Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32009R0072

Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 72/2009 tad- 19 ta' Jannar 2009 dwar modifiki għall-Politika Agrikola Komuni billi jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 247/2006, (KE) Nru 320/2006, (KE) Nru 1405/2006, (KE) Nru 1234/2007, (KE) Nru 3/2008, u (KE) Nru 479/2008 u li jħassar ir-Regolamenti (KEE) Nru 1883/78, (KEE) Nru 1254/89, (KEE) Nru 2247/89, (KEE) Nru 2055/93, (KE) Nru 1868/94, (KE) Nru 2596/97, (KE) Nru 1182/2005 u (KE) Nru 315/2007

ĠU L 30, 31.1.2009, p. 1–15 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 31/12/2013; Impliċitament imħassar minn 32013R1308

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2009/72/oj

31.1.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 30/1


REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 72/2009

tad-19 ta' Jannar 2009

dwar modifiki għall-Politika Agrikola Komuni billi jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 247/2006, (KE) Nru 320/2006, (KE) Nru 1405/2006, (KE) Nru 1234/2007, (KE) Nru 3/2008, u (KE) Nru 479/2008 u li jħassar ir-Regolamenti (KEE) Nru 1883/78, (KEE) Nru 1254/89, (KEE) Nru 2247/89, (KEE) Nru 2055/93, (KE) Nru 1868/94, (KE) Nru 2596/97, (KE) Nru 1182/2005 u (KE) Nru 315/2007

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikoli 36 u 37 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew (1),

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (2),

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni (3),

Billi:

(1)

Ir-riformi tal-Politika Agrikola Komuni (PAK) miftehmin fl-2003 u l-2004 kienu jinkludu dispożizzjonijiet biex ir-rapporti jagħtu stima tal-effikaċja tagħhom, u b'mod partikolari biex jivvalutaw l-impatt tagħhom fir-rigward tal-objettivi tagħhom u biex janalizzaw l-effetti tagħhom fuq is-swieq rilevanti. F'dan il-kuntest, il-Kummissjoni ppreżentat Komunikazzjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill intitolata “It-tħejjija għall-‘Verifika tas-Saħħa’ tar-riforma tal-PAK” fl-20 ta' Novembru 2007. Dik il-Komunikazzjoni u d-diskussjonijiet sussegwenti dwar l-elementi ewlenin tagħha mill-Parlament Ewropew, il-Kunsill, il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u l-Kumitat tar-Reġjuni, kif ukoll għadd kbir ta' kontribuzzjonijiet li rriżultaw minn konsultazzjoni pubblika għandhom jitqiesu.

(2)

Id-dispożizzjonijiet tal-PAK li jikkonċernaw l-intervent pubbliku għandhom jiġu ssimplifikati u allinjati bl-estensjoni tas-sejħa għal offerti sabiex kemm jista' jkun jinkiseb approċċ armonizzat. B'mod partikolari, ir-rispett għal kwantitajiet massimi u limiti kwantitattivi għal ċereali, butir u trab tal-ħalib xkumat jista' jirrikjedi azzjoni rapida. Sabiex dan jiġi previst, u peress li l-għeluq tax-xiri jsir bi prezz fiss, l-adozzjoni ta' koeffiċjenti ta' allokazzjoni u, għall-qamħ komuni, il-qalba għall-proċedura ta' sejħa għal offerti, ma jinvolvux l-eżerċizzju tad-diskrezzjoni, il-Kummissjoni għandha titħalla tagħmel dan mingħajr l-assistenza tal-Kumitat.

(3)

Fir-rigward tal-intervent għaċ-ċereali, is-sistema għandha tiġi aġġustata sabiex ikunu żgurati l-kompetittività u l-orjentazzjoni lejn is-suq għas-settur, filwaqt li jinżamm ir-rwol ta' intervent bħala xibka ta' sikurezza f'każ ta' perturbazzjonijiet fis-suq u tkun ffaċilitata r-reazzjoni tal-bdiewa għall-kundizzjonijiet tas-suq. Mal-adozzjoni mill-Kunsill tar-Regolament (KE) Nru 735/2007 (4), li rriforma s-sistema ta' intervent għall-qamħirrun il-Kummissjoni ntrabtet li teżamina s-sistema ta' intervent għaċ-ċereali, abbażi ta' analiżi li żvelat xi grad ta' riskju għal intervent addizzjonali għax-xgħir jekk il-prezzijiet ikunu baxxi.Il-perspettiva attwali għaċ-ċereali, madankollu, inbidlet b'mod sinifikanti minn dak iż-żmien 'il hawn, u hija kkaratterizzata minn ambjent favorevoli tal-prezz tas-suq dinji ddeterminat mid-domanda dinjija dejjem tikber u stokkijiet dinjin baxxi taċ-ċereali. F'dan il-kuntest, il-livelli ta' intervent għandhom ikunu stabbiliti għal żero għal għalf ieħor. Dan ikun jippermetti intervent mingħajr implikazzjonijiet negattivi fuq is-suq taċ-ċereali kollu. Il-perspettiva favorevoli għas-settur taċ-ċereali tapplika ukoll għall-qamħ durum. Dan ifisser li x-xiri għall-intervent attwalment tilef ir-rilevanza tiegħu peress li l-prezzijiet tas-suq huma ogħla b'mod sinifikanti mill-prezz tal-intervent. Għalhekk, ix-xiri għall-intervent għall-qamħ durum attwalment mhuwiex meħtieġ u l-livelli ta' intervent għandhom ikunu stabbiliti għal żero. Peress li intervent għaċ-ċereali għandu jservi ta' xibka ta' sikurezza aktar milli element li jinfluwenza l-formazzjoni tal-prezz, id-differenzi fil-perijodi tal-ħsad fl-Istati Membri kollha, li effettivament jibdew is-snin ta' kummerċjalizzazzjoni, m'għadhomx rilevanti peress li s-sistema mhux se tibqa' tipprevedi prezzijiet li jirriflettu l-livelli ta' intervent flimkien maż-żidiet ta' kull xahar. Għal raġunijiet ta' simplifikazzjoni, id-dati għall-intervent għaċ-ċereali għandhom għalhekk jiġu armonizzati fil-Komunità kollha.

(4)

Mir-riforma tal-PAK tal-2003, il-kompetittività tas-settur tar-ross żdiedet, bi produzzjoni stabbli, tnaqqis ta' stokkijiet fid-dawl ta' domanda dejjem tikber kemm fil-Komunità kif ukoll fis-suq dinji, u bil-prezz mistenni ogħla b'mod sinifikanti mill-prezz tal-intervent. Għalhekk ix-xiri għall-intervent għar-ross attwalment mhuwiex meħtieġ u l-livelli ta' intervent għandhom ikunu stabbiliti għal żero.

(5)

Il-produzzjoni u l-konsum tal-laħam tal-majjal huma pproġettati li jiżdiedu tul il-perijodu medju, anki jekk b'rata inqas mgħaġġla minn dik tal-aħħar għaxar snin, minħabba l-kompetizzjoni mil-laħam tat-tjur u l-prezzijiet ogħla tal-għalf. Il-prezzijiet tal-laħam tal-majjal mistennija jibqgħu ogħla b'mod sinifikanti mill-prezzijiet ta' intervent. Ix-xiri għall-intervent ilu ma jintuża għal bosta snin għal-laħam tal-majjal u fid-dawl tas-sitwazzjoni tas-suq u l-perspettivi tiegħu, il-possibbiltà ta' xiri għall-intervent għandha għalhekk titneħħa.

(6)

Peress li s-sitwazzjoni u l-perspettivi attwali tas-suq jissuġġerixxu li l-intervent, fi kwalunkwe każ, ma jkunx applikabbli għal-laħam tal-majjal, il-qamħ durum u r-ross fl-2009, il-bidliet għal jew it-tneħħija tal-intervent għal dawn il-prodotti għandhom iseħħu mis-sena ta' kummerċjalizzazzjoni 2009/2010. Għal ċereali oħra, sabiex il-bdiewa jkunu jistgħu jadattaw, il-bidliet għandhom japplikaw biss mis-sena ta' kummerċalizzazzjoni 2010/2011.

(7)

Il-prospettiva għall-perijodu medju għas-settur tal-prodotti tal-ħalib hija kkaratterizzata minn żieda kontinwa fid-domanda tal-Komunità għal prodotti b'valur miżjud għoli; espansjoni sostanzjali fid-domanda dinjija għall-materja prima tal-prodotti tal-ħalib, iddeterminata minn żieda fid-dħul u fil-popolazzjoni f'ħafna reġjuni tad-dinja; u minn bidliet fil-preferenzi tal-konsumaturi fir-rigward tal-prodotti tal-ħalib.

