwar ċerti komponenti u karatteristiċi ta' tratturi bir-roti għall-agrikoltura jew għall-foresterija (4) għandhom jiġu emendati biex jittieħed kont tal-ispeċifiċitajiet tat-tratturi baxxi.

(2)

Sabiex isir progress fit-kompletament tas-suq intern u sabiex jinkisbu livelli ogħla ta' sikurezza fuq ix-xogħol, ir-rekwiżiti għall-power take-offs ta' quddiem għall-kategoriji kollha tat-tratturi koperti mid-Direttiva 2003/37/KE għandhom jiġu inklużi fid-Direttiva tal-Kunsill 86/297/KEE tas-26 ta' Mejju 1986 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri marbuta mal-power take-offs tat-tratturi agrikoli u forestali bir-roti u l-protezzjoni tagħhom (5).

(3)

Iż-żoni ta' spazji ħielsa rikjesti u d-dimensjonijiet tal-irpar protettiv tal-power take-off stabbiliti fid-Direttiva 86/297/KEE għandhom jiġu emendati biex tinkiseb armonizzazzjoni mal-pajjiżi kollha tad-dinja li tiffaċilita l-kompetittività globali tal-produtturi tal-Unjoni.

(4)

ISO 500-1:2004 flimkien mal-Corrigendum Tekniku 1:2005, ISO 500-2:2004, u ISO 8759-1:1998 fihom rekwiżiti rikonoxxuti globalment għall-power take-offs tat-tratturi kollha koperti bid-Direttiva 2003/37/KE. Huwa għalhekk xieraq li ssir referenza għal dawn l-istandards ISO fid-Direttiva 86/297/KEE.

(5)

Id-Direttiva 2003/37/KE għandha tiġi emendata biex tirrifletti l-applikazzjoni tad-Direttiva 86/297/KEE għall-kategorija tat-tratturi T5. Bl-istess mod, id-Direttiva 2003/37/KE għandha tiġi emendata biex tirrifletti l-applikazzjoni tad-Direttiva 2009/60/KE u d-Direttiva 80/720/KEE għat-tratturi tal-kategorija T4.3.

(6)

Il-miżuri stipulati f'din id-Direttiva huma skont l-opinjoni tal-Kumitat stabbilit fl-Artikolu 20(1) tad-Direttiva 2003/37/KE,

ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

Id-Direttiva 80/720/KEE hija emendata kif ġej:

1.

L-Artikolu 1 jinbidel b'dan li ġej:

“Artikolu 1

1.   Għall-fini ta' din id-Direttiva, ‘trattur’ tfisser trattur kif iddefinit fl-Artikolu 2(j) tad-Direttiva 2003/37/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*).

Għall-fini ta' din id-Direttiva, il-kategoriji ta' tratturi li japplikaw huma dawk iddefiniti fl-Anness II tad-Direttiva 2003/37/KE.

2.   Din id-Direttiva għandha tapplika għall-kategoriji ta' tratturi T1, T2, T3 u T4 kif iddefiniti fl-Anness II tad-Direttiva 2003/37/KE.

Din id-Direttiva ma għandhiex tapplika għal tratturi tal-kategorija T4.3 fejn il-punt tal-indiċi tas-sit tas-sewwieq, kif misjub fl-Anness II tad-Direttiva 2009/144/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (**) huwa aktar minn 100 mm mill-wiċċ lonġitudinali medjan tat-trattur.

(*)  ĠU L 171, 9.7.2003, p. 1."

(**)  ĠU L 27, 30.1.2010, p 33.”"

2.

L-Annessi I u II huma sostitwiti bit-test fl-Anness II ta' din id-Direttiva.

Artikolu 2

Id-Direttiva 86/297/KEE hija emendata kif ġej:

1.

It-titolu jinbidel b'dan li ġej:

“Id-Direttiva tal-Kunsill 86/297/KEE tas-26 ta' Mejju 1986 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri li jirrigwardaw il-power take-offs tat-tratturi u l-protezzjoni tagħhom”

2.

L-Artikolu 1 jinbidel b’dan li ġej:

“Artikolu 1

1.   Għall-fini ta' din id-Direttiva, ‘trattur’ tfisser trattur kif iddefinit fl-Artikolu 2(j) tad-Direttiva 2003/37/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (***)

2.   Għall-fini ta' din id-Direttiva, il-kategoriji tat-tratturi huma dawk iddefiniti fl-Anness II tad-Direttiva 2003/37/KE.

