This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32009R0078
Regulation (EC) No 78/2009 of the European Parliament and of the Council of 14 January 2009 on the type-approval of motor vehicles with regard to the protection of pedestrians and other vulnerable road users, amending Directive 2007/46/EC and repealing Directives 2003/102/EC and 2005/66/EC (Text with EEA relevance)
Regolament (KE) Nru 78/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal- 14 ta’ Jannar 2009 dwar l-approvazzjoni tat-tip ta’ vetturi bil-mutur fir-rigward tal-ħarsien tal-persuni mexjin u ta’ utenti vulnerabbli oħra tat-triq, li jemenda d-Direttiva 2007/46/KE u jħassar id-Direttivi 2003/102/KE u 2005/66/KE Test b’rilevanza għaż-ŻEE
Regolament (KE) Nru 78/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal- 14 ta’ Jannar 2009 dwar l-approvazzjoni tat-tip ta’ vetturi bil-mutur fir-rigward tal-ħarsien tal-persuni mexjin u ta’ utenti vulnerabbli oħra tat-triq, li jemenda d-Direttiva 2007/46/KE u jħassar id-Direttivi 2003/102/KE u 2005/66/KE Test b’rilevanza għaż-ŻEE
ĠU L 35, 4.2.2009, p. 1–31
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(HR)
No longer in force, Date of end of validity: 05/07/2022; Imħassar b' 32019R2144
4.2.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 35/1 |
REGOLAMENT (KE) Nru 78/2009 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
tal-14 ta’ Jannar 2009
dwar l-approvazzjoni tat-tip ta’ vetturi bil-mutur fir-rigward tal-ħarsien tal-persuni mexjin u ta’ utenti vulnerabbli oħra tat-triq, li jemenda d-Direttiva 2007/46/KE u jħassar id-Direttivi 2003/102/KE u 2005/66/KE
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikulari l-Artikolu 95 tiegħu,
Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni,
Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (1),
Filwaqt li jaġixxu skond il-proċedura stipulata fl-Artikolu 251 tat-Trattat (2),
Billi:
(1) |
Is-suq intern huwa magħmul minn żona mingħajr fruntieri interni li fiha jrid jiġi żgurat il-moviment ħieles tal-prodotti, tal-persuni, tas-servizzi u tal-kapital. Għal dan il-għan teżisti sistema ta’ l-approvazzjoni tat-tip Komunitarja għal vetturi bil-mutur. Ir-rekwiżiti tekniċi għall-approvazzjoni tat-tip ta’ vetturi bil-mutur fir-rigward tal-ħarsien tal- persuni mexjin għandhom jiġu armonizzati sabiex jevitaw l-adozzjoni ta’ rekwiżiti li huma differenti minn Stat Membru għal ieħor u sabiex jiżguraw it-tħaddim xieraq tas-suq intern. |
(2) |
Dan ir-Regolament huwa wieħed mill-atti regolatorji separati fil-kuntest tal-proċedura ta’ l-approvazzjoni tat-tip Komunitarja taħt id-Direttiva 2007/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ Settembru 2007 li tistabbilixxi qafas għall-approvazzjoni ta’ vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom, u ta’ sistemi, komponenti u unitajiet tekniċi separati maħsuba għal vetturi tali (id-Direttiva Qafas) (3). Sabiex jintlaħqu l-għanijiet stabbiliti fil-premessa 1 ta’ dan ir-Regolament, l-Annessi I, III, IV, VI u XI għad-Direttiva 2007/46/KE għandhom ikunu emendati. |
(3) |
L-esperjenza wriet li leġiżlazzjoni li għandha x’taqsam ma’ vetturi bil-mutur ħafna drabi tkun ta’ kontenut tekniku ddettaljat ħafna. Għalhekk huwa xieraq li jiġi adottat Regolament minflok Direttiva sabiex jiġu evitati d-diskrepanzi bejn miżuri ta’ transpożizzjoni u livell mhux meħtieġ ta’ leġiżlazzjoni fl-Istati Membri, billi ma jkunx hemm bżonn ta’ traspożizzjoni fil-leġiżlazzjoni nazzjonali. Għalhekk, id-Direttiva 2003/102/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Novembru 2003 dwar il-protezzjoni ta’ pedestrians u utenti vulnerabbli oħra tat-triq qabel u fil-każ ta’ xi ħabta ma’ vettura bil-mutur (4) u d-Direttiva 2005/66/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ottubru 2005 dwar l-użu ta’ sistemi ta’ protezzjoni ta’ quddiem fuq vetturi bil-mutur (5) li tipprovdi rekwiżiti għall-installazzjoni u l-użu ta’ sistemi ta’ protezzjoni ta’ quddiem fuq vetturi, u għalhekk livell ta’ ħarsien għall- persuni mexjin, għandhom jinbidlu b’dan ir-Regolament sabiex tiġi żgurata konsistenza f’dan il-qasam. Dan jimplika li l-Istati Membri jirrevokaw il-leġiżlazzjoni ta’ transpożizzjoni tad-Direttivi imħassra. |
(4) |
Ir-rekwiżiti għat-tieni fażi ta’ l-implimentazzjoni tad-Direttiva 2003/102/KE irriżultaw bħala mhux fattibbli. F’dan ir-rigward, l-Artikolu 5 ta’ dik id-Direttiva talab lill-Kummissjoni biex tippreżenta kwalunkwe proposti meħtieġa li jegħlbu l-problemi ta’ fattibilità ta’ dawn ir-rekwiżiti u possibbilment tagħmel użu minn sistemi ta’ sikurezza attivi, filwaqt li tiżgura li ma kienx kemm tnaqqis fil-livelli ta’ sikurezza pprovduti lill-utent tat-triq vulnerabbli. |
(5) |
Studju kkummissjonat mill-Kummissjoni juri li l-ħarsien ta’ persuni mexjin jista’ jittejjeb b’mod sinifikanti premezz ta’ taħlita ta’ miżuri passivi u attivi li jagħtu livell ogħla ta’ ħarsien mid-dispożizzjonijiet eżistenti qabel. B’mod partikulari, l-istudju juri li s-sistema ta’ sikurezza attiva ta’ “Assistenza fl-Ibbrejkjar”, ikkombinata ma’ tibdil fir-rekwiżiti ta’ sikurezza passivi, iżżid b’mod sinifikanti l-livell ta’ ħarsien tal-persuni mexjin. Għalhekk, huwa xieraq li ssir dispożizzjoni għall-installazzjoni obbligatorja ta’ sistemi ta’ Assistenza fl-Ibbrejkjar f’vetturi bil-mutur ġodda. Madankollu, dan m’għandux jissostitwixxi, iżda pjuttost għandu jikkumplimenta, s-sistemi ta’ sikurezza passivi ta’ livell għoli. |
(6) |
Vetturi mgħammra b’sistemi ta’ prevenzjoni ta’ ħabtiet jistgħu ma jkollhomx jissodisfaw ċerti rekwiżiti stipulati f’dan ir-Regolament sal-punt li jkunu jistgħu jevitaw ħabtiet ma’ persuni mexjin aktar milli sempliċiment itaffu l-effetti ta’ ħabtiet bħal dawn. Wara evalwazzjoni dwar jekk l-użu ta’ teknoloġija bħal din jistax b’mod effettiv jevita ħabtiet ma’ persuni mexjin u utenti vulnerabbli oħra tat-triq, il-Kummissjoni tkun tista’ tippreżenta proposti li jemendaw dan ir-Regolament biex tipprovdi għall-użu ta’ sistemi ta’ prevenzjoni ta’ ħabtiet. |
(7) |
Bl-għadd dejjem jiżdied ta’ vetturi aktar goffi użati f’toroq urbani, huwa xieraq li dispożizzjonijiet dwar il-ħarsien ta’ persuni mexjin ma japplikawx biss għal vetturi ta’ massa massima li ma taqbiżx l-2 500 kg, iżda wkoll, wara perjodu tranżitorju limitat, għal vetturi tal-kategoriji M1 u N1 li jaqbżu dan il-limitu. |
(8) |
Sabiex isaħħu l-ħarsien tal-persuni mexjin fl-aktar stadju bikri possibbli, il-manifatturi li jixtiequ japplikaw għal approvazzjoni tat-tip b’konformità mar-rekwiżiti l-ġodda qabel ma dawn isiru obbligatorji għandhom ikunu jistgħu jagħmlu dan bil-kundizzjoni li l-miżuri ta’ implimentazzjoni meħtieġa ikunu diġà fis-seħħ. |
(9) |
Il-miżuri meħtieġa għall-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament għandhom jiġu adottati skond id-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE tat-28 ta’ Ġunju 1999 li tistipula l-proċeduri għall-eżerċitar ta’ setgħat ta’ implimentazzjoni mogħtija lill-Kummissjoni (6). |
(10) |
B’mod partikulari, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta dispożizzjonijiet tekniċi għall-applikazzjoni tar-rekwiżiti tat-test u miżuri ta’ implimentazzjoni msejsa fuq ir-riżultati ta’ sorveljanza. Billi dawk il-miżuri huma ta’ ambitu ġenerali u mfassla sabiex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta’ dan ir-Regolament, inter alia billi jżidu miegħu elementi ġodda mhux essenzjali, huma għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju prevista fl-Artikolu 5a tad-Deċiżjoni 1999/468/KE. |
(11) |
Sabiex tiġi żgurata tranżizzjoni bla xkiel mid-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2003/102/KE u 2005/66/KE għal dan ir-Regolament, l-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament għandha tiġi diferita b’ċertu perjodu wara id-dħul fis-seħħ tiegħu. |
(12) |
Peress li l-għan ta’ dan ir-Regolament, jiġifieri it-twettiq tas-suq intern permezz ta’ l-introduzzjoni ta’ rekwiżiti tekniċi komuni dwar il-ħarsien tal- persuni mexjin, ma jistax jintlaħaq biżżejjed mill-Istati Membri u għaldaqstant jista’, minħabba l-iskala tiegħu jintlaħaq aħjar fil-livell Komunitarju, il-Komunità tista’ tadotta miżuri skond il-prinċipju ta’ sussidjarjetà kif stipulat fl-Artikolu 5 tat-Trattat. Skond il-prinċipju ta’ proporzjonalità, kif stipulat f’dak l-Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ sabiex jintlaħaq dak il-għan, |
ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:
KAPITOLU I
SUĠĠETT, AMBITU U DEFINIZZJONIJIET
Artikolu 1
Suġġett
Dan ir-Regolament jistipula r-rekwiżiti għall-bini u t-tħaddim ta’ vetturi bil-mutur u sistemi ta’ protezzjoni ta’ quddiem sabiex jonqos l-għadd u s-severità ta’ tidrib ta’ persuni mexjin u utenti vulnerabbli oħra tat-triq li jintlaqtu bin-naħa ta’ quddiem ta’ vetturi u sabiex jiġu evitati ħabtiet tali.
Artikolu 2
L-Ambitu
1. Dan ir-Regolament għandu japplika għal dawn li ġejjin:
(a) |
vetturi bil-mutur tal-kategorija M1 kif definiti fl-Artikolu 3(11) tad-Direttiva 2007/46/KE u fil-punt 1 tat-Taqsima A ta’ l-Anness II tiegħu, soġġett għall-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu; |
(b) |
vetturi bil-mutur tal-kategorija N1 kif definiti fl-Artikolu 3(11) tad-Direttiva 2007/46/KE u fil-punt 2 tat-Taqsima A ta’ l-Anness II tiegħu, soġġett għall-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu; |
(c) |
sistemi ta’ protezzjoni ta’ quddiem mmuntati bħala tagħmir oriġinali mal-vetturi msemmija fil-punti (a) u (b) jew fornuti bħala unitajiet tekniċi separati maħsuba għall-immuntar ma’ tali vetturi. |
2. It-Taqsimiet 2 u 3 ta’ l-Anness I għal dan ir-Regolament m’għandhomx japplikaw għal:
(a) |
vetturi tal-kategorija N1; u |
(b) |
vetturi tal-kategorija M1 derivati minn N1 u ta’ massa massima li tisboq l-2 500 kg; |
fejn “punt-R” tal-pożizzjoni tas-sewwieq tkun jew aktar ‘il quddiem mill-fus ta’ quddiem jew lonġitudinalment aktar lura mill-linja ċentrali trasversali tal-fus ta’ quddiem b’massimu ta’ 1 100 mm.
