Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32010L0048

    Direttiva tal-Kummissjoni 2010/48/UE tal- 5 ta’ Lulju 2010 li taddatta għall-progress tekniku d-Direttiva 2009/40/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar testijiet tal-kundizzjoni ta’ vetturi u tal-karrijiet tagħhom għat-triq (Test b’relevanza għaż-ŻEE)

    ĠU L 173, 8.7.2010, p. 47–72 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 19/05/2018; Imħassar b' 32014L0045

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2010/48/oj

    8.7.2010   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 173/47


    DIRETTIVA TAL-KUMMISSJONI 2010/48/UE

    tal-5 ta’ Lulju 2010

    li taddatta għall-progress tekniku d-Direttiva 2009/40/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar testijiet tal-kundizzjoni ta’ vetturi u tal-karrijiet tagħhom għat-triq

    (Test b’relevanza għaż-ŻEE)

    IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2009/40/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta’ Mejju 2009 dwar testijiet tal-kundizzjoni ta’ vetturi u tal-karrijiet tagħhom għat-triq (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 6(1) tagħha,

    Billi:

    (1)

    Fl-interessi tas-sigurtà fit-toroq, il-ħarsien tal-ambjent u l-kompetizzjoni ġusta huwa importanti li jiġi assigurat li l-vetturi fl-użu jingħataw manutenzjoni u jkunu ttestjati sewwa, sabiex tinżamm il-prestazzjoni tagħhom kif iggarantita mill-approvazzjoni tat-tip, mingħajr degradazzjoni eċċessiva, tul il-perjodu kollu tal-użu tagħhom.

    (2)

    L-istandards u l-metodi, kif imsemmija fl-Artikolu 6 (1) tad-Direttiva 2009/40/KE, għandhom jiġu ddefiniti u addattati aktar sabiex jirriflettu l-progress tekniku, sabiex l-ittestjar tal-kundizzjoni tal-vetturi għat-triq fl-Unjoni Ewropea jiġi mtejjeb b’mod kost-effettiv.

    (3)

    Għandhom jiġu kkunsidrati s-sejbiet ta’ żewġ proġetti, Autofore (2) u Idelsy (3), li dan l-aħħar ittrattaw l-alternattivi futuri għall-ittestjar tal-kundizzjoni tal-vetturi għat-triq u l-eżitu ta’ djalogu miftuħ u fattwali mal-partijiet interessati.

    (4)

    L-istat preżenti tat-teknoloġija tal-vetturi jeħtieġ li s-sistemi elettroniċi moderni jiġu inklużi fil-lista tal-affarijiet li għandhom jiġu ttestjati.

    (5)

    Sabiex tinkiseb aktar armonizzazzjoni fl-ittestjar tal-vetturi dwar jekk humiex tajbin għat-triq, għandhom jiddaħħlu metodi ta’ ttestjar għal kull wieħed mill-elementi tat-test.

    (6)

    Sabiex tiġi ffaċilitata armonizzazzjoni ulterjuri u għal raġunijiet ta’ konsistenza fl-istandards, issa għandha tiġi inkluża lista mhux eżawrjenti tar-raġunijiet prinċipali ta’ falliment għall-elementi kollha tat-test, kif diġà teżisti għas-sistemi tal-brejkijiet.

    (7)

    It-testijiet ta’ jekk vettura hijiex tajba għat-triq għandhom ikopru l-elementi kollha rilevanti għad-diżinn, il-kostruzzjoni u t-tagħmir speċifiku tal-vettura ttestjata. Għalhekk, fejn ikun meħtieġ, għandhom jiżdiedu rekwiżiti speċifiċi għal kategoriji ta’ vetturi partikolari.

    (8)

    L-Istati Membri estendew ir-rekwiżit tat-testijiet perjodiċi skont l-Artikolu 5 (e) tad-Direttiva 2009/40/KE għal kategoriji oħra ta’ vetturi. Għall-iskop ta’ ttestjar aktar armonizzat, għandhom jiġu inklużi metodi u standards għal dawk il-kategoriji ta’ vetturi. It-testijiet għandhom jitwettqu bl-użu ta’ metodi u tagħmir attwalment disponibbli, u mingħajr l-użu ta’ għodda sabiex tiġi żarmata jew titneħħa xi parti tal-vettura.

    (9)

    Minbarra l-elementi relatati mas-sigurtà, is-sikurezza u l-ħarsien tal-ambjent, it-test irid ikopri wkoll l-identifikazzjoni tal-vettura sabiex ikun żgurat li jiġu applikati t-testijiet u l-istandards korretti, sabiex ikunu jistgħu jiġu rrekordjati r-riżultati tat-test u jkunu jistgħu jiġu infurzati rekwiżiti legali oħra.

    (10)

    Sabiex jiġi ffaċilitat l-operat tas-suq intern, u sabiex jittejbu l-metodi ta’ ttestjar dwar jekk vettura hijiex tajba għat-triq, ir-riżultati ta’ test għandhom ikunu ppreżentati f’ċertifikat tal-kundizzjoni tajba għat-triq li jkun ikopri ċerti elementi ċentrali.

    (11)

    Irid isir aktar xogħol fil-kamp tal-iżvilupp ta’ proċeduri ta’ ttestjar alternattivi biex tiġi ċċekkjata l-kundizzjoni ta’ manutenzjoni tal-vetturi li jaħdmu bid-diżil, b’mod partikolari fir-rigward tan-NOx u l-partikulati billi jiġu kkunsidrati sistemi ġodda ta’ post-trattament tal-emissjonijiet.

    (12)

    Il-miżuri previsti f’din id-Direttiva huma skont l-opinjoni tal-kumitat dwar l-addattament għall-progress tekniku tad-Direttiva dwar testijiet tal-kundizzjoni ta’ vetturi u tal-karrijiet tagħhom għat-triq, li ġie stabbilit bl-Artikolu 7 tad-Direttiva 2009/40/KE.

    ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:

    Artikolu 1

    L-Anness II għad-Direttiva 2009/40/KE huwa emendat skont l-Anness ta’ din id-Direttiva.

    Artikolu 2

    1.   L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa sabiex jikkonformaw ma’ din id-Direttiva sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Diċembru 2011, bl-eċċezzjoni tad-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 3 tal-Anness II, li għandhom japplikaw mill-31 ta’ Diċembru 2013. Huma għandhom jinfurmaw immedjatament lill-Kummissjoni dwarhom.

    Meta l-Istati Membri jadottaw dawn id-dispożizzjonijiet, huma għandhom jinkludu referenza għal din id-Direttiva jew għandhom ikunu akkumpanjati minn referenza bħal din fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. L-Istati Membri għandhom jiddeċiedu kif għandha ssir tali referenza.

    2.   L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet tal-liġi nazzjonali li huma jadottaw fil-kamp kopert minn din id-Direttiva.

    Artikolu 3

    Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Artikolu 4

    Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

    Magħmul fi Brussell, il-5 ta’ Lulju 2010.

    Għall-Kummissjoni

    Il-President

    José Manuel BARROSO


    (1)  ĠU L 141, 6.6.2009, p. 12.

    (2)  Autofore study on the Future Options for Roadworthiness Enforcement in the European Union (L-istudju Autofore dwar l-alternattivi futuri għall-Infurzar tal-Kundizzjoni Tajba tal-Vetturi għat-Triq fl-Unjoni Ewropea), http://ec.europa.eu/transport/roadsafety/publications/projectfiles/autofore_en.htm

    (3)  Inizjattiva IDELSY għad-Dijanjożi tas-Sistemi Elettroniċi fil-Vetturi għall-PTI, http://ec.europa.eu/transport/roadsafety/publications/projectfiles/idelsy_en.htm


    ANNESS

    L-Anness II għad-Direttiva 2009/40/KE huwa ssostitwit b’dan li ġej:

    “ANNESS II

    ELEMENTI LI GĦANDHOM JIĠU TTESTJATI B’MOD OBBLIGATORJU

    WERREJ

    1.

    Introduzzjoni

    2.

    Ambitu tal-Ispezzjoni

    3.

    Iċ-ċertifikat li l-vettura hija tajba għat-triq

    4.

    Rekwiżiti minimi tal-ispezzjoni

    0.

    Identifikazzjoni tal-vettura

    1.

    Tagħmir tal-brejkijiet

    2.

    L-istering

    3.

    Il-viżibbiltà

    4.

    Fanali, rifletturi u tagħmir elettriku

    5.

    Il-fusijiet, ir-roti, it-tajers u s-suspenxin

    6.

    Ix-xażi u l-aċċessorji tax-xażi

    7.

    Tagħmir ieħor

    8.

    Effetti negattivi

    9.

    Testijiet supplimentari għall-vetturi li jġorru l-passiġġieri M2, M3

    1.   INTRODUZZJONI

    Dan l-Anness jidentifika s-sistemi u l-komponenti tal-vettura li għandhom jiġu ttestjati; huwa jiddeskrivi l-metodu ta’ kif għandhom jiġu ttestjati u l-kriterji li għandhom jintużaw meta jiġi stabbilit jekk il-kundizzjoni tal-vettura hijiex aċċettabbli.

    Meta jinstab li l-vettura hija difettuża fir-rigward tal-elementi tat-test elenkati, l-awtoritajiet kompetenti fl-Istati Membri għandhom jadottaw proċedura sabiex jistabbilixxu l-kundizzjonijiet fejn il-vettura tista’ tintuża qabel ma tgħaddi minn test ieħor dwar jekk hijiex tajba għat-triq.

    It-test irid ikopri tal-inqas l-elementi elenkati hawn isfel, bil-kundizzjoni li dawn ikunu relatati mat-tagħmir tal-vettura li tkun qiegħda tiġi ttestjata fl-Istat Membru kkonċernat.

    It-testijiet għandhom jitwettqu billi jintużaw metodi u tagħmir attwalment disponibbli mingħajr l-użu ta’ għodod sabiex tiġi żarmata jew titneħħa xi parti tal-vettura.

    L-elementi kollha elenkati għandhom jitqiesu bħala obbligatorji f’test perjodiku tal-vetturi, għajr dawk immarkati bl-indikazzjoni (X), li huma relatati mal-kundizzjoni tal-vettura u s-sostenibbiltà tagħha għall-użu fit-triq iżda li mhumiex ikkunsidrati bħala essenzjali f’test perjodiku.

    Ir-“Raġunijiet għall-Falliment” ma japplikawx f’każijiet fejn dawn jirreferu għal rekwiżiti li ma kinux preskritti fil-leġislazzjoni rilevanti dwar l-approvazzjoni ta’ vetturi fiż-żmien tal-ewwel reġistrazzjoni, l-ewwel dħul fis-servizz u r-rekwiżiti dwar il-modifiki li jsiru wara.

    Meta metodu ta’ spezzjoni jingħata bħala viżwali, dan ifisser illi minbarra milli jħares lejn l-elementi, l-ispettur għandu, jekk ikun meħtieġ, imisshom, jevalwa l-ħsejjes u juża kwalunkwe mezz ta’ spezzjoni ieħor xieraq mingħajr l-użu ta’ tagħmir.

    2.   AMBITU TAL-ISPEZZJONI

    L-ispezzjoni għandha tkopri tal-inqas l-elementi msemmija hawn isfel, bil-kundizzjoni li dawn ikunu relatati mat-tagħmir installat tal-vettura li tkun qiegħda tiġi ttestjata.

    0)

    L-identifikazzjoni tal-vettura;

    1)

    L-apparat tal-brejkijiet;

    2)

    L-istering;

    3)

    Il-viżibbiltà;

    4)

    It-tagħmir tad-dawl u l-partijiet tas-sistema elettrika;

    5)

    Il-fusijiet, ir-roti, it-tajers, is-suspenxin;

    6)

    Ix-xażi u l-aċċessorji tax-xażi;

    7)

    Tagħmir ieħor;

    8)

    Effetti negattivi;

    9)

    Testijiet supplimentari għal vetturi li jġorru l-passiġġieri M2 u M3

    3.   IĊ-ĊERTIFIKAT LI L-VETTURA HIJA TAJBA GĦAT-TRIQ

    L-operatur jew is-sewwieq tal-vettura jrid jiġi nnotifikat bil-miktub dwar id-difetti, ir-riżultat tat-test u l-konsegwenzi legali.

