Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32009D0621

    2009/621/KE: Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal- 20 ta’ Awwissu 2009 li temenda d-Deċiżjoni 2008/185/KE fir-rigward tal-inklużjoni tal-Irlanda ta’ Fuq fil-lista ta’ reġjuni fejn hemm stabbilit programm approvat ta’ kontroll nazzjonali għall-marda Aujeszky (notifikata bid-dokument numru C(2009) 6394) (Test b’relevanza għaż-ŻEE )

    ĠU L 217, 21.8.2009, p. 5–6 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 20/04/2021; Impliċitament imħassar minn 32021R0620

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2009/621/oj

    21.8.2009   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 217/5


    DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

    tal-20 ta’ Awwissu 2009

    li temenda d-Deċiżjoni 2008/185/KE fir-rigward tal-inklużjoni tal-Irlanda ta’ Fuq fil-lista ta’ reġjuni fejn hemm stabbilit programm approvat ta’ kontroll nazzjonali għall-marda Aujeszky

    (notifikata bid-dokument numru C(2009) 6394)

    (Test b’relevanza għaż-ŻEE)

    (2009/621/KE)

    IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

    Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 64/432/KEE tas-26 ta’ Ġunju 1964 dwar il-problemi tas-saħħa tal-annimali li jaffettwaw il-kummerċ ta’ annimali bovini u suwini ġewwa l-Komunità (1), u partikolarment l-Artikolu 9(2) tagħha,

    Billi:

    (1)

    Id-Direttiva 64/432/KEE tistipula regoli applikabbli għall-kummerċ intra-Komunitarju f’annimali bovini u suwini. L-Artikolu 9 ta’ dik id-Direttiva jipprovdi l-kriterji għall-approvazzjoni ta’ programmi ta’ kontroll nazzjonali obbligatorji għal ċerti mardiet li jittieħdu, fosthom il-marda Aujeszky.

    (2)

    Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/185/KE tal-21 ta’ Frar 2008 dwar garanziji addizzjonali f’kummerċ intra-Komunitarju tal-majjal rigward il-marda ta’ Aujeszky, u kriterji sabiex jipprovdu informazzjoni dwar din il-marda (2) tistipula garanziji addizzjonali għal movimenti ta’ ħnieżer bejn l-Istati Membri. Dawk il-garanziji huma marbuta mal-klassifikazzjoni tal-Istati Membri skont l-istat tal-marda.

    (3)

    L-Anness II tad-Deċiżjoni 2008/185/KE jelenka l-Istati Membri jew ir-reġjuni tagħhom fejn hemm stabbiliti programmi ta’ kontroll approvati għall-marda Aujeszky.

    (4)

    Ir-Renju Unit ippreżenta dokumentazzjoni ta’ sostenn lill-Kummissjoni fir-rigward tal-istatus tal-marda Aujeszky fl-Irlanda ta’ Fuq. Programm ta’ kontroll nazzjonali għall-marda Aujeszky ilu implimentat għal bosta snin.

    (5)

    Il-Kummissjoni investigat id-dokumentazzjoni ppreżentata mill-Istat Membru u sabet li l-programm ta’ kontroll nazzjonali jikkonforma mal-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 9(1) tad-Direttiva 64/432/KEE. Għaldaqstant, l-Irlanda ta’ Fuq għandha tiġi inkluża fil-lista stabbilita fl-Anness II tad-Deċiżjoni 2008/185/KE.

    (6)

    Id-Deċiżjoni 2008/185/KE għandha għalhekk tiġi emendata skont dan.

    (7)

    Il-miżuri stipulati f’din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali,

    ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    L-Anness II tad-Deċiżjoni 2008/185/KE huwa sostitwit bit-test fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni.

    Artikolu 2

    Din id-Deċiżjoni hi indirizzata lill-Istati Membri.

    Magħmula fi Brussell, l-20 ta’ Awwissu 2009.

    Għall-Kummissjoni

    Androulla VASSILIOU

    Membru tal-Kummissjoni


    (1)  ĠU 121, 29.7.1964, p. 1977/64.

    (2)  ĠU L 59, 4.3.2008, p. 19.


    ANNESS

    “ANNESS II

    Stati Membri jew reġjuni tagħhom fejn huma stabbiliti programmi ta’ kontroll tal-marda Aujeszky

    Kodiċi ISO

    L-Istat Membru

    Ir-reġjuni

    BE

    Il-Belġju

    Ir-reġjuni kollha

    ES

    Spanja

    It-territorju tal-Komunitajiet Awtonomi ta’ Galicia, País Vasco, Asturias, Cantabria, Navarra, La Rioja.

    It-territorju tal-provinċji ta’ León, Zamora, Palencia, Burgos, Valladolid u Ávila fil-Komunità Awtonoma ta’ Castilla y León

    It-territorju tal-provinċja ta’ Las Palmas fil-Gżejjer Kanarji

    HU

    L-Ungerija

    Ir-reġjuni kollha

    IT

    L-Italja

    Il-provinċja ta’ Bolzano

    UK

    Ir-Renju Unit

    Ir-reġjuni kollha fl-Irlanda ta’ Fuq”


    Top