Artikolu 3
Definizzjonijiet
Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament:
(1) |
“Pilastru-A” tfisser l-appoġġ tas-saqaf l-aktar ‘il quddiem u l-aktar ‘il barra, li jestendi mill-qafas tal-qiegħ tal-vettura (chassis) sas-saqaf tal-vettura; |
(2) |
“sistema ta’ Assistenza fl-Ibbrejkjar” tfisser funzjoni tas-sistema ta’ brejkjar li tidentifika każ ta’ brejkjar ta’ emerġenza minn karatteristika tad-domanda ta’ brejk tas-sewwieq u, taħt dawn il-kundizzjonijiet:
|
(3) |
“bamper” tfisser kwalunkwe struttura fuq quddiem, fin-naħa t’isfel, fuq barra ta’ vettura, u inkluż tagħmir imwaħħal magħha, maħsuba sabiex tħares lill-vettura meta tkun involuta f’ħabta b’quddiem b’veloċità baxxa ma’ vettura oħra; hija ma tinkludix, madanakollu, kwalunkwe sistema ta’ protezzjoni ta’ quddiem; |
(4) |
“sistemi ta’ protezzjoni ta’ quddiem” tfisser struttura jew strutturi separata/i, bħal bull bar, jew bamper supplimentari li, b’żieda mat-tagħmir oriġinali ta’ bamper, tkun maħsuba għall-ħarsien tal-wiċċ estern tal-vettura minn ħsara f’każ ta’ ħabta ma’ xi oġġett, għajr għal strutturi li għandhom massa ta’ anqas minn 0,5 kg, maħsubin sabiex iħarsu l-fanali tal-vettura biss; |
(5) |
“massa massima” tfisser il-massa ta’ tagħbija massima teknikament permessa kif iddikjarat mill-manifattur skond il-punt 2.8 ta’ l-Anness 1 tad-Direttiva 2007/46/KE; |
(6) |
“vetturi tal-kategorija N1 derivati minn M1” tfisser dawk il-vetturi tal-kategorija N1 li, ‘il quddiem mill-pilastri-A, għandhom l-istess struttura u għamla ġenerali bħal ta’ vettura tal-kategorija M1 li kienet teżisti qabel; |
(7) |
“vetturi tal-kategorija M1 derivati minn N1” tfisser dawk il-vetturi ta’ kategorija M1 li, ‘il quddiem mill-pilastri-A, għandhom l-istess struttura u għamla ġenerali bħal ta’ vettura tal-kategorija N1 li kienet teżisti qabel. |
KAPITOLU II
OBBLIGI TAL-MANIFATTURI
Artikolu 4
Rekwiżiti tekniċi
1. Skond l-Artikolu 9, il-manifatturi għandhom jiżguraw li vetturi li jitqiegħdu fis-suq huma mgħammra b’sistema ta’ Assistenza fl-Ibbrejkjar approvata skond it-tip skond ir-rekwiżiti tat-Taqsima 4 ta’ l-Anness I u li vetturi bħal dawn jikkonformaw mar-rekwiżiti tat-Taqsimiet 2 jew 3 ta’ l-Anness I.
2. Skond l-Artikolu 10, il-manifatturi għandhom jiżguraw li s-sistemi ta’ protezzjoni ta’ quddiem, li jew ġew immuntati bħala tagħmir oriġinali ma’ vetturi li tqiegħdu fis-suq jew ġew fornuti bħala unitajiet tekniċi separati, jikkonformaw mar-rekwiżiti tat-Taqsima 5 u 6 ta’ l-Anness I.
3. Il-manifatturi għandhom jipprovdu lill-awtoritajiet ta’ approvazzjoni bid-data xierqa dwar l-ispeċifikazzjonijiet u l-kundizzjonijiet tat-test tal-vettura u tas-sistema ta’ protezzjoni ta’ quddiem. Id-data għandha tinkludi t-tagħrif meħtieġ sabiex jiġi ċċekjat l-operat ta’ kwalunkwe apparat ta’ sikurezza attiv installat fil-vettura.
4. Fil-każ ta’ sistemi ta’ protezzjoni ta’ quddiem li għandhom jiġu fornuti bħala unitajiet tekniċi separati, il-manifatturi għandhom jipprovdu lill-awtoritajiet ta’ approvazzjoni bid-data xierqa dwar l-ispeċifikazzjonijiet tas-sistemi u l-kundizzjonijiet tat-test.
5. Is-sistemi ta’ protezzjoni ta’ quddiem, bħala unitajiet tekniċi separati, ma għandhomx jitqassmu, jiġu offerti għall-bejgħ jew jinbiegħu ħlief jekk ikunu akkumpanjati minn lista ta’ tipi ta’ vetturi li għalihom ġiet approvata s-sistema ta’ protezzjoni ta’ quddiem, kif ukoll minn struzzjonijiet ċari għall-immuntar. L-istruzzjonijiet għall-immuntar għandu jkollhom preskrizzjonijiet ta’ installazzjoni speċifiċi, inklużi l-modi ta’ kif jitwaħħlu mal-vetturi li l-unità tkun ġiet approvata għalihom, sabiex b’hekk il-komponenti approvati jkunu jistgħu jiġu mmuntati ma’ dik il-vettura b’mod li jkun konformi mad-dispożizzjonijiet rilevanti tat-Taqsima 6 ta’ l-Anness I.
6. Il-Kummissjoni għandha tadotta miżuri ta’ implimentazzjoni li jistabbilixxu dispożizzjonijiet tekniċi għall-applikazzjoni tar-rekwiżiti stipulati fl-Anness I. Dawk il-miżuri, imfassla sabiex jemendaw elementi mhux essenzjali ta’ dan ir-Regolament inter alia billi jżidu magħhom, għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 40(2) tad-Direttiva 2007/46/KE.
Artikolu 5
Applikazzjoni għall-approvazzjoni tat-tip tal-KE
1. Il-manifattur għandu jibgħat lill-awtorità ta’ l-approvazzjoni id-dokument ta’ tagħrif, stabbilit skond il-mudell stipulat fil-Parti 1 ta’ l-Anness II, meta japplika għal approvazzjoni tat-tip tal-KE għal tip ta’ vettura fir-rigward tal-ħarsien tal-persuni mexjin.
Il-manifattur għandu jibgħat lis-servizz tekniku responsabbli mit-twettiq tat-testijiet ta’ l-approvazzjoni tat-tip vettura li hija rappreżentattiva tat-tip ta’ vettura li għandha tiġi approvata.
2. Il-manifattur għandu jibgħat lill-awtorità ta’ l-approvazzjoni, id-dokument ta’ tagħrif, stabbilit skond il-mudell stipulat fil-Parti 2 ta’ l-Anness II, meta japplika għal approvazzjoni tat-tip tal-KE għal tip ta’ vettura li magħha tkun se tiġi mmuntata sistema ta’ protezzjoni ta’ quddiem.
Il-manifattur għandu jibgħat lis-servizz tekniku responsabbli għat-twettiq tat-testijiet ta’ l-approvazzjoni tat-tip, vettura li hija rappreżentattiva tat-tip ta’ vettura li magħha tkun se tiġi mmuntata sistema ta’ protezzjoni ta’ quddiem. Fuq talba ta’ dak is-servizz tekniku, il-manifattur għandu jibgħat ukoll komponenti speċifiċi jew kampjuni tal-materjali użati.
3. Il-manifattur għandu jibgħat lill-awtorità ta’ l-approvazzjoni id-dokument ta’ tagħrif, stabbilit skond il-mudell stipulat fil-Parti 3 ta’ l-Anness II, meta japplika għal approvazzjoni tat-tip tal-KE għal unità teknika separata ta’ tip ta’ sistema ta’ protezzjoni ta’ quddiem.
Il-manifattur għandu jibgħat lis-servizz tekniku responsabbli mit-twettiq tat-testijiet ta’ l-approvazzjoni tat-tip kampjun wieħed tat-tip ta’ sistema ta’ protezzjoni ta’ quddiem li għandha tiġi approvata. Fejn iqis li huwa meħtieġ, is-servizz tekniku jista’ jitlob għal aktar kampjun(i). Il-kampjuni għandhom jiġu mmarkati b’mod ċar u li ma jitħassarx bl-isem jew il-marka tal-fabbrika ta’ l-applikant u d-deżinjazzjoni tat-tip. Il-manifattur għandu jagħmel dispożizzjoni għall-wiri obbligatorju sussegwenti tal-marka ta’ l-approvazzjoni tat-tip tal-KE.
KAPITOLU III
OBBLIGI TAL-AWTORITAJIET TAL-ISTATI MEMBRI
Artikolu 6
L-għoti ta’ approvazzjoni tat-tip tal-KE
1. Jekk ir-rekwiżiti rilevanti jiġu sodisfatti, l-awtorità ta’ approvazzjoni għandha tagħti approvazzjoni tat-tip tal-KE u toħroġ numru ta’ l-approvazzjoni tat-tip skond is-sistema ta’ numerazzjoni stipulata fl-Anness VII għad-Direttiva 2007/46/KE.
2. Għall-iskopijiet tat-Taqsima 3 ta’ dak in-numru ta’ approvazzjoni tat-tip, għandha tintuża waħda minn dawn l-ittri:
(a) |
Għall-approvazzjoni ta’ vetturi fir-rigward tal-protezzjoni tal-persuni mexjin:
|
(b) |
Għall-approvazzjoni ta’ vettura rigward il-fatt li hija tkun mgħammra b’sistema ta’ protezzjoni ta’ quddiem jew l-approvazzjoni ta’ sistema ta’ protezzjoni ta’ quddiem li għandha tiġi fornuta bħala unità teknika separata:
|
3. L-awtorità ta’ approvazzjoni ma għandiex tagħti l-istess numru lil tip ieħor ta’ vettura jew tip ta’ sistema ta’ protezzjoni ta’ quddiem.
4. Għall-għanijiet tal-paragrafu 1, l-awtorità ta’ approvazzjoni għandha tibgħat iċ-ċertifikat ta’ l-approvazzjoni tat-tip tal-KE stabbilit skond dan li ġej:
(a) |
il-mudell stipulat fil-Parti 1 ta’ l-Anness III għal tip ta’ vettura fir-rigward tal-ħarsien ta’ persuni għaddejjin bil-mixi; |
(b) |
il-mudell stipulat fil-Parti 2 ta’ l-Anness III għal tip ta’ vettura li magħha tkun se tiġi mmuntata sistema ta’ protezzjoni ta’ quddiem; |
(c) |
il-mudell stipulat fil-Parti 3 ta’ l-Anness III għal tip ta’ sistema ta’ protezzjoni ta’ quddiem li għandha tiġi fornuta bħala unità teknika separata. |
Artikolu 7
Marka ta’ l-approvazzjoni tat-tip tal-KE
Kull sistema ta’ protezzjoni ta’ quddiem approvata skond dan ir-Regolament taħt l-approvazzjoni tat-tip ta’ vettura fir-rigward ta’ l-immuntar ta’ sistema ta’ protezzjoni ta’ quddiem magħha jew taħt l-approvazzjoni tat-tip ta’ sistema ta’ protezzjoni ta’ quddiem li għandha tiġi fornuta bħala unita teknika separata, għandha tikkonforma mar-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament u għandha tingħata, u konsegwentement ikollha fuqha, il-marka ta’ approvazzjoni tat-tip tal-KE mwaqqfa skond id-dispożizzjonijiet stipulati fl-Anness IV.
Artikolu 8
Modifika tat-tip u emendi għall-approvazzjonijiet
Kwalunkwe modifika tal-vettura li tkun aktar ‘ilquddiem minn pilastri-A jew mis-sistema ta’ protezzjoni ta’ quddiem li taffetwa l-istruttura, id-dimensjonijiet ewlenin, il-materjali ta’ l-uċuħ ta’ barra tal-vettura, il-metodu ta’ iffissar jew l-arranġament estern jew intern tal-komponenti, u li tista’ tinfluwenza b’mod sinifikanti r-riżultati tat-testijiet, għandha titqies bħala emenda skont l-Artikolu 13 tad-Direttiva 2007/46/KE u għalhekk teħtieġ applikazzjoni ġdida għall-approvazzjoni tat-tip.