(***)  ĠU L 171, 9.7.2003, p. 1.”"

3.

L-Anness I huwa emendat skont l-Anness I ta' din id-Direttiva.

Artikolu 3

L-Anness II tad-Direttiva 2003/37/KE huwa emendat skont l-Anness III ta' din id-Direttiva.

Artikolu 4

Id-Direttiva 2009/60/KE hija emendata kif ġej:

1.

L-Artikolu 1 jinbidel b'dan l-ġej:

“Artikolu 1

1.   Għall-fini ta' din id-Direttiva, ‘trattur’ tfisser trattur kif iddefinit fl-Artikolu 2(j) tad-Direttiva 2003/37/KE.

2.   Għall-fini ta' din id-Direttiva, il-kategoriji tat-trattur huma dawk iddefiniti fl-Anness II tad-Direttiva 2003/37/KE.

3.   Din id-Direttiva għandha tapplika biss għat-tratturi mgħammra b'tajers tal-arja u li għandhom veloċità massima skont id-disinn ta' mhux aktar minn 40 km/h.”

2.

L-Anness I huwa emendat skont l-Anness IV ta' din id-Direttiva.

Artikolu 5

Id-Direttiva 2009/144/KE hija emendata kif ġej:

1.

L-Artikolu 1 jinbidel b'dan li ġej:

“Artikolu 1

1.   Għall-fini ta' din id-Direttiva, ‘trattur’ tfisser trattur kif iddefinit fl-Artikolu 2(j) tad-Direttiva 2003/37/KE.

2.   Għall-fini ta' din id-Direttiva, il-kategoriji ta' tratturi huma dawk iddefiniti fl-Anness II, tad-Direttiva 2003/37/KE.

3.   Din id-Direttiva għandha tapplika għal tratturi tal-kategoriji T1, T2, T3 u T4.”

2.

L-Anness II huwa emendata skont l-Anness V ta' din id-Direttiva.

Artikolu 6

1.   Għall-kategoriji T1, T2 u T3 kif iddefiniti fl-Anness II tad-Direttiva 2003/37/KE, l-Istati Membri għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 7(1) ta' din id-Direttiva għal tipi ġodda ta' vetturi mid-29 ta’ Settembru 2011 u għal vetturi ġodda mid-29 ta’ Settembru 2012.

2.   Għall-kategorija T4.3 kif iddefiniti fl-Anness II tad-Direttiva 2003/37/KE, l-Istati Membri għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 7(1) ta' din id-Direttiva għal tipi ġodda ta' vetturi mid-29 ta’ Settembru 2013 u għall-vetturi ġodda mid-29 ta’ Settembru 2016.

3.   Għall-kategoriji T4.1, T4.2, T5, C, R u S kif iddefiniti fl-Anness II tad-Direttiva 2003/37/KE, l-Istati Membri għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 7(1) ta' din id-Direttiva għal tipi ġodda ta' vetturi u għal vetturi ġodda mid-dati stabbiliti fl-Artikolu 23(2) tad-Direttiva 2003/37/KE.

Artikolu 7

1.   L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji sabiex jikkonformaw ma’ din id-Direttiva sa mhux iktar tard mid-29 ta’ Settembru 2011. Huma għandhom minnufih jikkomunikaw it-test ta’ dawk id-dispożizzjonijiet lill-Kummissjoni, kif ukoll tabella ta’ korrelazzjoni bejn dawk id-dispożizzjonijiet u din id-Direttiva.

Meta l-Istati Membri jadottaw dawk id-dispożizzjonijiet, dawn għandhom jirreferu għal din id-Direttiva jew ikollhom magħhom ir-referenza msemmija waqt il-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. L-Istati Membri għandhom jiddeċiedu kif għandha ssir it-tali referenza.

2.   L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet prinċipali tal-liġi nazzjonali li huma jadottaw fil-kamp kopert minn din id-Direttiva.

Artikolu 8

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fil-jum ta' wara l-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 9

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, it-8 ta’ Settembru 2010.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 171, 9.7.2003, p. 1.

(2)  ĠU L 194, 28.7.1980, p. 1.

(3)  ĠU L 198, 30.7.2009, p. 15.

(4)  ĠU L 27, 30.1.2010, p 33.

(5)  ĠU L 186, 8.7.1986, p. 19.


