EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32008R1192

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1192/2008 tas- 17 ta' Novembru 2008 li jemenda r-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93 li jiffissa d-dispożizzjonijiet għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali Komunitarju

ĠU L 329, 6.12.2008, p. 1–51 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 30/04/2016; Impliċitament imħassar minn 32016R0481

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2008/1192/oj

6.12.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 329/1


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1192/2008

tas-17 ta' Novembru 2008

li jemenda r-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93 li jiffissa d-dispożizzjonijiet għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali Komunitarju

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 tat-12 ta' Ottubru 1992 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali Komunitarju (1) minn hawn ’il quddiem “il-Kodiċi”, u b’mod partikolari l-Artikolu 247 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93 (2) attwalment jistipula id-dispożizzjonijiet dwar l-Awtrozzazzjonijiet Uniċi li jinvolvu amministrazzjonijiet doganali f’iktar minn Stat Membru għall-proċeduri doganali b’impatt ekonomiku u b’użu aħħari biss.

(2)

Wara li kkunsidrat l-istrateġija ta’ Liżbona li timmira li lill-UE tagħmilha l-aktar ekonomija kompetittiva fid-dinja, huwa kruċjali li jinħoloq ambjent modern u simplifikat b’kundizzjonijiet għal Suq Intern reali fejn il-kompetittività kummerċjali tiżdied u fejn ikun evitat it-tgħawwiġ tal-kompetizzjoni bejn l-imprizi fl-Istati Membri differenti. L-Awtorizzazzjonijiet Uniċi għal proċeduri simplifikati, kif ukoll l-Awtorizzazzjoni Unika integrata, jippermettu lill-operaturi li jiċċentralizzaw u jintegraw il-kontabbiltà, il-loġistika u l-funzjonijiet tad-distribuzzjoni b’iffrankar konsegwenti fl-ispejjeż amministrattivi u tranżazzjonarji, u għalhekk għandhom ikunu simplifikazzjoni ġenwina. Huwa għalhekk xieraq li d-dispożizzjonijiet dwar l-Awtorizzazzjonijiet Uniċi jiġu estiżi għall-użu tad-dikjarazzjoni simplifikata u għall-proċedura ta’ rilaxx lokali.

(3)

Għalhekk, huwa xieraq li jiġu integrati d-definizzjonijiet eżistenti tal-“Awtorizzazzjoni Unika” rigward il-proċeduri doganali b’impatt ekonomiku u għal użu aħħari ma’ dawk għad-dikjarazzjoni simplifikata u l-proċedura ta’ rilaxx lokali, minħabba l-fatt li dawn il-proċeduri jistgħu jintużaw flimkien.

(4)

Ir-Regolament (KE) Nru 1875/2006 (3) li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 2454/93 jindika d-dettalji minimi li għandhom jiġu ddikjarati skont il-proċedura ta’ dikjarazzjoni simplifikata jew għandhom jiġu rreġistrati skont il-proċedura ta’ rilaxx lokali. Fil-każ ta’ awtorizzazzjonijiet uniċi, l-elementi minimi li għandhom jiġi ddikjarati fl-isfond tal- proċedura ta’ dikjarazzjoni simplifikata għandhom ikunu d-dettalji massimi li jistgħu ikunu disponibbli lil uffiċċju doganali ta’ Stat Membru ieħor.

(5)

Peress li ċ-ċertifikati AEO, u partikolarment dawk għas-simplifikazzjonijiet doganali ta’ sikwit ikunu magħquda mal-Awtorizzazzjonijiet Uniċi, huwa xieraq li r-regoli dwar l-għoti, is-sospensjoni u r-revoka taż-żewġ tipi ta’ awtorizzazzjoni jkunu allinjati kemm jista’ jkun, inklużi d-dispożizzjonijiet dwar ir-reġistri li jippermettu l-verifika xierqa tal-proċedura.