Artikolu 9
Skeda ta’ applikazzjoni għal vetturi
1. B’effett mid-data stipulata fit-tieni paragrafu ta’ l-Artikolu 16, l-awtoritajiet nazzjonali għandhom jirrifjutaw, għal raġunijiet li għandhom x’jaqsmu mal-ħarsien ta’ persuni għaddejjin bil-mixi, li jagħtu approvazzjoni tat-tip tal-KE jew approvazzjoni tat-tip nazzjonali, fir-rigward tat-tipi ta’ vetturi ġodda li ġejjin:
(a) |
kategorija M1 li ma jikkonformawx mad-dispożizzjonijiet tekniċi stipulati fit-Taqsima 4 ta’ l-Anness I; |
(b) |
kategorija M1 ta’ massa massima li ma taqbiżx l-2 500 kg li m N1a jikkonformawx mad-dispożizzjonijiet tekniċi stipulati fit-Taqsima 2 jew it-Taqsima 3 ta’ l-Anness I; |
(c) |
kategorija N1 derivati minn M1 u ta’ massa massima li ma tisboqx l-2 500 kg li ma jikkonformawx mad-dispożizzjonijiet tekniċi stipulati fit-Taqsimiet 2 u 4 jew it-Taqsimiet 3 u 4 ta’ l-Anness I. |
2. B’effett mill-24 ta' Frar 2011, l-awtoritajiet nazzjonali għandhom, għal raġunijiet li għandhom x’jaqsmu mal-ħarsien tal-persuni mexjin, iqisu ċ-ċertifikati ta’ konformità bħala mhux validi għall-għanijiet ta’ l-Artikolu 26 tad-Direttiva 2007/46/KE, u għandhom jipprojbixxu r-reġistrazzjoni, il-bejgħ u d-dħul fis-servizz tal-vetturi ġodda li ġejjin li ma jikkonformawx mad-dispożizzjonijiet tekniċi stipulati fit-Taqsima 4 ta’ l-Anness I għal dan ir-Regolament:
(a) |
vetturi tal-kategorija M1; |
(b) |
vetturi tal-kategorija N1 derivati minn M1 u ta’ massa massima li ma tisboqx l-2 500 kg. |
3. B’effett mill-24 ta' Frar 2013, l-awtoritajiet nazzjonali għandhom jirrifjutaw, għal raġunijiet li għandhom x’jaqsmu mal-ħarsien tal-persuni mexjin, li jagħtu approvazzjoni tat-tip tal-KE jew approvazzjoni tat-tip nazzjonali, fir-rigward tat-tipi ta’ vetturi ġodda li ġejjin:
(a) |
kategorija M1 ta’ massa massima li ma taqbiżx l-2 500 kg li ma jikkonformawx mad-dispożizzjonijiet tekniċi stipulati fit-Taqsima 3 ta’ l-Anness I; |
(b) |
vetturi N1 derivati minn M1 u ta’ massa massima li ma tisboqx l-2 500 kg li ma jikkonformawx mad-dispożizzjonijiet tekniċi stipulati fit-Taqsima 3 ta’ l-Anness I. |
4. B’effett mill-31 ta’ Diċembru 2012, l-awtoritajiet nazzjonali għandhom, għal raġunijiet li għandhom x’jaqsmu mal-ħarsien tal-persuni mexjin, iqisu ċ-ċertifikati ta’ konformità bħala mhux aktar validi għall-għanijiet ta’ l-Artikolu 26 tad-Direttiva 2007/46/KE, u għandhom jipprojbixxu r-reġistrazzjoni, il-bejgħ u d-dħul fis-servizz ta’ vetturi ġodda li ġejjin li ma jikkonformawx mad-dispożizzjonijiet tekniċi stipulati fit-Taqsima 2 jew Taqsima 3 ta’ l-Anness I għal dan ir-Regolament:
(a) |
vetturi tal-kategorija ta’M1 ta’ massa massima li ma taqbiżx l-2 500 kg, |
(b) |
vetturi tal-kategorija N1 derivata minn M1 u ta’ massa massima li ma tisboqx l-2 500 kg. |
5. B’effett mill-24 ta' Frar 2015 l-awtoritajiet nazzjonali għandhom jirrifjutaw, għal raġunijiet li għandhom x’jaqsmu mal-ħarsien tal-persuni mexjin, li jagħtu approvazzjoni tat-tip tal-KE jew approvazzjoni tat-tip nazzjonali, fir-rigward tat-tipi ta’ vetturi ġodda li ġejjin:
(a) |
kategorija M1 ta’ massa massima li taqbeż l-2 500 kg li ma tikkonformax mad-dispożizzjonijiet tekniċi stipulati fit-Taqsima 3 ta’ l-Anness I, |
(b) |
kategorija N1 li ma tikkonformax mad-dispożizzjonijiet tekniċi stipulati fit-Taqsimiet 3 u 4 ta’ l-Anness I. |
6. B’effett mill-24 ta' Awwissu 2015 l-awtoritajiet nazzjonali għandhom, għal raġunijiet li għandhom x’jaqsmu mal-ħarsien tal-persuni mexjin, iqisu ċ-ċertifikati ta’ konformità bħala mhux validi għall-għanijiet ta’ l-Artikolu 26 tad-Direttiva 2007/46/KE, u għandhom jipprojbixxu r-reġistrazzjoni, il-bejgħ u d-dħul fis-servizz ta’ vetturi ġodda ta’ kategorija N1 li ma jikkonformawx mad-dispożizzjonijiet tekniċi stipulati fit-taqsima 4 ta’ l-Anness I għal dan ir-Regolament.
7. B’effett mill-24 ta' Frar 2018, l-awtoritajiet nazzjonali għandhom, għal raġunijiet li għandhom x’jaqsmu mal-ħarsien tal-persuni mexjin, iqisu ċ-ċertifikati ta’ konformità bħala mhux validi għall-għanijiet ta’ l-Artikolu 26 tad-Direttiva 2007/46/KE, u għandhom jipprojbixxu r-reġistrazzjoni, il-bejgħ u d-dħul fis-servizz tal-vetturi ġodda li ġejjin:
(a) |
vetturi ta’ kategorija M1 ta’ massa massima li ma taqbiżx l-2 500 kg, li ma jikkonformawx mad-dispożizzjonijiet tekniċi stipulati fit-Taqsima 3 ta’ l-Anness I għal dan ir-Regolament; |
(b) |
vetturi ta’ kategorija N1 derivata minn M1 u ta’ massa massima li ma tisboqx l-2 500 kgli ma jikkonformawx mad-dispożizzjonijiet tekniċi stipulati fit-Taqsima 3 ta’ l-Anness I għal dan ir-Regolament. |
8. B’effett mill-24 ta' Awwissu 2019, l-awtoritajiet nazzjonali għandhom, għal raġunijiet li għandhom x’jaqsmu mal-ħarsien tal-persuni mexjin bil-mixi, iqisu ċ-ċertifikati ta’ konformità bħala mhux validi għall-għanijiet ta’ l-Artikolu 26 tad-Direttiva 2007/46/KE, u għandhom jipprojbixxu r-reġistrazzjoni, il-bejgħ u d-dħul fis-servizz tal- vetturi ġodda li ġejjin:
(a) |
vetturi ta’ kategorija M1 ta’ massa massima li taqbeż l-2 500 kg, li ma tikkonformax mad-dispożizzjonijiet tekniċi stipulati fit-Taqsima 3 ta’ l-Anness I għal dan ir-Regolament, |
(b) |
vetturi ta’ kategorija N1 li ma jikkonformawx mad-dispożizzjonijiet tekniċi stipulati fit-Taqsima 3 ta’ l-Anness I għal dan ir-Regolament. |
9. Mingħajr preġudizzju għall-paragrafi 1 sa’ 8 ta’ dan l-Artikolu u soġġett għad-dħul fis-seħħ tal-miżuri adottati skond l-Artikolu 4(6), jekk manifattur jitlob dan, l-awtoritajiet nazzjonali ma għandhomx, għal raġunijiet li għandhom x’jaqsmu mal-ħarsien tal-persuni mexjin, jirrifjutaw li jagħtu approvazzjoni tat-tip tal-KE jew approvazzjoni tat-tip nazzjonali għal tip ta’ vettura ġdida jew jipprojbixxu r-reġistrazzjoni, il-bejgħ jew id-dħul fis-servizz ta’ vettura ġdida, jekk il-vettura kkonċernata tikkonforma mad-dispożizzjonijiet tekniċi stipulati fit-Taqsimiet 3 u 4 ta’ l-Anness I.
Artikolu 10
Applikazzjoni għal sistemi ta’ protezzjoni ta’ quddiem
1. L-awtoritajiet nazzjonali għandhom jirrifjutaw li jagħtu approvazzjoni tat-tip tal-KE jew approvazzjoni tat-tip nazzjonali ta’ tip ġdid ta’ vettura fir-rigward tat-tagħmir tagħha b’sistema ta’ protezzjoni ta’ quddiem, jew approvazzjoni tat-tip tal-KE ta’ unità teknika separata ta’ tip ġdid ta’ sistema ta’ protezzjoni ta’ quddiem, li ma tikkonformax mar-rekwiżiti stipulati fit-Taqsimiet 5 u 6 ta’ l-Anness I.
2. L-awtoritajiet nazzjonali għandhom, għal raġunijiet li għandhom x’jaqsmu mas-sistemi ta’ protezzjoni ta’ quddiem, iqisu li ċ-ċertifikati ta’ konformità m’għadhomx aktar validi għall-għanijiet ta’ l-Artikolu 26 tad-Direttiva 2007/46/KE u għandhom jipprojbixxu r-reġistrazzjoni, il-bejgħ u d-dħul fis-servizz ta’ vetturi ġodda li ma jikkonformawx mar-rekwiżiti stipulati fit-Taqsimiet 5 u 6 ta’ l-Anness I ta’ dan ir-Regolament.
3. Ir-rekwiżiti stipulati fit-Taqsimiet 5 u 6 ta’ l-Anness I ta’ dan ir-Regolament, għandhom japplikaw għal sistemi ta’ protezzjoni ta’ quddiem fornuti bħala unitajiet tekniċi separati għall-għanijiet ta’ l-Artikolu 28 tad-Direttiva 2007/46/KE.
Artikolu 11
Sistemi ta’ Prevenzjoni ta’ Ħabtiet
1. Wara evalwazzjoni mill-Kummissjoni l-vetturi mgħammra b’sistemi ta’ prevenzjoni ta’ ħabtiet jista’ jkun li ma jkollhomx jissodisfaw ir-rekwiżiti tat-test stipulati fit-Taqsimiet 2 u 3 ta’ l-Anness I sabiex jingħataw approvazzjoni tat-tip tal-KE jew approvazzjoni tat-tip nazzjonali għal tip ta’ vettura fir-rigward tal-ħarsien ta’ persuni għaddejjin bil-mixi, jew biex jinbiegħu, jiġu rreġistrati jew jiddaħħlu fis-servizz.
2. Il-Kummissjoni għandha tippreżenta l-analiżi lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, flimkien ma’ proposti li jemendaw dan ir-Regolament jekk ikun xieraq.
Kull miżura proposta għandha tiżgura livelli ta’ ħarsien li huma minn ta’ l-anqas ekwivalenti, f’termini ta’ effettività attwali, għal dawk ipprovduti fit-Taqsimiet 2 u 3 ta’ l-Anness I.
Artikolu 12
Sorveljanza
1. L-awtoritajiet nazzjonali għandhom jipprovdu lill-Kummissjoni bir-riżultat tas-sorveljanza msemmija fil-punti 2.2, 2.4 u 3.2 ta’ l-Anness I fuq bażi annwali u minn ta’ l-anqas sat-28 ta’ Frar tas-sena wara dik li jinkisbu fiha.
Ir-rekwiżit li jiġu pprovduti dawk ir-riżultati għandha tieqaf tapplika mill-24 ta' Frar 2014.
2. Il-Kummissjoni tista’, fuq il-bażi tar-riżultati tas-sorveljanza mwettqa taħt il-punti 2.2, 2.4 u 3.2 ta’ l-Anness I, taddotta miżuri ta’ implimentazzjoni kif xieraq.
Dawk il-miżuri, imfassla sabiex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta’ dan ir-Regolament, inter alia, billi jissupplimentawh, għandhom jiġu adottati skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 40(2) tad-Direttiva 2007/46/KE.
3. Il-Kummissjoni, filwaqt li taġixxi fuq il-bażi ta’ informazzjoni rilevanti kkomunikata mill-awtoritajiet li japprovaw u l-partijiet interessati kif ukoll fuq il-bażi ta’ studji indipendenti, għandha tissorvelja l-iżviluppi tekniċi fil-qasam tar-rekwiżiti tas-sikurezza passiva mtejba, l-Assistenza fl-Ibbrejkjar u teknoloġiji oħrajn ta’ sikurezza attiva li jistgħu jipprovdu ħarsien aħjar lil utenti vulnerabbli tat-triq.
4. Sal-24 ta' Frar 2014, il-Kummissjoni għandha tirrevedi l-possibilità li jkunu attivati u applikati rekwiżiti ta’ sikurezza passivi msaħħa bħal dawn. Hija għandha tirrevedi t-tħaddim ta’ dan ir-Regolament fir-rigward ta’ l-użu u l-effettività ta’ l-Assistenza fl-Ibbrejkjar u ta’ teknoloġiji ta’ sikurezza attiva oħrajn.