(8)

Il-produzzjoni totali tal-ħalib, ristretta mil-limiti massimi tal-kwoti tal-ħalib, hija pproġettata li tonqos gradwalment, anki jekk mhux b'ħafna, tul il-perijodu medju peress li r-ristrutturar kontinwu fl-Istati Membri li ma kinux membri tal-Komunità qabel l-1 ta' Mejju 2004, ser iwassal għal tnaqqis fil-produzzjoni ta' ħalib ta' sussistenza, filwaqt li ż-żieda fil-produzzjoni tibqa' limitata minħabba l-eżistenza tal-kwoti. Fl-istess ħin, il-kwantità ta' ħalib ikkunsinnat lill-fabbriki tal-prodotti tal-ħalib għall-ipproċessar hija mistennija li tkompli tiżdied tul il-perijodu pproġettat. Fid-dawl ta' domanda interna u esterna b'saħħitha, is-sistema tal-kwoti tal-ħalib qiegħda għaldaqstant tillimita l-espansjoni tal-produzzjoni, għall-kuntrarju tas-sitwazzjoni meta l-kwoti ddaħħlu bħala reazzjoni għas-sovraproduzzjoni. F'sitwazzjoni tas-suq bħal din, il-kwoti jnaqqsu l-orjentazzjoni lejn is-suq għaliex ifixklu r-reazzjoni tal-bdiewa għas-sinjali tal-prezzijiet, u jimpedixxu kisbiet fl-effiċjenza fis-settur billi jnaqqsu r-ristutturar. Il-kwoti huma ppjanati li jispiċċaw fl-2015. Aġġustamenti adatti għandhom isiru gradatament sabiex tkun tista' ssir transizzjoni mingħajr xkiel billi jiġi evitat aġġustament eċċessiv wara tmiem il-kwoti. L-eliminazzjoni gradwali ta' kwoti tal-prodotti tal-ħalib b'żidiet annwali ta' 1 % għalhekk għandha tkun ipprovduta għal kull sena ta' kummerċjalizzazzjoni mill-2009/2010 sal-2013/2014. Għandhom isiru bidliet oħra għall-istess raġunijiet biex is-sistema tal-kwoti tal-ħalib issir aktar flessibbli fir-rigward tal-aġġustament tax-xaħam, billi jitneħħa l-aġġustament stabbilit fl-Artikolu 80(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (5), u fir-rigward tal-kwoti tar-regoli ta' inattività, billi jiżdied il-presentaġġ fl-Artikolu 72(2) ta' dak ir-Regolament li produttur għandu juża matul perijodu ta' tnax il-xahar u b'hekk ikun iktar faċli biex kwoti mhux użati jerġgħu jiġu allokati. Fil-kuntest tar-ristutturar tas-settur, l-Istati Membri għandhom ikunu permessi jagħtu għajnuna nazzjonali addizzjonali f'ċerti limiti sal-31 ta' Marzu 2014. Iż-żidiet tal-kwoti deċiżi mir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 248/2008 tas-17 ta' Marzu 2008 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1234/2007 rigward il-kwoti nazzjonali fuq il-ħalib (6) u ż-żieda annwali ta' 1 %, flimkien mal-bidliet l-oħra li jnaqqsu l-probabbiltà tal-imposta għaż-żejjed ifissru li l-Italja biss tkun f'riskju tal-imposta abbażi tal-mudelli ta' produzzjoni attwali jekk żidiet annwali ta' 1 % jiġu applikati mill-perijodu 2009/2010 sal-2013/2014. Għalhekk, b'kont meħud tal-mudelli ta' produzzjoni attwali fl-Istati Membri kollha, fil-każ tal-Italja ż-żieda fil-kwota għandha tingħata bil-quddiem biex jiġi evitat dan ir-riskju. Sabiex jiġi żgurat li fl-Istati Membri kollha ż-żidiet fil-kwoti jwasslu għal trasizzjoni kontrollata u bla xkiel, is-sistema ta' imposta għaż-żejjed għandha tissaħħaħ għas-sentejn li ġejjin u tiġi stabbilita f'livell dissważiv. Għalhekk imposta addizjonali għandha tiġi imposta f'każijiet fejn iż-żidiet fil-kunsinni jeċċedu b'mod sinifikanti l-livelli tal-kwoti għall-2008/2009.

(9)

Is-suq tal-ġobon qed jikber b'mod stabbli b'domanda dejjem tikber minn ġewwa kif ukoll minn barra l-Komunità. Għalhekk, b'mod ġenerali, il-prezzijiet tal-ġobon baqgħu għal xi żmien kostanti u ma ġewx influwenzati b'mod sinifikanti mit-tnaqqis tal-prezzijiet istituzzjonali għall-prodotti bl-ingrossa (butir u trab tal-ħalib xkumat). Kemm mil-lat ekonomiku kif ukoll minn dak tal-ġestjoni tas-suq, għajnuna permanenti u mhux obbligatorja għall-ħażna privata ta' prodott ta' valur għoli ddeterminat mis-suq bħall-ġobon m'għadhiex iġġustifikata u għalhekk għandha titneħħa.

(10)

Fil-kuntest tar-riforma tal-prodotti tal-ħalib u tas-sitwazzjoni attwali tas-suq, l-għajnuna għat-trab tal-ħalib xkumat użat bħala għalf tal-annimali u għall-ħalib xkumat għall-produzzjoni tal-kaseina mhix attwalment meħtieġa. Madankollu, jekk jakkumulaw eċċessi tal-prodotti tal-ħalib jew ikun hemm il-possibilità li jakkumulaw, biex b'hekk jinħoloq jew ikun hemm il-possibilità li jinħoloq żbilanċ serju fis-suq, din l-għajnuna xorta jista' jkollha rwol. Madankollu, id-deċiżjoni għandha tittieħed mill-Kummissjoni abbażi ta' analiżi tajba tas-suq aktar milli ta' obbligu biex tinfetaħ l-iskema kull sena. L-iskema għandha, għalhekk, issir fakultattiva. Jekk tiġi applikata, l-għajnuna għandha tiġi ddeterminata minn qabel jew b'sejħa għall-offerti.

(11)

L-għajnuna għad-disponiment tal-butir maħsub għall-għaġina u għall-ġelat u għall-konsum dirett tnaqqset b'konformità mat-tnaqqis tal-prezz tal-intervent għall-butir mill-2004 u kienet konsegwentement fil-livell żero qabel ma ġew sospiżi s-sejħiet għall-offerti minħabba s-sitwazzjoni favorevoli tas-suq. L-iskemi ta' għajnuna għad-disponiment m'għadhomx meħtieġa għall-appoġġ tas-suq fil-livell tal-prezz tal-intervent u għalhekk għandhom jitneħħew.

(12)

Kif kien il-każ bir-riforma tal-PAK tal-2003, bil-ħsieb tat-tisħiħ tal-kompetittività tal-agrikoltura Komunitarja u tal-promozzjoni ta' agrikoltura sostenibbli b'orjentazzjoni akbar lejn is-suq, huwa meħtieġ li titkompla l-bidla minn appoġġ għall-produzzjoni għal appoġġ għall-produttur billi jitneħħew l-għajnuniet eżistenti fir-Regolament Waħdieni dwar l-OKSgħal għalf niexef, kittien, qanneb u lamtu tal-patata u jiġi integrat appoġġ għal dawn il-prodotti fis-sistema ta' appoġġ diżakkoppjat għad-dħul għal kull razzett. Kif kien il-każ bir-riforma tal-PAK tal-2003, filwaqt li l-għajnuna diżakkoppjata imħallsa lill-bdiewa ser tħalli l-ammonti attwali mħallsa mhux mibdula, hija ser iżżid b'mod sinifikanti l-effikaċja tal-appoġġ għad-dħul.

(13)

L-għajnuna għal fibra tal-kittien u tal-qanneb issa għandha tkun diżakkoppjata. Madankollu, sabiex l-industrija tal-kittien u tal-qanneb tkun tista' tadatta, l-integrazzjoni ta' dan l-appoġġ fl-Iskema ta' Pagament Uniku għandha titwettaq matul perijodu transitorju. Għalhekk l-għajnuna għandha tiġi prevista għal kittien ta' fibri twal, kittien ta' fibri qosra u fibra tal-qanneb sal-1 ta' Lulju 2012. Iż-żamma tal-għajnuna għal kittien ta' fibri qosra u fibra tal-qanneb, sabiex tiġi bbilanċjata l-għajnuna fis-settur, tfisser li l-għajnuna għal kittien ta' fibri qosra għandha titnaqqas. Iżda sabiex jiġu rispettati l-aspettattivi leġittimi ta' dawk li jkabbru, dan it-tnaqqis għandu jseħħ biss mis-sena ta' kummerċjalizzazzjoni 2010/2011.

(14)

Ir-reġim tal-għalf niexef kien irriformat fl-2003, meta parti mill-għajnuna ngħatat lill-industrija u l-bqija kienet diżakkoppjata u integrata fl-Iskema ta' Pagament Uniku. Fil-kuntest tal-moviment ġenerali lejn is-suq, il-prospettiva preżenti fis-swieq għall-għalf u l-uċuħ tar-raba' li fihom il-proteini u l-impatt ambjentali partikolarment negattiv li nstab li ġie ġġenerat reċentament mill-produzzjoni ta' għalf iddeidrat, it-transizzjoni għad-diżakkoppjament sħiħ għas-settur kollu għandha tintemm billi l-għajnuna li baqa' għall-industrija tiġi diżakkoppjata. Sabiex jittaffew l-effetti ta' tmiem il-pagament ta' għajnuna lill-industrija, għandhom isiru l-aġġustamenti adatti fil-prezz imħallas lill-produtturi tal-materja prima, li ser ikunu qed jirċievu huma nfushom drittijiet miżjuda ta' għajnuna diretta b'riżultat tad-diżakkoppjament. Is-settur ilu jirristruttura lilu nnifsu mir-riforma tal-2003, madankollu għandu madankollu jiġi previst perijodu transitorju sal-1 ta' April 2012 sabiex is-settur ikun jista' jaġġusta.

