Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32009D0004

    2009/4/KE: Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat- 18 ta’ Diċembru 2008 li temenda l-Anness II tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 79/542/KEE rigward id-dħul tal-Botswana u l-Brażil fil-lista ta’ pajjiżi terzi jew partijiet tagħhom li minnhom huma awtorizzati l-importazzjonijiet ta’ ċertu laħam frisk lejn il-Komunità (notifikata taħt id-dokument numru C(2008) 8516) Test b’relevanza għaż-ŻEE

    ĠU L 2, 6.1.2009, p. 11–17 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 08/04/2010; Impliċitament imħassar minn 32010D0477

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2009/4(2)/oj

    6.1.2009   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    L 2/11


    DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

    tat-18 ta’ Diċembru 2008

    li temenda l-Anness II tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 79/542/KEE rigward id-dħul tal-Botswana u l-Brażil fil-lista ta’ pajjiżi terzi jew partijiet tagħhom li minnhom huma awtorizzati l-importazzjonijiet ta’ ċertu laħam frisk lejn il-Komunità

    (notifikata taħt id-dokument numru C(2008) 8516)

    (Test b’relevanza għaż-ŻEE)

    (2009/4/KE)

    IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

    Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2002/99/KE tas-16 ta’ Diċembru 2002 li tistabbilixxi r-regoli sanitarji għall-annimali li jiddeterminaw il-produzzjoni, l-ipproċessar, id-distribuzzjoni u l-introduzzjoni ta’ prodotti li joriġinaw mill-annimali u li huma għall-konsum mill-bniedem (1), u b’mod partikolari l-frażi ta’ introduzzjoni tal-Artikolu 8, l-ewwel subparagrafu tal-punt (1) tal-Artikolu 8 u l-punt (4) tal-Artikolu 8 tagħha,

    Billi:

    (1)

    Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 79/542/KEE tal-21 ta’ Diċembru 1976 li tikkompila l-lista ta’ pajjiżi terzi jew ta’ partijiet minn pajjiżi terzi, u li tistabbilixxi l-kundizzjonijiet tas-saħħa tal-annimali u tas-saħħa pubblika u taċ-ċertifikazzjoni veterinarja, għall-importazzjoni fil-Komunità ta’ ċerti annimali ħajjin u l-laħam frisk tagħhom (2) tistabbilixxi l-kundizzjonijiet sanitarji għall-importazzjoni fil-Komunità ta’ annimali ħajjin, minbarra l-ekwini, u tal-laħam frisk ta’ annimali ta’ din ix-xorta, imma teskludi l-preparazzjonijiet tal-laħam.

    (2)

    Id-Deċiżjoni 79/542/KEE tipprevedi li l-importazzjonijiet tal-laħam frisk maħsub għall-konsum mill-bniedem huma permessi biss jekk dan il-laħam ikun ġej minn territorju ta’ pajjiż terz jew xi parti minnu mniżżel fil-Parti 1 tal-Anness II ta’ din id-Deċiżjoni, u jekk il-laħam frisk jilħaq ir-rekwiżiti stipulati fiċ-ċertifikat veterinarju għal dan il-laħam fi qbil mal-mudelli stipulati fil-Parti 2 ta’ dan l-Anness, waqt li jkunu kkunsidrati l-kundizzjonijiet speċifiċi kollha jew il-garanziji supplimentari kollha meħtieġa għal dan il-laħam.

    (3)

    Il-Botswana hija mniżżla f’Parti 1 tal-Anness II tad-Deċiżjoni 79/542/KEE u tqassmet f’territorji differenti primarjament skont l-istatus tas-saħħa tal-annimali tagħhom. Dawn it-territorji huma awtorizzati li jesportaw il-laħam frisk mingħajr għadam u maturat tal-annimali domestiċi bovini, tan-nagħaġ u tal-mogħoż domestikati, u ta’ ċerti annimali mhux domestikati miżmuma fl-irziezet u slavaġ (“laħam frisk”) lejn il-Komunità.

    (4)

    Fl-20 ta’ Ottubru 2008 kienet issospettata tifqigħa tal-marda tal-ilsien u d-dwiefer f’razzett fid-distrett ta’ Ghanzi li hu fiż-żona ta’ kontroll 12 tal-mard veterinarju fil-Botswana. Din iż-żona ta’ kontroll tal-mard veterinarju fil-preżent hija awtorizzata li tesporta l-laħam frisk lejn il-Komunità. Malli kienet ikkonfermata t-tifqigħa, l-awtorità kompetenti fil-Botswana ssospendiet l-esportazzjoni tal-laħam frisk lejn il-Komunità.