5. Il-Kummissjoni għandha tressaq rapport quddiem il-Parlament Ewropew u l-Kunsill, akkumpanjat minn proposti dwar is-suġġett kif xieraq.
Artikolu 13
Pieni
1. L-Istati Membri għandhom jistipulaw d-dispożizzjonijiet dwar il-pieni applikabbli għal ksur mill-manifatturi tad-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament u għandhom jieħdu kull miżura neċessarja sabiex jiżguraw li dawn jiġu implimentati. Il-pieni previsti għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u dissważivi. L-Istati Membri għandhom jinnottifikaw lill-Kummissjoni dwar dawk id-disposizzjonijiet, sal-24 ta' Awwissu 2010 u għandhom jinfurmawha mingħajr dewmien dwar kull emenda sussegwenti li taffettwahom.
2. It-tipi ta’ ksur li huma soġġetti għal multa għandhom jinkludu minn ta’ l-anqas dan li ġej:
(a) |
dikjarazzjonijiet foloz matul il-proċeduri ta’ approvazzjoni jew il-proċeduri li jwasslu għal sejħa lura; |
(b) |
falsifikar tar-riżultati tat-test għall-approvazzjoni tat-tip; |
(c) |
iż-żamma ta’ data jew speċifikazzjonijiet tekniċi li jistgħu jwasslu għal sejħa lura jew irtirar ta’ l-approvazzjoni tat-tip; |
(d) |
rifjut ta’ għoti ta’ aċċess għat-tagħrif. |
KAPITOLU IV
DISPOŻIZZJONIJIET TRANŻITORJI U FINALI
Artikolu 14
Emendi għad-Direttiva 2007/46/KE
Direttiva 2007/46/KE għandha tiġi emendata skond l-Anness V ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 15
Revoka
Id-Direttivi 2003/102/KE u 2005/66/KE għandhom jiġu mħassra b’effett mid-data stipulata fit-tieni paragrafu ta’ l-Artikolu 16 ta’ dan ir-Regolament.
Referenzi għad-Direttivi revokati għandhom jiġu interpretati bħala referenzi għal dan ir-Regolament.
Artikolu 16
Dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Għandu japplika mill-24 ta' Novembru 2009 bl-eċċezzjoni ta’ l-Artikolu 4(6) u l-Artikolu 9(9) li għandhom japplikaw mill-jum tad-dħul fis-seħħ u ta’ l-Artikolu 9(2) sa (8) li għandu japplika mid-dati stabbiliti fih.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Strasburgu, l-14 ta' Jannar 2009.
Għall-Parlament Ewropew
Il-President
H.-G. PÖTTERING
Għall-Kunsill
Il-President
A. VONDRA
(1) ĠU C 211, 19.8.2008, p. 9.
(2) L-Opinjoni tal-Parlament Ewropew tat-18 ta’ Ġunju 2008 (għadha mhix ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali) u d-Deċiżjoni tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2008
(3) ĠU L 263, 9.10.2007, p. 1.
(4) ĠU L 321, 6.12.2003, p. 15.
(5) ĠU L 309, 25.11.2005, p. 37.
(6) OJ L 184, 17.7.1999, p. 23.
LISTA TA’ ANNESSI
Anness I Dispożizzjonijiet tekniċi għall-ittestjar ta’ vetturi u sistemi ta’ protezzjoni ta’ quddiem
Anness II Dokumenti ta’ Tagħrif dwar il-Mudell li għandhom jiġu pprovduti mill-manifattur
Parti 1 |
Dokument ta’ tagħrif dwar l-approvazzjoni tat-tip ta’ vettura fir-rigward tal-ħarsien ta’ persuni għaddejjin bil-mixi. |
Parti 2 |
Dokument ta’ tagħrif dwar l-approvazzjoni tat-tip ta’ vettura fir-rigward ta’ l-immuntar ta’ sistema ta’ protezzjoni ta’ quddiem magħha. |
Parti 3 |
Dokument ta’ tagħrif dwar l-approvazzjoni tat-tip ta’ sistema ta’ protezzjoni ta’ quddiem fornuta bħala unità teknika separata. |
Anness III Mudelli taċ-Ċertifikati ta’ Approvazzjoni tat-Tip tal-KE
Parti 1 |
Ċertifikat ta’ approvazzjoni tat-tip tal-KE dwar l-approvazzjoni tat-tip ta’ vettura fir-rigward tal-ħarsien ta’ persuni għaddejjin bil-mixi |
Parti 2 |
Ċertifikat ta’ l-approvazzjoni tat-tip tal-KE dwar l-approvazzjoni tat-tip tal-KE ta’ vettura fir-rigward ta’ l-immuntar ta’ sistema ta’ protezzjoni ta’ quddiem magħha |
Parti 3 |
Ċertifikat ta’ approvazzjoni tat-tip tal-KE dwar l-approvazzjoni tat-tip ta’ sistema ta’ protezzjoni ta’ quddiem fornuta bħala unità teknika separata |
Anness IV Marka ta’ l-approvazzjoni tat-tip tal-KE
Appendiċi |
Eżempju tal-Marka ta’ l-Approvazzjoni tat-Tip tal-KE |
Anness V Emendi għad-Direttiva 2007/46/KE
ANNESS I
Dispożizzjonijiet tekniċi għall-ittestjar ta’ vetturi u sistemi ta’ protezzjoni ta’ quddiem
Għall-għanijiet ta’ dan l-Anness għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
1.1. “ix-xifer ta’ quddiemnett tal-bonit” tfisser in-naħa ta’ quddiem tal-istruttura ta’ fuq, ta’ barra inkluż il-bonit u l-madgards, il-partijiet ta’ fuq u tal-ġnub madwar il-fanali u kwalunkwe tagħmir ieħor;
1.2. “linja ta’ referenza tax-xifer ta’ quddiemnett tal-bonit” tfisser it-traċċa ġijometrika tal-punti ta’ kuntatt bejn xifer dritt ta’ tul ta’ 1 000 mm u l-wiċċ ta’ quddiem tal-bonit, meta x-xifer dritt, miżmum parallel mal-pjan lonġitudinali vertikali tal-vettura u inklinat lura b’50° u mat-tarf ta’ isfel 600 mm ‘l fuq mill-art, huwa traversat tul u f’kuntatt max-xifer ta’ quddiemnett tal-bonit. Għal vetturi li għandhom il-wiċċ ta’ fuq tal-bonit inklinat b’essenzjalment 50°, sabiex ix-xifer dritt jagħmel kuntatt kontinwu jew kuntatti multipli minflok kuntatt ma’ punt, il-linja ta’ refenza hija stabbilita max-xifer dritt inklinat lura f’angolu ta’ 40°. Għal vetturi ta’ għamla tali li t-tarf t’isfel tax-xifer dritt jagħmel l-ewwel kuntatt, dak il-kuntatt jitqies bħala l-linja ta’ referenza tax-xifer ta’ quddiemnett tal-bonit, f’dik il-pożizzjoni laterali. Għal vetturi ta’ għamla tali li t-tarf ta’ fuq tax-xifer dritt jagħmel l-ewwel kuntatt, it-traċċa ġeometrika ta’ 1 000 mm ta’ distanza perimetrika tintuża’ bħala l-linja ta’ referenza tax-xifer ta’ quddiemnett tal-bonit f’dik il-pożizzjoni laterali. Ix-xifer ta’ fuq tal-bamper għandu jitqies ukoll bħala x-xifer ta’ quddiemnett tal-bonit għall-għanijiet ta’ dan ir-Regolament, jekk jiġi f’kuntatt max-xifer dritt matul din il-proċedura;
1.3. “1 000 mm ta’ distanza perimetrika” tfisser it-traċċa ġijometrika deskritta fuq il-wiċċ ta’ quddiem ta’ fuq min- naħa waħda ta’ tejp flessibbli twil 1 000 mm, meta jinżamm fi pjan vertikali fuq quddiem u fuq wara tal-vettura u traversat tul il-biċċa ta’ quddiem tal-bamper tal-bonit u tas-sistema ta’ protezzjoni ta’ quddiem. It-tejp jinżamm stiż tul l-operazzjoni b’tarf wieħed f’kuntatt mal-livell ta’ referenza ta’ l-art, vertikalment taħt il-wiċċ ta’ fuq tal-bamper u t-tarf l-ieħor jinżamm f’kuntatt mal-wiċċ ta’ quddiem ta’ fuq. Il-vettura trid tkun fl-orjentament normali tat-tħaddim;
1.4. “il-wiċċ tal-bonit” tfisser l-istruttura ta’ barra li tinkludi l-wiċċ ta’ fuq ta’ l-istrutturi kollha ta’ barra għajr għall-windskrin, il-pilastri A u l-istrutturi aktar lura minnhom; għalhekk jinkludi, iżda mhux limitat għal, il-bonit, il-madgards, il-faxxa esterna bejn il-karozzerija u l-bonit, l-assi tal-wajpers u l-qafas ta’ isfel tal-windskrin;
1.5. “il-wiċċ ta’ quddiem ta’ fuq” tfisser l-istruttura ta’ barra li tinkludi l-wiċċ ta’ fuq ta’ l-istrutturi kollha ta’ barra għajr għall-windskrin, il-pilastri A u l-istrutturi aktar lura minnhom;
1.6. “il-livell ta’ referenza ta’ l-art” tfisser il-pjan orizzontali parallel mal-livell ta’ l-art, li jirrappreżenta l-livell ta’ l-art għal vettura wieqfa fuq wiċċ ċatt bil-ħandbrejk imtella’ u bil-vettura fl-orjentament normali tat-tħaddim;
1.7. “orjentament normali tat-tħaddim” tfisser l-orjentament tal-vettura għat-tħaddim pożizzjonata fuq l-art bit-tajers minfuħin bil-pressa rakkomandata, ir-roti ta’ quddiem jippuntaw ‘il quddiem, b’kapaċità massima tal-fluidi kollha meħtieġa għall-operazzjoni tal-vettura, bit-tagħmir standard kollu kif provdut mill-manifattur tal-vettura, b’massa ta’ 75 kg imqiegħda fuq is-sit tas-sewwieq u b’massa ta’ 75 kg imqiegħda fuq is-sit tal-passiġier ta’ quddiem, u bis-sospensjoni stabbilita għal veloċità ta’ sewqan ta’ 40 km/h jew 35 km/h f’kundizzjonijiet ta’ tħaddim normali speċifikati mill-manifattur (speċjalment għal vetturi b’sospensjoni attiva jew tagħmir għall-invellar awtomatiku);
1.8. “il-windskrin” tfisser il-glejżing ta’ quddiem tal-vettura li jissodisfa r-rekwiżiti rilevanti kollha ta’ l-Anness 1 tad-Direttiva tal-Kunsill 77/649/KEE KE tas-27 ta’ Settembru 1977 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu mal-kamp viżiv tas-sewwieqa tal-vetturi bil-mutur (1);
1.9. “Il-Kriterju tal-Prestazzjoni tar-Ras” (HPC — Head Performace Criterion) tfisser il-kalkolu, tul perjodu ta’ ħin speċifikat, ta’ l-aċċelerazzjoni massima li tirriżulta li tkun esperjenzata matul l-impatt. Dan għandu jiġi kkalkulat mir-riżultat ta’ l-aċċelazzjoni skond il-ħin bħala riżultat massimu (jiddependi minn t1 u t2) ta’ l-ekwazzjoni:
F’din il-formola, “a” hija l-aċċelerazzjoni riżultanti bħala multiplu ta’ “g” u t1 u t2 huma iż-żewġ istanti ta’ ħin (espressi f’sekondi) matul l-impatt, li jiddefinixxu l-bidu u t-tmiem tar-reġistrazzjoni li għaliha l-valur ta’ HPC huwa massimu. Il-valuri ta’ HPC li għalihom l-intervall ta’ ħin (t1 — t2) huwa akbar minn 15 ms huma injorati għall-għanijiet tal-kalkolu ta’ valur massimu;
1.10. “ir-raġġ tal-kurvatura” tfisser ir-raġġ ta’ l-arka ta’ ċirku li hija l-eqreb għall-forma tonda tal-komponent li qed jitqies.