(6)

It-trasportaturi, kummissarji tat-trasport jew kummissarji doganali li huma detenturi ta’ ċertifikat AEO għandhom aċċess eħfef għas-sistemi doganali simplifikati kif ukoll għall-utilizzazzjoni tad-dikjarazzjoni simplifikata u tal-proċedura ta’ rilaxx lokali. Għandu jiġi stipulat li r-rappreżentanti jistgħu jingħataw awtorizzazzjoni għad-dikjarazzjoni simplifikata jew għall-proċedura ta’ rilaxx lokali, sakemm jissodisfaw ċerti kundizzjonijiet u kriterji.

(7)

Jeħtieġ li tittejjeb il-proċedura għall-applikazzjoni u għall-awtorizzazzjoni tal-Awtorizzazzjonijiet Uniċi billi jitnaqqas iż-żmien li jittieħed għall-iskambju tal-informazzjoni u billi jiġu żviluppati regoli komuni biex jiġi evitat dewmien fl-għotja ta’ dawn l-awtorizzazzjonijiet. Dawn ir-regoli għandhom jippermettu lill-awtoritajiet doganali biex jissorveljaw u jimmonitorjaw l-operazzjonijiet skont l-Awtorizzazzjonijiet Uniċi mingħajr arranġamenti amministrattivi sproporzjonati mal-ħtiġijiet ekonomiċi involuti.

(8)

Il-kundizzjonijiet u l-kriterji għall-għoti ta’ Awtorizzazzjonijiet nazzjonali, kif ukoll Uniċi, għad-dikjarazzjoni simplifikata u għall-proċedura ta’ rilaxx lokali għandhom ikunu identiċi sabiex tinkiseb l-armonizzazzjoni fi ħdan is-suq uniku.

(9)

Jeħtieġ li jiġu stabbiliti regoli komuni għall-emenda, għas-sospensjoni u għar-revoka tal-awtorizzazzjonijiet għad-dikjarazzjoni simplifikata u l-proċedura ta’ rilaxx lokali, biex tiġi żgurata prassi komuni fit-territorju doganali tal-Komunità.

(10)

Biex jintlaħaq l-għan li jittejbu l-proċeduri tal-applikazzjoni u tal-awtorizzazzjoni, jeħtieġ l-introduzzjoni ta’ komunikazzjoni elettronika u ta’ sistema ta’ database għall-Awtorizzazzjonijiet Uniċi, biex tintuża għall-ipproċessar tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni bejn l-awtoritajiet doganali, kif ukoll għall-informazzjoni tal-Kummissjoni u tal-operaturi ekonomiċi. Din is-sistema għandha tkun estensjoni tas-sistema tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni pprovduta għall-għoti taċ-ċertifikati AEO.

(11)

Wara perjodu ta’ transizzjoni għandu jkun permess l-użu tad-dikjarazzjoni simplifikata u tal-proċedura ta’ rilaxx lokali, biss lill-operaturi ekonomiċi li jressqu dikjarazzjonijiet doganali jew notifikazzjonijiet f’forma elettronika, kif meħtieġ għall-ambjent simplifikat u bla użu ta’ karti.

(12)

Għandu jiġi ċċarat li d-dikjarazzjoni doganali tista’, bl-approvazzjoni tal-awtorità doganali jew tal-awtoritajiet involuti fl-għotja tal-awtorizzazzjoni, titressaq f’uffiċċju doganali differenti minn dak fejn tiġi ppreżentata jew tkun ser tiġi ppreżentata l-merkanzija jew fejn titqiegħed disponibbli għall-kontroll.

(13)

Għal dak li jirrigwarda l-formalitajiet tat-tranżitu, sal-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1875/2006, għandha tiġi -aċċettata d-dikjarazzjoni mqassra fuq il-bażi tal-messaġġ tal-“Avviż tal-Wasla Antiċipata” għandha tkun prevista meta l-formalitajiet jitwettqu bl-użu ta’ teknika elettronika tal-ipproċessar.