    (5)

    Minħabba dawn iċ-ċirkostanzi, l-importazzjoni lejn il-Komunità tal-laħam frisk miż-żona ta’ kontroll 12 tal-mard veterinarju tal-Botswana m’għandhiex tibqa’ awtorizzata. Meta jitqies li l-awtorità kompetenti fil-Botswana pprovdiet biżżejjed garanziji dwar il-miżuri li ttieħdu biex it-tixrid tal-marda jiġi kkontrollat, u meta jitqies li l-inħawi affettwati huma kompletament mifrudin mill-bqija tal-pajjiż huwa xieraq li din ir-restrizzjoni tkun limitata biss għaż-żona tal-kontroll 12 tal-mard veterinarju.

    (6)

    Id-deskrizzjoni tat-territorju BR-1 tal-Brażil teskludi mit-territorji awtorizzati biex jesportaw laħam ta’ bovini frisk dissussat u maturat fil-Komunità żona msejħa ż-“żona ta’ sorveljanza għolja”. Din tikkonsisti f’medda ta’ 15 km tul il-fruntiera mal-Paragwaj li tkopri għadd ta’ muniċipalitajiet li jinkludu Caracol u Antônio João li ma kenux inklużi. Huwa għalhekk opportun li jkunu miżjuda dawn iż-żewġ muniċipalitajiet mad-deskrizzjoni taż-“żona ta’ sorveljanza għolja” fit-territorju BR-1.

    (7)

    Parti 1 tal-Anness II għad-Deċiżjoni 79/542/KEE għandha għalhekk tiġi emendata skont dan.

    (8)

    Il-miżuri stipulati f’din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali,

    ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    Parti 1 tal-Anness II tad-Deċiżjoni 79/542/KEE tinbidel bit-test fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni.

    Artikolu 2

    Din id-Deċiżjoni għandha tapplika mill-20 ta’ Diċembru 2008.

    Artikolu 3

    Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

    Magħmula fi Brussell, 18 ta’ Diċembru 2008.

    Għall-Kummissjoni

    Androulla VASSILIOU

    Membru tal-Kummissjoni


    (1)  ĠU L 18, 23.1.2003, p. 11.

    (2)  ĠU L 146, 14.6.1979, p. 15.


    ANNESS

    “PARTI 1

    Lista tal-pajjiżi terzi jew partijiet minnhom (*)

    Pajjiż

    Kodiċi tat-Territorju

    Deskrizzjoni tat-territorju

    Ċertifikat veterinarju

    Kondizzjonijiet speċifiċi

    Data tal-għeluq (**)

    Data tal-ftuħ (***)

    Mudell(i)

    SG

    1

    2

    3

    4

    5

    6

    7

    8

    AL – L-Albanija

    AL-0

    Il-pajjiż kollu

     

     

     

     

    AR – L-Arġentina

    AR-0

    Il-pajjiż kollu

    EQU

     

     

     

     

    AR-1

    Il-Provinċji ta’: Buenos Aires, Catamarca, Corrientes (ħlief id-dipartimenti ta’ Berón de Astrada, Capital, Empedrado, General Paz, Itati, Mbucuruyá, San Cosme u San Luís del Palmar) Entre Ríos, La Rioja, Mendoza, Misiones, Parti minn Neuquén (minbarra t-territorju inkluż f’AR-4), Parti minn Rio Negro (minbarra t-territorju inkluż f’AR-4), San Juan, San Luis, Santa Fe, Tucuman, Cordoba, La Pampa, Santiago del Estero, Chaco Formosa, Jujuy u Salta, ħlief iż-żona ta’ 25 Km mill-fruntiera mal-Bolivja u l-Paragwaj li testendi mid-distrett ta’ Santa Catalina fil-Provinċja ta’ Jujuy, sad-Distrett ta’ Laishi fil-Provinċja ta’ Formosa, li tissepara dal-post minn dawn il-pajjiżi

    BOV

    A

    1

     

    18 ta’ Marzu 2005

    RUF

    A

    1

     

    1 ta’ Diċembru 2007

    AR-2

    Chubut, Santa Cruz u Tierra del Fuego

    BOV, OVI, RUW, RUF

     

     

     

    1 ta’ Marzu 2002

    AR-3

    Corrientes: id-dipartimenti ta’ Berón de Astrada, Capital, Empedrado, General Paz, Itati, Mbucuruyá, San Cosme u San Luís del Palmar

    BOV

    RUF

    A

    1

     