It-testijiet li ġejjin jeħtieġ li jitwettqu fuq il-vetturi:
2.1. Il-Forma tar-Riġel lejn il-Bamper:
Jeħtieġ li jitwettaq wieħed mit-testijiet li ġejjin:
(a) |
Il-forma tar-riġel ta’ isfel lejn il-bamper: It-test iseħħ b’velocità ta’ impatt ta’ 40 km/h. L-angolu dinamiku massimu tal-liwi ta’ l-irkoppa m’għandux jaqbeż il-21,0°, u l-ispostament dimaniku massimu laterali ta’ l-irkoppa m’għandux jaqbeż is-6,0 mm, u l-aċċelerazzjoni mkelja fit-tarf ta’ fuq tat-tibja m’għandhiex taqbeż il-200 g; |
(b) |
Il-forma tar-riġel ta’ fuq lejn il-bamper: It-test iseħħ b’veloċità ta’ impatt ta’ 40 km/h. Is-somma istantanja tal-forzi ta’ l-impatt fir-rigward tal-ħin m’għandhiex taqbeż is-7.5 kN u l-mument ta’ liwi fuq l-impakter tat-test m’għandux jaqbeż il-510 Nm. |
2.2. Il-forma tar-riġel ta’ fuq lejn ix-xifer ta’ quddiemnett tal-bonit:
It-test iseħħ b’veloċità ta’ impatt ta’ 40 km/h. Is-somma istantanja tal-forzi ta’ l-impatt fir-rigward tal-ħin m’għandix taqbeż il-mira possibbli ta’ 5,0 kN u l-mument tal-liwi fuq l-impakter tat-test għandu jiġi rreġistrat u mqabbel mal-mira possibbli ta’ 300 Nm.
Dan it-test għandu jitwettaq għal għanijiet ta’ sorveljanza biss u r-riżultati għandhom jiġu rreġistrati b’mod sħiħ.
2.3. Il-forma tar-ras ta’ Tifel/Adult Żghir lejn in-naħa ta’ fuq tal-bonit:
It-test iseħħ b’veloċità ta’ impatt ta’ 35 km/h bl-użu ta’ impakter tat-test ta’ 3,5 kg. L- HPC m’għandux jaqbeż l-1 000 fuq 2/3 taż-żona tat-test tal-bonit u 2 000 għat-1/3 li jibqa’ taż-żona tat-test tal-bonit.
2.4. Il-forma tar-ras ta’ persuna adulta lejn il-windskrin:
It-test iseħħ b’veloċità ta’ impatt ta’ 35 km/h bl-użu ta’ impakter tat-test ta’ 4,8 kg. L-HPC għandu jiġi rreġistrat u mqabbel mal-mira possibbli ta’ 1 000.
Dan it-test għandu jitwettaq għal għanijiet ta’ sorveljanza biss u r-riżultati għandhom jiġu rreġistrati b’mod sħiħ.
It-testijiet li ġejjin jeħtieġ li jitwettqu fuq il-vetturi:
3.1. Il-Forma tar-Riġel lejn il-Bamper:
Jeħtieġ li jitwettaq wieħed mit-testijiet li ġejjin:
(a) |
Il-forma tar-riġel ta’ isfel lejn il-bamper: It-test iseħħ b’veloċità ta’ impatt ta’ 40 km/h. L-angolu dinamiku massimu tal-liwi ta’ l-irkoppa m’għandux jaqbeż il-19,0°, u l-ispostament dimaniku massimu laterali ta’ l-irkoppa m’għandux jaqbeż is-6,0 mm, u l-aċċelerazzjoni mkelja fit-tarf ta’ fuq tat-tibja m’għandhiex taqbeż il-170 g. B’żieda ma’ dan, il-manifattur jista’ jistabbilixxi wisa’ tat-test tal-bamper ta’ mhux aktar minn 264 mm fejn l-aċċelerazzjoni mkejla fit-tarf ta’ fuq tat-tibja m’għandiex taqbeż il-250 g; |
(b) |
Il-forma tar-riġel ta’ fuq lejn il-bamper: It-test iseħħ b’veloċità ta’ impatt ta’ 40 km/h. Is-somma istantanja tal-forzi ta’ l-impatt fir-rigward tal-ħin m’għandhiex taqbeż is-7,5 kN u l-mument ta’ liwi fuq l-impakter tat-test m’għandux jaqbeż il-510 Nm. |
3.2. Il-forma tar-riġel ta’ fuq lejn ix-xifer ta’ quddiemnett tal-bonit:
It-test iseħħ b’veloċità ta’ impatt ta’ 40 km/h. Is-somma istantanja tal-forzi ta’ l-impatt fir-rigward tal-ħin għandha titqabbel ma’ massimu possibbli ta’ 5,0 kN u l-mument ta’ liwi fuq l-impakter tat-test għandu jitqabbel ma’ massimu possibbli ta’ 300 Nm.
Dan it-test għandu jitwettaq għal għanijiet ta’ sorveljanza biss u r-riżultati għandhom jiġu rreġistrati kompletament.
3.3. Il-forma tar-ras ta’ Tifel/Adult Żghir lejn in-naha ta’ fuq tal-bonit:
It-test iseħħ b’veloċità ta’ impatt ta’ 35 km/h bl-użu ta’ impakter tat-test ta’ 3,5 kg. L-HPC għandu jikkonforma mar-rekwiżiti tal-punt 3.5.
3.4. Il-forma tar-ras ta’ persuna adulta lejn il-wiċċ ta’ fuq tal-bonit:
It-test iseħħ b’veloċità ta’ impatt ta’ 35 km/h bl-użu ta’ impakter tat-test ta’ 4,5 kg. L-HPC għandu jikkonforma mar-rekwiżiti tal-punt 3.5.
3.5. L-HPC irreġistat m’għandux jaqbeż l-1 000 fuq aktar min-nofs taż-żona ta’ test tal-forma tar-ras ta’ tifel u, b’żieda ma’ dan, m’għandux jaqbeż aktar minn 2/3 taż-żoni ta’ test ikkombinati tal-forma tar-ras ta’ tifel u persuna adulta. L-HPC taż-żoni li jibqa’ m’għandhomx jaqbżu l-1 700 għaż-żewġ forom tar-ras.
It-testijiet li ġejjin jeħtieġ li jitwettqu fuq il-vetturi:
4.1. Test ta’ referenza li jidentifika l-punt ta’ operazzjoni tas-sistema li fih tiġi s- Sistema ta’ Brejkjar li ma teħilx (ABS).
4.2. Test li jivverifika li l-operat tas-sistema ta’ Assistenza fl-Ibbrejkjar jattiva ruħu kif suppost biex japplika l-karratteristiċi tad-diċelerazzjoni massima li tista’ tinkiseb mill-vettura.
It-testijiet li ġejjin jeħtieġ li jitwettqu fuq is-sistemi ta’ protezzjoni ta’ quddiem (FPS):
Jeħtieġ li jitwettaq wieħed mit-testijiet li ġejjin fuq il-forma tar-riġel, skond il-punti 5.1.1 jew 5.1.2:
Il-forma tar-riġel ta’ isfel lejn l-FPS:
It-testijiet kollha jseħħu b’veloċità ta’ impatt ta’ 40 km/h.
5.1.1.1. Għal FSP approvat sabiex jitqiegħed fil-vetturi li jikkonformaw mar-rekweżiti tat-Taqsima 2 l-angolu dinamiku massimu tal-liwi ta’ l-irkoppa m’għandux jaqbeż il-21,0°, l-ispostament dinamiku massimu laterali ta’ l-irkoppa m’għandux jaqbeż is-6,0 mm, u l-aċċelerazzjoni mkelja fit-tarf ta’ fuq tat-tibja m’għandhiex taqbeż il-200 g.
5.1.1.2. Għal FSP approvat sabiex jitqiegħed fil-vetturi li jikkonformaw mar-rekweżiti tat-Taqsima 3 l-angolu dinamiku massimu tal-liwi ta’ l-irkoppa m’għandux jaqbeż il-19,0°, u l-ispostament dinamiku massimu laterali ta’ l-irkoppa m’għandux jaqbeż is-6,0 mm, u l-aċċelerazzjoni mkelja fit-tarf ta’ fuq tat-tibja m’għandhiex taqbeż il-170 g.
Għal FPS approvat sabiex jiġu mmuntati biss fuq vetturi li ma jikkonformawx kemm mat-Taqsima 2 kif ukoll mat-Taqsima 3 ir-rekwiżiti tat-test stipulati fil-punt 5.1.1.1 jew fil-punt 5.1.1.2 jistgħu jiġu sostitwiti mar-rekwiżiti tat-test stipulati fil-punt 5.1.1.3.1 jew fil-punt 5.1.1.3.2.
5.1.1.3.1. L-angolu dinamiku massimu tal-liwi ta’ l-irkoppa m’għandux jaqbeż is-24,0°, l-ispostament dinamiku massimu laterali ta’ l-irkoppa m’għandux jaqbeż is-7,5 mm, u l-aċċelerazzjoni mkelja fit-tarf ta’ fuq tat-tibja m’għandhix taqbeż il-215 g.
5.1.1.3.2. Għandhom jitwettqu żewġ testijiet fuq il-vettura, wieħed bl-FPS immuntata, u t-tieni mingħajr l-FPS. Kull par testijiet għandu jitwettaq f’lokalitajiet ekwivalenti kif miftiehem ma’ l-awtorità ta’ l-approvazzjoni rilevanti. Il-valuri għall-angolu dinamiku massimu tal-liwi ta’ l-irkoppa, l-ispostament dinamiku massimu laterali ta’ l-irkoppa u l-aċċelerazzjoni mkejla fit-tarf ta’ fuq tat-tibja għandhom jiġu rreġistrati. F’kull każ il-valur irreġistrat għal vettura mmuntata bl-FPS m’għandux jaqbeż id-90 % tal-valur irreġistrat għall-vettura mingħajr l-FPS immuntata.
Il-forma tar-riġel ta’ fuq lejn l-FPS:
It-testijiet kollha jseħħu b’veloċità ta’ impatt ta’ 40 km/h.
5.1.2.1. Is-somma istantanja tal-forzi ta’ l-impatt fir-rigward tal-ħin m’għandhiex taqbeż is-7,5 kN u l-mument ta’ liwi fuq l-impakter tat-test m’għandux jaqbeż il-510 Nm.
Għal FPS approvati sabiex jiġu mmuntati biss fuq vetturi li ma jikkonformawx kemm mat-Taqsima 2 kif ukoll mat-Taqsima 3, ir-rekwiżiti tat-test stipulati fil-punt 5.1.2.1 jistgħu jiġu sostitwiti mar-rekwiżiti tat-test stipulati fil-punt 5.1.2.2.1 jew fil-punt 5.1.2.2.2.
5.1.2.2.1. Is-somma istantanja tal-forzi ta’ l-impatt fir-rigward tal-ħin m’għandhiex taqbeż is-9,4 kN u l-mument ta’ liwi fuq l-impakter tat-test m’għandux jaqbeż il-640 Nm.
5.1.2.2.2. Għandhom jitwettqu żewġ testijiet fuq il-vettura, wieħed bl-FPS immuntata, u t-tieni mingħajr l-FPS. Kull par testijiet għandu jitwettaq f’lokalitajiet ekwivalenti kif miftiehem ma’ l-awtorità ta’ l-approvazzjoni rilevanti. Il-valuri tas-somma istantanja tal-forzi ta’ l-impatt u l-mument ta’ liwi fuq l-impakter tat-test għandu jiġi rreġistrat. F’kull każ il-valur irreġistrat għal vettura mmuntata bl-FPS m’għandux jaqbeż id-90 % tal-valur irreġistrat għall-vettura mingħajr l-FPS immuntata.
5.2. Il-forma tar-riġel ta’ fuq lejn it-tarf ta’ quddiemnett ta’ l-FPS
It-test iseħħ b’veloċità ta’ impatt ta’ mhux aktar minn 40 km/h. Is-somma istantanja tal-forzi ta’ l-impatt fir-rigward tal-ħin, tan-naħa ta’ fuq u tan-naħa ta’ isfel ta’ l-impakter, m’għandix taqbeż il-mira possibbli ta’ 5,0 kN u l-mument tal-liwi fuq l-impakter tat-test m’għandux jaqbeż il-mira possibbli ta’ 300 Nm. Iż-żewġ riżultati għandhom jiġu rreġistrati għall-għanijiet ta’ sorveljanza.
5.3. Il-forma tar-ras ta’ Tifel/Adult Żgħir lejn l-FPS
It-test iseħħ b’veloċità ta’ impatt ta’ 35 km/h bl-użu ta’ impakter tat-test tal-forma tar-ras ta’ 3,5 kg għat-tifel/adult żgħir. L-HPC ikkalkulat mir-riżultat ta’ l-aċċelazzjoni skond il-ħin m’għandux jaqbeż l-1 000 fil-każijiet kollha.