    Iċ-ċertifikati li l-vettura hija tajba għat-triq, maħruġa fil-każ tat-testijiet perjodiċi obbligatorji tal-vetturi, għandhom ikopru mill-anqas l-elementi li ġejjin:

    1)

    in-numru tal-VIN

    2)

    in-numru tal-pjanċa tar-reġistrazzjoni u s-simbolu tal-pajjiż tal-istat tar-reġistrazzjoni

    3)

    il-post u d-data tat-test

    4)

    il-qari tal-odometru fil-ħin tat-test jekk ikun disponibbli

    5)

    il-kategorija tal-vettura jekk disponibbli

    6)

    id-difetti identifikati (huwa rakkomandat li tiġi segwita l-ordni numerika tal-Paragrafu 5 ta’ dan l-Anness) u l-kategorija tagħha

    7)

    l-evalwazzjoni ġenerali tal-vettura

    8)

    id-data tat-test perjodiku li jmiss (jekk din l-informazzjoni ma tkunx ipprovduta b’mezzi oħra)

    9)

    l-isem tal-organizzazzjoni li tagħmel l-ispezzjoni u l-firma u l-identifikazzjoni tal-ispettur responsabbli għat-test

    4.   REKWIŻITI MINIMI TAL-ISPEZZJONI

    L-ispezzjoni għandha tkopri tal-inqas l-elementi u tuża l-istandards minimi u l-metodi elenkati hawn isfel. Ir-raġunijiet ta’ falliment huma eżempji ta’ difetti li jistgħu jinstabu.

    Element

    Metodu

    raġuni għall-falliment

    0.   IDENTIFIKAZZJONI TAL-VETTURA

    0.1

    Il-pjanċi bin-numru tar-reġistrazzjoni (jekk meħtieġ mir-rekwiżiti) (1)

    Spezzjoni viżwali.

    (a)

    Il-pjanċa(i) bin-numru hija/huma neqsin jew imwaħħlin tant laxki li x’aktarx li jaqgħu.

    (b)

    Kitba nieqsa jew ma tinqarax.

    (c)

    Mhux skont id-dokumenti jew ir-rekords tal-vettura

    0.2

    In-numru tax-xażi/serjali ta’ identifikazzjoni tal-vettura

    Spezzjoni viżwali

    (a)

    Nieqes jew ma jistax jinstab.

    (b)

    Inkomplet, ma jinqarax.

    (c)

    Mhux skont id-dokumenti jew ir-rekords tal-vettura.

    1.   TAGĦMIR TAL-BREJKIJIET

    1.1

    Il-kondizzjoni mekkanika u l-funzjonament

    1.1.1

    Il-pern tal-pedala tas-service brake/tal-hand lever

    Spezzjoni viżwali tal-komponenti waqt li s-sistema tal-brejkijiet tkun qed tiffunzjona.

    Nota: Il-vetturi b’sistemi ta’ brejkijiet power-assisted għandhom jiġu spezzjonati bil-magna mitfija.

    (a)

    Pern issikat iżżejjed.

    (b)

    Ittiekel jew laxk wisq.

    1.1.2

    Il-kundizzjoni tal-pedali/hand lever u t-travel tal-mezz li jopera l-brejkijiet

    Spezzjoni viżwali tal-komponenti waqt li s-sistema tal-brejkijiet tkun qed tiffunzjona.

    Nota: Il-vetturi b’sistemi tal-brejkijiet power-assisted għandhom jiġu spezzjonati bil-magna mitfija.

    (a)

    Travel żejjed jew riserva ta’ travel insuffiċjenti.

    (b)

    Kontroll tal-brejkijiet li ma jirrilaxxax kif suppost

    (c)

    Id-dispożizzjoni kontra ż-żliq ta’ fuq il-pedala tal-brejkijiet mhix hemm, maħlula jew ittieklet bl-użu

    1.1.3

    Il-pompa tal-vakwu jew il-kompressur u l-akkumulaturi

    Spezzjoni viżwali tal-komponenti fi pressjoni operattiva normali. Ħin ta’ ttestjar meħtieġ sakemm il-pressjoni tal-vakwu jew il-pressjoni tal-arja jilħqu livell sikur ta’ tħaddim u jibdew jiffunzjonaw il-mezz ta’ twissija, il-valv ta’ protezzjoni ta’ sistema multi-circuit u l-valv għar-rilaxx tal-pressjoni.

    (a)

    Il-pressjoni tal-arja/vakwu hija insuffiċjenti biex tassisti għal mill-inqas żewġ applikazzjonijiet tal-brejkijiet wara li l-mezz ta’ twissija jkun iffunzjona (jew il-gauge juri qari mhux ta’ min joqgħod fuqu).

    (b)

    Il-ħin meħtieġ biex il-pressjoni tal-arja/vakwu jilħqu l-livell sikur ta’ tħaddim ma jissodisfax ir-rekwiżiti (1)

    (c)

    Il-valv ta’ protezzjoni ta’ sistema multi-circuit jew il-valv għar-rilaxx tal-pressjoni ma jaħdimx

    (d)

    Tnixxija tal-arja li tikkawża waqgħa notevoli fil-pressjoni jew tnixxijiet tal-arja li jinstemgħu.

    (e)

    Ħsara esterna li x’aktarx taffettwa l-funzjonament tas-sistema tal-brejkijiet.

    1.1.4

    Gauge jew indikatur li juri twissija ta’ pressjoni baxxa

    Kontroll tal-funzjonament.

    Gauge jew indikatur difettuż jew jaħdem ħażin.

    1.1.5

    Il-valv manwali ta’ kontroll tal-brejkijiet

    Spezzjoni viżwali tal-komponenti waqt li s-sistema tal-brejkijiet tkun qed tiffunzjona.

    (a)

    Il-kontroll imxaqqaq, bil-ħsara jew mittiekel wisq.

    (b)

    Il-kontroll mhux imwaħħal sew mal-valv jew il-valv mhux imwaħħal sod.

    (c)

    Konnessjonijiet laxki fis-sistema jew tnixxijiet fis-sistema.

    (d)

    Funzjonament mhux sodisfaċenti.

    1.1.6

    Il-mezz li jattiva l-brejk tal-ipparkjar, il-kontroll tal-lieva, ir-ratchet tal-brejk tal-ipparkjar, l-ipparkjar elettroniku

    Spezzjoni viżwali tal-komponenti waqt li s-sistema tal-brejkijiet tkun qed tiffunzjona.

    (a)

    Ir-ratchet mhux jorbot sew.

    (b)

    Il-pern tal-lieva jew il-mekkaniżmu tar-ratchet ittiekel wisq.

    (c)

    Moviment eċċessiv tal-lieva li jindika aġġustament inkorrett.

    (d)

    L-attivatur nieqes, bil-ħsara jew ma jaħdimx.

    (e)

    Funzjonament ħażin, l-indikatur ta’ twissija jaħdem ħażin.

    1.1.7

    Il-valvi tal-brejkijiet (foot valves, unloaders, governors)

    Spezzjoni viżwali tal-komponenti waqt li s-sistema tal-brejkijiet tkun qed tiffunzjona..

    (a)

    Valv bil-ħsara jew tnixxija eċċessiva tal-arja.

    (b)

    Skarika eċċessiva ta’ żejt mill-kompressur.

    (c)

    Valv jiċċaqlaq jew imwaħħal ħażin.

    (d)

    Ħruġ jew tnixxija ta’ fluwidu idrawliku.

    1.1.8

    Couplings għall-brejkijiet tal-karrijiet (tal-elettriku u tal-arja)

    Skonnettja u kkonnettja mill-ġdid il-couplings kollha tas-sistema tal-brejkijiet bejn il-vettura li tirmonka u l-karru.

    (a)

    Difett fit-tapp jew fil-valvola li tissiġilla lilha nnifisha.

    (b)

    Vit jew valv jiċċaqlaq jew imwaħħal ħażin.

    (c)

    Tnixxijiet eċċessivi.

    (d)

    Ma jaħdmux sew.

    1.1.9

    Akkumulatur tal-pressjoni

    Spezzjoni viżwali

    (a)

    It-tank bil-ħsara, imsaddad jew inixxi.

    (b)

    Il-mezz li bih jiġi mbattal ma jaħdimx.

    (c)

    It-tank jiċċaqlaq jew imwaħħal ħażin.

    1.1.10

    Unitajiet servo tal-brejk, il-mastruċilindru (sistemi idrawliċi)

    Spezzjoni viżwali tal-komponenti waqt li s-sistema tal-brejkijiet tkun qed tiffunzjona.

    (a)

    Is-servo unit difettuż jew mhux effettiv.

    (b)

    Il-mastruċilindru difettuż jew inixxi.

    (c)

    Il-mastruċilindru mhux imwaħħal sod.

    (d)

    Il-fluwidu tal-brejkijiet huwa insuffiċjenti.

    (e)

    It-tapp tat-tank tal-mastruċilindru nieqes.

    (f)

    Il-bozza ta’ twissija tal-fluwidu tal-brejkijiet mixgħula jew difettuża

    (g)

    Il-mezz li jwissi li l-livell tal-fluwidu tal-brejkijiet ma jaħdimx sew.

    1.1.11

    Pajpijiet riġidi tal-brejkijiet

    Spezzjoni viżwali tal-komponenti waqt li s-sistema tal-brejkijiet tkun qed tiffunzjona.

    (a)

    Riskju imminenti li jċedu jew jinqasmu.

    (b)

    Pajpijiet jew konnessjonijiet li jnixxu.

    (c)

    Il-pajpijiet bil-ħsara jew imsadda żżejjed.

    (d)

    Il-pajpijiet mhux f’posthom.

    1.1.12

    Hoses flessibbli tal-brejkijiet

    Spezzjoni viżwali tal-komponenti waqt li s-sistema tal-brejkijiet tkun qed tiffunzjona.

    (a)

    Riskju imminenti li jċedu jew jinqasmu.

    (b)

    Hoses bil-ħsara, mittiekla, mibrumin jew qosra wisq.

    (c)

    Hoses jew konnessjonijiet li jnixxu.

    (d)

    Hoses minfuħin bil-pressjoni.

    (e)

    Hoses porużi.

    1.1.13

    Linings u pads tal-brejkijiet

    Spezzjoni viżwali

    (a)

    Il-lining jew il-pad mittiekla wisq.

    (b)

    Il-lining jew il-pad ikkontaminati (żejt, griż, eċċ.).

    (c)

    Lining jew pad neqsin.

    1.1.14

    Drums tal-brejkijiet, diski tal-brejkijiet

    Spezzjoni viżwali

    (a)

    Id-drum jew id-disk mittiekla wisq, fihom wisq taħfir, imxaqqin, mhux imwaħħlin sod jew maqsumin.

    (b)

    Id-drum jew id-disk ikkontaminati (żejt, grease, eċċ.).

    (c)

    Id-drum jew id-disk neqsin.

    (d)

    Il-back plate mhix imwaħħla sod.

    1.1.15

    Kejbils, vireg, livers u linkages tal-brejkijiet

    Spezzjoni viżwali tal-komponenti waqt li s-sistema tal-brejkijiet tkun qed tiffunzjona.

    (a)

    Kejbil bil-ħsara jew mgħaqqad.

    (b)

    Komponent mittiekel wisq jew imsaddad.

    (c)

    Kejbil, virga jew ġonta mhux imwaħħlin sod.

    (d)

    Il-gwida tal-kejbil difettuża.