(15)

Is-sistema stabbilita fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1868/94 tas-27 ta' Lulju 1994 li jistabbilixxi sistema ta' kwoti f'dak li għandu x'jaqsam mal-produzzjoni ta' lamtu tal-patata (7) mhix ser tibqa' meħtieġa ladarba l-għajnuna relatata għal dawk li jkabbru l-lamtu tal-patata stabbilita fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 73/2009 ta' 19 ta' Jannar 2009 li jistabbilixxi regoli komuni għal skemi ta' appoġġ dirett taħt il- Politika Agrikola Komuni u li jistabbilixxi ċerti skemi ta' appoġġ għall-bdiewa (8) titneħħa. L-għajnuna lill-produtturi kienet diżakkoppjata parzjalment fl-2003 u din l-għajnuna għandha issa tiġi diżakkoppjata kompletament għalkemm għandu jiġi previst perijodu transitorju sal-1 ta' Lulju 2012 biex il-bdiewa jkunu jistgħu jadattaw l-impenji tal-provvista tagħhom għall-iskema ta' għajnuna għal-lamtu tal-patata. Il-prezz minimu relatat għandu, għalhekk, jiġi estiż ukoll għall-istess perijodu. Wara dik id-data, is-sistema tal-kwoti relatata mal-pagament dirett għandha titneħħa flimkien mal-integrazzjoni sħiħa ta' dak il-pagament dirett fl-iskema ta' pagament uniku. Intant, id-dispożizzjonijiet ikkonċernati għandhom jiġu integrati, kif inhu l-każ b'għajnuniet oħrajn u skemi ta' kwoti, fir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS.

(16)

L-iżviluppi fis-swieq domestiċi u internazzjonali taċ-ċereali u tal-lamtu jwasslu sabiex ir-rifużjoni għall-produzzjoni tal-lamtu ma tibqax rilevanti fir-rigward tal-objettivi inizjali tagħha, u għalhekk għandha titneħħa. Is-sitwazzjoni tas-suq u l-perspettivi huma tali li l-għajnuna ġiet stabbilita għal żero għal xi żmien u dan huwa mistenni li jkompli, li jfisser li t-tneħħija tista' sseħħ b'ħeffa mingħajr ebda effett negattiv għas-settur.

(17)

L-organizzazzjonijiet tal-produtturi jista' jkollhom rwol utli billi jiġbru flimkien il-provvista f'setturi fejn hemm żbilanċ fil-konċentrazzjoni ta' produtturi u xerrejja. Għalhekk l-Istati Membri għandhom ikunu kapaċi jirrikonoxxu organizzazzjonijiet ta' produtturi fil-livell Komunitarju fis-setturi kollha.

(18)

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1782/2003 tad-29 ta' Settembru 2003 li jistabbilixxi regoli komuni għal skemi diretti ta' appoġġ fi ħdan il-politika agrikola komuni u lijistabbiluixxi ċerti skemi ta' appoġġ għall-bdiewa (9) jipprevedi li l-Istati Membri jżommu parti mill-komponent tal-limiti massimi nazzjonali li jikkorrispondu għall-pagamenti għall-medda għall-ħops u jużawhom, partikolarment, għall-finanzjament ta' ċerti attivitajiet ta' organizzazzjonijiet ta' produtturi rikonoxxuti. Dak ir-Regolament qed jiġi mħassar u fir-Regolament (KE) Nru 73/2009 il-pagament għall-medda għall-ħops qed jiġi diżakkoppjat mill-1 ta' Jannar 2010, li jfisser li taħt id-dispożizzjoni l-aħħar ħlas lill-organizzazzjonijiet produtturi ser isir fl-2010. Sabiex ikunu permessi li l-organizzazzjonijiet ta' produtturi tal-ħops ikomplu bl-attivitajiet tagħhom bħal qabel, għandha ssir dispożizzjoni speċifika għal ammonti ekwivalenti li jintużaw fl-Istat Membru kkonċernat għall-istess attivitajiet b'effett mill-1 ta'Jannar 2011.

(19)

Ir-Regolament CMO Waħdieni jipprevedi li ammonti miżmuma mill-għajnuna għall-imsaġar taż-żebbuġ taħt l-Artikolu 110i(4) tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003 jintużaw għall-finanzjament ta' programmi ta' ħidma ta' organizzazzjonijiet ta' operaturi. Ir-Regolament (KE) Nru 1782/2003 qed jiġi mħassar. Għal raġunijiet ta' kjarezza u ċertezza legali, għandha ssir dispożizzjoni speċifika biex jiġu stabbiliti l-ammonti li għandhom jintużaw fl-Istat Membru kkonċernat għall-programmi ta' ħidma.

(20)

Għal raġunijiet ta' ċertezza legali, u sempliċità jixraq li jkunu ċċarati u armonizzati d-dispożizzjonijiet dwar in-non-applikazzjoni tal-Artikoli 87, 88 u 89 tat-Trattat għal pagamenti li jsiru minn Stati Membri f'konformità mar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 jew ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 247/2006 tat-30 ta' Jannar 2006 li jistabbilixxi miżuri speċifiċi għall-agrikultura fir-reġjuni l-aktar 'il bogħod tal-Unjoni (10), ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 320/2006 tal-20 ta' Frar 2006 li jistabbilixxi skema temporanja għar-ristrutturar tal-industrija taz-zokkor fil-Komunità (11), ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1405/2006 tat-18 ta' Settembru 2006 li jistabbilixxi miżuri speċifiċi għall-agrikoltura favur il-gżejjer minuri tal-Eġew (12), ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 3/2008 tas-17 ta' Diċembru 2007 dwar azzjonijiet ta' informazzjoni u promozzjoni għall-prodotti agrikoli fis-suq intern u fil-pajjiżi terzi (13) u r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 479/2008 tad-29 ta' April 2008 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq tal-inbid (14). F'dan il-kuntest, id-dispożizzjonijiet ta' dawk ir-Regolamenti li kieku, f'ċerti ċirkostanzi, ikunu jaqgħu jew jistgħu jaqgħu fi ħdan il-kunċett ta' għajnuna mill-Istat fit-tifsira tal-Artikolu 87(1) tat-Trattat għandhom jiġu esklużi mill-applikazzjoni tar-regoli tal-għajnuna mill-Istat. Id-dispożizzjonijiet ikkonċernati fihom kondizzjonijiet adatti għall-għoti ta' appoġġ biex tiġi evitata d-distorsjoni żejda tal-kompetizzjoni.

(21)

Ir-Regolamenti (KE) Nru 247/2006, (KE) Nru 320/2006, (KE) Nru 1405/2006, (KE) Nru 1234/2007, (KE) Nru 3/2008 u (KE) Nru 479/2008 għandhom għalhekk jiġu emendati kif meħtieġ.

(22)

L-atti li ġejjin m'għadhomx ta' użu u għandhom għalhekk, għal raġunijiet ta' ċertezza legali, jiġu mħassra: ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1883/78 tat-2 ta' Awwissu 1978 li jistabilixxi r-regoli ġenerali għall-finanzjament tal-interventi mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Gwida u l-Garanzija (15), ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1254/89 tat-3 ta' Mejju 1989 li jistabbilixxi, għas-sena ta' kummerċjalizzazzjoni 1989/90, inter alia, ċerti prezzijiet taz-zokkor u l-kwalità standard tal-pitravi (16), ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2247/89 tal-24 ta' Lulju 1989 dwar miżura ta' emerġenza għall-provvista mingħajr ħlas ta' ċerti prodotti agrikoli għall-Polonja (17), ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2055/93 tad-19 ta' Lulju 1993 li jalloka kwantità referenzjali speċjali għal ċerti produtturi tal-ħalib u tal-prodotti tal-ħalib (18)u r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1182/2005 tat-18 ta' Lulju 2005 li jadotta miżuri awtonomi u transitorji biex tinfetaħ kwota tariffarja Komunitarja għall-importazzjoni ta' annimali bovini ħajjin li joriġinaw mill-Isvizzera (19). L-atti li ġejjin mhux ser jibqgħu jintużaw b'effett mill-1 ta' Mejju 2009 u, għall-istess raġunijiet, għandhom għalhekk jiġu mħassra b'effett minn dik id-data: ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2596/97 tat-18 ta' Diċembru 1997 li jestendi l-perijodu previst fl-Artikolu 149(1) tal-Att ta Adeżjoni tal-Awstrija, il-Finlandja u l-Isvezja (20) u r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 315/2007 tad-19 ta' Marzu 2007 li jistabbilixxi miżuri transitorji li jidderogaw mir-Regolament (KE) Nru 2597/97 fir-rigward tal-ħalib tax-xorb prodott fl-Estonja (21).

(23)

Dan ir-Regolament għandu, bħala regola ġenerali, japplika mid-data tad-dħul fis-seħħ tiegħu. Madankollu, sabiex jiġi żgurat li d-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament ma jfixklux ċerti għajnuniet pagabbli għas-snin ta' kummerċjalizzazzjoni 2008/2009 jew 2009/2010, għandha tiġi prevista data ta' applikazzjoni aktar tard fir-rigward ta' dawk id-dispożizzjonijiet li jaffettwaw direttament l-operat tal-iskemi f'setturi li għalihom hemm previsti snin ta' kummerċjalizzazzjoni. Dan ir-Regolament għandu f'każijiet bħal dawn japplika biss mill-bidu tas-snin ta' kummerċjalizzazzjoni ta' wara.