(14)

Skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2454/93, kif emendat mir-Regolament (KE) Nru 837/2005 (4), li jesiġi li d-dikjarazzjoni ta’ tranżitu titressaq b’metodi kompjuterrizzati mill-1 ta' Ġunju 2005, l-operaturi kollha għandhom iressqu d-dikjarazzjoni ta’ tranżitu tagħhom bis-sistema kompjuterizzata tat-tranżitu tad-dwana. Barra dan għandu jkun possibbli għall-vjaġġaturi li jressqu d-dikjarazzjoni ta’ tranżitu bil-miktub lill-awtoritajiet doganali, li min-naħa tagħhom għandhom jiżguraw li jkun hemm skambju tad-dejta tat-tranżitu bejn l-awtoritajiet doganali bl-użu ta’ teknoloġiji tal-informatika u ta’ netwerks tal-kompjuters.

(15)

Il-konvenzjoni tal-20 ta' Mejju 1987 li jirrigwardjaw il-proċedura komuni ta’ tranżitu (5) kienu emendati biex jirriflettu l-obbligi li t-tressiq tad-dikjarazzjonijiet komuni tat-tranżitu fil-proċedura standard isir b’teknika elettronika tal-ipproċessar tad-dejta u d-dispożizzjonijiet paralleli tal-leġiżlazzjoni tal-Komunità għandhom jiġu adattati skont dan.

(16)

F’dawn iċ-ċirkostanzi, id-dispożizzjonijiet tal-implimentazzjoni tal-proċedura Komunitarja ta’ tranżitu bbażati fuq is-sottomissjoni tad-dikjarazzjoni ta’ tranżitu bil-miktub, fosthom dawk li jikkonċernaw id-dokumenti relatati mad-dikjarazzjoni, għandhom jiġu adattati għall-obbligu li d-dikjarazzjonjiet tat-tranżitu tal-Komunità fil-proċedura standard jitressqu b’teknika elettronika tal-ipproċessar tad-dejta.

(17)

Bl-eċċezzjoni tal-vjaġġaturi, l-użu tad-dikjarazzjonijiet bil-miktub u tad-dokumenti relatati għandhom jiġu ċirkoskritti għall-proċedura ta’ riżerva li tippermetti lill-operaturi li jwettqu operazzjonijiet ta’ tranżitu meta s-sistema kompjuterizzata tat-tranżitu tad-dwana, jew meta s-sistema kompjuterrizzata tal-konsenjatur awtorizzat jew tal-prinċipal ma taħdimx, u meta n-netwerk bejniethom u l-awtoritajiet doganali, ma jkunux disponnibbli.

(18)

L-użu tat-tekniki tal-ipproċessar tad-dejta għall-operazzjonijiet TIR li jitwettqu fi ħdan it-territorju doganali tal-Komunità huwa meħtieġ sabiex jiġu żgurat skambju effiċjenti tad-dejta u l-istess livell ta’ kontroll doganali li qed jopera skont il-proċedura Komunitarju/komunita’ tranżitu.

(19)

L-operazzjonijiet tat-TIR fit-territorju Komunitarju għandhom jiġu integrati fl-ambjent elettroniku introdott mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1875/2006, sabiex jipprovdu għat-tressiq tad-dikjarazzjonijiet ta’ qabel il-wasla u ta’ qabel it-tluq permezz ta’ mezzi elettroniċi.

(20)

L-użu tad-dejta elettronika għandu jelimina l-bżonn li tintradd lura l-parti relevanti tal-Fattura Nru 2 tal-carnet TIR fi ħdan it-territorju doganali Komunitarju kull darba li tintuża s-sistema kompjuterizzata, u b’konsegwenza għandu jonqos l-għadd ta’ proċeduri ta’ tiftix bla ħtieġa. Għandu jtejjeb ukoll l-effiċjenza u s-sigurtà tal-operazzjonijiet TIR hekk kif is-sistema kompjuterizzata tħaffef is-superviżjoni tagħhom u għalhekk tipprovdi benefiċċji tanġibbli kemm għall-amministrazzjonijiet doganali kif ukoll għall-operaturi ekonomiċi.

