Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32008R1217

    Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1217/2008 tat- 8 ta’ Diċembru 2008 li jemenda l-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1528/2007 sabiex iżid ir-Repubblika taż-Żambja mal-lista tar-reġjuni jew stati li kkonkludew in-negozjati

    ĠU L 330, 9.12.2008, p. 1–1 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 27/07/2016; Imħassar b' 32016R1076

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2008/1217/oj

    9.12.2008   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    L 330/1


    REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 1217/2008

    tat-8 ta’ Diċembru 2008

    li jemenda l-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1528/2007 sabiex iżid ir-Repubblika taż-Żambja mal-lista tar-reġjuni jew stati li kkonkludew in-negozjati

    IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 133 tiegħu,

    Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,

    Billi:

    (1)

    Fit-28 ta’ Novembru 2007, il-Komunità kkonkludiet negozjati dwar ftehim interim li jistabbilixxi qafas għal Ftehim ta’ Sħubija Ekonomika (minn hawn ‘il quddiem imsejjaħ “FPE interim”) mas-Seychelles, iż-Żambja u ż-Żimbabwe.

    (2)

    Billi l-Komunità u ż-Żambja, meta n-negozjati dwar l-FPE interim kienu konklużi fit-28 ta’ Novembru 2007, ma qablux dwar offerta miż-Żambja għal aċċess tas-suq, l-inklużjoni taż-Żambja fl-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1528/2007 tal-20 ta’ Diċembru 2007 li japplika l-arranġamenti għall-prodotti li joriġinaw f’ċerti stati li huma parti mill-Grupp ta’ Stati Afrikani, tal-Karibew u tal-Paċifiku (AKP) previsti fi ftehim li jistabbilixxu, jew li jwasslu biex jiġu stabbiliti, Ftehim ta’ Sħubija Ekonomika (1) ma kinetx possibbli.

    (3)

    Il-Komunità u ż-Żambja kkonkludew negozjati dwar offerta ta’ aċċess għas-suq miż-Żambja fit-30 ta’ Settembru 2008.

    (4)

    Għaldaqstant, fid-dawl tal-Artikolu 2(2) tar-Regolament (KE) Nru 1528/2007, l-Anness I għandu jiġi emendat biex jinkludi ż-Żambja.

    (5)

    Sabiex tkun akkomodata ż-żieda taż-Żambja għall-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1528/2007, ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 950/2006 tat-28 ta’ Ġunju 2006 li jistabbilixxi regoli ta’ applikazzjoni dettaljati għas-snin ta’ kummerċjalizzazzjoni 2006/2007, 2007/2008 u 2008/2009 għall-importazzjoni u r-raffinar ta’ prodotti taz-zokkor taħt ċerti kwoti tariffarji u arranġamenti preferenzjali (2), għandu jiġi emendat, fiż-żmien debitu, mill-Kummissjoni u b’effett mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament,

    ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    Fl-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1528/2007, it-terminu “ir-Repubblika taż-Żambja” għandu jiddaħħal bejn l-entrati “ir-Repubblika tal-Uganda” u “r-Repubblika taż-Żimbabwe”.

    Artikolu 2

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell, 8 ta’ Diċembru 2008.

    Għall-Kunsill

    Il-President

    B. KOUCHNER


    (1)  ĠU L 348, 31.12.2007, p. 1.

    (2)  ĠU L 178, 1.7.2006, p. 1.


    Top