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Emendi għar-Regolament (KE) Nru 247/2006

L-Artikolu 16 tar-Regolament (KE) Nru 247/2006 huwa emendat kif ġej:

(1)

It-tieni subparagrafu tal-paragrafu 3 għandu jitħassar.

(2)

Għandu jiżdied il-paragrafu li ġej:

“4.   Mingħajr preġudizzju għall-paragrafi 1 u 2 ta' dan l-Artikolu u b'deroga mill-Artikolu 180 tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 (*) u l-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 1184/2006 (**), l-Artikoli 87, 88 u 89 tat-Trattat m'għandhomx japplikaw għal pagamenti li jsiru taħt it-Titolu III, paragrafu 3 ta' dan l-Artikolu u l-Artikoli 17 u 21 ta' dan ir-Regolament minn Stati Membri b'konformità ma' dan ir-Regolament.

(*)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1)."

(**)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1184/2006 tal-24 ta' Lulju 2006 li japplika ċerti regoli tal-kompetizzjoni għall-produzzjoni ta', u l-kummerċ fi, prodotti agrikoli (ĠU L 214, 30.7.1994, p. 7).”."

Artikolu 2

Emendi għar-Regolament (KE) Nru 320/2006

Ir-Regolament (KE) Nru 320/2006 huwa emendat kif ġej:

(1)

L-Artikolu 6(6) għandu jiġi ssostitwit b'dan li ġej:

“6.   L-Istati Membri m'għandhomx jagħtu għajnuna nazzjonali fir-rigward ta' miżuri ta' diversifikazzjoni previsti f'dan l-Artikolu. Madankollu, jekk il-limiti massimi msemmija fit-tielet subparagrafu tal-paragrafu 4 jippermettu l-għotja ta' għajnuna għad-diversifikazzjoni ta' 100 %, l-Istat Membru kkonċernat għandu jikkontribwixxi mill-anqas 20 % tan-nefqa eliġibbli.”.

(2)

Għandu jiddaħħal l-Artikolu li ġej:

“Artikolu 13a

Għajnuniet mill-Istat

Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 6(5) ta' dan ir-Regolament u b'deroga mill-Artikolu 180 tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 (*) u l-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 1184/2006 (**), l-Artikoli 87, 88 u 89 tat-Trattat m'għandhomx japplikaw għal pagamenti li jsiru taħt l-Artikoli 3, 6, 7, 8, 9 u 11 ta' dan ir-Regolament minn Stati Membri b'konformità ma' dan ir-Regolament

(*)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1)."

(**)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1184/2006 tal-24 ta' Lulju 2006 li japplika ċerti regoli tal-kompetizzjoni għall-produzzjoni ta', u l-kummerċ fi, prodotti agrikoli (ĠU L 214, 30.7.1994, p. 7).”."

Artikolu 3

Emenda għar-Regolament (KE) Nru 1405/2006

Il-paragrafu li ġej għandu jiżdied mal-Artikolu 11 tar-Regolament (KE) Nru 1405/2006:

“3.   Mingħajr preġudizzju għall-paragrafi 1 u 2 ta' dan l-Artikolu u b'deroga mill-Artikolu 180 tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 (*) u l-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 1184/2006 (**), l-Artikoli 87, 88 u 89 tat-Trattat m'għandhomx japplikaw għal pagamenti li jsiru taħt l-Artikoli 4 u 7 ta' dan ir-Regolament minn Stati Membri b'konformità ma' dan ir-Regolament

Artikolu 4

Emendi għar-Regolament (KE) Nru 1234/2007

Ir-Regolament (KE) Nru 1234/2007 huwa emendat kif ġej:

(1)

Il-punt (a) tal-Artikolu 8(1) għandu jiġi ssostitwit b'dan li ġej:

“(a)

rigward is-settur taċ-ċereali, EUR 101,31 għal kull tunnellata”;

(2)

Il-paragrafu 2 tal-Artikolu 10 għandu jitħassar;

(3)

Is-Subtaqsima II tat-Taqsima II tal-Kapitolu I tat-Titolu I tal-Parti II għandha tiġi ssostitwita b'dan li ġej:

“Subtaqsima II

Ftuħ ta' xiri

Artikolu 11

Perijodi ta' intervent pubbliku

Għandu jkun disponibbli intervent pubbliku:

(a)

għaċ-ċereali, mill-1 ta' Novembru sal-31 ta' Mejju;

(b)

għal ross li għadu fil-ħliefa, mill-1 ta' April sal-31 ta' Lulju;

(c)

għaz-zokkor, tul is-snin ta' kummerċjalizzazzjoni 2008/2009 u 2009/2010;

(d)

għaċ-ċanga u għall-vitella, tul kwalunkwe sena ta' kummerċjalizzazzjoni;

(e)

għall-butir u għat-trab tal-ħalib xkumat, mill-1 ta' Marzu sal-31 ta' Awwissu.

Artikolu 12

Ftuħ tal-intervent pubbliku

1.   Matul il-perijodi msemmija fl-Artikolu 11, intervent pubbliku:

(a)

għandu jkun miftuħ għall-qamħ komuni,

(b)

għandu jkun miftuħ għall-qamħ durum, ix-xgħir, il-qamħirrun, is-sorgu, ir-ross li għadu fil-ħliefa, iz-zokkor, il-butir u t-trab tal-ħalib xkumat sal-limiti tal-intervent imsemmija fl-Artikolu 13(1),

(c)

għandu jinfetaħ għaċ-ċanga u għall-vitella mill-Kummissjoni, mingħajr l-assistenza tal-Kumitat imsemmi fl-Artikolu 195(1), jekk tul perijodu rappreżentattiv il-prezz medju tas-suq għaċ-ċanga u għall-vitella fi Stat Membru jew f'reġjun ta' Stat Membru rreġistrat abbażi tal-iskala Komunitarja għall-klassifikazzjoni ta' karkassi kif previst fl-Artikolu 42(1) ikun inqas minn EUR 1 560/tunnellata.

2.   L-intervent pubbliku għaċ-ċanga u għall-vitella, imsemmi fil-punt (c) tal-paragrafu 1, għandu jingħalaq mill-Kummissjoni, mingħajr l-assistenza tal-Kumitat imsemmi fl-Artikolu 195(1), fejn, tul perijodu rappreżentattiv, il-kondizzjonijiet previsti f'dak il-punt ma jibqgħux jiġu ssodisfatti.

Artikolu 13

Limiti tal-intervent

1.   Ix-xiri għall-intervent pubbliku għandu jitwettaq biss fil-limiti li ġejjin:

(a)

għall-qamħ durum, ix-xgħir, il-qamħirrun, is-sorgu u r-ross li għadu fil-ħliefa, 0 tunnellati għall-perijodi msemmija fl-Artikolu 11(a) u (b) rispettivament;

(b)

għaz-zokkor, 600 000 tunnellata, espressi f'zokkor abjad, għal kull sena ta' kummerċjalizzazzjoni;

(c)

għall-butir, 30 000 tunnellata għal kull perijodu msemmi fl-Artikolu 11(e);

(d)

għat-trab tal-ħalib xkumat 109 000 tunnellata għal kull perijodu msemmi fl-Artikolu 11(e).

2.   Zokkor maħżun skont il-punt (b) tal-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu matul sena ta' kummerċjalizzazzjoni m'għandu jkun soġġett għall-ebda miżura oħra ta' ħażna prevista fl-Artikoli 32, 52 u 63.

3.   B'deroga mill-paragrafu 1, għall-prodotti msemmija fil-punti (a), (c) u (d) ta' dak il-paragrafu, il-Kummissjoni tista' tiddeċiedi li tkompli intervent pubbliku lil hinn mill-ammonti msemmija f'dak il-paragrafu jekk is-sitwazzjoni tas-suq u, b'mod partikolari, l-iżvilupp tal-prezzijiet tas-suq, ikun jeħtieġ hekk.”.

(4)

Is-Subtaqsima III tat-Taqsima II tal-Kapitolu I tat-Titolu I tal-Parti II għandha tiġi ssostitwita b'dan li ġej:

“Subtaqsima III

Prezzijiet ta' intervent

Artikolu 18

Prezzijiet ta' intervent

1.   Il-prezzijiet ta' intervent:

(a)

għall-qamħ komuni għandhom ikunu daqs il-prezz ta' referenza għal kwantità massima offruta ta' 3 miljun tunnellata għal kull perijodu ta' intervent kif stabbilit fl-Artikolu 11(a);

(b)

għall-butir għandhom ikunu daqs 90 % tal-prezz ta' referenza għall-ammonti offruti fil-limiti fl-Artikolu 13(1)(c);

(c)

għat-trab tal-ħalib xkumat għandhom ikunu daqs il-prezz ta' referenza għall-ammonti offruti fil-limiti fl-Artikolu 13(1)(d).