Dispożizzjonijiet ta’ Bini u Installazzjoni għal FPS:
Ir-rekwiżiti li ġejjin japplikaw bl-istess mod għal FPS mmuntati ma’ vetturi ġodda u FPS li għandhom jiġu fornuti bħala unitajiet tekniċi separati għall-immuntar ma’ vetturi speċifiċi.
6.1.1. Il-komponenti ta’ l-FPS għandhom jiġu ddisinjati b’tali mod li l-uċuħ riġidi kollha li jistgħu jintmessu bi sfera ta’ 100 mm, ikollhom raġġ minimu ta’ kurvatura ta’ 5 mm.
6.1.2. Il-massa totali ta’ l-FPS, inklużi l-brakits u l-ingasti kollha, m’għandhix taqbeż l-1,2 % tal-massa massima tal-vettura li jitfasslu għaliha, soġġetta għal massimu ta’ 18 kg.
6.1.3. L-għoli ta’ l-FPS, meta mmuntata ma’ vettura, m’għandux jaqbeż il-50 mm fuq l-għoli tal-linja ta’ referenza tax-xifer ta’ quddiemnett tal-bonit.
6.1.4. L-FPS m’għandhiex iżżid il-wisa’ tal-vettura li tiġi mmuntata magħha. Jekk il-wisa’ totali tal-FPS ikun aktar minn 75 % tal-wisa’ tal-vettura, it-trufijiet tal-FPS għandhom jiddawwru ‘l ġewwa lejn il-wiċċ estern sabiex jiġi mminimizzat ir-riskju ta’ ħbit. Dan ir-rekwiżit huwa meqjus bħala li ġie ssodisfat jekk il-FPS tkun imdaħħla jew integrata fil-bini tal-karozzerija tal-vettura jew jekk it-tarf tal-FPS jiddawwar ‘l ġewwa b’tali mod li ma jintmessx minn sfera ta’ 100 mm u l-vojt bejn it-tarf tal-FPS u l-karozzerija tal-vettura ta’ madwaru ma jaqbiżx l-20 mm.
6.1.5. Soġġett għall-punt 6.1.4, il-vojt bejn il-komponenti ta’ l-FPS u l-wiċċ estern ta’ taħt m’għandux jaqbeż it-80 mm. Twaqqif lokali fil-linja ġenerali tal-karozzerija ta’ taħt (bħal aperturi fix-xibka, il-bokka ta’ l-arja, eċċ) għandhom jiġu injorati.
6.1.6. Fi kwalunkwe pożizzjoni laterali tul il-vettura, sabiex ikunu ppreservati l-benefiċċji tal-bamper tal-vettura, id-distanza lonġitudinali bejn l-parti l-aktar il-quddiem tal-bamper u l-parti l-aktar il-quddiem ta’ l-FPS m’għandiex taqbeż il-50 mm.
6.1.7. L-FPS m’għandux inaqqas b’mod sinifikanti l-effettività tal-bamper. Dan ir-rekwiżit għandu jitqies bħala li ġie ssodisfat jekk ma jkunx hemm aktar minn żewġ komponenti vertikali u l-ebda komponent orrizontali ta’ l-FPS li jirkeb fuq il-bamper.
6.1.8. L-FPS m’għandux ikun inklinat aktar il-quddiem mill-vertikali. Il-partijiet ta’ fuq ta’ l-FPS m’għandhomx jestendu l-fuq jew lura (lejn il-windskrin) aktar minn 50 mm mill-linja ta’ referenza tax-xifer ta’ quddiemnett tal-bonit tal-vettura mingħajr l-FPS.
6.1.9. Il-konformità mar-rekwiżiti ta’ l-approvazzjoni tat-tip ta’ vettura m’għandhomx ikunu kompromessi bl-immuntar ta’ FPS.
7. B’deroga mit-Taqsimiet 2, 3 u 5, l-awtorità ta’ approvazzjoni rilevanti tista’ tqis ir-rekwiżiti għal kwalunkwe mit-testijiet stipulati fihom bħala li ġew issodisfati minn kwalunkwe testijiet rilevanti mwettqa taħt ir-rekwiżiti ta’ test ieħor skond dan l-Anness.
ANNESS II
Dokumenti ta’ Tagħrif dwar il-Mudell li għandhom jiġu pprovduti mill-manifattur
Parti 1
Dokument ta’ tagħrif dwar l-approvazzjoni tat-tip tal-KE ta’ vettura fir-rigward tal-ħarsien ta’ persuni għaddejjin bil-mixi
Parti 2
Dokument ta’ tagħrif dwar l-approvazzjoni tat-tip tal-KE ta’ vettura fir-rigward ta’ l-immuntar ta’ sistema ta’ protezzjoni ta’ quddiem magħha
Parti 3
Dokument ta’ tagħrif dwar l-approvazzjoni tat-tip tal-KE ta’ sistema ta’ protezzjoni ta’ quddiem li għandha tiġi fornuta bħala unità teknika separata
PARTI 1
MUDELL
Dokument ta’ tagħrif Nru. … dwar l-approvazzjoni tat-tip tal-KE ta’ vettura fir-rigward tal-ħarsien tal-persuni mexjin
It-tagħrif li ġej, fejn applikabbli, għandu jingħata fi tliet koppji u jinkludi lista tal-kontenut. Kwalunkwe disinji għandhom jingħataw fi skala xierqa u b’dettall suffiċjenti fuq karta ta’ daqs A4 jew fowlder ta’ format A4. Ir-ritratti, fil-każ li jkun hemm, għandhom juru dettall suffiċjenti.
Jekk is-sistemi, l-komponenti jew l-unitajiet tekniċi separati jkollhom kontrolli elettroniċi, it-tagħrif dwar il-prestazzjoni tagħhom għandu jiġi fornut.
0. ĠENERALI
0.1. Il-marka (marka tal-fabbrika tal-manifattur):
Tip:
0.2.1. Isem(ismijiet) kummerċjali (jekk disponibbli):
Il-mezz ta’ identifikazzjoni tat-tip, jekk immarkat fuq il-vettura (b) (1):
0.3.1. Fejn tinsab din il-marka:
0.4. Kategorija tal-vettura (c):
0.5. L-isem u l-indirizz tal-manifattur:
0.8. L-isem(ismijiet) u l-indirizz(i) ta’ l-impjant(i) ta’ l-immuntar:
0.9. L-isem u l-indirizz tar-rappreżentant tal-manifattur (jekk jeżisti):
1. IL-KARATTERISTIĊI ĠENERALI TAL-BINI TAL-VETTURA
1.1. Ritratti u/jew disinji ta’ eżempju rappreżentattiv tal-vettura:
1.6. Pożizzjoni u arranġament tal-magna:
9. IL-KAROZZERIJA TAL-VETTURA
9.1. Tip ta’ karozzerija:
9.2. Materjal użat u metodi tal-bini:
Il-ħarsien tal-persuni mexjin
9.23.1. Għandha tingħata deskrizzjoni dettaljata, inklużi ritratti u/jew disinji, tal-vettura fir-rigward ta’ l-istruttura, id-dimensjonijiet, il-linji ta’ referenza rilevanti u l-materjali li jiffurmaw l-parti ta’ quddiem tal-vettura (minn ġewwa u minn barra). Din id-deskrizzjoni għandha tinkludi dettall ta’ kwalunkwe sistema ta’ ħarsien attiva installata.
PARTI 2
MUDELL
Dokument ta’ tagħrif Nru. … dwar l-approvazzjoni tat-tip tal-KE ta’ vettura fir-rigward ta’ l-immuntar ta’ sistema ta’ protezzjoni ta’ quddiem magħha
It-tagħrif li ġej, fejn applikabbli, għandu jingħata fi tliet kopji u jinkludi lista tal-kontenut. Kwalunkwe disinji għandhom jingħataw fi skala xierqa u b’dettall suffiċjenti fuq karta ta’ daqs A4 jew fowlder ta’ format A4. Ir-ritratti, fil-każ li jkun hemm, għandhom juru dettall suffiċjenti.
Jekk is-sistemi, l-komponenti jew l-unitajiet tekniċi separati jagħmlu użu minn materjali speċjalizzati, għandu jingħata t-tagħrif dwar il-prestazzjoni tagħhom.
0. ĠENERALI
0.1. Il-marka (marka tal-fabbrika tal-manifattur):
Tip:
0.2.1. Isem(ismijiet) kummerċjali (jekk disponibbli):
Il-mezz ta’ identifikazzjoni tat-tip, jekk immarkat fuq il-vettura (b) (1):
0.3.1. Fejn tinsab din il-marka:
0.4. Kategorija tal-vettura (c):
0.5. L-isem u l-indirizz tal-manifattur:
0.7. Fejn u kif twaħħlet il-marka ta’ l-approvazzjoni tat-tip tal-KE:
0.8. L-isem(ismijiet) u l-indirizz(i) ta’ l-impjant(i) ta’ l-immuntar:
0.9. L-isem u l-indirizz tar-rappreżentant tal-manifattur (jekk jeżisti):
1. IL-KARATTERISTIĊI ĠENERALI TAL-BINI TAL-VETTURA
1.1. Ritratti u/jew disinji ta’ eżempju rappreżentattiv tal-vettura:
2. MASSA U DIMENSJONIJIET: (f’kg u mm) (Irreferi għad-disinn fejn applikabbli)
Massa ta’ tagħbija massima teknikament permissibbli ddikjarata mill-manifattur:
2.8.1. Distribuzzjoni ta’ din il-massa tul il-fusien (mass. u min.):
9. IL-KAROZZERIJA TAL-VETTURA
9.1. Tip ta’ karozzerija:
Sistema ta’ protezzjoni ta’ quddiem
9.24.1. Arranġament ġenerali (disinji jew ritratti) li jindikaw il-pożizzjoni u t-twaħħil tas-sistemi ta’ protezzjoni ta’ quddiem:
9.24.2. Disinji u/jew ritratt, fejn rilevanti, ta’ xbieki tad-dħul ta’ l-arja, xbieki tar-radjatur, raqam dekorattiv, stemmi, emblemi u tiswir ‘il ġewwa u kull projezzjoni esterna u partijiet tal-wiċċ fuq barra li jistgħu jitqiesu bħala kritikċi (eż. tagħmir tad-dawl). Jekk il-partijiet elenkati fl-ewwel sentenza mhumiex kritiċi, għall-għanijiet ta’ dokumentazzjoni dawn jistgħu jinbidlu b’ritratti, akkumpanjati jekk meħtieġ mid-dettalji dimensjonali u/jew it-test:
9.24.3. Dettalji kompleti ta’ l-immuntar meħtieġ u l-istruzzjonijiet kollha, inklużi r-rekwiżiti tat-torque, għall-immuntar:
9.24.4. Disinn tal-bampers:
9.24.5. Disinn tal-linja ta’ l-art fit-tarf ta’ quddiem tal-vettura:
PARTI 3
MUDELL
Dokument ta’ tagħrif Nru. … dwar l-approvazzjoni tat-tip tal-KE ta’ sistema ta’ protezzjoni ta’ quddiem li għandha tiġi fornuta bħala unità teknika separata
It-tagħrif li ġej, fejn applikabbli, għandu jingħata fi tliet kopji u jinkludi lista tal-kontenut. Kwalunkwe disinji għandhom jingħataw fi skala xierqa u b’dettall suffiċjenti fuq karta ta’ daqs A4 jew fowlder ta’ format A4. Ir-ritratti, fil-każ li jkun hemm, għandhom juru dettall suffiċjenti.
Jekk is-sistemi, l-komponenti jew l-unitajiet tekniċi separati jagħmlu użu minn materjali speċjalizzati, għandu jingħata t-tagħrif dwar il-prestazzjoni tagħhom.
0. ĠENERALI
0.1. Il-marka (marka tal-fabbrika tal-manifattur):
Tip:
0.2.1. Isem(ismijiet) kummerċjali (jekk disponibbli):
0.5. L-isem u l-indirizz tal-manifattur:
0.7. Fejn u kif twaħħlet il-marka ta’ l-approvazzjoni tat-tip tal-KE:
0.8. Isem(ismijiet) u indirizz(i) tal-impjant(i) tal-immuntar:
0.9. Isem u indirizz tar-rappreżentant tal-manifattur (jekk jeżisti):
1. DESKRIZZJONI TA’ L-APPARAT
1.1. Deskrizzjoni teknika dettaljata (li tinkludi ritratti jew disinji):
1.2. Istruzzjonijiet għall-immuntar, inklużi t-torques meħtieġa:
1.3. Lista tat-tipi ta’ vetturi li tista’ titwaħħal magħhom:
1.4. Kwalunkwe restrizzjonijiet għall-użu u l-kundizzjonijiet għall-immuntar:
(b) Jekk il-mezz ta’ identifikazzjoni tat-tip ikun fih karattri mhux rilevanti biex jiddeskrivu t-tip tal-vettura, il-komponenti jew it-tipi ta’ unità teknika separata koperti minn dan id-dokument ta’ tagħrif, tali karattri għandhom jiġu rappreżentati fid-dokumentazzjoni bis-simbolu “?” (e.g. ABC??123??).