    (e)

    Restrizzjoni għall-moviment ħieles tas-sistema tal-brejkijiet.

    (f)

    Ċaqliq mhux normali tal-livers/linkage li jindika twaħħil ħażin jew li ttieklu wisq.

    1.1.16

    Actuators tal-brejkijiet (inkluż brejkijiet bil-molla jew ċilindri idrawliċi)

    Spezzjoni viżwali tal-komponenti waqt li s-sistema tal-brejkijiet tkun qed tiffunzjona.

    (a)

    L-actuator maqsum jew bil-ħsara.

    (b)

    L-actuator inixxi.

    (c)

    L-actuator jiċċaqlaq jew imwaħħal ħażin.

    (d)

    L-actuator imsaddad wisq.

    (e)

    Travel eċċessiv jew insuffiċjenti tal-pistun operattiv jew tal-mekkaniżmu tad-dijaframma.

    (f)

    L-għatu ta’ protezzjoni mit-trab għandu ħsara kbira jew mhux hemm.

    1.1.17

    Valv li jħoss it-tagħbija

    Spezzjoni viżwali tal-komponenti waqt li s-sistema tal-brejkijiet tkun qed tiffunzjona.

    (a)

    Linkage difettuż.

    (b)

    Linkage aġġustat ħażin.

    (c)

    Valv iġġammjat jew ma jaħdimx.

    (d)

    Ma hemmx valv.

    (e)

    Ma hemmx pjanċa tad-dejta.

    (f)

    Id-dejta ma tinqarax jew mhix skont ir-rekwiżiti (1).

    1.1.18

    Indikaturi u mezzi għall-aġġustament tal-laxkezza

    Spezzjoni viżwali

    (a)

    Il-mezz għall-aġġustament tal-laxkezza bil-ħsara, iġġammjat jew jiċċaqlaq b’mod anormali, tekil eċċessiv jew aġġustament inkorrett.

    (b)

    Il-mezz għall-aġġustament tal-laxkezza difettuż.

    (c)

    Installati jew mibdula ħażin.

    1.1.19

    Sistema EBS (meta mgħammra jew meħtieġa)

    Spezzjoni viżwali

    (a)

    Konnetturi jew mountings mhux imwaħħlin sod.

    (b)

    Is-sistema għandha difetti ċari jew ma hemmx sistema.

    1.1.20

    Funzjonament awtomatiku tal-brejkijiet tal-karru

    Skonnettja l-coupling tal-brejkijiet bejn il-vettura tal-irmunkar u l-karru

    Il-brejk tal-karru ma jidħolx awtomatikament xħin jiġi skonnettjat il-coupling.

    1.1.21

    Sistema tal-brejkijiet kompleta

    Spezzjoni viżwali.

    (a)

    Mezzi oħra tas-sistema (eż., il-pompa tal-anti-freeze, id-dryer tal-arja, eċċ) bi ħsara esterna jew imsaddin wisq tant li jaffettwaw ħażin lis-sistema tal-brejkijiet.

    (b)

    Tnixxija ta’ arja jew tal-anti-freeze.

    (c)

    Kwalunkwe komponent li mhux imwaħħlal sod jew imwaħħal ħażin.

    (d)

    Tiswija jew modifika mhux xierqa għal kwalunkwe komponen (1)

    1.1.22

    Konnessjonijiet li jintużaw għall-ittestjar (meta mgħammra jew meħtieġa)

    Spezzjoni viżwali.

    (a)

    Nieqsa.

    (b)

    Bil-ħsara, ma jistgħux jintużaw jew inixxu.

    1.2

    Prestazzjoni u effiċjenza tas-service brejk

    1.2.1

    Prestazzjoni

    waqt test fuq magna tal-ittestjar tal-brejkijiet abbażi ta’ kejl statiku jew, jekk ma jkunx possibbli waqt test fit-triq applika l-brejkijiet b’mod gradwali sakemm tapplika l-ogħla sforz possibbli.

    (a)

    M’hemmx biżżejjed saħħa ta’ bbrejkjar fuq rota waħda jew iżjed.

    (b)

    Is-saħħa ta’ bbrejkjar minn kwalunkwe rota tkun inqas minn 70 % tal-ogħla saħħa ta’ bbrejkjar irreġistrata mir-rota l-oħra fuq l-istess fus. Jew fil-każ ta’ ttestjar fit-triq, il-vettura tiddevja b’mod eċċessiv minn linja dritta.

    (c)

    Ebda varjazzjoni gradwali tas-saħħa tal-ibbrejkjar (qbid).

    (d)

    Dewmien anormali fil-funzjonament tal-brejk ta’ kwalunkwe rota.

    (e)

    Is-saħħa tal-brejkijiet tvarja wisq fil-perjodu li fih ir-rota ddur dawra sħiħa.

    1.2.2

    Effiċjenza

    Test fuq magna tal-ittestjar tal-brejkijiet abbażi ta’ kejl statiku jew, jekk ma tkunx tista’ tintuża waħda għal raġunijiet tekniċi, test fit-triq bl-użu ta’ deċelometru li jirrekordja. Il-vetturi jew karru b’piż massimu permissibbli ogħla minn 3 500  kg iridu jiġu spezzjonati skont l-istandards mogħtija mill-ISO 21069 jew metodi ekwivalenti.

    It-testijiet fit-triq iridu jsiru f’kundizzjonijiet xotti fi triq dritta u ċatta.

    Ma jagħtix għall-inqas iċ-ċifra minima kif ġej:-

     

    Vetturi rreġistrati l-ewwel darba wara d-dħul fis-seħħ ta’ din id-Direttiva:

    Kategorija N1: 50 %

    Kategorija M1: 58 %

    Kategorija M2 u M3: 50 %

    Kategorija N2 u N3: 50 %

    Kategorija O2 (XX) (3), O3 u O4

    għas-semi-karrijiet: 45 %

    għall-karrijiet draw-bar: 50 %

     

    Vetturi rreġistrati qabel id-dħul fis-seħħ ta’ din id-Direttiva:

     

    Kategorija N1: 45 %

     

    Kategorija M1, M2 u M3: 50 % (2)

     

    Kategorija N2 u N3: 43 % (3)

     

    Kategorija O2 (XX) (3); O3 u O4 40 % (4)

     

    Kategoriji oħra (XX) (3):

    Kategoriji L (iż-żewġ brejkijiet):

    Kategorija L1e: 42 %

    Kategorija L2e, L6e: 40 %

    Kategorija L3e: 50 %

    Kategorija L4e: 46 %

    Kategorija L5e, L7e: 44 %

    Kategoriji L (brejk tar-rota ta’ wara):

    il-kategoriji kollha: 25 %

    1.3

    Il-prestazzjoni u l-effiċjenza tal-brejkijiet sekondarji (ta’ emerġenza) (jekk milħuqa minn sistema separata)

    1.3.1

    Prestazzjoni

    Jekk is-sistema tal-brejkijiet sekondarja tkun separata mis-sistema tas-service brake, uża l-metodu speċifikat f’1.2.1.

    (a)

    Saħħa ta’ bbrejkjar inadegwata fuq rota waħda jew aktar.

    (b)

    Is-saħħa ta’ bbrejkjar minn kwalunkwe rota hija inqas minn 70 % tal-ogħla saħħa ta’ bbrejkjar irreġistrata minn rota oħra li tkun fuq l-istess fus. Jew fil-każ tal-ittestjar fit-triq, il-vettura tiddevja iżżejjed minn linja dritta.

    (c)

    L-ebda varjazzjoni gradwali tas-saħħa tal-ibbrejkjar (qbid).

    1.3.2

    Effiċjenza

    Jekk is-sistema tal-brejkijiet sekondarja tkun separata mis-sistema tas-service brake, uża l-metodu speċifikat f’1.2.2.

    Sforz ta’ bbrejkjar ta’ inqas minn 50 % (5) tal-prestazzjoni tas-service brake definita fis-sezzjoni 1.2.2 fir-rigward tal-piż massimu awtorizzat jew, fil-każ tas-semi-karrijiet, is-somma tat-tagħbijiet awtorizzati fuq il-fus.

    (ħlief L1e u L3e).

    1.4

    Il-prestazzjoni u l-effiċjenza tal-brejk tal-ipparkjar

    1.4.1

    Prestazzjoni

    Applika l-brejk fuq magna tal-ittestjar tal-brejkijiet abbażi ta’ kejl statiku u/jew waqt test fit-triq b’deċelerometru.

    Il-brejk ma jaħdimx fuq naħa waħda jew fil-każ ta’ ttestjar fit-triq, il-vettura tiddevja żżejjed minn linja dritta.

    1.4.2

    Effiċjenza

    Test fuq magna tal-ittestjar tal-brejkijiet abbażi ta’ kejl statiku jew test fit-triq bl-użu ta’ deċelometru li jindika jew jirrekordja jew bil-vettura f’niżla ta’ gradjent magħruf. Il-vetturi għall-ġarr ta’ oġġetti għandhom, jekk ikun possibbli, jiġu ttestjati mgħobbija.

    Għall-kategoriji kollha tal-vettura, ma jagħtix għall-inqas 16 % bħala proporzjon tal-brejkijiet fir-rigward tal-piż massimu awtorizzat, jew, għal vetturi bil-mutur, 12 % fir-rigward tal-massa massima awtorizzata tal-kombinazzjoni tal-vettura, skont liema tkun l-ikbar

    (ħlief L1e u L3e).

    1.5.

    Prestazzjoni tal-EBS (Endurance Braking System)

    Spezzjoni viżwali u, fejn ikun possibbli, ittestja jekk is-sistema taħdimx.

    (a)

    L-effiċjenza ma tvarjax b’mod gradwali (mhux applikabbli għal sistemi tal-ibbrejkjar bl-egżost).

    (b)

    Is-sistema ma taħdimx.

    1.6

    Sistema ta’ brejkijiet anti-lock (ABS)

    Spezzjoni viżwali u spezzjoni tal-mezz ta’ twissija.

    (a)

    Il-mezz ta’ twissija ma jaħdimx sewwa.

    (b)

    Il-mezz ta’ twissija juri funzjonament ħażin fis-sistema.

    (c)

    Is-sensers tal-veloċità tar-roti nieqsa jew bil-ħsara.

    (d)

    Il-wajers bil-ħsara.

    (e)

    Komponenti oħra neqsin jew bil-ħsara.

    1.7

    Sistema ta’ brejkijiet elettroniċi (EBS)

    Spezzjoni viżwali tal-mezz ta’ twissija.

    (a)

    Il-mezz ta’ twissija ma jaħdimx sewwa.

    (b)

    Il-mezz ta’ twissija juri funzjonament ħażin fis-sistema.

    2.   L-ISTERING

    2.1

    Il-kundizzjoni mekkanika

    2.1.1

    Il-kundizzjoni tal-apparat tal-istering

    Bil-vettura fuq ħofra jew fuq parank u bir-roti tat-triq maqtugħin mill-art jew fuq turn tables, dawwar ir-rota tal-istering minn naħa għall-oħra. Spezzjoni viżwali tal-ħidma tal-apparat tal-istering.

    (a)

    Guffaġni fil-funzjonament tal-apparat.

    (b)

    Ix-xaft tas-settur mgħawweġ jew biċ-ċwievet mikula.

    (c)

    Ix-xaft tas-settur ittiekel wisq.

    (d)

    Moviment eċċessiv tax-xaft tas-settur.

    (e)

    Tnixxija.

    2.1.2

    It-tqabbid tal-kejsing tar-rota tal-istering

    Bil-vettura fuq ħofra jew fuq parank u l-piż tar-roti tat-triq tal-vettura fuq l-art, dawwar ir-rota tal-istering/il-handle bar favur l-arloġġ u kontra l-arloġġ jew billi tuża detector adattat apposta għal-laxkezza tar-rota. Spezzjoni viżwali tat-tqabbid tal-kejsing tal-apparat max-xażi.