2.   Il-prezzijiet ta' intervent u l-kwantitajiet għall-intervent għall-prodotti li ġejjin għandhom ikunu determinati mill-Kummissjoni permezz ta' proċeduri ta' sejħa għal offerti:

(a)

qamħ komuni għall-ammonti ta' iktar mill-kwantità massima offruta ta' 3 miljun tunnellata għal kull perijodu ta' intervent kif stabbilit fl-Artikolu 11(a);

(b)

qamħ durum, xgħir, qamħirrun, sorgu u ross li għadu fil-ħliefa, fl-applikazzjoni tal-Artikolu 13(3);

(c)

ċanga u vitella;

(d)

butir għall-ammonti offruti li huma iktar mil-limitu fl-Artikolu 13(1)(c), fl-applikazzjoni tal-Artikolu 13(3), u

(e)

trab tal-ħalib xkumat għall-ammonti offruti li huma iktar mil-limitu fl-Artikolu 13(1)(d), fl-applikazzjoni tal-Artikolu 13(3).

F'ċirkostanzi speċjali, il-proċeduri ta' sejħa għal offerti jistgħu jiġu ristretti għal, jew il-prezzijiet tal-intervent u l-kwantitajiet għal intervent jistgħu jiġu stabbiliti għal kull, Stat Membru jew reġjun ta' Stat Membru abbażi tal-prezzijiet medji tas-suq irreġistrati.

3.   Il-prezz ta' xiri massimu ddeterminat skont il-proċeduri ta' sejħa għal offerti taħt il-paragrafu 2 m'għandux ikun iktar minn:

(a)

għaċ-ċereali u ross li għadu fil-ħliefa, il-prezzijiet ta' referenza rispettivi;

(b)

għaċ-ċanga u għall-vitella, il-prezz medju tas-suq irreġistrat fi Stat Membru jew reġjun ta' Stat Membru miżjud b'ammont li għandu jiġi ddeterminat mill-Kummissjoni abbażi ta' kriterji oġġettivi;

(c)

għall-butir, 90 % tal-prezz ta' referenza;

(d)

għat-trab tal-ħalib xkumat, il-prezz ta' referenza.

4.   Il-prezzijiet ta' intervent imsemmija fil-paragrafi 1, 2 u 3 għandhom ikunu:

(a)

għal ċereali, mingħajr preġudizzju għal żidiet jew tnaqqis fil-prezzijiet għal raġunijiet ta' kwalità, u

(b)

għal ross li għadu fil-ħliefa, miżjuda jew imnaqqsa kif meħtieġ jekk il-kwalità tal-prodotti offruti lill-aġenzija li tħallas hija differenti mill-kwalità standard, definita fil-punt A tal-Anness IV. Barra minn hekk, iż-żidiet u t-tnaqqis tal-prezz ta' intervent jistgħu jiġu stabbiliti mill-Kummissjoni sabiex jiġi żgurat li l-produzzjoni tkun orjentata lejn ċerti varjetajiet.

5.   Il-prezz tal-intervent għaz-zokkor għandu jkun 80 % tal-prezz ta' referenza stabbilit għas-sena ta' kummerċjalizzazzjoni li matulha tkun ġiet ippreżentata l-offerta. Madankollu, jekk il-kwalità taz-zokkor offrut lill-aġenzija li tħallas tkun differenti mill-kwalità standard definita fil-punt B tal-Anness IV li għaliha jkun ġie stabbilit il-prezz ta' referenza, il-prezz tal-intervent għandu jiżdied jew jitnaqqas kif meħtieġ.”.

(5)

Il-punt (b) tal-Artikolu 28 għandu jitħassar.

(6)

L-Artikolu 30 għandu jitħassar.

(7)

L-Artikolu 31 għandu jiġi emendat kif ġej:

(a)

il-punt (e) tal-paragrafu 1 għandu jitħassar;

(b)

fil-paragrafu 2, it-tieni subparagrafu għandu jitħassar.

(8)

L-Artikolu 36 għandu jitħassar.

(9)

L-Artikolu 43 għandu jiġi emendat kif ġej:

(a)

il-punt (a) għandu jiġi ssostitwit b'dan li ġej:

“(a)

il-ħtiġiet u l-kondizzjonijiet li għandhom jiġu ssodisfatti mill-prodotti li għandhom jinxtraw taħt intervent pubbliku kif imsemmi fl-Artikolu 10 jew li tingħatalhom għajnuna għall-ħażna privata kif imsemmi fl-Artikoli 28 u 31, b'mod partikolari fir-rigward tal-kwalità, il-gruppi ta' kwalità, il-livelli ta' kwalità, il-kategoriji, il-kwantitajiet, l-imballaġġ inklużi l-ittikkettjar, l-etajiet massimi, il-preservazzjoni, l-istadju tal-prodotti li miegħu huwa konness il-prezz tal-intervent, u t-tul tal-perijodu tal-ħażna privata;”;

(b)

il-punt li ġej għandu jiżdied wara punt (a):

“(aa)

ir-rispett tal-kwantitajiet massimi u limiti kwantitattivi mniżżla fl-Arikolu 13(1) u l-punt (a) tal-Artikolu 18(1); f'dan il-kuntest, ir-regoli ta' implimentazzjoni jistgħu jawtorizzaw lill-Kummissjoni biex tagħlaq ix-xiri bi prezz fiss, tadotta koeffiċjenti ta' allokazzjoni u, għall-qamħ komuni, taqleb għall-proċedura ta' sejħa għal offerti msemmija fl-Artikolu 18(2), mingħajr l-assistenza tal-Kumitat imsemmi fl-Artikolu 195(1);”.

(10)

L-Artikolu 46(3) għandu jitħassar.

(11)

L-Artikolu 55 għandu jiġi ssostitwit b'dan li ġej:

“Artikolu 55

Sistemi ta' kwoti

1.   Sistema ta' kwoti għandha tapplika għall-prodotti li ġejjin:

(a)

ħalib u prodotti oħrajn tal-ħalib fis-sens tal-punti (a) u (b) tal-Artikolu 65;

(b)

zokkor, isoglukosju u ġulepp tal-inulina;

(c)

lamtu tal-patata li jista' jibbenefika minn għajnuna Komunitarja.

2.   Fir-rigward tas-sistemi ta' kwoti msemmija fil-punti (a) u (b) tal-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, jekk produttur jaqbeż il-kwota rilevanti u, fir-rigward taz-zokkor, ma jagħmilx użu mill-kwantitajiet żejda kif previst fl-Artikolu 61, għandha titħallas imposta għaż-żejjed fuq kwantitajiet bħal dawn, soġġett għall-kondizzjonijiet stabbiliti fit-Taqsimiet II u III.”.

(12)

Fl-Artikolu 72(2), “70 %” għandha tiġi sostitwita b' “85 %”.

(13)

Is-subparagrafu li ġej għandu jiżdied mal-Artikolu 78(1):

“Madankollu, għall-perijodi ta' tnax-il xahar li jibdew mill-1 ta' April 2009 u l-1 ta' April 2010, l-imposta għaż-żejjed għall-ħalib ikkunsinnat b'valur ta' iktar minn 106 % tal-kwota nazzjonali għal kunsinni applikabbli għall-perijodu ta' tnax-il xahar li jibda fl-1 ta' April 2008 għandha tiġi stabbilita għal 150 % tal-imposta msemmija fit-tieni subparagrafu.”.

(14)

L-Artikolu 80 għandu jiġi emendat kif ġej:

(a)

is-subparagrafu li ġej għandu jiżdied mal-paragrafu 1:

“Fil-livell nazzjonali, l-imposta għaż-żejjed għandha tiġi kkalkolata abbażi tas-somma tal-kunsinni, aġġustata f'konformità mal-ewwel subparagrafu.”;

(b)

il-paragrafu 2 għandu jitħassar;

(c)

is-subparagrafu li ġej għandu jiżdied mal-paragrafu 3:

“Fejn japplika t-tielet subparagrafu tal-Artikolu 78(1), l-Istati Membri, fl-istabbiliment tal-kontribut ta' kull produttur għall-ammont tal-imposta li għandha titħallas minħabba l-applikazzjoni tar-rata ogħla msemmija f'dak is-subparagrafu, għandhom jiżguraw li dan l-ammont huwa kontribwit proporzjonalment mill-produtturi responsabbli skont il-kriterji oġġettivi li għandhom jiġu stabbiliti mill-Istat Membru.”.

(15)

It-Taqsima li ġejja għandha tiddaħħal fil-Kapitolu III tat-Titolu I tal-Parti II:

“Taqsima IIIA

Kwoti għal-lamtu tal-patata

Artikolu 84a

Kwoti għal-lamtu tal-patata

1.   L-Istati Membri li jipproduċu l-lamtu tal-patata għandhom jiġu allokati kwoti għas-sena ta' kummerċjalizzazzjoni li matulha l-iskema tal-kwoti tapplika skont l-Artikolu 204(5) u l-Anness Xa.

2.   Kull Stat Membru produttur imsemmi fl-Anness Xa għandu jalloka l-kwota tiegħu bejn il-manifatturi tal-lamtu tal-patata għall-użu fis-snin ta' kummerċjalizzazzjoni kkonċernati abbażi tas-subkwoti allokati lil kull manifattur fl-2007/2008.

3.   Impriża li tipproduċi lamtu tal-patata m'għandhiex tikkonkludi kuntratti ta' kultivazzjoni ma' produtturi tal-patata għal kwantità ta' patata li tipproduċi kwantità ta' lamtu li taqbeż il-kwota tagħha kif imsemmi fil-paragrafu 2.