(1) Ħassar fejn ma japplikax (hemm każijiet fejn xejn ma jrid ikun imħassar meta tkun applikabbli aktar minn partita waħda.)
(c) Ikklassifikata skond id-definizzjonijiet elenkati fit-Taqsima A ta’ l-Anness II tad-Direttiva 2007/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ Settembru 2007 li tistabbilixxi kwadru għall-approvazzjoni ta’ vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom, u ta’ sistemi, komponenti u unitajiet tekniċi separati maħsuba għal tali vetturi (Id-Direttiva Qafas) (ĠU L 263, 9.10.2007, p. 1).
ANNESS III
Mudelli taċ-Ċertifikati ta’ Approvazzjoni tat-Tip tal-KE
Parti 1:
Ċertifikat ta’ approvazzjoni tat-tip tal-KE dwar l-approvazzjoni tat-tip ta’ vettura fir-rigward tal-ħarsien ta’ persuni għaddejjin bil-mixi
Parti 2:
Ċertifikat ta’ l-approvazzjoni tat-tip tal-KE dwar l-approvazzjoni tat-tip tal-KE ta’ vettura fir-rigward ta’ l-immuntar ta’ sistema ta’ protezzjoni ta’ quddiem magħha
Parti 3:
Ċertifikat ta’ approvazzjoni tat-tip tal-KE dwar l-approvazzjoni tat-tip ta’ sistema ta’ protezzjoni ta’ quddiem li għandha tiġi fornuta bħala unità teknika separata
PARTI 1
(MUDELL)
(format massimu: A4 (210 × 297 mm))
ĊERTIFIKAT TA’ L-APPROVAZZJONI TAT-TIP TAL-KE
Timbru tal-KE Awtorità tal-Approvazzjoni tat-Tip
Komunikazzjoni dwar
— |
Approvazzjoni tat-tip tal-KE (1) |
— |
estensjoni ta’ l-approvazzjoni tat-tip tal-KE (1) |
— |
ċaħda ta’ l-approvazzjoni tat-tip tal-KE (1) |
— |
irtirar ta’ l-approvazzjoni tat-tip tal-KE (1) |
ta’ tip ta’ vettura fir-rigward tal-ħarsien ta’ persuni għaddejjin bil-mixi
fir-rigward tar-Regolament (KE) Nru 78/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta' Jannar 2009 kif implimentat minn …
emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru …/… (2).
Numru ta’ l-approvazzjoni tat-tip tal-KE:
Ir-raġuni għall-estensjoni:
TAQSIMA I
0.1. Il-marka (marka tal-fabbrika tal-manifattur):
Tip:
0.2.1. Isem(ismijiet) kummerċjali (jekk disponibbli):
Il-mezz ta’ identifikazzjoni tat-tip, jekk immarkat fuq il-vettura (3):
0.3.1. Fejn tinsab din il-marka:
0.4. Kategorija tal-vettura (4):
0.5. L-isem u l-indirizz tal-manifattur:
0.8. L-ismijiet u l-indirizz(i) ta’ l-impjant(i) ta’ l-immuntar:
0.9. L-isem u l-indirizz tar-rappreżentant tal-manifattur (jekk jeżisti):
TAQSIMA II
1. Tagħrif addizzjonali (fejn applikabbli) (ara l-Addendum)
2. Is-servizz tekniku responsabbli mit-twettiq tat-testijiet:
3. Id-data tar-rapport tat-test:
4. In-numru tar-rapport tat-test:
5. Rimarki (jekk hemm) (ara l-Addendum):
6. Post:
7. Data:
8. Firma:
Dokumenti mehmużin |
: |
Pakkett ta’ tagħrif. Rapport tat-test. |
Addendum għaċ-ċertifikat ta’ l-approvazzjoni tat-tip tal-KE Nru … dwar l-approvazzjoni tat-tip ta’ vettura fir-rigward tal-ħarsien ta’ persuni għaddejjin bil-mixi fir-rigward tar-Regolament (KE) Nru 78/2009
Tagħrif addizzjonali
1.1. Deskrizzjoni qasira tat-tip ta’ vettura fir-rigward ta’ l-istruttura tagħha, id-dimensjonijiet, il-linji u l-materjali kostitwenti:
1.2. Fejn tinsab il-magna: quddiem/wara/ċentrali (5)
1.3. Sewqan: rota ta’ quddiem/rota ta’ wara (5)
1.4. Massa tal-vettura mibgħuta għall-ittestjar (kif definit skont il-punt 1.7 tal-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 78/2009):
— |
Fus ta’ quddiem: |
— |
Fus ta’ wara: |
— |
Total: |
Riżultati tat-test skond ir-rekwiżiti ta’ l-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 78/2009:
1.5.1. Taqsima 2 riżultati tat-test:
Test |
Valur irreġistrat |
Għadda/Weħel (6) |
||
Il-forma tar-riġel ta’ isfel lejn il-Bamper (fejn imwettaq) |
Angolu tal-liwi |
… … |
gradi |
|
Spostament laterali |
… … |
mm |
|
|
Aċċelerazzjoni fit-tibja |
… … |
g |
|
|
Il-forma tar-riġel ta’ fuq lejn il-bamper. (fejn imwettaq) |
Somma tal-forzi ta’ l-impatt |
… … |
kN |
|
Mument tal-liwi |
… … |
Nm |
|
|
Il-forma tar-riġel ta’ fuq lejn it-tarf ta’ quddiemnett tal-bonit |
Somma tal-forzi ta’ l-impatt |
… … |
kN |
|
Mument tal-liwi |
… … |
Nm |
||
Il-forma tar-ras ta’ Tifel/Adult Żgħir (3,5 kg) lejn in-naħa ta’ fuq tal-bonit |
Valuri ta’ l-HPC fiż-Żona A (12-il riżultat (8)) |
|
|
|
Valuri ta’ l-HPC fiż-Żona B (6 riżultati (8)) |
|
|
|
|
Il-forma tar-ras ta’ persuna adulta (4,8 kg) lejn il-windskrin |
Valuri ta’ l-HPC (5 riżultati (8)) |
|
|
1.5.2. Taqsima 3 riżultati tat-test:
Test |
Valur irreġistrat |
Għadda/Weħel (9) |
||
Il-forma tar-riġel ta’ isfel lejn il-Bamper (fejn imwettaq) |
Angolu tal-liwi |
… … |
gradi |
|
Spostament laterali |
… … |
mm |
|
|
Aċċelerazzjoni fit-tibja |
… … |
g |
|
|
Il-forma tar-riġel ta’ fuq lejn il-bamper. (fejn imwettaq) |
Somma tal-forzi ta’ l-impatt |
… … |
kN |
|
Mument tal-liwi |
… … |
Nm |
|
|
Il-forma tar-riġel ta’ fuq lejn it-tarf ta’ quddiemnett tal-bonit |
Somma tal-forzi ta’ l-impatt |
… … |
kN |
|
Mument tal-liwi |
… … |
Nm |
||
Il-forma tar-ras ta’ Tifel/Adult Żgħir (3,5 kg) lejn in-naħa ta’ fuq tal-bonit |
Valuri ta’ l-HPC (9 riżultati (11)) |
|
|
|
Il-forma tar-ras ta’ persuna adulta (4,5 kg) lejn il-wiċċ ta’ fuq tal-bonit |
Valuri ta’ l-HPC (9 riżultati (11)) |
|
|
|
Rimarki: (eż., validi għal vetturi b’sewqan fuq ix-xellug u b’sewqan fuq il-lemin)
1.5.3. Taqsima 4 rekwiżiti:
Dettalji tas-sistema pprovduta ta’ Assistenza fl-Ibbrejkjar (12) |
|
Rimarki (13): |
|
PARTI 2
(MUDELL)
(format massimu: A4 (210 × 297 mm))
ĊERTIFIKAT TA’ L-APPROVAZZJONI TAT-TIP TAL-KE
Timbru tal-KE Awtorità ta’ l-Approvazzjoni tat-Tip
Komunikazzjoni dwar
— |
Approvazzjoni tat-tip tal-KE (1) |
— |
estensjoni ta’ l-approvazzjoni tat-tip tal-KE (1) |
— |
ċaħda ta’ l-approvazzjoni tat-tip tal-KE (1) |
— |
irtirar ta’ l-approvazzjoni tat-tip tal-KE (1) |
ta’ tip ta’ vettura fir-rigward ta’ l-immuntar magħha ta’ sistema ta’ protezzjoni ta’ quddiem
fir-rigward tar-Regolament (KE) 78/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta' Jannar 2009 kif implimentat minn …
emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru …/… (2).
Numru ta’ l-approvazzjoni tat-tip tal-KE:
Raġuni għall-estensjoni:
TAQSIMA I
0.1. Il-marka (marka tal-fabbrika tal-manifattur):
Tip:
0.2.1. Isem(ismijiet) kummerċjali (jekk disponibbli):
Il-mezz ta’ identifikazzjoni tat-tip, jekk immarkat fuq il-vettura (3):
0.3.1. Fejn tinsab din il-marka:
0.4. Kategorija tal-vettura (4):
0.5. L-isem u l-indirizz tal-manifattur:
0.7. Lok u metodu ta’ kif ġiet imwaħħla l-approvazzjoni tat-tip tal-KE
0.8. Indirizz(i) ta’ l-impjant(i) ta’ l-immuntar:
0.9. L-isem u l-indirizz tar-rappreżentant tal-manifattur (jekk jeżisti):
TAQSIMA II
1. Tagħrif addizzjonali (fejn applikabbli): Ara l-Addendum
2. Is-servizz tekniku responsabbli mit-twettiq tat-testijiet:
3. Id-data tar-rapport tat-test:
4. In-numru tar-rapport tat-test:
5. Rimarki (jekk hemm): Ara l-Addendum
6. Post:
7. Data:
8. Firma:
Dokumenti mehmużin |
: |
Pakkett ta’ tagħrif. Rapport tat-test. |
Addendum għaċ-ċertifikat ta’ l-approvazzjoni tat-tip tal-KE Nru … dwar l-approvazzjoni tat-tip tal-KE ta’ vettura fir-rigward ta’ l-immuntar magħha ta’ sistema ta’ protezzjoni ta’ quddiem fir-rigward tar-Regolament (KE) 78/2009
1. Tagħrif addizzjonali, jekk hemm:
2. Rimarki:
3. Riżultati tat-test skond ir-rekwiżiti tat-Taqsima 5 ta’ l-Anness I tar-Regolament (KE) 78/2009
Test |
Valur irreġistrat |
Għadda/Weħel |
||
Il-forma tal-parti t’isfel tar-riġel lejn is-Sistema ta’ protezzjoni ta’ quddiem — 3 pożizzjonijiet ta’ ittestjar (fejn imwettaq) |
Angolu tal-liwi |
… … |
gradi |
|
Spostament laterali |
… … |
mm |
|
|
Aċċelerazzjoni fit-tibja |
… … |
g |
|
|
Il-forma tal-parti ta’ fuq tar-riġel lejn is-Sistema ta’ protezzjoni ta’ quddiem — 3 pożizzjonijiet ta’ ittestjar (fejn imwettaq) |
Somma tal-forzi ta’ l-impatt |
… … |
kN |
|
Mument tal-liwi |
… … |
Nm |
|
|
Il-forma tal-parti ta’ fuq tar-riġel lejn ix-xifer ta’ quddiemnett tas-Sistema ta’ protezzjoni ta’ quddiem — 3 pożizzjonijiet ta’ ittestjar (sorveljanza biss) |
Somma tal-forzi ta’ l-impatt |
… … |
kN |
|
Mument tal-liwi |
|
Nm |
|
|
Il-forma tar-Ras tat-Tifel/Adult Żgħir (3,5 kg) lejn is-Sistema ta’ protezzjoni ta’ quddiem |
Valuri ta’ l-HPC (mill-anqas 3 valuri) |
|
|
|
PARTI 3
(MUDELL)
(format massimu: A4 (210 × 297 mm))
ĊERTIFIKAT TA’ L-APPROVAZZJONI TAT-TIP TAL-KE
Timbru tal-KE Awtorità ta’ l-Approvazzjoni tat-Tip
Komunikazzjoni dwar
— |
Approvazzjoni tat-tip tal-KE (1) |
— |
estensjoni ta’ l-approvazzjoni tat-tip tal-KE (1) |
— |
ċaħda ta’ l-approvazzjoni tat-tip tal-KE (1) |
— |
irtirar ta’ l-approvazzjoni tat-tip tal-KE (1) |
ta’ tip ta’ sistema ta’ protezzjoni ta’ quddiem li għandha tiġi fornuta bħala unità teknika separata
fir-rigward tar-Regolament (KE) 78/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta' Jannar 2009 kif implimentat minn …
emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru …/… (2).
