This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32010D0684
2010/684/EU: Commission Decision of 10 November 2010 amending Part 1 of Annex E to Council Directive 92/65/EEC as regards the model health certificate for animals from holdings (notified under document C(2010) 7640) Text with EEA relevance
2010/684/UE: Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal- 10 ta’ Novembru 2010 li temenda Parti 1 tal-Anness E tad-Direttiva tal-Kunsill 92/65/KEE dwar il-mudell taċ-ċertifikat tas-saħħa għall-annimali minn azjendi (notifikata bid-dokument numru C(2010) 7640) Test b’relevanza għaż-ŻEE
2010/684/UE: Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal- 10 ta’ Novembru 2010 li temenda Parti 1 tal-Anness E tad-Direttiva tal-Kunsill 92/65/KEE dwar il-mudell taċ-ċertifikat tas-saħħa għall-annimali minn azjendi (notifikata bid-dokument numru C(2010) 7640) Test b’relevanza għaż-ŻEE
ĠU L 293, 11.11.2010, p. 62–66
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(HR)
No longer in force, Date of end of validity: 20/04/2021; Impliċitament imħassar minn 32016R0429
11.11.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 293/62 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI
tal-10 ta’ Novembru 2010
li temenda Parti 1 tal-Anness E tad-Direttiva tal-Kunsill 92/65/KEE dwar il-mudell taċ-ċertifikat tas-saħħa għall-annimali minn azjendi
(notifikata bid-dokument numru C(2010) 7640)
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
(2010/684/UE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 92/65/KEE tat-13 ta’ Lulju 1992 li tippreskrivi l-kondizzjonijiet dwar is-saħħa tal-annimali li jirregolaw il-kummerċ u l-importazzjoni fil-Komunità ta’ annimali, semen, ova u embrijuni, li mhumiex soġġetti għall-kondizzjonijiet dwar is-saħħa tal-annimali preskritti f’regoli speċifiċi tal-Komunità msemmija fl-Anness A(I) tad-Direttiva 90/425/KEE (1), u b’mod partikolari l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 22 tagħha,
Billi:
(1) |
L-Artikolu 10 tad-Direttiva 92/65/KEE jistabbilixxi l-ħtiġijiet dwar is-saħħa tal-annimali li jirregolaw il-kummerċ ta’ klieb, qtates u inmsa. |
(2) |
Il-Parti 1 tal-Anness E tad-Direttiva 92/65/KEE tfassal il-mudell taċ-ċertifikat tas-saħħa għall-kummerċ ta’ annimali minn azjendi, inklużi l-klieb, il-qtates u l-inmsa. |
(3) |
Ir-Regolament (KE) Nru 998/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2) jistabbilixxi r-rekwiżiti tas-saħħa tal-annimali li japplikaw għall-moviment mhux kummerċjali tal-annimali domestiċi u r-regoli li japplikaw għall-kontrolli fuq moviment ta’ dan it-tip. Japplika għall-movimenti bejn l-Istati Membri jew minn pajjiżi terzi ta’ annimali domestiċi tal-ispeċi elenkati fl-Anness I tiegħu. Il-klieb, il-qtates u l-inmsa huma elenkati fil-Partijiet A u B ta’ dan l-Anness. |
(4) |
Ir-rekwiżiti stipulati fir-Regolament (KE) Nru 998/2003 ivarjaw skont jekk l-annimali domestiċi jiġux imċaqalqa minn Stat Membru għal ieħor jew minn pajjiżi terzi lejn l-Istati Membri. Barra minn hekk, ikomplu differenzi fir-rekwiżiti għall-movimenti minn pajjiżi terzi, bejn il-pajjiżi terzi elenkati fit-Taqsima 2 tal-Parti B tal-Anness II ta’ dan ir-Regolament u dawk il-pajjiżi terzi li huma elenkati fil-Parti C ta’ dan l-Anness. |
(5) |
