Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32009R0004R(02)

    Rettifika għar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 4/2009 tat- 18 ta’ Diċembru 2008 dwar il-ġurisdizzjoni, il-liġi applikabbli, ir-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni tad-deċiżjonijiet u l-kooperazzjoni f’materji relatati ma’ obbligi ta’ manteniment ( ĠU L 7, 10.1.2009 )

    ĠU L 8, 12.1.2013, p. 19–19 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2009/4(1)/corrigendum/2013-01-12/oj

    12.1.2013   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 8/19


    Rettifika għar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 4/2009 tat-18 ta’ Diċembru 2008 dwar il-ġurisdizzjoni, il-liġi applikabbli, ir-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni tad-deċiżjonijiet u l-kooperazzjoni f’materji relatati ma’ obbligi ta’ manteniment

    ( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 7 tal-10 ta' Jannar 2009 )

    Paġna 21, l-artikolu 75, paragrafu 2, punti a) u b):

    Flok:

    “2.   It-Taqsimiet 2 u 3 tal-Kapitolu IV għandhom japplikaw:

    a)

    għad-deċiżjonijiet mogħtija fl-Istati Membri qabel id-data tal-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament li r-rikonoxximent u d-dikjarazzjoni dwar l-eżekutorjetà għalihom jintalbu mid-data;

    b)

    għad-deċiżjonijiet mogħtija mid-data tal-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament b’segwitu għal proċeduri mibdijin qabel dik id-data, safejn dawk id-deċiżjonijiet jaqgħu, għall-finijiet tar-rikonoxximent u tal-eżekuzzjoni, fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 44/2001.”;

    Aqra:

    “2.   It-Taqsimiet 2 u 3 tal-Kapitolu IV għandhom japplikaw:

    a)

    għad-deċiżjonijiet mogħtija fl-Istati Membri qabel id-data tal-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament li r-rikonoxximent u d-dikjarazzjoni dwar l-eżekutorjetà għalihom jintalbu minn dik id-data;

    b)

    għad-deċiżjonijiet mogħtija mid-data tal-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament b’segwitu għal proċeduri mibdijin qabel dik id-data,

    safejn dawk id-deċiżjonijiet jaqgħu, għall-finijiet tar-rikonoxximent u tal-eżekuzzjoni, fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 44/2001.”.


    Top