    1 ta’ Diċembru 2007

    AR-4

    Parti minn Río Negro (minbarra: f’Avellaneda, iż-żona li tinsab fit-Tramuntana tat-triq Provinċjali 7 u fil-Lvant tat-triq Provinċjali 250; f’Conesa, iż-żona li tinsab fil-Lvant tat-triq Provinċjali 2; f’El Cuy, iż-żona li tinsab fit-Tramuntana tat-Triq Provinċjali 7 minn fejn taqsam it-Triq Provinċjali 66 sal-fruntiera tad-Dipartiment ta’ Avellaneda; u f’San Antonio, iż-żona li tinsab fil-Lvant tat-toroq Provinċjali 250 u 2); Parti minn Neuquén (minbarra f’Confluencia, iż-żona li tinsab fil-Lvant tat-triq Provinċjali 17, u f’Picun Leufú, iż-żona li tinsab fil-Lvant tat-triq Provinċjali 17)

    BOV, OVI, RUW, RUF

     

     

     

    1 ta’ Awwissu 2008

    AU – L-Awstralja

    AU-0

    Il-pajjiż kollu

    BOV, OVI, POR, EQU, RUF, RUW, SUF, SUW

     

     

     

     

    BA – Il-Bożnja Ħerzegovina

    BA-0

    Il-pajjiż kollu

     

     

     

     

    BH – Il-Baħrejn

    BH-0

    Il-pajjiż kollu

     

     

     

     

    BR – Il-Brażil

    BR-0

    Il-pajjiż kollu

    EQU

     

     

     

     

    BR-1

    L-Istat ta’ Minas Gerais; L-Istat ta’ Espírito Santo; L-Istat ta’ Goiás; L-Istat ta’ Mato Grosso; L-Istat ta’ Rio Grande Do Sul; L-Istat ta’ Mato Grosso Do Sul (minbarra ż-żona maħsuba għal livell għoli ta’ sorveljanza ta’ 15-il Km mill-fruntieri esterni fil-muniċipji ta’ Porto Mutinho, Caracol, Bela Vista, Antônio João, Ponta Porã, Aral Moreira, Coronel Sapucaia, Paranhos, Sete Quedas, Japora’ u Mundo Novo u ż-żona maħsuba għal livell għoli ta’ sorveljanza fil-muniċipji ta’ Corumbá u Ladário)

    BOV

    A u H

    1

     

    1 ta’ Diċembru 2008

    BR-2

    L-Istat ta’ Santa Catarina

    BOV

    A u H

    1

     

    31 ta’ Jannar 2008

    BR-3

    L-Istati ta’ Paraná u São Paulo

    BOV

    A u H

    1

     

    1 ta’ Awwissu 2008

    BW – Il-Botswana

    BW-0

    Il-pajjiż kollu

    EQU, EQW

     

     

     

     

    BW-1

    Iż-żoni ta’ kontroll 3c, 4b, 5, 6, 8, 9 u 18 tal-mard veterinarju

    BOV, OVI, RUF, RUW

    F

    1

     

    1 ta’ Diċembru 2007

    BW-2

    Iż-żoni ta’ kontroll 10, 11, 13 u 14 tal-mard veterinarju

    BOV, OVI, RUF, RUW

    F

    1

     

    7 ta’ Marzu 2002

    BW-3

    Iż-żona ta’ kontrol 12 tal-mard veterinarju

    BOV, OVI, RUF, RUW

    F

    1

    20 ta’ Ottubru 2008

     

    BY – Il-Belarus

    BY-0

    Il-pajjiż kollu

     

     

     

     

    BZ – Il-Beliże

    BZ-0

    Il-pajjiż kollu

    BOV, EQU

     

     

     

     

    CA – Il-Kanada

    CA-0

    Il-pajjiż kollu

    BOV, OVI, POR, EQU, SUF, SUW RUF, RUW,

    G

     

     

     

    CH – L-Iżvizzera

    CH-0

    Il-pajjiż kollu

    *

     

     

     

     

    CL – Iċ-Ċilì

    CL-0

    Il-pajjiż kollu

    BOV, OVI, POR, EQU, RUF, RUW, SUF

     

     

     

     

    CN – Iċ-Ċina

    CN-0

    Il-pajjiż kollu

     

     

     

     

    CO – Il-Kolombja

    CO-0

    Il-pajjiż kollu

    EQU

     

     

     

     

    CR – Il-Kosta Rika

    CR-0

    Il-pajjiż kollu

    BOV, EQU

     

     

     

     