    (a)

    Il-kejsing tal-apparat tal-istering mhux imqabbad sewwa.

    (b)

    Toqob ta’ tqabbid imtawlin fix-xażi.

    (c)

    Boltijiet tat-tqabbid neqsin jew miksura.

    (d)

    Il-kejsing tal-apparat tal-istering miksur.

    2.1.3

    Il-kundizzjoni tal-linkage tal-istering

    Bil-vettura fuq ħofra jew fuq parank u bir-rota tat-triq fuq l-art, dawwar ir-rota tal-istering favur l-arloġġ u kontra l-arloġġ jew billi tuża detector adattat apposta għal-laxkezza tar-rota. Spezzjoni viżwali tal-komponenti tal-istering għal użu eċċessiv, ksur u sigurtà.

    (a)

    Moviment relattiv bejn komponenti li għandhom ikunu fissi.

    (b)

    Il-ġonot ittieklu wisq.

    (c)

    Ksur jew deformazzjoni ta’ xi komponent.

    (d)

    Nuqqas ta’ mezzi li jorbtu.

    (e)

    Allinjament ħażin tal-komponenti (eż. it-track rod jew id-drag link).

    (f)

    Tiswija jew modifika mhux xierqa.

    (g)

    L-għatu ta’ kontra t-trab nieqes, bil-ħsara jew iddeterjora ħafna.

    2.1.4

    Il-funzjonament tal-linkage tal-istering

    Bil-vettura fuq ħofra jew fuq parank u bir-roti tat-triq fl-art u bil-magna taħdem (power steering), dawwar ir-rota tal-istering minn naħa għall-oħra. Spezzjoni viżwali tal-moviment tal-linkages.

    (a)

    Iċ-ċaqliq tal-linkage tal-istering jaħbat ma’ xi parti fissa tax-xażi.

    (b)

    Waqfiet tal-istering li ma jaħdmux jew li huma nieqsa.

    2.1.5

    Il-power steering

    Iċċekkja s-sistema tal-istering għal tnixxijiet u l-livell tal-fluwidu idrawliku (jekk jidher). Bir-roti tat-triq mal-art u bil-magna taħdem, iċċekkja li s-sistema tal-power steering qiegħda taħdem.

    (a)

    Tnixxija ta’ fluwidu.

    (b)

    Fluwidu insuffiċjenti.

    (c)

    Il-mekkaniżmu ma jaħdimx.

    (d)

    Il-mekkaniżmu miksur jew mhux marbut sewwa.

    (e)

    Komponenti allinjati ħażin jew jaħbtu ma’ xulxin.

    (f)

    Tiswija jew modifika mhux xierqa.

    (g)

    Kejbils/pajpijiet bil-ħsara, imsadda żżejjed.

    2.2

    L-istering, il-kolonna u l-handle bar

    2.2.1

    Il-kundizzjoni tal-istering/handle bar

    Bir-roti tat-triq mal-art, dawwar l-istering minn naħa għall-oħra f’angoli ta’ disgħin grad mal-kolonna u applika pressjoni ħafifa ‘l isfel u ‘l fuq. Spezzjoni viżwali tal-laxkezza.

    (a)

    Moviment relattiv bejn l-istering u l-kolonna li jindika laxkezza.

    (b)

    Nuqqas ta’ mezz li jżomm fuq il-buttun tal-istering.

    (c)

    Ksur jew laxkezza fil-buttun tal-istering, ir-rim jew l-imgħażel.

    2.2.2

    Il-kolonna/yokes u l-frieket tal-istering

    Bil-vettura fuq ħofra jew fuq parank u bil-piż tal-vettura mal-art, imbotta u iġbed l-istering f’linja mal-kolonna, imbotta l-istering/handle bar f’diversi direzzjonijiet f’angoli retti mal-kolonna/frieket. Spezzjoni viżwali tal-laxkezza, u tal-kundizzjoni tal-couplings flessibli jew tal-ġonot universali.

    (a)

    Moviment eċċessiv taċ-ċentru tal-istering ‘il fuq u ‘l isfel.

    (b)

    Moviment eċċessiv tal-parti ta’ fuq tal-kolonna b’mod radjali mill-fus tal-kolonna.

    (c)

    Coupling flessibbli deterjorat.

    (d)

    Aċċessorju difettuż.

    (e)

    Tiswija jew modifika mhux xierqa.

    2.3

    Il-laxkezza tal-istering

    Bil-vettura fuq ħofra jew fuq parank, il-piż tal-vettura fuq ir-roti tat-triq, il-magna taħdem għal vetturi b’power steering u bir-roti tat-triq fil-pożizzjoni dritta, dawwar bil-mod l-istering favur l-arloġġ u kontra l-arloġġ kemm jista’ jkun mingħajr ma ċċaqlaq ir-roti tat-triq. Spezzjoni viżwali tal-moviment liberu.

    Laxkezza eċċessiva fl-istering (pereżempju moviment ta’ punt fuq ir-rim li huwa aktar minn għoxrin fil-mija tad-dijametru tal-istering jew mhux skont ir-rekwiżiti) (1).

    2.4

    L-allinjament tar-roti (X) (2)

    Iċċekkja l-allinjament tar-roti misjuqa b’tagħmir xieraq.

    L-allinjament mhuwiex skont id-dejta jew ir-rekwiżiti tal-manifattur. (1).

    2.5

    Turntable tal-fus immexxija minn karru

    Spezzjoni viżwali jew billi tuża detector adattat apposta tal-laxkezza tar-roti.

    (a)

    Komponent bil-ħsara jew imxaqqaq.

    (b)

    Laxkezza eċċessiva.

    (c)

    Aċċessorju difettuż.

    2.6

    Power Steering Elettroniku (EPS)

    Spezzjoni viżwali u kontroll tal-konsistenza bejn l-angolu tal-istering u l-angolu tar-roti meta l-magna tinxtegħel/tintefa.

    (a)

    Il-Bozza li Tindika Funzjonament Ħażin (MIL) tal-EPS tindika xi tip ta’ falliment tas-sistema.

    (b)

    Inkonsistenza bejn l-angolu tal-istering u l-angolu tar-roti.

    (c)

    L-assistenza tal-magna ma taħdimx.

    3.   IL-VIŻIBBILTÀ

    3.1

    L-ispazju tal-viżjoni

    Spezzjoni viżwali mis-siġġu tas-sewwieq.

    Ostruzzjoni fl-ispazju tal-viżjoni tas-sewwieq li taffettwa materjalment il-veduta tiegħu fuq quddiem u fil-ġnub.

    3.2

    Il-kundizzjoni tal-ħġieġ

    Spezzjoni viżwali.

    (a)

    Ħġieġ jew panew trasparenti (jekk permess) imxaqqaq jew li tilef il-lewn.

    (b)

    Ħġieġ jew panew trasparenti (fosthom tertuqa li tirrifletti jew mlewna) li ma jikkonformax mal-ispeċifikazzjonijiet fir-rekwiżiti (1) (XX) (3).

    (c)

    Ħġieġ jew panew trasparenti f’kundizzjoni mhux aċċettabbli.

    3.3

    Mirja jew mezzi li juru wara

    Spezzjoni viżwali.

    (a)

    Il-mera jew il-mezz huwa nieqes jew mhux imwaħħal skont ir-rekwiżiti (1).

    (b)

    Il-mera jew il-mezz ma jaħdimx, bil-ħsara, laxk jew mhux imwaħħal sod.

    3.4

    Il-wajpers tal-windskrint

    Spezzjoni viżwali u billi tħaddimhom.

    (a)

    Il-wajpers ma jaħdmux jew huma neqsin.

    (b)

    Il-lastku tal-wajper huwa nieqes jew ċar li difettuż.

    3.5

    Tagħmir li jaħsel il-windskrin

    Spezzjoni viżwali u billi tħaddimhom.

    It-tagħmir li jaħsel il-windskrin ma jaħdimx sew.

    3.6

    Is-sistema li tneħħi ċ-ċpar (X) (2)

    Spezzjoni viżwali u billi tħaddimha.

    Is-sistema ma taħdimx jew hija ċara li difettuża.

    4.   FANALI, RIFLETTURI U TAGĦMIR ELETTRIKU

    4.1

    Il-fanali ta’ quddiem

    4.1.1

    Il-kundizzjoni u l-funzjonament

    Spezzjoni viżwali u billi tħaddimhom.

    (a)

    Dawl/sors ta’ dawl difettuż jew nieqes.

    (b)

    Sistema ta’ projezzjoni difettuża jew nieqsa (riflettur jew lenti).

    (c)

    Il-bozza mhix imqabbda sewwa.

    4.1.2

    L-allinjament

    Stabbilixxi l-mira orizzontali ta’ kull fanal ta’ quddiem fuq dawl baxx billi tuża strument jew skrin biex timmira l-fanal ta’ quddiem.

    Il-mira ta’ fanal ta’ quddiem mhijiex fil-limiti stipulati fir-rekwiżiti (1).

    4.1.3

    Is-swiċċijiet

    Spezzjoni viżwali u billi tħaddimhom.

    (a)

    Is-swiċċ ma jaħdimx skont ir-rekwiżiti (1) (Għadd ta’ fanali jixegħlu fl-istess ħin)

    (b)

    Funzjoni indebolita tal-mezz ta’ kontroll..

    4.1.4

    Il-konformità mar-rekwiżiti (1).

    Spezzjoni viżwali u billi tħaddimhom.

    (a)

    Il-fanal, il-kulur emess, il-pożizzjoni jew l-intensità mhumiex skont ir-rekwiżiti (1).

    (b)

    Prodotti fuq il-lenti jew fuq is-sors tad-dawl li jidher ċar li jnaqqsu l-intensità tad-dawl jew ibiddlu l-kulur emess

    (c)

    Is-sors tad-dawl u l-fanal mhumiex kompatibbli.

    4.1.5

    L-istrument ta’ livellar (fejn obbligatorju)

    Spezzjoni viżwali u jekk possibbli, bi tħaddim.

    (a)

    L-istrument ma jaħdimx.

    (b)

    L-istrument manwali ma jistax jitħaddem mis-siġġu tax-xufier.

    4.1.6

    Il-mezz li jnaddaf il-fanali ta’ quddiem (fejn obbligatorju)

    Spezzjoni viżwali u jekk possibbli, bi tħaddim.

    Il-mezz ma jaħdimx.

    4.2

    Il-fanali ta’ quddiem u ta’ wara, il-fanali tal-ġenb u l-fanali li jimmarkaw il-linja ta’ barra

    4.2.1

    Il-kundizzjoni u l-funzjonament

    Spezzjoni viżwali u billi tħaddimhom.

    (a)

    Is-sors tad-dawl difettuż.

    (b)

    Il-lenti difettuża.

    (c)

    Il-fanal mhux imqabbad sewwa.

    4.2.2

    Is-swiċċijiet

    Spezzjoni viżwali u billi tħaddimhom.

    (a)

    Is-swiċċ ma jaħdimx skont ir-rekwiżiti (1).

    (b)

    Funzjoni indebolita tal-mezz ta’ kontroll.

    4.2.3

    Il-konformità mar-rekwiżiti (1).

    Spezzjoni viżwali u billi tħaddimhom.

    (a)

    Il-fanal, il-kulur li joħroġ, il-pożizzjoni jew l-intensità mhumiex skont ir-rekwiżiti (1).

    (b)

    Prodotti fuq il-lenti jew fuq is-sors tad-dawl li jnaqqsu l-intensità tad-dawl jew ibiddlu l-kulur li joħroġ.

    4.3

    Il-fanali tal-waqfien

    4.3.1

    Il-kundizzjoni u l-funzjonament

    Spezzjoni viżwali u billi tħaddimhom.

    (a)

    Is-sors tad-dawl difettuż.

    (b)

    Il-lenti hija difettuża.

    (c)

    Il-fanal mhux imqabbad sewwa.