Biex ikun evitat li movimenti kummerċjali jintwerew bil-qerq bħala movimenti mhux kummerċjali ta’ annimali domestiċi fi ħdan it-tifsira tar-Regolament (KE) Nru 998/2003, l-Artikolu 12 ta’ dan ir-Regolament jistipula li l-kundizzjonijiet u l-kontrolli stipulati fid-Direttiva 92/65/KEE għandhom japplikaw għall-moviment ta’ iktar minn ħames annimali domestiċi meta l-annimali jiddaħħlu fl-Unjoni minn pajjiż terz li mhuwiex elenkat fit-Taqsima 2 tal-Parti B tal-Anness II ta’ dak ir-Regolament. |
(6) |
Biex jiġu evitati dawn il-modi ta’ aġir u tkun żgurata l-applikazzjoni uniformi tar-Regolament (KE) Nru 998/2003, ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 388/2010 tas-6 ta’ Mejju 2010 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 998/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tan-numru massimu ta’ annimali domestiċi ta’ ċerti speċji li jistgħu jkunu s-suġġetti ta’ moviment mhux kummerċjali (3) jistipula li l-istess regoli japplikaw għal meta iktar minn ħamest iklieb, qtates u inmsa domestiċi jinġarru minn Stat Membru għal ieħor jew minn pajjiż terz elenkat fit-Taqsima 2 tal-Parti B tal-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 998/2003. |
(7) |
Iċ-ċertifikat imfassal fil-Parti 1 tal-Anness E tad-Direttiva 92/65/KEE, kif emendat mid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/270/UE (4), iqis id-dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE) Nru 388/2010. |
(8) |
L-esperjenza fl-applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 388/2010 uriet li f’ċerti każijiet id-dispożizzjonijiet ta’ dak ir-Regolament jaffettwaw b’mod sproporzjonat il-moviment ta’ popolazzjoni limitata ta’ klieb, qtates u inmsa domestiċi li spiss jiġu mċaqalqa f’numri iktar minn ħamsa għal raġunijiet mhux kummerċjali biex jieħdu sehem f’avvenimenti u wirjiet sportivi. |
(9) |
F’dawk il-każijiet huwa addattat li jiġi introdott perjodu ta’ validità għaċ-ċertifikat tas-saħħa li huwa itwal mill-perjodu ta’ validità taċ-ċertifikati tas-saħħa maħruġa għall-ispeċi koperti miċ-ċertifikat imfassal fil-Parti 1 tal-Anness E tad-Direttiva 92/65/KEE. |
(10) |
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/824/KE tal-1 ta’ Diċembru 2004 li tistabbilixxi certifikat mudell ta’ saħħa għaċ-ċaqliq mhux kummercjali ta’ klieb, qtates u inmsa minn pajjiżi terzi lejn il-Komunità (5) tipprovdi li ċ-ċertifikat imfassal fl-Anness tagħha huwa validu għall-movimenti fl-Unjoni għal perjodu ta’ erba’ xhur mid-data tal-ħruġ jew sad-data ta’ skadenza tat-tilqima kontra r-rabja, liema minnhom tkun l-aktar kmieni. |
(11) |
Fl-interess tal-konsistenza tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni, huwa xieraq li l-validità taċ-ċertifikati għall-klieb, qtates u insma domestiċi mfassla fil-Parti 1 tal-Anness E tad-Direttiva 92/65/KEE tkun l-istess bħal dik stabbilita għaċ-ċertifikat imfassal fl-Anness għad-Deċiżjoni 2004/824/KE. |
(12) |
Id-Direttiva 92/65/KEE għandha għalhekk tiġi emendata skont dan. |
(13) |
Il-miżuri stipulati f’din id-Deċiżjoni huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti għall-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-Parti 1 tal-Anness E għad-Deċiżjoni 92/65/KEE tinbidel bit-test fl-Anness għal din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmul fi Brussell, l-10 ta’ Novembru 2010.
Għall-Kummissjoni
John DALLI
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 268, 14.9.1992, p. 54.
(2) ĠU L 146, 13.6.2003, p. 1.
(4) ĠU L 118, 12.5.2010, p. 56.
(5) ĠU L 358, 3.12.2004, p. 12.
ANNESS
“Parti 1 – Ċertifikat tas-saħħa għall-kummerċ fl-annimali minn azjendi (ungulati, għasafar, lagomorfi, klieb, qtates u inmsa)
92/65 EI
Test ta 'immaġni
Test ta 'immaġni
Test ta 'immaġni