4.   Kwalunkwe lamtu tal-patata prodott li jaqbeż il-kwota kif imsemmi fil-paragrafu 2 għandu jiġi esportat, kif inhu, mill-Komunità qabel l-1 ta' Jannar wara tmiem is-sena ta' kummerċjalizzazzjoni inkwistjoni. M'għandha titħallas l-ebda rifużjoni fuq l- esportazzjoni fir-rigward tiegħu.

5.   Minkejja l-paragrafu 4, impriża li tipproduċi lamtu tal-patata tista', fi kwalunkwe sena ta' kummerċjalizzazzjoni, b'żieda mal-kwota tagħha għal dik is-sena, tuża mhux iktar minn 5 % tal-kwota tagħha għas-sena ta' kummerċjalizzazzjoni ta' wara. F'każ bħal dan, il-kwota għas-sena ta' kummerċjalizzazzjoni ta' wara għandha titnaqqas kif meħtieġ.

6.   Id-dispożizzjonijiet ta' din it-Taqsima m'għandhomx japplikaw għall-produzzjoni tal-lamtu tal-patata minn impriżi li mhumiex soġġetti għall-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu u li jixtru patata li għaliha produtturi ma jibbenefikawx mill-pagament previst fl-Artikolu 77 tar-Regolament (KE) Nru 73/2009 ta' 19 ta' Jannar 2009 li jistabbilixxi regoli komuni għall-iskemi ta' appoġġ dirett taħt il-Politika Agrikolu Komuni u li jistabbilixxi ċerti skemi ta' appoġġ għall-bdiewa (22).

(22)  Ara l-paġna 16 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali.”"

(16)

Fl-Artikolu 85, għandu jiżdied il-punt li ġej:

“(d)

fir-rigward tat-Taqsima IIIa, fużjonijiet, bidliet fl-appartenenza u l-bidu jew il-waqfien ta' negozju ta' manifatturi tal-lamtu tal-patata.”.

(17)

Is-Subtaqsima I tat-Taqsima I tal-Kapitolu IV tat-Titolu I tal-Parti II għandha titħassar.

(18)

Fl-Artikolu 91(1), l-ewwel żewġ subparagrafi għandhom jiġu sostitwiti bis-subparagrafu li ġej:

“L-għajnuna għall-ipproċessar tat-tiben tal-kittien ta' fibri twal imħabbar għall-fibra u t-tiben tal-kittien ta' fibri qosra u qanneb imkabbar għall-fibra għandha tingħata għas-snin ta' kummerċjalizzazzjoni 2009/2010 sal-2011/2012 lill-proċessuri ewlenin awtorizzati abbażi tal-kwantità ta' fibra li fil-fatt tinkiseb mit-tiben li għaliha jkun ġie konkluż kuntratt ta' bejgħ ma' bidwi.”.

(19)

L-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 92(1) għandu jiġi emendat kif ġej:

(a)

it-tieni inċiż tal-punt (a) għandu jiġi ssostitwit biż-żewġ inċiżi li ġejjin:

“-

EUR 200 għal kull tunnellata mis-sena ta' kummerċjalizzazzjoni 2009/2010; u

-

EUR 160 għal kull tunnellata għas-snin ta' kummerċjalizzazzjoni 2010/2011 u 2011/2012.”.

(b)

il-punt (b) għandu jiġi ssostitwit b'dan li ġej:

“(b)

EUR 90 għal kull tunnellata għas-snin ta' kummerċjalizzazzjoni 2009/2010, 2010/2011 u 2011/2012 għall-fibri qosra tal-kittien u għall-fibri tal-qanneb li fihom aktar minn 7,5 % ta' impuritajiet u ta' twarrib;”.

(20)

L-Artikolu 94(1) għandu jiġi ssostitwit b'dan li ġej:

“1.   Għandha tiġi stabbilita kwantità massima garantita ta' 80 878 tunnellata għal kull waħda mis-snin ta' kummerċjalizzazzjoni 2009/2010 sa 2011/2012 għall-kittien ta' fibri twal li fir-rigward tagħha tista' tingħata l-għajnuna. Dik il-kwantità għandha titqassam bejn ċerti Stati Membri bħala kwantitajiet nazzjonali ggarantiti skont il-punt A.I. tal-Anness XI.”.

(21)

L-Artikolu 94(1a) għandu jiġi ssostitwit b'dan li ġej:

“1a.   Għandha tiġi stabbilita kwantità massima garantita ta' 147 265 tunnellata għal kull waħda mis-snin ta' kummerċjalizzazzjoni 2009/2010 sa 2011/2012 għall-kittien ta' fibri qosra u fibri tal-qanneb li fir-rigward tagħhom tista' tingħata l-għajnuna. Dik il-kwantità għandha titqassam bejn ċerti Stati Membri bħala kwantitajiet nazzjonali ggarantiti f'konformità mal-punt A.II. tal-Anness XI.”.

(22)

Is-Subtaqsima li ġejja għandha tiddaħħal fit-Taqsima I tal-Kapitolu IV tat-Titolu I tal-Parti II:

“Subtaqsima III

Lamtu tal-patata

Artikolu 95a

Primjum għal-lamtu tal-patata

1.   Primjum ta' EUR 22,25 għal kull tunnellata ta' lamtu prodotta għandu jitħallas għas-snin ta' kummerċjalizzazzjoni 2009/2010, 2010/2011 u 2011/2012 lill-manifatturi tal-lamtu tal-patata għall-kwantità ta' lamtu tal-patata sal-limitu tal-kwota msemmi fl-Artikolu 84a(2), bil-kondizzjoni li dawn l-impriżi jkunu ħallsu lill-produtturi tal-patata prezz minimu għall-patata kollha meħtieġa biex ikun prodott il-lamtu sa dak il-limitu tal-kwota.

2.   Il-prezz minimu tal-patata maħsuba għall-manifattura tal-lamtu tal-patata għandu jiġi stabbilit għal EUR 178,31 għal kull tunnellata għas-snin ta' kummerċjalizzazzjoni kkonċernati.

Dan il-prezz japplika għall-kwantità ta' patata, ikkunsinnata lill-fabbrika, li hija meħtieġa biex tkun magħmula tunnellata ta' lamtu.

Il-prezz minimu għandu jkun aġġustat skont il-kontenut tal-lamtu tal-patata.

3.   Il-Kummissjoni għandha tadotta r-regoli dettaljati għall-implimentazzjoni ta' din is-Subtaqsima.”.

(23)

L-Artikolu 96 għandu jitħassar.

(24)

L-Artikoli 99 u 100 għandhom jiġu ssostitwiti b'dan li ġej:

“Artikolu 99

Għajnuna għall-ħalib xkumat u t-trab tal-ħalib xkumat għall-użu bħala għalf

1.   Meta jakkumulaw eċċessi ta' prodotti tal-ħalib jew ikun hemm il-possibbiltà li jakkumulaw, li joħolqu jew ikun hemm il-possibbiltà li joħolqu żbilanċ serju fis-suq, il-Kummissjoni tista' tiddeċiedi li għandha tingħata għajnuna għall-ħalib xkumat u għat-trab tal-ħalib xkumat prodotti fil-Komunità maħsuba għall-użu bħala għalf, skont kondizzjonijiet u standards tal-prodott li għandhom ikunu ddeterminati mill-Kummissjoni. L-għajnuna tista' tiġi stabbilita minn qabel jew permezz ta' proċeduri ta' sejħa għal offerti.

Għall-finijiet ta' dan l-Artikolu, xorrox tal-butir u trab tax-xorrox tal-butir għandhom jitqiesu bħala ħalib xkumat u trab tal-ħalib xkumat.

2.   L-ammonti ta' għajnuna għandhom jiġu stabbiliti mill-Kummissjoni b'kont meħud tal-prezz ta' referenza fil-punt (e)(ii) tal-Artikolu 8(1) għat-trab tal-ħalib xkumat, u l-iżvilupp tas-sitwazzjoni tas-suq fir-rigward tal-ħalib xkumat u tat-trab tal-ħalib xkumat.

Artikolu 100

Għajnuna għall-ħalib xkumat ipproċessat f'kaseina u kaseinati

1.   Meta jakkumulaw eċċessi ta' prodotti tal-ħalib jew ikun hemm il-possibbiltà li jakkumulaw, li joħolqu jew ikun hemm il-possibbiltà li joħolqu żbilanċ serju fis-suq, il-Kummissjoni tista' tiddeċiedi li għandha tingħata għajnuna għall-ħalib xkumat prodott fil-Komunità u pproċessat f'każeina u każeinati, skont kondizzjonijiet u standards tal-prodotti ta' ħalib bħal dan u l-każeina jew każeinati prodotti minnu li għandhom ikunu ddeterminati mill-Kummissjoni. L-għajnuna tista' tiġi stabbilita minn qabel jew permezz ta' proċeduri ta' sejħa għal offerti.

2.   L-għajnuna għandha tiġi stabbilita mill-Kummissjoni b'kont meħud tal-iżvilupp tas-sitwazzjoni tas-suq għat-trab tal-ħalib xkumat u l-prezz ta' referenza għat-trab tal-ħalib xkumat, stabbilit fil-punt (e)(ii) tal-Artikolu 8(1).

L-għajnuna tista' tvarja, skont jekk il-ħalib xkumat huwiex ipproċessat f'każeina jew f'każeinati u skont il-kwalità ta' dawk il-prodotti.”