    4.3.2

    Is-swiċċijiet

    Spezzjoni viżwali u billi tħaddimhom.

    (a)

    Is-swiċċ ma jaħdimx skont ir-rekwiżiti (1).

    (b)

    Funzjoni indebolita tal-mezz ta’ kontroll.

    4.3.3

    Il-konformità mar-rekwiżiti (1).

    Spezzjoni viżwali u billi tħaddimhom.

    Il-fanal, il-kulur li joħroġ, il-pożizzjoni jew l-intensità mhumiex skont ir-rekwiżiti (1).

    4.4

    Lampi li jindikaw id-direzzjoni u lampi ta’ twissija ta’ periklu

    4.4.1

    Il-kundizzjoni u l-funzjonament

    Spezzjoni viżwali u billi tħaddimhom.

    (a)

    Is-sors tad-dawl difettuż.

    (b)

    Il-lenti difettuża.

    (c)

    Il-fanal mhuwiex imqabbad sewwa.

    4.4.2

    Is-swiċċijiet

    Spezzjoni viżwali u billi tħaddimhom.

    Is-swiċċ ma jaħdimx skont ir-rekwiżiti (1).

    4.4.3

    Il-konformità mar-rekwiżiti (1).

    Spezzjoni viżwali u billi tħaddimhom.

    Il-fanal, il-kulur li joħroġ, il-pożizzjoni jew l-intensità mhumiex skont ir-rekwiżiti (1).

    4.4.4

    Il-frekwenza li biha jixegħlu u jitfu

    Spezzjoni viżwali u billi tħaddimhom.

    Ir-rata li biha jixegħlu u jitfu mhix skont ir-rekwiżiti (1).

    4.5

    Il-fanali taċ-ċpar ta’ quddiem u ta’ wara

    4.5.1

    Il-kundizzjoni u l-funzjonament

    Spezzjoni viżwali u billi tħaddimhom.

    (a)

    Is-sors tad-dawl difettuż

    (b)

    Il-lenti difettuża.

    (c)

    Il-fanal mhux imqabbad sewwa.

    4.5.2

    L-allinjament (X) (2)

    bit-tħaddim u billi tuża strument għall-immirar tal-fanal ta’ quddiem.

    Il-fanal taċ-ċpar ta’ quddiem barra mhux allinjat orizzontalment meta fid-disinn tad-dawl ikun hemm linja ta’ qtugħ.

    4.5.3

    Is-swiċċijiet

    Spezzjoni viżwali u billi tħaddimhom.

    Is-swiċċ ma jaħdimx skont ir-rekwiżiti (1).

    4.5.4

    Il-konformità mar-rekwiżiti (1).

    Spezzjoni viżwali u billi tħaddimhom.

    (a)

    Il-fanal, il-kulur li joħroġ, il-pożizzjoni jew l-intensità mhumiex skont ir-rekwiżiti (1)

    (b)

    Is-sistema ma taħdimx skont ir-rekwiżiti (1)

    4.6

    Il-fanali tas-sewqan b’lura

    4.6.1

    Il-kundizzjoni u l-funzjonament

    Spezzjoni viżwali u billi tħaddimhom.

    (a)

    Is-sors tad-dawl difettuż.

    (b)

    Il-lenti difettuża.

    (c)

    Il-fanal mhux imqabbad sewwa.

    4.6.2

    Il-konformità mar-rekwiżiti (1)

    Spezzjoni viżwali u billi tħaddimhom.

    (a)

    Il-fanal, il-kulur li joħroġ, il-pożizzjoni jew l-intensità mhumiex skont ir-rekwiżiti (1).

    (b)

    Is-sistema ma taħdimx skont ir-rekwiżiti (1).

    4.6.3

    Is-swiċċijiet

    Spezzjoni viżwali u billi tħaddimhom.

    Is-swiċċ ma jaħdimx skont ir-rekwiżiti (1).

    4.7

    Il-fanal tal-pjanċa tar-reġistrazzjoni ta’ wara

    4.7.1

    Il-kundizzjoni u l-funzjonament

    Spezzjoni viżwali u billi tħaddimhom.

    (a)

    Il-fanal jixħet dawl dirett lura.

    (b)

    Is-sors tad-dawl difettuż.

    (c)

    Il-fanal mhux imqabbad sewwa.

    4.7.2

    Il-konformità mar-rekwiżiti (1)

    Spezzjoni viżwali u billi tħaddimhom.

    Is-sistema ma taħdimx skont ir-rekwiżiti (1).

    4.8

    Ir-rifletturi ta’ wara, l-immarkar tal-konspikwità (jirrifletti wara) u l-pjanċi li jimmarkaw wara

    4.8.1

    Il-kundizzjoni

    Spezzjoni viżwali.

    (a)

    It-tagħmir li jirrifletti huwa difettuż jew bil-ħsara.

    (b)

    Ir-riflettur mhux imqabbad sewwa.

    4.8.2

    Il-konformità mar-rekwiżiti (1)

    Spezzjoni viżwali.

    L-istrument, il-kulur rifless jew il-pożizzjoni mhumiex skont ir-rekwiżiti (1).

    4.9

    Indikaturi obbligatorji għat-tagħmir tad-dawl

    4.9.1

    Il-kundizzjoni u l-funzjonament

    Spezzjoni viżwali u billi tħaddimhom.

    Ma jaħdmux.

    4.9.2

    Il-konformità mar-rekwiżiti (1)

    Spezzjoni viżwali u billi tħaddimhom.

    Mhux skont ir-rekwiżiti (1).

    4.10

    Il-konnessjo-nijiet elettriċi bejn il-vettura li tiġbed u l-karru jew is-semi-karru

    Spezzjoni viżwali: jekk ikun possibbli, eżamina l-kontinwità elettrika tal-konnessjoni.

    (a)

    Il-komponenti fissi mhumiex imqabbda sewwa.

    (b)

    Iżolazzjoni bil-ħsara jew iddeterjorata.

    (c)

    Il-konnessjonijiet elettriċi tal-karru jew tal-vettura li tiġbed mhux jaħdmu sewwa.

    4.11

    Il-wajering elettriku

    Spezzjoni viżwali tal-vettura fuq ħofra jew fuq parank, inkluż ġewwa l-kompartiment tal-magna f’xi każijiet.

    (a)

    Il-wajering maħlul jew mhux marbut sewwa.

    (b)

    Il-wajering iddeterjora.

    (c)

    Insulazzjoni bil-ħsara iddeterjorata.

    4.12

    Fanali u rifletturi ta’ wara mhux obbligatorji (X) (2)

    Spezzjoni viżwali u billi tħaddimhom.

    (a)

    Fanal/riflettur ta’ wara mhux imwaħħal skont ir-rekwiżiti (1).

    (b)

    Tħaddim tal-fanal mhux skont ir-rekwiżiti (1).

    (c)

    Il-fanal/retroriflettur mhux imwaħħal sewwa.

    4.13

    Batterija(i)

    Spezzjoni viżwali.

    (a)

    Mhux marbuta.

    (b)

    Tnixxi.

    (c)

    Swiċċ difettuż (jekk meħtieġ).

    (d)

    Fjusijiet difettużi (jekk meħtieġa).

    (e)

    Ventilazzjoni inadegwata (jekk meħtieġa).

    5.   IL-FUSIJIET, IR-ROTI, IT-TAJERS U S-SUSPENXIN

    5.1

    Il-fusijiet

    5.1.1

    Il-fusijiet

    Spezzjoni viżwali bil-vettura fuq ħofra jew fuq parank. Jistgħu jintużaw detectors tal-laxkezza tar-roti u huma rakkomandati għal vetturi b’piż gross tal-vettura (GVM) ta’ iżjed minn 3,5 tunnellati.

    (a)

    Fus imxaqqaq jew sfurmat.

    (b)

    Mhux imwaħħal sew mal-vettura.

    (c)

    Tiswija jew modifika mhux xierqa.

    5.1.2

    Stub axles

    Spezzjoni viżwali bil-vettura fuq ħofra jew fuq parank. Jistgħu jintużaw detectors tal-laxkezza tar-roti u huma rakkomandati għal vetturi b’GVM ta’ iżjed minn 3,5 tunnellati. Applika forza vertikali jew laterali għal kull rota u nnota l-ammont ta’ moviment bejn l-axle beam u l-istub axle.

    (a)

    L-istub axle imxaqqaq.

    (b)

    L-iswivel pin u/jew il-bushes ittieklu wisq.

    (c)

    Moviment eċċessiv bejn l-istub axle u l-axle beam.

    (d)

    Il-pin tal-istub axle laxk fil-fus.

    5.1.3

    Il-bearings tar-rota

    Spezzjoni viżwali bil-vettura fuq ħofra jew fuq parank. Jistgħu jintużaw detectors tal-laxkezza tar-roti u huma rakkomandati għal vetturi b’GVM ta’ iżjed minn 3,5 tunnellati. Heżheż ir-rota jew applika forza laterali għal kull rota u nnota l-ammont ta’ moviment ‘il fuq tar-rota meta mqabbel mal-istub axle.

    (a)

    Laxkezza eċċessiva f’bearing tar-rota.

    (b)

    Il-bearing tar-rota ssikkat iżżejjed, iġġammjat.

    5.2

    Ir-roti u t-tajers

    5.2.1

    Il-buttun tar-roti tat-triq

    Spezzjoni viżwali.

    (a)

    Xi skorfini jew pernijiet nieqsa jew laxki.

    (b)

    Il-buttun mittiekel jew bil-ħsara.

    5.2.2

    Ir-roti

    Spezzjoni viżwali taż-żewġ naħat ta’ kull rota bil-vettura fuq ħofra jew fuq parank.

    (a)

    Kwalunkwe ksur jew difett fil-welding.

    (b)

    Iċ-ċrieki li jżommu t-tajers mhux imwaħħla sewwa.

    (c)

    Ir-rota mgħawġa ħafna jew mittiekla.

    (d)

    Id-daqs jew it-tip tar-rota mhumiex skont ir-rekwiżiti (1) u jaffettwaw is-sigurtà fit-triq.

    5.2.3

    It-tajers

    Spezzjoni viżwali tat-tajer sħiħ jew billi ddawwar ir-rota tat-triq biha maqtugħa mill-art u l-vettura fuq ħofra jew fuq parank, jew billi tmexxi l-vettura lura u ‘l quddiem fuq ħofra.

    (a)

    Id-daqs tat-tajers, il-kapaċità ta’ tagħbija, il-marka tal-approvazzjoni jew il-klassifikazzjoni tal-veloċità mhumiex skont ir-rekwiżiti (1) u jaffettwaw is-sigurtà fit-triq.

    (b)

    It-tajers fuq l-istess fus jew fuq roti doppji ta’ daqsijiet differenti.

    (c)

    It-tajers fuq l-istess fus huma ta’ kostruzzjoni differenti (radjali/cross-ply).

    (d)

    Kwalunkwe ħsara jew qtugħ serju fit-tajer.

    (e)

    Il-ħxuna tat-tajer mhix skont ir-rekwiżiti (1).

    (f)

    It-tajer iħokk ma’ komponenti oħra.

    (g)

    Tajers re-grooved mhux skont ir-rekwiżiti (1).

    (h)

    Is-sistema li timmonitorja l-pressjoni tal-arja taħdem ħażin jew jidher ċar li ma taħdimx.

    5.3

    Is-sistema tas-suspenxin

    5.3.1

    Il-molol u l-istabbilizzatur

    Spezzjoni viżwali bil-vettura fuq ħofra jew fuq parank. Jistgħu jintużaw detectors tal-laxkezza tar-roti u huma rakkomandati għal vetturi b’GVM ta’ iżjed minn 3,5 tunnellati.

    (a)

    Il-molol mhumiex imqabbdin sod max-xażi jew mal-fus.

    (b)

    Komponent tal-molol bil-ħsara jew miksur.