ANNESS I

Il-punt I.2 tal-Anness I tad-Direttiva 80/720/KEE jinbidel b'dan li ġej:

“I.2.

Għat-tratturi kollha għajr għal tratturi dojoq li għandhom ċinġa wiesgħa ≤ 1 150 mm u tratturi li huma fil-kategorija T4.3, il-wisa' tal-ispazju operattiv għandha tkun tal-anqas 900 mm, minn 400 sa 900 mm 'il fuq mill-punt ta' referenza u fuq tul ta' 450 mm il quddiem minn dan il-punt (ara l-Figuri 1 u 3).

Għal tratturi tal-kategorija T4.3, l-ispazju operattiv irid ikollu, fuq iż-żona li testendi għal 450 mm quddiem il-punt ta' referenza, għoli ta' 400 mm 'il fuq mill-punt ta' referenza, wisa' totali ta' mill-inqas 700 mm, u fuq għoli ta' 900 mm 'il fuq mill-punt ta' referenza, wisa' totali ta' mill-inqas 600 mm.”


ANNESS II

ANNESS I

Dispożizzjonijiet ġenerali u rekwiżiti għall-power take-offs

1.   Definizzjoni u ambitu

1.1.   ‘Power take-off’ (PTO) tfisser xaft barrani tat-trattur li jipprovdi forza rotattiva lill-implimenti.

1.2.   Id-dispożizzjonijiet ta' din id-Direttiva japplikaw biss għal power take-offs kif ddefiniti f'1.1. u li jinsabu fuq in-naħa ta' wara jew ta' quddiem tat-trattur.

2.   Applikazzjoni għall-approvazzjoni tat-tip KE

2.1.   L-applikazzjoni għall-approvazzjoni tat-tip ta' tip ta' trattur f'dak li għandu x'jaqsam mal-power take-off' u l-protezzjoni tiegħu trid tiġi ppreżentata mill-fabbrikant tat-trattur jew mir-rappreżentant awtorizzat tiegħu, bl-użu tad-dokument ta' informazzjoni, li mudell tiegħu jidher fl-Anness II parti 1.

2.2.   Għandha tkun flimkien mad-disinni, fi tliet kopji, fi skala adatatta u ddettaljata b'mod xieraq, ta' dawk il-partijiet tat-trattur li huma suġġetti għall-kundizzjonijiet ta' din id-Direttiva.

2.3.   Trattur rappreżentattiv tat-tip ippreżentat għall-approvazzjoni jew dik/dawk il-parti/ijiet tat-trattur li huma kkunsidrati bħala essenzjali għat-twettiq tal-verifiki mitluba minn din id-Direttiva jridu jiġu pprovduti lis-servizz tekniku responsabbli għat-twettiq tat-testijiet għall-approvazzjoni tat-tip.

3.   Ċertifikat tal-approvazzjoni tat-tip KE

Ċertifikat li jikkonforma mal-mudell li jidher fl-Annes II Parti 2 irid jimtela għal kull approvazzjoni mogħtija jew miċħuda.

4.   Dispożizzjonijiet ġenerali

Meta tratturi jkunu mgħammra bil-power take-offs, dawn iridu jkunu konformi mar-rekwiżiti ta' dan l-Anness.

Għall-fini ta' din id-Direttiva, l-istandards imsemmija fit-taqsimiet 4.1 u 4.2 japplikaw.

4.1.   Dispożizzjonijiet għal power take-offs ta' wara

L-ispeċifikazzjonijiet tal-ISO 500-1:2004 flimkien mal-Corrigendum Tekniku 1:2005 u l-ISO 500-2:2004 japplikaw għal tratturi li għandhom power take-offs ta' wara skont it-Tabella 1.

Tabella 1

Applikazzjoni ta' standards għal power take-offs tal-kategoriji differenti ta' tratturi

Standard applikabbli

T1

C1

T2

C2

T3

C3

T4.1

C4.1

T4.2

C4.2

T4.3

C4.3

T5

C5

ISO 500-1:2004 (*)  (***)

X

--

X1)

X1)

X1)

X

X1)

ISO 500-2:2004 (**)

--

X

X2)

X2)

X2)

--

X2)

X

L-istandard applikabbli

--

Standard mhux applikabbli

X1)

Standard applikabbli għal tratturi li għandhom ċinga wiesgħa aktar minn 1 150 mm.