Numru ta’ l-approvazzjoni tat-tip tal-KE:
Raġuni għall-estensjoni:
TAQSIMA I
0.1. Il-marka (marka tal-fabbrika tal-manifattur):
0.2. Tip:
Il-mezz ta’ identifikazzjoni tat-tip jekk immarkat fuq is-sistema ta’ protezzjoni ta’ quddiem (3):
0.3.1. Fejn tinsab din il-marka:
0.5. L-isem u l-indirizz tal-manifattur:
0.7. Fejn u kif twaħħlet il-marka ta’ l-approvazzjoni tal-KE:
0.8. L-isem(ismijiet) u l-indirizz(i) ta’ l-impjant(i) ta’ l-immuntar:
0.9. L-isem u l-indirizz tar-rappreżentant tal-manifattur (jekk jeżisti):
TAQSIMA II
1. Tagħrif addizzjonali: Ara l-Addendum
2. Is-servizz tekniku responsabbli mit-twettiq tat-testijiet:
3. Id-data tar-rapport tat-test:
4. In-numru tar-rapport tat-test:
5. Rimarki (jekk hemm): Ara l-Addendum
6. Post:
7. Data:
8. Firma:
Dokumenti mehmużin |
: |
Pakkett ta’ tagħrif. Rapport tat-test. |
Addendum għaċ-ċertifikat ta’ l-approvazzjoni tat-tip tal-KE Nru … dwar it-tip ta’ approvazzjoni ta’ tip ta’ sistema ta’ protezzjoni ta’ quddiem li għandha tiġi fornuta bħala unità teknika separata fir-rigward tar-Regolament (KE) 78/2009
Tagħrif addizzjonali,
1.1. Metodu ta’ immuntar:
1.2. Istruzzjonijiet għall-immuntar:
1.3. Lista ta’ vetturi li magħhom tista’ tiġi mmuntata is-sistema ta’ protezzjoni ta’ quddiem, kull restrizzjoni għall-użu u kundizzjonijiet meħtieġa għall-immuntar:
…
2. Rimarki:
3. Riżultati tat-test skond ir-rekwiżiti tat-Taqsima 5 ta’ l-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 78/2009
Test |
Valur irreġistrat |
Għadda/Weħel |
||
Il-forma tal-parti t’isfel tar-riġel lejn is-Sistema ta’ protezzjoni ta’ quddiem —3 pożizzjonijiet ta’ ittestjar (fejn imwettaq) |
Angolu tal-liwi |
… … |
gradi |
|
Spostament laterali |
… … |
mm |
|
|
Aċċelerazzjoni fit-tibja |
… … |
g |
|
|
Il-forma tal-parti ta’ fuq tar-riġel lejn is-Sistema ta’ protezzjoni ta’ quddiem —3 pożizzjonijiet ta’ ittestjar (fejn imwettaq) |
Somma tal-forzi ta’ l-impatt |
… … |
kN |
|
Mument tal-liwi |
… … |
Nm |
|
|
Il-forma tal-parti ta’ fuq tar-riġel lejn ix-xifer ta’ quddiemnett tas-Sistema ta’ protezzjoni ta’ quddiem —3 pożizzjonijiet ta’ ittestjar (sorveljanza biss) |
Somma tal-forzi ta’ l-impatt |
… … |
kN |
|
Mument tal-liwi |
|
Nm |
|
|
Il-forma tar-Ras tat-Tifel/Adult Żgħir (3,5 kg) lejn is-Sistema ta’ protezzjoni ta’ quddiem |
Valuri ta’ l-HPC (mill-anqas 3 valuri) |
|
|
|
(1) Ħassar fejn ma japplikax.
(2) Daħħal in-numru tar-Regolament li jemenda.
(3) Jekk il-mezz ta’ identifikazzjoni tat-tip ikun fih karattri mhux rilevanti biex jiddeskrivu t-tip tal-vettura, il-komponenti jew it-tipi ta’ unità teknika separata koperti minn dan id-dokument ta’ tagħrif, karattri tali karattri għandhom jiġu rappreżentati fid-dokumentazzjoni bis-simbolu “?” (e.g. ABC??123??).
(4) Kif definita skond it-Taqsima A ta’ l-Anness II tad-Direttiva 2007/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal--5 ta’ Settembru 2007 li tistabbilixxi kwadru għall-approvazzjoni ta’ vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom, u ta’ sistemi, komponenti u unitajiet tekniċi separati maħsuba għal tali vetturi (Id-Direttiva Qafas) (ĠU L 263, 9.10.2007, p. 1).
(5) Ħassar fejn ma japplikax.
(6) Skond il-valuri speċifikati fit-Taqsima 2 ta’ l-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 78/2009.
(7) Għal skopijiet ta’ monitoraġġ biss.
(8) Skont il-Kummissjoni [leġiżlazzjoni ta’ implimentazzjoni]
(9) Skond il-valuri speċifikati fit-Taqsima 3 ta’ l-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 78/2009.
(10) Għal għanijiet ta’ sorveljanza biss.
(11) Skond il-Kummissjoni [leġiżlazzjoni ta’ implimentazzjoni].
(12) Agħti d-dettalji tal-metodu ta’ l-operazzjoni tas-sistema.
(13) Agħati d-dettalji ta’ l-ittestjar imwettaq sabiex jivverifika s-sistema.
ANNESS IV
MARKA TA’ L-APPROVAZZJONI TAT-TIP TAL-KE
Din il-marka għandu jkun fiha:
1.1. Rettangolu madwar l-ittra żgħira “e” segwiti min-numru distintiv jew ittra(i) ta’ l-Istat Membru li ta l-approvazzjoni tat-tip tal-KE
— |
1 |
għall-Ġermanja |
— |
2 |
għal Franza |
— |
3 |
għall-Italja |
— |
4 |
għall-Olanda |
— |
5 |
għall-Iżvezja |
— |
6 |
għall-Belġju |
— |
7 |
għall-Ungerija |
— |
8 |
għar-Repubblika Ċeka |
— |
9 |
għal Spanja |
— |
11 |
għar-Renju Unit |
— |
12 |
għall-Awstrija |
— |
13 |
għal-Lussemburgu |
— |
17 |
għall-Finlandja |
— |
18 |
għad-Danimarka |
— |
19 |
għar-Rumanija |
— |
20 |
għall-Polonja |
— |
21 |
għall-Portugall |
— |
23 |
għall-Greċja |
— |
24 |
għall-Irlanda |
— |
26 |
għas-Slovenja |
— |
27 |
għas-Slovakkja |
— |
29 |
għall-Estonja |
— |
32 |
għal-Latvja |
— |
34 |
għall-Bulgarija |
— |
36 |
għal-Litwanja |
— |
49 |
għal Ċipru |
— |
50 |
għal Malta |
1.2. Viċin ir-rettangolu, in-“numru ta’ approvazzjoni ta’ bażi” li jinsab fit-Taqsima 4 tan-numru ta’ l-approvazzjoni tat-tip imsemmi fl-Anness VII għad-Direttiva 2007/46/KE, u qablu iż-żewġ figuri li jindikaw in-numru ta’ sekwenza mogħti lill-aħħar emenda teknika maġġuri għal dan ir-Regolament fid-data meta ngħatat l-approvazzjoni tat-tip tal-KE. In-numru tas-sekwenza ta’ din id-Direttiva huwa 02.
L-ittri addizzjonali li ġejjin jinsabu fuq ir-rettangolu:
1.3.1. “A” tindika li s-sistema ta’ protezzjoni ta’ quddiem kienet approvata skond ir-rekwiżiti tal-punt 5.1.1.1 ta’ Anness I u hija xierqa biex tiġi mmuntata fuq vetturi li jikkonformaw mat-Taqsima 2 ta’ l-Anness I.
1.3.2. “B” tindika li s-sistema ta’ protezzjoni ta’ quddiem kienet approvata skond ir-rekwiżiti tal-punt 5.1.1.2 ta’ Anness I u hija xierqa biex tiġi mmuntata fuq vetturi li jikkonformaw mat-Taqsima 3 ta’ l-Anness I.
1.3.3. “X” tindika li s-sistema ta’ protezzjoni ta’ quddiem kienet approvata taħt il-konsiderazzjoni, għat-test ta’ l-impakter tal-forma tar-riġel, permessa mill-punti 5.1.1.3 jew 5.1.2.2 ta’ l-Anness I u hija biss xierqa biex tiġi mmuntata fuq vetturi li ma jikkonformawx ma’ l-ebda mit-Taqsimiet 2 jew 3 ta’ l-Anness I.
1.4. Il-marka ta’ l-approvazzjoni ta’ tip tal-KE għandha tkun tista’ tinqara b’mod ċar, ma titħassarx u li tidher sew meta tiġi installata fuq il-vettura.
1.5. Fl-Appendiċi għal dan l-Anness hemm eżempju tal-marka ta’ approvazzjoni.
Appendiċi
Eżempju tal-Marka ta’ l-Approvazzjoni tat-Tip tal-KE
L-apparat bil-marka ta’ l-approvazzjoni tat-tip tal-KE li tidher hawn fuq hija għal tip ta’ sistema ta’ protezzjoni ta’ quddiem approvata mill-Ġermanja (e1) skond dan ir-Regolament (02) taħt in-numru ta’ l-approvazzjoni ta’ bażi 1471.
L-ittra “X” tindika li s-sistema ta’ protezzjoni fuq quddiem kienet approvata taħt il-konsiderazzjoni, għat-test ta’ l-impakter tal-forma tar-riġel, permessa mill-punti 5.1.1.3 jew 5.1.2.2 ta’ l-Anness I.
ANNESS V
Emendi għad-Direttiva 2007/46/KE.
Id-Direttiva 2007/46/KE hija b’dan emendata kif ġej:
(1) |
Fl-Anness I, it-Taqsima 9.24 għandha tinbidel b’dan li ġej: 9.24. Sistemi ta’ protezzjoni ta’ quddiem 9.24.1. Arranġament ġenerali (disinji jew ritratti) li jindikaw il-pożizzjoni u t-twaħħil tas-sistemi ta’ protezzjoni ta’ quddiem: 9.24.2. Disinji u/jew ritratt, fejn rilevanti, ta’ xbieki tad-dħul ta’ l-arja, xbieki tar-radjatur, raqam dekorattiv, stemmi, emblemi u tiswir ‘il ġewwa u kull projezzjoni esterna u partijiet tal-wiċċ fuq barra li jistagħu jitqiesu bħala kritikċi (eż. tagħmir tad-dawl). Jekk il-partijiet elenkati fl-ewwel sentenza mhumiex kritiċi, għall-għanijiet ta’ dokumentazzjoni dawn jistgħu jinbidlu b’ritratti, akkumpanjati jekk meħtieġ mid-dettalji dimensjonali u/jew it-test: 9.24.3. Dettalji kompleti ta’ l-immuntar meħtieġ u l-istruzzjonijiet kollha, inklużi r-rekwiżiti tat-torque, għall-immuntar: 9.24.4. Disinn tal-bampers: 9.24.5. Disinn tal-linja ta’ l-art fit-tarf ta’ quddiem tal-vettura:” |
(2) |
Fl-Anness III, il-Parti I, punt A, it-Taqsima 9.24 għandha tinbidel b’dan li ġej: 9.24. Sistemi ta’ protezzjoni ta’ quddiem 9.24.1. Arranġament ġenerali (disinji jew ritratti) li jindikaw il-pożizzjoni u t-twaħħil tas-sistemi ta’ protezzjoni ta’ quddiem: 9.24.3. Dettalji kompleti ta’ l-immuntar meħtieġ u l-istruzzjonijiet kollha, inklużi r-rekwiżiti tat-torque, għall-immuntar:” |
(3) |
L-Anness IV huwa b’dan emendat kif ġej:
|
(4) |
Fl-Anness VI, l-Appendiċi huwa b’dan emendat kif ġej:
|
(5) |
L-Anness XI huwa b’dan emendat kif ġej:
|