    (c)

    Molla nieqsa.

    (d)

    Tiswija jew modifika mhux xierqa.

    5.3.2

    L-assorbituri tal-iskossi

    Spezzjoni viżwali bil-vettura fuq ħofra jew fuq parank jew billi tuża tagħmir speċjali, jekk ikun disponibbli.

    (a)

    L-assorbituri tal-iskossi mhumiex imqabbdin sod max-xażi jew mal-fus.

    (b)

    Assorbitur tal-iskossi bil-ħsara li juri sinjali ta’ leakage jew funzjonament ħażin jew severi.

    5.3.2.1

    L-ittestjar tal-effiċjenza tad-damping (X) (2)

    Uża tagħmir speċjali u qabbel id-differenzi bejn ix-xellug u l-lemin u/jew il-valuri assoluti mogħtija mill-manifatturi.

    (a)

    Differenza sinifikanti bejn ix-xellug u l-lemin.

    (b)

    Il-valuri minimi mogħtija ma ntlaħqux.

    5.3.3

    Torque tubes, radius arms, wishbones u suspension arms

    Spezzjoni viżwali bil-vettura fuq ħofra jew fuq parank. Jistgħu jintużaw detectors tal-laxkezza tar-roti u huma rakkomandati għal vetturi b’GVM ta’ iżjed minn 3,5 tunnellati.

    (a)

    Komponent mhux imqabbad sod max-xażi jew mal-fus.

    (b)

    Komponent bil-ħsara, miksur jew imsaddad ħafna.

    (c)

    Tiswija jew modifika mhux xierqa.

    5.3.4

    Il-ġonot tas-suspenxin

    Spezzjoni viżwali bil-vettura fuq ħofra jew fuq parank. Jistgħu jintużaw detectors tal-laxkezza tar-roti u huma rakkomandati għal vetturi b’GVM ta’ iżjed minn 3,5 tunnellati.

    (a)

    L-iswivel pin u/jew il-bushes jew il-ġonot tas-suspenxin ittieklu wisq.

    (b)

    L-għatu għal kontra t-trab nieqes jew deterjorat ħafna.

    5.3.5

    Is-suspenxin tal-arja

    Spezzjoni viżwali.

    (a)

    Is-sistema ma tistax titħaddem.

    (b)

    Xi komponent bil-ħsara, modifikat jew deterjorat b’mod li jaffettwa ħażin il-funzjonament tas-sistema.

    (c)

    Leakage li jinstema’ fis-sistema.

    6.   IX-XAŻI U L-AĊĊESSORJI TAX-XAŻI

    6.1

    Ix-xażi jew il-frejm u l-aċċessorji

    6.1.1

    Il-kundizzjoni ġenerali

    Spezzjoni viżwali bil-vettura fuq ħofra jew fuq parank.

    (a)

    Ksur jew deformazzjoni ta’ xi naħa jew tal-cross member.

    (b)

    Il-pjanċi jew l-irbit tat-tisħiħ mhumiex sodi.

    (c)

    Sadid eċċessiv li jaffettwa r-riġidità tal-assemblaġġ.

    6.1.2

    Il-pajpijiet tal-egżost u s-silencers

    Spezzjoni viżwali bil-vettura fuq ħofra jew fuq parank.

    (a)

    Sistema tal-egżost mhux sikura jew li tnixxi.

    (b)

    Dħaħen li jidħlu fil-kabina jew fil-kompartiment tal-passiġġieri.

    6.1.3

    It-tank tal-fjuwil u l-pajpijiet (inkluż it-tank tal-fjuwil u l-pajpijiet)

    Spezzjoni viżwali bil-vettura fuq ħofra jew fuq parank, uża strumenti li jsibu t-tnixxijiet fil-każ ta’ sistemi LPG/CNG.

    (a)

    Tank jew pajpijiet mhux sikuri.

    (b)

    Fjuwil inixxi jew tapp tal-filler nieqes jew mhux effettiv.

    (c)

    Pajpijiet bil-ħsara jew irritati.

    (d)

    L-istopcock tal-fjuwil (jekk meħtieġ) ma jaħdimx sewwa.

    (e)

    Riskju ta’ ħruq minħabba:

    tnixxija ta’ fjuwil

    depożiti ta’ fjuwil jew ta’ egżost mhux protetti sewwa

    il-kundizzjoni tal-kompartiment tal-magna.

    (f)

    Is-sistema tal-LPG/CNG jew tal-idroġenu mhix skont ir-rekwiżiti (1).

    6.1.4

    Il-bumpers, mezzi ta’ protezzjoni laterali u tal-qiegħ fuq wara

    Spezzjoni viżwali.

    (a)

    Il-laxkezza jew il-ħsara x’aktarx li tikkawża korriment meta xi ħadd iħokk magħha jew imissha.

    (b)

    Jidher ċar li l-mezz mhux skont ir-rekwiżiti (1).

    6.1.5

    Il-karru tar-rota żejda (jekk imwaħħal)

    Spezzjoni viżwali.

    (a)

    Il-karru mhux f’kundizzjoni tajba.

    (b)

    Il-karru huwa miksur jew mhux sikur.

    (c)

    Ir-rota żejda mhix imwaħħla sewwa u x’aktarx li taqa’.

    6.1.6

    Il-mekkaniżmi ta’ coupling u t-tagħmir tal-irmunkar

    Spezzjoni viżwali għall-użu u l-funzjonament korrett b’attenzjoni speċjali għal kwlaunkwe strument tas-sigurtà li jkun imwaħħal u/jew l-użu ta’ strument tal-kejl.

    (a)

    Komponent bil-ħsara, difettuż jew imxaqqaq.

    (b)

    Komponent mittiekel wisq.

    (c)

    L-attachment difettuż.

    (d)

    Xi strument tas-sigurtà nieqes jew mhux jaħdem sewwa.

    (e)

    Xi indikatur mhux jaħdem.

    (f)

    Pjanċa tar-reġistrazzjoni jew kwalunkwe lampa mgħottija (meta ma tkunx qiegħda tintuża).

    (g)

    Tiswija jew modifika mhux xierqa.

    6.1.7

    It-trażmissjoni

    Spezzjoni viżwali.

    (a)

    Boltijiet li torbot bihom laxki jew nieqsa.

    (b)

    Il-bearings tax-xaft tat-trażmissjoni ttieklu wisq.

    (c)

    Il-ġonot universali ttieklu wisq.

    (d)

    Igganċjar flessibbli.

    (e)

    Xaft bil-ħsara jew mgħawweġ.

    (f)

    Il-housing tal-bearings miksur jew mhux sikur.

    (g)

    L-għatu ta’ kontra t-trab nieqes jew deterjorat severament.

    (h)

    Modifika illegali tal-power-train.

    6.1.8

    Il-mountings tal-magna

    Spezzjoni viżwali mhux neċessarjament fuq ħofra jew fuq parank.

    Mountings deterjorati, bi ħsara li tidher ċar jew severa, laxki jew miksura.

    6.1.9

    Il-prestazzjoni tal-magna

    Spezzjoni viżwali.

    (a)

    L-unità ta’ kontroll modifikata b’mod illegali.

    (b)

    Modifika illegali fil-magna.

    6.2

    Il-kabina u x-xogħol fuq il-bodi

    6.2.1

    Il-kundizzjoni

    Spezzjoni viżwali.

    (a)

    Panew jew parti laxka jew bil-ħsara li tista’ tikkawża korriment.

    (b)

    Il-pilastru tal-bodi mhux sikur.

    (c)

    Tippermetti d-dħul ta’ dħaħen tal-magna jew tal-egżost.

    (d)

    Tiswija jew modifika mhux xierqa.

    6.2.2

    L-immuntar

    Spezzjoni viżwali fuq ħofra jew fuq parank.

    (a)

    Il-bodi jew il-kabina mhux siguri.

    (b)

    Jidher ċar li l-bodi/kabina mhux pożizzjonati b’mod kwadrat fuq ix-xażi.

    (c)

    Twaħħil mhux sikur jew nieqes tal-bodi/kabina max-xażi jew il-cross members.

    (d)

    Sadid eċċessiv f’punti ta’ twaħħil fuq korpi integrali.

    6.2.3

    Il-bibien u l-molol tal-bibien

    Spezzjoni viżwali.

    (a)

    Bieba ma tinfetaħx jew ma tingħalaqx sewwa.

    (b)

    Bieba li aktarx tinfetaħ għal għarrieda jew li ma tibqax magħluqa.

    (c)

    Il-bieba, iċ-ċappetti, il-molol, il-pilastru, neqsin, laxki jew iddeterjoraw.

    6.2.4

    L-art

    Spezzjoni viżwali fuq ħofra jew fuq parank.

    L-art mhux sikura jew deterjorata b’mod eċċessiv.

    6.2.5

    Is-siġġu tax-xufier

    Spezzjoni viżwali.

    (a)

    Siġġu jiċċaqlaq jew bi struttura difettuża.

    (b)

    Il-mekkaniżmu ta’ aġġustament ma jaħdimx sewwa.

    6.2.6

    Siġġijiet oħra

    Spezzjoni viżwali.

    (a)

    Is-siġġijiet f’kundizzjoni difettuża jew mhux sikura.

    (b)

    Is-siġġijiet mhux imwaħħla skont ir-rekwiżiti (1).

    6.2.7

    Il-kontrolli tas-sewqan

    Spezzjoni viżwali u billi tħaddimhom.

    Xi kontroll neċessarju għat-tħaddim sikur tal-vettura li ma jkunx qed jaħdem kif suppost.

    6.2.8

    It-turġien tal-kabina

    Spezzjoni viżwali.

    (a)

    It-tarġa jew iċ-ċirku tat-tarġa mhumiex marbuta sod.

    (b)

    It-tarġa jew iċ-ċirku f’kundizzjoni li tista’ tikkawża korriment lil min jużahom.

    6.2.9

    Aċċessorji u tagħmir intern u estern

    Spezzjoni viżwali.

    (a)

    It-tqabbid ta’ fitting jew tagħmir ieħor difettuż.

    (b)

    Fitting jew tagħmir ieħor mhux skont ir-rekwiżiti (1).

    (c)

    Tagħmir idrawliku jnixxi.

    6.2.10

    Mudguards (wings), mezzi li jnaqqsu t-titjir

    Spezzjoni viżwali.

    (a)

    Neqsin, jiċċaqalqu jew imsaddin ħafna.

    (b)

    Spazju insuffiċjenti għar-rota tat-triq.

    (c)

    Mhux skont ir-rekwiżiti (1).

    7.   TAGĦMIR IEĦOR

    7.1

    Iċ-ċinturini tas-sigurtà/bokkli u sistemi ta’ rbit

    7.1.1

    Is-sigurtà tal-immuntar taċ-ċinturini tas-sigurtà/tal-bokkli

    Spezzjoni viżwali.

    (a)

    Il-punt ta’ ankoraġġ deterjorat ħafna.

    (b)

    Ankoraġġ laxk.

    7.1.2

    Il-kundizzjoni taċ-ċintorini tas-sigurtà/bokkli

    Spezzjoni viżwali u billi tħaddimhom.

    (a)

    Iċ-ċintorin obbligatorju tas-sigurtà huwa nieqes jew mhux imwaħħal.

    (b)

    Iċ-ċintorin tas-sigurtà huwa bil-ħsara.

    (c)

    Iċ-ċintorin tas-sigurtà mhux skont ir-rekwiżiti (1).

    (d)

    Il-bokkla taċ-ċintorin tas-sigurtà hija bil-ħsara jew ma taħdimx sew.

    (e)

    Ir-retrattur taċ-ċintorin tas-sigurtà huwa bil-ħsara jew ma jaħdimx sewwa.

    7.1.3

    Il-limitatur tat-tagħbija taċ-ċintorin tas-sigurtà

    Spezzjoni viżwali.