    CU – Kuba

    CU-0

    Il-pajjiż kollu

    BOV, EQU

     

     

     

     

    DZ – L-Alġerija

    DZ-0

    Il-pajjiż kollu

     

     

     

     

    ET –L-Etjopja

    ET-0

    Il-pajjiż kollu

     

     

     

     

    FK – Il-Gżejjer Falkland

    FK-0

    Il-pajjiż kollu

    BOV, OVI, EQU

     

     

     

     

    GL – Greenland

    GL-0

    Il-pajjiż kollu

    BOV, OVI, EQU, RUF, RUW

     

     

     

     

    GT – Il-Gwatemala

    GT-0

    Il-pajjiż kollu

    BOV, EQU

     

     

     

     

    HK – Ħong Kong

    HK-0

    Il-pajjiż kollu

     

     

     

     

    HN – Il-Ħonduras

    HN-0

    Il-pajjiż kollu

    BOV, EQU

     

     

     

     

    HR – Il-Kroazja

    HR-0

    Il-pajjiż kollu

    BOV, OVI, EQU, RUF, RUW

     

     

     

     

    IL - L-Iżrael

    IL-0

    Il-pajjiż kollu

     

     

     

     

    IN – L-Indja

    IN-0

    Il-pajjiż kollu

     

     

     

     

    IS – L-Iżlanda

    IS-0

    Il-pajjiż kollu

    BOV, OVI, EQU, RUF, RUW

     

     

     

     

    KE – Il-Kenja

    KE-0

    Il-pajjiż kollu

     

     

     

     

    MA – Il-Marokk

    MA-0

    Il-pajjiż kollu

    EQU

     

     

     

     

    ME – Il-Montenegro

    ME-0

    Il-pajjiż kollu

    BOV, OVI, EQU

     

     

     

     

    MG – Il-Madagaskar

    MG-0

    Il-pajjiż kollu

     

     

     

     

    MK – Dik li kienet ir-Repubblika Jugożlava tal-Maċedonja (****)

    MK-0

    Il-pajjiż kollu

    OVI, EQU

     

     

     

     

    MU – Il-Mawrizju

    MU-0

    Il-pajjiż kollu

     

     

     

     

    MX – Il-Messiku

    MX-0

    Il-pajjiż kollu

    BOV, EQU

     

     

     

     

    NA – In-Namibja

    NA-0

    Il-pajjiż kollu

    EQU, EQW

     

     

     

     

    NA-1

    Lejn in-Nofsinhar tal-parametri taż-żona magħluqa li jestendu minn Palgrave Point fil-Punent sa Gam fil-Lvant

    BOV, OVI, RUF, RUW

    F

    1

     

     

    NC – Il-Kaledonja l-Ġdida

    NC-0

    Il-pajjiż kollu

    BOV, RUF, RUW

     

     

     

     

    NI – In-Nikaragwa

    NI-0

    Il-pajjiż kollu

     

     

     

     

    NZ – In-New Zealand

    NZ-0

    Il-pajjiż kollu

    BOV, OVI, POR, EQU, RUF, RUW, SUF, SUW

     

     

     

     

    PA – Il-Panama

    PA-0

    Il-pajjiż kollu

    BOV, EQU

     

     

     

     

    PY – Il-Paragwaj

    PY-0

    Il-pajjiż kollu

    EQU

     

     

     

     

    PY-1

    Il-pajjiż kollu minbarra ż-żona maħsuba għal livell għoli ta’ sorveljanza ta’ 15-il km mill-fruntieri esterni

    BOV

    A

    1

     

    1 ta’ Awwissu 2008

    RS – Is-Serbja (*****)

    RS-0

    Il-pajjiż kollu

    BOV, OVI, EQU

     

     

     

     

    RU – Il-Federazzjoni Russa

    RU-0

    Il-pajjiż kollu

     

     

     

     

    RU-1

    Ir-reġjun ta’ Murmansk, iż-żona awtonoma ta’ Yamalo-Nenets

    RUF

     

     

     

     

    SV- El Salvador

    SV-0

    Il-pajjiż kollu

     

     

     

     

    SZ – Is-Sważiland

    SZ-0

    Il-pajjiż kollu

    EQU, EQW

     

     

     

     

    SZ-1

    Iż-żona fil-Punent tal-parametri ta’ ‘linja ħamra’ li testendi lejn it-Tramuntana mix-xmara Usutu sal-fruntiera mal-Afrika t’Isfel, fil-Punent ta’ Nkalashane

    BOV, RUF, RUW

    F

    1

     

     