(25)

L-Artikolu 101 għandu jitħassar.

(26)

L-Artikolu 102(2) għandu jiġi ssostitwit b'dan li ġej:

“2.   L-Istati Membri jistgħu, minbarra l-għajnuna Komunitarja, jagħtu għajnuna nazzjonali għall-provvista tal-prodotti msemmija fil-paragrafu 1 lil studenti fi stabbilimenti edukattivi. L-Istati Membri jistgħu jiffinanzjaw l-għajnuna nazzjonali tagħhom permezz ta' imposta fuq is-settur tal-prodotti tal-ħalib jew bi kwalunkwe kontribut ieħor mis-settur tal-prodotti tal-ħalib.”.

(27)

Għandha tiddaħħal it-taqsima li ġejja:

“Taqsima IIIA

Għajnuniet fis-settur tal-ħops

l-Artikolu 102a

Għajnuniet għall-organizzazzjonijiet ta' produtturi

1.   Il-Komunità għandha tiffinanzja pagament lill-organizzazzjonijiet ta' produtturi fis-settur tal-ħops rikonoxxuti taħt l-Artikolu 122 għall-finanzjament tal-objettivi imsemmijin f'dak l-Artikolu.

2.   Il-finanzjament Komunitarju ta' kull sena għall-pagament lill-organizzazzjonijiet ta' produtturi għandu jkun ta' EUR 2 277 000 għall-Ġermanja.

3.   Il-Kummissjoni għandha tadotta r-regoli dettaljati għall-implimentazzjoni ta' din it-Taqsima.”.

(28)

L-Artikolu 103 għandu jiġi emendat kif ġej:

(a)

il-parti introduttorja tal-paragrafu 1 għandha tiġi sostitwita b'dan li ġej:

“1.   Il-Komunità għandha tiffinanzja programmi ta' ħidma ta' tliet snin li għandhom jitfasslu mill-organizzazzjonijiet ta' operaturi msemmijin fl-Artikolu 125 f'wieħed jew aktar mill-oqsma li ġejjin:”;

(b)

il-paragrafu li ġej għandu jiddaħħal:

“1a.   Il-finanzjament Komunitarju ta' kull sena tal-programmi ta' ħidma għandu jkun:

(a)

EUR 11 098 000 għall-Greċja,

(b)

EUR 576 000 għal Franza, u

(c)

EUR 35 991 000 għall-Italja.”.

(29)

L-Artikolu 103e(2) għandu jitħassar.

(30)

L-Artikolu 105(2) għandu jiġi ssostitwit b'dan li ġej:

“2.   L-Istati Membri jistgħu jħallsu għajnuniet speċifiċi nazzjonali għall-ħarsien ta' mġiebaħ żvantaġġati minn kondizzjonijiet strutturali jew naturali jew taħt programmi ta' żvilupp ekonomiku, ħlief għal dawk allokati għall-produzzjoni jew għall-kummerċ. Dawn l-għajnuniet għandhom ikunu nnotifikati lill-Kummissjoni mill-Istati Membri flimkien mal-komunikazzjoni tal-programm tal-apikoltura skont l-Artikolu 109.”.

(31)

L-Artikolu 119 għandu jiġi ssostitwit b'dan li ġej:

“Artikolu 119

Użu ta' każeina u każeinati fil-manifattura tal-ġobon

Meta għajnuna titħallas skont l-Artikolu 100, il-Kummissjoni tista' tissoġġetta l-użu ta' każeina u każeinati fil-manifattura tal-ġobon għal awtorizzazzjoni minn qabel li għandha tingħata biss jekk użu bħal dan huwa kondizzjoni meħtieġa għall-manifattura tal-prodotti.”.

(32)

Il-paragrafu li ġej għandu jiżdied mal-Artikolu 122:

“L-Istati Membri jistgħu wkoll jirrikonoxxu organizzazzjonijiet ta' produtturi kostitwiti minn produtturi fi kwalunkwe settur imsemmi fl-Artikolu 1, ħlief dawk is-setturi msemmija fil-punt (a) tal-ewwel paragrafu, skont il-kondizzjonijiet imniżżlin fil-punti (b) u (c) ta' dak il-paragrafu.”.

(33)

L-Artikolu 124(1) għandu jiġi ssostitwit b'dan li ġej:

“1.   L-Artikolu 122 u l-Artikolu 123(1) għandhom japplikaw mingħajr preġudizzju għar-rikonoxximent, deċiż mill-Istati Membri abbażi tad-dritt nazzjonali u b'konformità mad-dritt Komunitarju, ta' organizzazzjonijiet ta' produtturi jew organizzazzjonijiet interprofessjonali rispettivament, fi kwalunkwe settur imsemmi fl-Artikolu 1 ħlief għas-setturi msemmija fil-punt (a) tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 122 u fl-Artikolu 123(1).”.

(34)

L-Artikolu 180 għandu jiġi ssostitwit b'dan li ġej:

“Artikolu 180

Applikazzjoni tal-Artikoli 87, 88 u 89 tat-Trattat

L-Artikoli 87, 88 u 89 tat-Trattat għandhom japplikaw għall-produzzjoni tal-prodotti u għall-kummerċ fil-prodotti msemmija fil-punti (a) sa (k) u l-punti (m) sa (u) tal-Artikolu 1(1) u fl-Artikolu 1(3) ta' dan ir-Regolament.

Madankollu, l-Artikoli 87, 88 u 89 tat-Trattat m'għandhomx japplikaw għal pagamenti li jsiru skont l-Artikoli 44, 45, 46, 47, 48, 102, 102a, 103, 103a, 103b, 103e, 103ga,104, 105 u 182 ta' dan ir-Regolament minn Stati Membri b'konformità ma' dan ir-Regolament.”.

(35)

Il-paragrafu li ġej għandu jiżdied mal-Artikolu 182:

“7.   L-Istati Membri jistgħu, sal-31 ta' Marzu 2014, jagħtu għajnuna mill-istat ta' ammont annwali totali sa 55 % tal-limitu massimu stabbilit fl-Artikolu 69(4) u (5) tar-Regolament (KE) Nru 73/2009 lill-bdiewa fis-settur tal-prodotti tal-ħalib minbarra appoġġ Komunitarju mogħti f'konformità mal-Artikolu 68(1)(b) ta' dak ir-Regolament. Madankollu, l-ammont totali ta' appoġġ Komunitarju skont il-miżuri msemmija fl-Artikolu 68(4) ta' dak ir-Regolament u l-għajnuna mill-istat m'għandhom fl-ebda każ jaqbżu l-miżuri msemmija fl-Artikolu 68(4).”.

(36)

Il-punt li ġej għandu jiżdied mal-artikolu 184:

“6)

qabel il-31 ta' Diċembru 2010 u l-31 ta' Diċembru 2012 lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill rigward l-evoluzzjoni tas-sitwazzjoni tas-suq u l-kondizzjonijiet konsegwenti għat-tneħħija gradwali mingħajr xkiel tas-sistema tal-kwoti tal-ħalib, flimkien ma', jekk ikunu meħtieġa, proposti adatti. Barra minn hekk, rapport ser jistudja l-konsegwenzi għall-produtturi tal-ġobon b'denominazzjoni ġeografika protetta f'konformità mar-Regolament (KE) Nru 510/2006.”.

(37)

Il-paragrafu li ġej għandu jiżdied mal-Artikolu 204:

“5.   Fir-rigward tal-lamtu tal-patata, it-Taqsima IIIa tal-Kapitolu III tat-Titolu I tal-Parti II għandu japplika sal-aħħar tas-sena ta' kummerċjalizzazzjoni 2011/2012 għal-lamtu tal-patata.”.

(38)

Il-punt 1 tal-Anness IX għandu jiġi ssostitwit bit-test tal-Anness I għal dan ir-Regolament.

(39)

It-test tal-Anness II għal dan ir-Regolament għandu jiddaħħal bħala l-Anness Xa.

(40)

It-test tal-Anness III għal dan ir-Regolament għandu jiddaħħal fl-Anness XXII bħala l-punt 20a.

Artikolu 5

Emenda għar-Regolament (KE) Nru 3/2008

L-Artikolu 13(6) tar-Regolament (KE) Nru 3/2008 għandu jiġi ssostitwit b'dan li ġej:

“6.   B'deroga mill-Artikolu 180 tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 (*) u l-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 1184/2006 (**), l-Artikoli 87, 88 u 89 tat-Trattat m'għandhomx japplikaw għal pagamenti li jsiru mill-Istati Membri, inklużi l-ishma finanzjarji tagħhom, u lanqas għall-ishma finanzjarji minn ħlasijiet parafiskali jew minn kontribuzzjonijiet obbligatorji tal-Istati Membri jew tal-organizzazzjonijiet proponenti għall-programmi eliġibbli għall-appoġġ Komunitarju skont l-Artikolu 36 tat-Trattat, li l-Kummissjoni għażlet skont l-Artikolu 8(1) ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 6

Emenda għar-Regolament (KE) Nru 479/2008

L-Artikolu 127(2) tar-Regolament (KE) Nru 479/2008 għandu jiġi ssostitwit b'dan li ġej:

“2.   Mingħajr preġudizzju għar-rati massimi ta' għajnuna msemmija fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 8(4) ta' dan ir-Regolament, l-Artikoli 87, 88 u 89 tat-Trattat m'għandhomx japplikaw għall-pagamenti li jsiru skont it-Titolu II, Kapitolu III tat-Titolu V u l-Artikolu 119 ta' dan ir-Regolament mill-Istati Membri b'konformità ma' dan ir-Regolament.”.