    Jidher ċar li l-limitatur tat-tagħbija huwa nieqes jew mhux adatt mal-vettura.

    7.1.4

    Il-pretensioners taċ-ċintorin tas-sigurtà

    Spezzjoni viżwali.

    Jidher ċar li l-pretensioners huma neqsin jew mhux adatti mal-vettura.

    7.1.5

    L-airbag

    Spezzjoni viżwali.

    (a)

    Jidher ċar li l-airbags huma neqsin jew mhux adatti mal-vettura

    (b)

    Jidher ċar li l-airbag ma taħdimx

    7.1.6

    Is-Sistemi SRS

    Spezzjoni viżwali tal-MIL.

    L-MIL tal-SRS jindika xi tip ta’ falliment tas-sistema.

    7.2

    L-apparat tat-tifi tan-nar (X) (2)

    Spezzjoni viżwali.

    (a)

    Nieqes.

    (b)

    Mhux skont ir-rekwiżiti (1).

    7.3

    Is-serraturi u t-tagħmir kontra s-serq

    Spezzjoni viżwali u billi tħaddimhom.

    (a)

    It-tagħmir ma jiffunzjonax biex jimpedixxi l-vettura milli tiġi misjuqa.

    (b)

    Għeluq jew imblukkar difettuż jew aċċidentali.

    7.4

    It-trijangolu ta’ twissija (jekk meħtieġ)(X) (2)

    Spezzjoni viżwali.

    (a)

    Nieqes jew mhux komplut.

    (b)

    Mhux skont ir-rekwiżiti (1).

    7.5

    Il-kit tal-ewwel għajnuna (jekk meħtieġ)(X) (2)

    Spezzjoni viżwali.

    Nieqes, inkomplet jew mhux skont ir-rekwiżiti (1).

    7.6

    Iċ-chock(s) tar-roti (wedges) (jekk meħtieġa) (X) (2)

    Spezzjoni viżwali.

    Neqsin jew mhux f’kundizzjoni tajba.

    7.7

    Strument ta’ twissija li jinstema’

    Spezzjoni viżwali u billi tħaddimu.

    (a)

    Ma jaħdimx.

    (b)

    Kontroll mhux sikur.

    (c)

    Mhux skont ir-rekwiżiti (1).

    7.8

    L-ispidometru

    Spezzjoni viżwali jew billi jitħaddem waqt test fit-triq jew b’mezzi elettroniċi.

    (a)

    Mhux imwaħħal skont ir-rekwiżiti (1).

    (b)

    Ma jaħdimx.

    (c)

    Ma jistax ikun imdawwal.

    7.9

    It-takografu (jekk imwaħħal/meħtieġ)

    Spezzjoni viżwali.

    (a)

    Mhux imwaħħal skont ir-rekwiżiti (1).

    (b)

    Ma jaħdimx.

    (c)

    Siġilli difettużi jew neqsin.

    (d)

    Il-plakka tal-kalibrazzjoni nieqsa, ma tinqarax sew jew skaduta.

    (e)

    Tbagħbis jew manipulazzjoni ovvji.

    (f)

    Id-daqs tat-tajers mhux kompatibbli mal-parametri tal-kalibrazzjoni.

    7.10

    L-istrument li jillimita l-veloċità (jekk imwaħħal/meħtieġ)

    Spezzjoni viżwali u billi jitħaddem jekk it-tagħmir ikun disponibbli.

    (a)

    Mhux imwaħħal skont ir-rekwiżiti (1).

    (b)

    Jidher ċar li ma jaħdimx.

    (c)

    Veloċità ssettjata ħażina (jekk iċċekkjata).

    (d)

    Siġilli difettużi jew nieqsa.

    (e)

    Il-plakka tal-kalibrazzjoni nieqsa, illeġibbli jew skaduta.

    (f)

    Id-daqs tat-tajers mhux kompatibbli mal-parametri tal-kalibrazzjoni.

    7.11

    L-odometru, jekk disponibbli (X) (2)

    Spezzjoni viżwali.

    (a)

    Jidher ċar li manipulat (frodi)

    (b)

    Jidher ċar li ma jaħdimx.

    7.12

    Il-Kontroll Elettroniku tal-Istabilità (ESC) jekk imwaħħal/meħtieġ

    Spezzjoni viżwali.

    (a)

    Is-sensors tal-veloċità tar-roti neqsin jew bil-ħsara.

    (b)

    Ħsara fis-sistema tal-wajering.

    (c)

    Komponenti oħra neqsin jew bil-ħsara.

    (d)

    Is-swiċċ bil-ħsara jew mhux jaħdem sewwa.

    (e)

    Il-MIL tal-ESC jindika xi tip ta’ falliment tas-sistema.

    8.   EFFETTI NEGATTIVI

    8.1

    Storbju

    8.1.1

    Is-sistema tat-trażżin tal-istorbju

    Evalwazzjoni suġġettiva (sakemm l-ispettur ma jikkunsidrax li l-livell tal-istorbju jista’ jkun qrib il-limitu, f’liema każ jista’ jsir test tal-istorbju billi jintuża miter tal-istorbju).

    (a)

    Livelli ta’ storbju li jaqbżu dawk permezzi fir-rekwiżiti (1).

    (b)

    Kwalunkwe parti tas-sistema tat-trażżin tal-istorbju laxka, li x’aktarx li taqa’, bil-ħsara, imwaħħla ħażin, nieqsa jew jidher ċar li ġiet modifikata b’mod li jaffettwa ħażin il-livelli tal-istorbju.

    8.2

    L-emissjonijiet tal-egżost

    8.2.1

    L-emissjonijiet minn magni petrol

    8.2.1.1

    Tagħmir li jikkontrolla l-emissjonijiet tal-egżost

    Spezzjoni viżwali.

    (a)

    It-tagħmir li jikkontrolla l-emissjonijiet imgħammar mill-manifattur ma ġiex installat, ġie mmodifikat jew jidher ċar li huwa difettuż.

    (b)

    Tnixxijiet li jaffettwaw il-kejl tal-emissjonijiet.

    8.2.1.2

    Emissjonijiet ta’ gass

    Kejl li juża analizzatur tal-gass tal-egżost konformi mar-rekwiżiti (1). Jew, għal vetturi mgħammrin b’sistemi dijanjostiċi on-board (OBD) adegwati, il-funzjonament tajjeb tas-sistema tal-emissjonijiet jista’ jiġi ċċekkjat permezz tal-qari tajjeb tal-mezz OBD u ċċekkjar tal-funzjonament tajjeb tas-sistema OBD installata tal-kejl ta’ emissjonijiet bil-magna f’veloċità minima (idle) skont ir-rakkomandazzjonijiet tal-kondizzjona-ment tal-manifattur u rekwiżiti oħra (1).

    (a)

    Jew, l-emissjonijiet tal-gass huma ogħla mil-livelli speċifiċi indikati mill-manifattur;

    (b)

    Jew, f’każ li din l-informazzjoni ma tkunx disponibbli, l-emissjonijiet ta’ CO jkunu ogħla minn:

    i)

    għal vetturi mhux ikkontrollati minn sistema ta’ kontroll tal-emissjonijiet avvanzata:

    4,5 %, jew

    3,5 %

    skont id-data tal-ewwel reġistrazzjoni jew l-użu speċifikat fir-rekwiżiti (1).

    ii)

    għal vetturi kkontrollati minn sistema ta’ kontroll tal-emissjonijiet avvanzata:

    bil-magna b’veloċità baxxa: 0,5 %

    bil-magna b’veloċità għolja: 0,3 %

    jew

    bil-magna b’veloċità baxxa: 0,3 % (6)

    bil-magna b’veloċità għolja: 0,2 %

    skont id-data tal-ewwel reġistrazzjoni jew użu speċifikat fir-rekwiżiti (1).

    (c)

    Il-valur Lambda huwa barra mill-medda 1 ± 0,03 jew ma jaqbilx mal-ispeċifikazzjoni tal-manifattur.

    (d)

    Il-valur moqri mill-OBD jindika funzjonament ħażin ħafna.

    8.2.2

    Emissjonijiet minn magni diżil

    8.2.2.1

    Tagħmir li jikkontrolla l-emissjonijiet tal-egżost

    Spezzjoni viżwali.

    (a)

    It-tagħmir li jikkontrolla l-emissjonijiet imgħammar mill-manifattur ma ġiex installat jew jidher ċar li huwa difettuż.

    (b)

    Tnixxijiet li jaffettwaw il-kejl tal-emissjonijiet.

    8.2.2.2

    L-opaċità

    Il-vetturi rreġistrati jew li bdew jintużaw qabel l-1 ta’ Jannar 1980 huma eżentati minn dan ir-rekwiżit.

    (a)

    L-opaċità tal-gass tal-egżost għandha tiġi mkejla waqt aċċellerazzjoni ħielsa (mingħajr tagħbija mill-veloċità idle sal-veloċità tal-cut-off) bil-gear fil-pożizzjoni newtrali u l-klaċċ magħfus.

    (b)

    Il-prekondizzjonament tal-vettura:

    1.

    Il-vetturi jistgħu jiġu ttestjati mingħajr prekondizzjonament għalkemm għal raġunijiet ta’ sigurtà, għandhom isiru kontrolli li l-magna tkun sħuna u f’kundizzjoni mekkanika sodisfaċenti.

    2.

    Ir-rekwiżiti tal-prekondizzjoni:

    i)

    Il-magna trid tkun sħuna għal kollox, per eżempju t-temperatura taż-żejt tal-magna mkejla b’sonda fil-pajp tal-ħadida li timmarka l-livell taż-żejt trid tkun mill-anqas 80 °C, jew temperatura normali ta’ tħaddim f’każ li din tkun aktar baxxa, jew it-temperatura tal-blokka tal-magna mkejla permezz tal-livell ta’ radjazzjoni infrared għandha tkun mill-anqas daqs temperatura ekwivalenti. Jekk, minħabba l-konfigurazzjoni tal-vettura, dan il-kejl ma jkunx prattiku, il-mod kif tiġi stabilita t-temperatura normali ta’ tħaddim tal-magna jista’ jsir b’mezzi oħra, pereżempju bit-tħaddim tal-fan tat-tkessiħ tal-magna.

    ii)

    Is-sistema tal-egżost għandha tiġi mnaddfa b’mill-anqas tliet ċikli ta’ aċċellerazzjoni ħielsa jew b’metodu ekwivalenti.

    (c)

    Il-proċedura tat-test:

    1.

    Il-magna u kwalunkwe turboċarġer imwaħħal, iridu jkunu idle qabel il-bidu ta’ kull ċiklu ta’ aċċellerazzjoni ħielsa. Għall-vetturi diżil heavy-duty, dan ifisser stennija ta’ mill-anqas 10 sekondi wara r-rilaxx tat-throttle (il-kontroll tal-karburant).

    2.

    Sabiex jinbeda kull ċiklu ta’ aċċellerazzjoni ħielsa, il-pedala tat-throttle trid tingħafas għal kollox, bil-ħeffa u b’mod kontinwu (f’inqas minn sekonda) iżda mhux bil-goff, sabiex tinkiseb il-kwantità massima ta’ fjuwil mill-pompa tal-injezzjoni.

    3.

    Matul kull ċiklu ta’ aċċellerazzjoni ħielsa, il-magna għandha tilħaq il-veloċità tal-cut-off jew, għall-vetturi bi trażmissjonijiet awtomatiċi, il-veloċità speċifikata mill-manifattur jew, jekk din l-informazzjoni ma tkunx disponibbli, allura il-veloċità ta’ żewġ terzi tal-veloċità tal-cut-off, qabel ma jiġi rilaxxat it-throttle. Dan jista’ jiġi ċċekkjat, pereżempju, billi tiġi mmonitorjata l-veloċità tal-magna jew billi jitħalla jgħaddi biżżejjed ħin bejn l-għafis inizjali tat-throttle u r-rilaxx tiegħu, li fil-każ tal-vetturi tal-kategorija 1 u 2 tal-Anness 1, għandu jkun ta’ mill-anqas żewġ sekondi.