    SZ-2

    Iż-żoni veterinarji ta’ sorveljanza u tal-kontroll tat-tilqim kontra l-marda tal-ilsien u d-dwiefer, kif ippubblikati bħala Strument Statutorju taħt l-avviż legali numru 51 tal-2001

    BOV, RUF, RUW

    F

    1

     

    4 ta’ Awwissu 2003

    TH – It-Tajlandja

    TH-0

    Il-pajjiż kollu

     

     

     

     

    TN – It-Tuneżija

    TN-0

    Il-pajjiż kollu

     

     

     

     

    TR – It-Turkija

    TR-0

    Il-pajjiż kollu

     

     

     

     

    TR-1

    Il-provinċji ta’ Amasya, Ankara, Aydin, Balikesir, Bursa, Cankiri, Corum, Denizli, Izmir, Kastamonu, Kutahya, Manisa, Usak, Yozgat u Kirikkale

    EQU

     

     

     

     

    UA – L-Ukrajna

    UA-0

    Il-pajjiż kollu

     

     

     

     

    US – L-Istati Uniti

    US-0

    Il-pajjiż kollu

    BOV, OVI, POR, EQU, SUF, SUW, RUF, RUW

    G

     

     

     

    UY – L-Urugwaj

    UY-0

    Il-pajjiż kollu

    EQU

     

     

     

     

    BOV,

    A

    1

     

    1 ta’ Novembru 2001

    OVI

    A

    1

     

     

    ZA – L-Afrika t’Isfel

    ZA-0

    Il-pajjiż kollu

    EQU, EQW

     

     

     

     

    ZA-1

    Il-pajjiż kollu minbarra:

    il-parti taż-żona ta’ kontroll tal-marda tal-ilsien u d-dwiefer li tinsab fir-reġjuni veterinarji ta’ Mpumalanga u l-provinċji tat-Tramuntana, fid-distrett ta’ Ingwavuma tar-reġjun veterinarju ta’ Natal u fiż-żona fuq il-fruntiera mal-Botswana fil-Lvant ta’ lonġitudni 28°, u

    d-distrett ta’ Camperdown, fil-provinċja ta’ KwaZuluNatal

    BOV, OVI, RUF, RUW

    F

    1

     

     

    ZW – Iż-Żimbabwe

    ZW-0

    Il-pajjiż kollu

     

     

     

     


    (*)  Bla preġudizzju għar-rekwiżiti speċifiċi ta’ ċertifikazzjoni pprovduti fi ftehimiet Komunitarji ma’ pajjiżi terzi.

    (**)  Il-laħam minn annimali maqtula fid-data jew qabel id-data indikata fil-kolonna 7 jista’ jiġi importat lejn il-Komunità għal 90 jum minn din id-data. Il-konsenji fuq baħar miftuħ jistgħu jiġu importati lejn il-Komunità jekk jiġu ċċertifikati qabel id-data indikata fil-kolonna 7 għal 40 jum minn din id-data. (N.B.: l-ebda data fil-kolonna 7 ma tfisser li m’hemmx restrizzjonijiet taż-żmien).

    (***)  Il-laħam minn annimali maqtula fid-data jew qabel id-data indikata fil-kolonna 8 biss jista’ jiġi importat lejn il-Komunità (l-ebda data fil-kolonna 8 ma tfisser li m’hemmx restrizzjonijiet taż-żmien).

    (****)  Dik li kienet ir-Repubblika Jugożlava tal-Maċedonja; il-kodiċi proviżorju li ma jippreġudikax bl-ebda mod in-nomenklatura definittiva għal dan il-pajjiż, li jkun miftiehem wara l-konklużjoni tan-negozjati li qegħdin iseħħu bħalissa fin-Nazzjonijiet Uniti dwar dan is-suġġett.

    (*****)  Ma jinkludix il-Kosovo kif definit bir-Riżoluzzjoni 1244 tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti tal-10 ta’ Ġunju 1999.

    *

    =

    Ċertifikati skont il-ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar il-kummerċ fi prodotti agrikoli (ĠU L 114, 30.4.2002, p. 132.).

    =

    Ma huwa previst l-ebda ċertifikat u l-importazzjonijiet tal-laħam frisk huma pprojbiti (minbarra dawk l-ispeċijiet fejn hemm indikat fil-linja għall-pajjiż kollu).

    1

    =

    Restrizzjonijiet tal-kategorija.

    Il-ġewwieni mhuwiex awtorizzat (ħlief, fil-każ tal-ispeċi tal-bovini, id-dijaframma u l-muskoli masseteri).”


    Top