Artikolu 7

Tħassir

1.   Ir-Regolamenti (KEE) Nru 1883/78, (KEE) Nru 1254/89, (KEE) Nru 2247/89, (KEE) Nru 2055/93 u (KE) Nru 1182/2005 għandhom jiġu mħassra.

2.   Ir-Regolamenti (KE) Nru 2596/97 u (KE) Nru 315/2007 għandhom jiġu mħassra b'seħħ mill-1 ta' Mejju 2009.

3.   Ir-Regolament (KEE) Nru 1868/94 għandu jiġi mħassar b'seħħ mill-1 ta' Lulju 2009.

Ir-referenzi għar-Regolament imħassar għandhom jiġu interpretati bħala referenzi għar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 u għandhom jinqraw skont it-tabelli ta' korrelazzjoni rispettivi fl-Anness XXII għal dak ir-Regolament.

Artikolu 8

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Madankollu:

(a)

Il-punti 5 sa 8, 12 sa 14 u 38 tal-Artikolu 4 għandhom japplikaw mill-1 ta' April 2009;

(b)

Il-punti 11,15, 16, 18 sa 25, 31, 37 u 39 tal-Artikolu 4 għandhom japplikaw mill-1 ta' Lulju 2009

(c)

Il-punti 1, 3, 4 u 9(b) tal-Artikolu 4 għandhom japplikaw minn:

(i)

l-1 ta' Lulju, rigward il-qamħ durum,

(ii)

l-1 ta' Settembru 2009, fir-rigward tas-settur tar-ross,

(iii)

l-1 ta' Ottubru 2009, fir-rigward tas-settur taz-zokkor,

(iv)

l-1 ta' Lulju 2010, fir-rigward tal-qamħ komuni, xgħir, qamħirrun u sorgu,

(d)

Il-punt 27 tal-Artikolu 4 għandu japplika mill-1 ta' Jannar 2011,

(e)

Il-punt 17 tal-Artikolu 4 għandu japplika mill-1 ta' April 2012.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, id-19 ta' Jannar 2009.

Għall-Kunsill

Il-President

P. GANDALOVIČ


(1)  Opinjoni tad-19 ta' Novembru 2008 (għadha ma ġietx ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).

(2)  Opinjoni tat-23 ta' Ottubru 2008 (għadha ma ġietx ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali). Opinjoni mogħtija wara konsultazzjoni mhux obbligatorja.

(3)  Opinjoni tat-8 ta' Ottubru 2008 (għadha ma ġietx ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali). Opinjoni mogħtija wara konsultazzjoni mhux obbligatorja.

(4)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 735/2007 tal-11 ta' Ġunju 2007 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1784/2003 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq fiċ-ċereali (ĠU L 169, 29.6.2007, p. 6).

(5)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(6)  ĠU L 76, 19.3.2008, p. 6.

(7)  ĠU L 197, 30.7.1994, p. 4.

(8)  Ara l-paġna 16 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali.

(9)  ĠU L 270, 21.10.2003, p. 1.

(10)  ĠU L 42, 14.2.2006, p. 1.

(11)  ĠU L 58, 28.2.2006, p. 42.

(12)  ĠU L 265, 26.9.2006, p. 1.

(13)  ĠU L 3, 5.1.2008, p. 1.

(14)  ĠU L 148, 6.6.2008, p. 1.

(15)  ĠU L 216, 16.11.2007, p. 1.

(16)  ĠU L 126, 9.5.1989, p. 1.

(17)  ĠU L 216, 27.7.1989, p. 5.

(18)  ĠU L 187, 29.7.1993, p. 8.

(19)  ĠU L 190, 22.7.2005, p. 1.

(20)  ĠU L 351, 23.12.1997, p. 12.

(21)  ĠU L 84, 24.3.2007, p. 1.


ANNESS I

“1.   Kwoti nazzjonali: kwantitajiet (tunnellati) għal kull perijodu ta' tnax-il xahar għal kull Stat Membru

Stat Membru

2008/09

2009/10

2010/11

2011/12

2012/13

2013/14

2014/15

Belġju

3 427 288,740

3 461 561,627

3 496 177,244

3 531 139,016

3 566 450,406

3 602 114,910

3 602 114,910

Bulgarija

998 580,000

1 008 565,800

1 018 651,458

1 028 837,973

1 039 126,352

1 049 517,616

1 049 517,616

Repubblika Ċeka

2 792 689,620

2 820 616,516

2 848 822,681

2 877 310,908

2 906 084,017

2 935 144,857

2 935 144,857

Danimarka

4 612 619,520

4 658 745,715

4 705 333,172

4 752 386,504

4 799 910,369

4 847 909,473

4 847 909,473

Ġermanja

28 847 420,391

29 135 894,595

29 427 253,541

29 721 526,076

30 018 741,337

30 318 928,750

30 318 928,750

Estonja

659 295,360

665 888,314

672 547,197

679 272,669

686 065,395

692 926,049

692 926,049

Irlanda

5 503 679,280

5 558 716,073

5 614 303,234

5 670 446,266

5 727 150,729

5 784 422,236

5 784 422,236

Greċja

836 923,260

845 292,493

853 745,418

862 282,872

870 905,700

879 614,757

879 614,757

Spanja

6 239 289,000

6 301 681,890

6 364 698,709

6 428 345,696

6 492 629,153

6 557 555,445

6 557 555,445

Franza

25 091 321,700

25 342 234,917

25 595 657,266

25 851 613,839

26 110 129,977

26 371 231,277

26 371 231,277

Italja

10 740 661,200

11 288 542,866

11 288 542,866

11 288 542,866

11 288 542,866

11 288 542,866

11 288 542,866

Ċipru

148 104,000

149 585,040

151 080,890

152 591,699

154 117,616

155 658,792

155 658,792

Latvja

743 220,960

750 653,170

758 159,701

765 741,298

773 398,711

781 132,698

781 132,698

Litwanja

1 738 935,780

1 756 325,138

1 773 888,389

1 791 627,273

1 809 543,546

1 827 638,981

1 827 638,981

Lussemburgu

278 545,680

281 331,137

284 144,448

286 985,893

289 855,752

292 754,310

292 754,310

Ungerija

2 029 861,200

2 050 159,812

2 070 661,410

2 091 368,024

2 112 281,704

2 133 404,521

2 133 404,521

Malta

49 671,960

50 168,680

50 670,366

51 177,070

51 688,841

52 205,729

52 205,729

Olanda

11 465 630,280

11 580 286,583

11 696 089,449

11 813 050,343

11 931 180,847

12 050 492,655

12 050 492,655

Awstrija

2 847 478,469

2 875 953,254

2 904 712,786

2 933 759,914

2 963 097,513

2 992 728,488

2 992 728,488

Polonja

9 567 745,860

9 663 423,319

9 760 057,552

9 857 658,127

9 956 234,709

10 055 797,056

10 055 797,056

Portugall

1 987 521,000

2 007 396,210

2 027 470,172

2 047 744,874

2 068 222,323

2 088 904,546

2 088 904,546

Rumanija

3 118 140,000

3 149 321,400

3 180 814,614

3 212 622,760

3 244 748,988

3 277 196,478

3 277 196,478

Slovenja

588 170,760

594 052,468

599 992,992

605 992,922

612 052,851

618 173,380

618 173,380

Slovakkja

1 061 603,760

1 072 219,798

1 082 941,996

1 093 771,416

1 104 709,130

1 115 756,221

1 115 756,221

Finlandja

2 491 930,710

2 516 850,017

2 542 018,517

2 567 438,702

2 593 113,089

2 619 044,220

2 619 044,220

Svezja

3 419 595,900

3 453 791,859

3 488 329,778

3 523 213,075

3 558 445,206

3 594 029,658

3 594 029,658

Renju Unit

15 125 168,940

15 276 420,629

15 429 184,836

15 583 476,684

15 739 311,451

15 896 704,566

15 896 704,566 ”


ANNESS II

“ANNESS Xa

Kwoti tal-lamtu tal-patata għal kull sena ta' kummerċjalizzazzjoni kif imsemmi fl-Artikolu 84a

Stat Membru

(tunnellati)

Repubblika Ċeka

33 660

Danimarka

168 215

Ġermanja

656 298

Estonja

250

Spanja

1 943

Franza

265 354

Latvja

5 778

Litwanja

1 211

Olanda

507 403

Awstrija

47 691

Polonja

144 985

Slovakkja

729

Finlandja

53 178

Svezja

62 066

TOTAL

1 948 761 ”


ANNESS III

“20a.   Regolament (KEE) Nru 1868/94

Regolament (KEE) Nru 1868/94

Dan ir-Regolament

Artikolu 1

Artikolu 55(1)(c)

Artikolu 2(1) u (2), l-ewwel subparagrafu

Artikolu 84a(1) u (2)

Artikolu 4

Artikolu 84a(3)

Artikolu 4a

Artikolu 95a(2)

Artikolu 5

Artikolu 95a(1)

Artikolu 6

Artikolu 84a(4) u (5)

Artikolu 7

Artikolu 84a(6)

Artikolu 8

Artikoli 85(d) u 95a(3)”


Top