    4.

    Il-vetturi għandhom jiġu mwaħħla fit-testijiet fil-każ biss li l-medji aritmetiċi ta’ mill-anqas l-aħħar tliet ċikli ta’ aċċellerazzjoni ħielsa jaqbżu l-valuri tal-limitu. Dan jista’ jiġi kkalkulat billi jiġi injorat kull kejl li ma jaqbilx b’mod sinifikanti mill-medja mkejla, jew ir-riżultat ta’ kwalunkwe kalkolu statistiku ieħor li jikkunsidra t-tifrix tal-kejlijiet. L-Istati Membri jistgħu jillimitaw in-numru taċ-ċikli tat-testijiet.

    5.

    Sabiex jevitaw li jsiru testijiet bla bżonn, l-Istati Membri jistgħu jwaħħlu l-vetturi li jkollhom valuri mkejla ferm ogħla mill-valuri ta’ limitu wara inqas minn tliet ċikli ta’ aċċellerazzjoni ħielsa jew wara ċikli tat-tnaddif. Daqstant ieħor, sabiex jevitaw li jsiru testijiet bla bżonn, l-Istati Membri jistgħu jgħaddu l-vetturi li jkollhom valuri mkejla ferm aktar baxxi mil-limiti wara inqas minn tliet ċikli ta’ aċċellerazzjoni ħielsa jew wara ċikli tat-tnaddif.

    (a)

    Għal vetturi rreġistrati jew użati għall-ewwel darba wara d-data speċifikata fir-rekwiżiti (1):

    l-opaċità tkun aktar mil-livell reġistrat fuq il-pjanċa li l-manifattur iwaħħal mal-vettura.

    (b)

    Meta din l-informazzjoni ma tkunx disponibbli jew ir-rekwiżiti (1) ma jippermettux l-użu ta’ valuri ta’ referenza,

     

    għal magni li jiddependu mill-pressjoni atmosferika biex jiġbdu l-arja għall-kompressjoni (naturally aspirated engines): 2,5 m-1,

     

    għal magni turbo-charged: 3,0 m-1,

     

    jew, għal vetturi identifikati fir-rekwiżiti (1) jew irreġistrati jew użati għall-ewwel darba wara d-data speċifikata fir-rekwiżiti (1):

     

    1,5 m-1  (7).

    8.3

    Trażżin tal-interferenza elettromanjetika

    Interferenza mir-radju (X) (2)

    Spezzjoni viżwali.

    Kwalunkwe ħtiġijiet tar-rekwiżiti (1) mhux issodisfati.

    8.4

    Elementi oħra relatati mal-ambjent

    8.4.1

    Tnixxijiet ta’ fluwidi

    Spezzjoni viżwali.

    Kwalunkwe tnixxija ta’ fluwidu eċċessiv li tista’ tagħmel ħsara lill-ambjent jew toħloq riskju tas-sigurtà għal utenti oħra tat-triq.

    9.   TESTIJIET SUPPLIMENTARI GĦAL VETTURI LI JĠORRU L-PASSIĠĠIERI M2, M3

    9.1

    Il-bibien

    9.1.1

    Il-bibien tad-dħul u tal-ħruġ

    Spezzjoni viżwali u billi tħaddimhom.

    (a)

    Funzjonament difettuż.

    (b)

    Kundizzjoni deterjorata.

    (c)

    Il-kontroll tal-emerġenza difettuż.

    (d)

    Kontroll mill-bogħod difettuż tal-bibien u tal-istrumenti ta’ twissija.

    (e)

    Mhux skont ir-rekwiżiti (1).

    9.1.2

    Il-ħruġ tal-emerġenza

    Spezzjoni viżwali u billi tħaddimhom (fejn ikun xieraq).

    (a)

    Funzjonament difettuż.

    (b)

    Nödutgångsskyltar saknas eller är oläsliga.

    (c)

    Il-martell biex tkisser il-ħġieġ mhux qiegħed hemm.

    (d)

    Mhux skont ir-rekwiżiti (1).

    9.2

    Is-sistema tat-tneħħija taċ-ċpar u tas-silġ (X) (2)

    Spezzjoni viżwali u billi tħaddimhom.

    (a)

    Mhux jaħdmu sewwa.

    (b)

    Emissjoni ta’ gassijiet tossiċi jew tal-egżost fil-kompartiment tax-xufier jew tal-passiġġieri.

    (c)

    Sistema tat-tneħħija tas-silġ difettuża (jekk obbligatorja)

    9.3

    Is-sistema ta’ ventilazzjoni u tat-tisħin (X) (2)

    Spezzjoni viżwali u billi tħaddimhom.

    (a)

    Funzjonament difettuż.

    (b)

    Emissjoni ta’ gassijiet tossiċi jew tal-egżost fil-kompartiment tax-xufier jew tal-passiġġieri.

    9.4

    Is-siġġijiet

    9.4.1

    Is-siġġijiet tal-passiġġieri (inklużi s-siġġijiet għall-persunal ta’ akkumpan-jament)

    Spezzjoni viżwali.

    (a)

    Is-siġġijiet f’kundizzjoni difettuża jew mhux sikura.

    (b)

    Is-siġġijiet li jintwew (jekk permessi) mhux jaħdmu b’mod awtomatiku.

    (c)

    Mhux skont ir-rekwiżiti (1).

    9.4.2

    Is-siġġu tax-xufier (rekwiżiti addizzjonali)

    Spezzjoni viżwali.

    (a)

    Tagħmir speċjali bħal protezzjoni kontra d-dawl qawwi jew skrin kontra t-tgħammix li huwa difettuż.

    (b)

    Protezzjoni mhux sikura għax-xufier jew mhux skont ir-rekwiżiti (1).

    9.5

    Mezzi tad-dawl intern u tad-destinazzjoni (X) (2)

    Spezzjoni viżwali u billi tħaddimhom.

    Mezz difettuż jew mhux skont ir-rekwiżiti (1).

    9.6

    Passaġġi, żoni fejn toqgħod bilwieqfa

    Spezzjoni viżwali.

    (a)

    Art mhux sikura.

    (b)

    Poġġamani jew imqabad difettużi.

    (c)

    Mhux skont ir-rekwiżiti (1).

    9.7

    It-turġien.

    Spezzjoni viżwali u billi tħaddimhom (fejn ikun xieraq).

    (a)

    Kundizzjoni deterjorata jew bil-ħsara.

    (b)

    It-turġien li jinġibdu ‘l ġewwa mhux jaħdmu sewwa.

    (c)

    Mhux skont ir-rekwiżiti (1).

    9.8

    Is-sistema ta’ komunikazzjoni għall-passiġġieri (X) (2)

    Spezzjoni viżwali u billi tħaddimhom.

    Sistema difettuża.

    9.9

    L-avviżi (X) (2)

    Spezzjoni viżwali.

    (a)

    Avviż nieqes, żbaljat jew ma jinqarax.

    (b)

    Mhux skont ir-rekwiżiti (1).

    9.10

    Rekwiżiti rigward it-trasport tat-tfal. (X) (2)

    9.10.1

    Il-bibien

    Spezzjoni viżwali.

    Il-protezzjoni tal-bibien mhix skont ir-rekwiżiti (1) fir-rigward ta’ din il-forma ta’ trasport.

    9.10.2

    Sinjalazzjoni u tagħmir speċjali

    Spezzjoni viżwali.

    Sinjalazzjoni jew tagħmir speċjali neqsin jew mhux skont ir-rekwiżiti (1).

    9.11

    Rekwiżiti rigward it-trasport ta’ persuni b’diżabilità (X) (2)

    9.11.1

    L-art, ir-rampi u l-liftijiet

    Spezzjoni viżwali u billi tħaddimhom.

    (a)

    Funzjonament difettuż.

    (b)

    Kundizzjoni deterjorata.

    (c)

    Kontroll(i) difettuż(i).

    (d)

    Strument(i) ta’ twissija difettuż(i).

    (e)

    Mhux skont ir-rekwiżiti (1).

    9.11.2

    Attrezzaturi għas-siġġijiet tar-roti

    Spezzjoni viżwali u jekk ikun xieraq billi tħaddimhom.

    (a)

    Funzjonament difettuż.

    (b)

    Kundizzjoni deterjorata.

    (c)

    Kontroll(i) difettuż(i).

    (d)

    Mhux skont ir-rekwiżiti (1).

    9.11.3

    Senjalar u tagħmir speċjali

    Spezzjoni viżwali.

    Senjalar jew tagħmir speċjali nieqes jew mhux skont ir-rekwiżiti (1).

    9.12

    Tagħmir speċjali ieħor (X) (2)

    9.12.1

    Installazzjonijiet għall-preparazzjoni tal-ikel

    Visuell kontroll.

    (a)

    L-installazzjoni mhix skont ir-rekwiżiti (1).

    (b)

    L-installazzjoni hija bil-ħsara tant li jkun perikoluż li tużaha.

    9.12.2

    Installazzjoni sanitarja

    Spezzjoni viżwali.

    L-installazzjoni mhix skont ir-rekwiżiti. (1).

    9.12.3

    Strumenti oħra (eż. sistemi awdjo-viżivi)

    Spezzjoni viżwali.

    Mhux skont ir-rekwiżiti. (1).


    (1)  Tiswija jew modifika mhux xierqa tfisser tiswija jew modifika li taffettwa ħażin is-sigurtà tal-vettura fit-triq jew li jkollha effett negattiv fuq l-ambjent.

    (2)  48 % għal vetturi mhux mgħammra bl-ABS jew tip approvat qabel l-1 ta’ Ottubru 1991.

    (3)  45 % għal vetturi rreġistrati wara l-1988 jew mid-data speċifikata fir-rekwiżiti liema waħda minnhom tkun l-aħħar.

    (4)  43 % għal semi-karrijiet u karrijiet draw-bar irreġistrati wara l-1988 jew mid-data fir-rekwiżiti liema waħda minnhom tkun l-aħħar.

    (5)  2,2 m/s2 għal vetturi N1, N2 u N3.

    (6)  Approvazzjoni tat-tip skont il-limiti fir-ringiela A jew B sezzjoni 5.3.1.4. tal-Anness I għad-Direttiva 70/220/KEE kif emendata bid-Direttiva 98/69/KE jew aktar tard jew irreġistrata jew bdiet tintuża l-ewwel darba wara l-1 ta’ Lulju 2002.

    (7)  Approvazzjoni tat-tip skont il-limiti fir-ringiela B sezzjoni 5.3.1.4. tal-Anness I għad-Direttiva 70/220/KEE kif emendata bid-Direttiva 98/69/KE jew wara; ringiela B1, B2 jew Ċ sezzjoni 6.2.1 tal-Anness I għad-Direttiva 88/77/KEE kif emendata bid-Direttiva 1999/96/KE jew wara jew irreġistrata jew bdiet tintuża l-ewwel darba wara l-1 ta’ Lulju 2008.

    (1)  Ir-“rekwiżiti” huma stipulati skont ir-rekwiżiti għall-approvazzjoni tat-tip fid-data tal-approvazzjoni, l-ewwel reġistrazzjoni jew l-ewwel dħul fis-servizz kif ukoll l-obbligi tal-modifiki wara jew il-leġiżlazzjoni nazzjonali fil-pajjiż tar-reġistrazzjoni.

    (2)  Tidentifika elementi li għandhom x’jaqsmu mal-kundizzjoni tal-vettura u s-sostenibbiltà tagħha għall-użu fit-triq iżda li mhumiex ikkunsidrati bħala essenzjali f’test perjodiku.

    (3)  (XX) Din ir-raġuni għall-falliment tapplika biss jekk l-ittestjar ikun meħtieġ mil-leġiżlazzjoni nazzjonali.”


    Top