X2)

Standard applikabbli għal tratturi li għandhom ċinga wiesgħa 1 150 mm jew inqas

4.2.   Dispożizzjonijiet għal power take-offs ta' quddiem

L-ispeċifikazzjonijiet tal-ISO 8759-1:1998 japplikaw għal tratturi b'power take-offs fuq quddiem skont it-Tabella 2.

Tabella 2

Applikazzjoni ta' standards għal power take-offs ta' quddiem tal-kategoriji differenti ta' tratturi

Standard applikabbli

T1

C1

T2

C2

T3

C3

T4.1

C4.1

T4.2

C4.2

T4.3

C4.3

T5

C5

ISO 8759-1:1998

X

X

X3)

X4)

X

X4)

X

X

Standard applikabbli

X3)

Standard applikabbli meta t-trattur ikun mgħammar b'power take-offs kif speċifikat f'dan l-istandard

X4)

Standard applikabbli, għajr għall-klawżola 4.2.

ANNESS II

Parti 1

DOKUMENT TA’ INFORMAZZJONI Nru […]

skont l-Anness I tad-Direttiva 2003/37/KE fir-rigward tal-approvazzjoni tat-tip KE tat-tratturi għal dak li huwa marbut mal-power take-offs tat-tratturi

It-tagħrif li ġej, jekk applikabbli, għandu jingħata fi tliet kopji u jinkludi werrej.

Kull disinn għandu jiġi pprovdut fl-iskala xierqa u f'dettall biżżejjed f'format A4. Jekk ikun hemm xi ritratti għandu jkun fihom dettalji suffiċjenti.

0.   ĠENERALI

0.1.

Għamla(iet) (trade-mark irreġistrata mill-manifattur):

0.2.

Tip (speċifika xi varjanti u verżjonijiet):

0.3.

Il-mezz ta’ identifikazzjoni tat-tip, jekk ikun immarkat fuq il-vettura:

0.3.1.

Il-pjanċa tal-manifattur (fejn tinsab u metodu ta' twaħħil):

0.4.

Kategorija ta' vettura (1):

0.5.

Isem u indirizz tal-manifattur:

0.8.

Isem(ismijiet) u indirizz(i) tal-impjant(i) ta’ mmuntar:

4.12.

Power take-offs (dawriet kull minuta u l-proporzjon ta' din iċ-ċifra ma' dik tal-magna) (numru, tip u pożizzjoni):

4.12.1.

power take-off(s) ewlenin:

4.12.2.

oħrajn:

4.12.3.

Power take-off guard(s) (deskrizzjoni, daqsijiet, disinji, ritratti):

Parti 2

DOKUMENTAZZJONI TAL-APPROVAZZJONI TAT-TIP

MUDELL

(Format massimu: A4 (210 × 297 mm))

ĊERTIFIKAT TAL-APPROVAZZJONI TAT-TIP KE

Timbru tal-amministrazzjoni

Komunikazzjoni dwar:

l-approvazzjoni tat-tip (2)

l-estensjoni tal-approvazzjoni tat-tip (2)

iċ-ċaħda tal-approvazzjoni tat-tip (2)

l-irtirar tal-approvazzjoni tat-tip (2)

ta’ tip ta’ trattur fir-rigward tad-Direttiva 86/297/KEE,

Numru tal-approvazzjoni tat-tip: …

Raġuni għall-estensjoni: …

Taqsima I

0.1.

Il-marka (l-isem kummerċjali tal-manifattur):

0.2.

It-tip ta' trattur:

0.3.

Il-mezz ta' identifikazzjoni tat-tip tat-trattur jekk ikun immarkati fuq it-trattur (3):

0.3.1.

Fejn jinsab dan l-immarkar:

0.4.

Il-Kategorija ta' vettura (4):

0.5.

L-Isem u l-indirizz tal-manifattur:

0.8.

Isem(Ismijiet) u indirizz(i) tal-impjant(i) ta' mmuntar:

Taqsima II

1.

Tagħrif addizzjonali (fejn applikabbli): Ara l-Addendum.

2.

Servizz tekniku responsabbli mit-twettiq tat-testijiet:

3.

Data tar-rapport tat-test:

4.

Numru tar-rapport tat-test:

5.

Rimarki (jekk hemm): Ara l-Addendum.

6.

Post:

7.

Data:

8.

Firma:

9.