(21)

Huwa xieraq li jiġi stipulat li d-detentur tal-carnet TIR iressaq id-dejta tal-carnet TIR fl-uffiċċju tat-tluq jew tad-dħul permezz ta’ teknika tal-ipproċessar tad-dejta. Madankollu, kwalunkwe konsegwenza legali li tqum minn diskrepanza bejn id-dejta elettronika tal-carnet TIR li titressaq u l-carnet TIR għandha tkun ibbażata fuq id-dettalji tal-carnet TIR, f’konformità mal-Konvenzjoni TIR. Il-formalitajiet li jikkonċernaw partijiet oħra li mhumiex l-awtoritajiet doganali Komunitarji għandhom jibqgħu jitwettqu abbażi tal-carnet TIR u dan jinkludi l-użu tal-carnet TIR bħala evidenza ta’ garanzija internazzjonali.

(22)

Dispensa mill-obbligu li titressaq id-dejta tal-carnet TIR permezz ta’ teknika tal-ipproċessar tad-dejta għandha tiġi permessa biss f’każijiet eċċezzjonali, fejn is-sistema kompjuterizzata tat-tranżitu tad-dwana jew l-applikazzjoni biex tittressaq id-dikjarazzjoni ma jkunux qed jaħdmu, jew meta n-netwerk bejn dawn iż-żewġ sistemi ma tkunx qed taħdem.

(23)

Għal raġunijiet ta’ ċarezza, l-Artikolu 453(2) tar-Regolament (KEE) Nru 2454/93 għandha ssir referenza għar-regola li tippermetti li jiġi stabbilit l-istatus Komunitarju tal-merkanzija mqiegħda taħt il-proċedura TIR.

(24)

Id-dettalji dwar id-dejta li għandha tiġi pprovduta fis-sistema kompjuterizzata għad-dejta tal-carnet TIR elettroniku għandhom jiġu integrati fir-regoli u fil-kodiċi tad-dikjarazzjonijiet elettroniċi ta’ tranżitu speċifikati fl-Annessi 37a u 37c.

(25)

Sabiex tiġi ssimplifikata u mħaffa l-pubblikazzjoni ta’ kwalunkwe emendi fil-lista tal-uffiċċji ta’ koordinament maħtura mill-Istati Membri għal kwalunke azzjoni li tikkonċerna ksur jew irregolaritajiet relatati mal-carnets ATA, din il-pubblikazzjoni għandha ssir permezz tas-sit tal-Internet uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

(26)

Ir-reviżjoni regolari tal-lista tal-merkanzija li tinvolvi riskju akbar ta’ frodi waqt operazzjoni ta’ tranżitu kif elenkata fl-Anness 44c għar-Regolament (KEE) Nru 2454/93, li twettqet skont l-Artikolu 340a ta’ dak ir-Regolament fuq il-bażi tal-informazzjoni miġbura mill-Istati Membri, wriet li ċerta merkanzija li tidher f’dik il-lista ma għadhiex meqjusa li tinvolvi riskju akbar ta’ frodi. Huwa għalhekk xieraq li l-lista fl-Anness 44c tiġi emendata skont dan.

(27)

Fl-Anness 67 tar-Regolament (KEE) Nru 2454/93 hemm applikazzjoni u formola tal-awtorizzazzjoni komuni għal proċeduri doganali b’impatt ekonomiku u għal użu aħħari; din il-formola għandha tintuża kemm meta jkun hemm involuta amministrazzjoni doganali waħda kif ukoll meta jkun hemm aktar minn waħda. Huwa xieraq li l-użu tal-Anness 67 jiġi estiż għal każijiet fejn issir applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni għall-użu tad-dikjarazzjoni simplifikata jew tal-proċedura ta’ rilaxx lokali, kemm fuq livell nazzjonali kif ukoll meta jkun hemm involuti aktar minn amministrazzjoni doganali waħda.