Qed jiġi mehmuż l-indiċi tal-pakkett ta' informazzjoni ddepożitat mal-awtorità ta' approvazzjoni, li tista' tintalab kopja tiegħu.


(*)  Fl-istandard ISO 500-1:2004, l-aħħar sentenza fit-taqsima 6.2 mhix applikabbli.

(**)  Għall-fini ta' din id-Direttiva, dan l-istandard japplika wkoll għal tratturi li għandhom power take-off li għandu forza li taqbeż 20 kW, imkejla skont l-ISO 789-1:1990.

(***)  Għall-power take-offs tat-tielet tip (3) u meta hu possibbli li jitnaqqas id-daqs tal-fetħa tal-irpar protettiv biex tiġi adattata għall-elementi ta' ingranaġġ li jkunu se jintużaw, il-ktejjeb tal-utent irid ikun fih l-elementi li ġejjin:

twissija tal-konsegwenzi u r-riskji kkawżati mid-daqs imnaqqas tal-irpar protettiv;

istruzzjonijiet u twissijiet speċifiċi għall-ingranar u r-rilaxx tal-power take-offs;

istruzzjonijiet u twissijiet speċifiċi għall-użu ta' għodda jew magni ingranati mal-power take-off ta' wara.

(1)  Kif iddefinit fl-Anness II tad-Direttiva 2003/37/KE.

(2)  Ħassar fejn ma japplikax.

(3)  Jekk il-mezz ta’ identifikazzjoni tat-tip ikun fih karattri li mhumiex rilevanti biex jiddeskrivu t-tipi ta' trattur koperti minn dan iċ-ċertikifat ta' approvazzjoni tat-tip dawn il-karattri għandhom jiġu rappreżentati fid-dokumentazzjoni bis-simbolu ‘?’ (jiġifieri ABC?123?).

(4)  Kif iddefinit fl-Anness II tad-Direttiva 2003/37/KE.


ANNESS III

L-Anness II għad-Direttiva 2003/37/KE hija emendata kif ġej:

1.

Fil- Kapitolu B, Parti I, fil-Lista tad-direttivi separati, fil-linja 18.1, kolonna T5, il-figura “(X)” tinbidel bil-figura “X”;

2.

Fil- Kapitolu B, Appendiċi 1, il-Parti II hija emendata kif ġej:

(a)

fil-linja 2.2., fil-kolonna T4.3, il-figura “(X)” tinbidel bil-figura “X”;

(b)

fil-linja 17.1., fil-kolonna T4.3, il-figura “(X)” tinbidel bil-figura “X”.


ANNESS IV

Fid-Direttiva 2009/60/KE, fl-Anness I, fil-punt 2.2, jiżdied is-subparagrafu li ġej:

“Fil-każ ta' tratturi tal-kategorija T4.3, it-tul tal-pjattaforma ma għandhiex taqbeż darbtejn u nofs il-wisa' massima ta' quddiem jew ta' wara tat-trattur, skont liema minnhom hija l-usa'.”


ANNESS V

L-Anness II tad-Direttiva 2009/144/KE huwa emendat kif ġej:

1.

Il-Punt 2.3.2.11. jinbidel b'dan li ġej:

“2.3.2.11.

Tratturi biċ-ċinga dejqa u tratturi tal-kategorija T4.3.”;

2.

Il-Punt 2.3.2.11.1. jinbidel b'dan li ġej:

“2.3.2.11.1.

Fil-każ ta' tratturi biċ-ċingi dojoq kif iddefinit fit-tieni inċiż tal-Artikolu 1 tad-Direttiva tal-Kunsill 87/402/KEE (*) u t-tratturi tal-kategorija T4.3 kif iddefinit fl-Anness II, Kapitolu B, Appendiċi 1, Parti I, tad-Direttiva 2003/37/KE r-rekwiżiti tal-punt 2.3.2.9 ma għandhomx japplikaw għaż-żona li tinsab taħt wiċċ inklinat fuq angolu ta' 45° lejn in-naħa ta' wara u trasversali mad-direzzjoni ta' moviment, u li jgħaddi minn punt li jinsab 230 mm wara l-punt tal-indiċi tas-sit (ara Figura 7). Jekk ikun hemm xi punti ta' periklu f’din iż-żona, jridu jitwaħħlu twissijiet korrispondenti mat-trattur.

(*)  ĠU L 220, 8.8.1987, p. 1.”"



Top