(28)

Ir-Regolament (KEE) Nru 2454/93 għandu jiġi emendat skont dan.

(29)

Peress li l-emendi previsti fid-Deċiżjoni 1/2008 tal-Kumitat Konġunt KE-EFTA “tranżitu komuni” tas-16 ta' Ġunju 2008 li temenda l-Konvenzjoni ta’ l-20 ta' Mejju 1987 dwar proċedura ta’ tranżitu komuni japplikaw mill-1 ta' Lulju 2008 u mill-1 ta' Lulju 2009, id-dispożizzjonijiet li jikkorrispondu għal dan ir-Regolament għandhom japplikaw mill-istess dati.

(30)

Il-miżuri pprovduti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat tal-Kodiċi Doganali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament (KEE) Nru 2454/93 huwa emendat kif ġej:

1.

Fl-Artikolu 1 għandhom jiżdiedu l-punti 13, 14 u 15 li ġejjin:

“13.

Awtorizzazzjoni Unika tfisser:

awtorizzazzjoni li tinvolvi amministrazzjonijiet doganali f’aktar minn Stat Membru wieħed għal waħda mill-proċeduri li ġejjin:

il-proċedura ta’ dikjarazzjoni simplifikata skont l-Artikolu 76(1) tal-Kodiċi, jew

il-proċedura ta’ rilaxx lokali skont l-Artikolu 76(1) tal-Kodiċi, jew

proċeduri doganali b’impatt ekonomiku skont l-Artikolu 84 (1)(b) tal-Kodiċi, jew

użu aħħari skont l-Artikolu 21(1) tal-Kodiċi.

14.

Awtorizzazzjoni Integrata tfisser:

awtorizzazzjoni biex jintużaw aktar minn proċedura waħda msemmija fil-punt 13; tista’ tieħu l-forma ta’ Awtorizzazzjoni Unika integrata meta huma involuti aktar minn amministrazzjoni doganali waħda.

15.

Awtorità doganali li tawtorizza tfisser:

l-awtorità doganali li tagħti awtorizzazzjoni.”

2.

Fl-Artikolu 183, il-paragrafu 3 għandu jinbidel b’dan li ġej:

“3.   Id-dikjarazzjoni mqassra għall-merkanzija li nġarret skont proċedura ta’ tranżitu, li għaliha l-formalitajiet għandhom isiru b’tekniki elettroniċi tal-ipproċessar tad-dejta qabel jitressqu għand id-dwana, hija magħmula minn dejta tad-dikjarazzjoni ta’ tranżitu trażmessa lill-uffiċċju tad-destinazzjoni bl-użu tal-‘Avviż tal-Wasla Antiċipata’.

Id-dikjarazzjoni mqassra għandha tieħu l-forma tal-kopja tad-dokument tat-tranżitu jew tad-Dokument li Jakkompanja t-Tranżitu fejn jkun applikat l-Artikolu 353(2).”

3.

L-Artikolu 199 (1) u (2) huma sostitwitib’li ġej:

“1.   Mingħajr preġudizzju għall-applikazzjoni possibbli ta’ dispożizzjonijiet penali, it-tressiq ta’ dikjarazzjoni ffirmata mid-dikjarant jew rappreżentant tiegħu fl-uffiċċju doganali jew ta’ dikjarazzjoni ta’ tranżitu mressqa bl-użu ta’ tekniki elettroniċi tal-ipproċessar tad-dejta mid-dikjarant jew rappreżentant tiegħu għandha tirrendih responsabbli skont id-dispożizzjonijiet fis-seħħ għal:

l-eżattezza tal-informazzjoni mogħtija fid-dikjarazzjoni,

l-awtentiċità tad-dokumenti mressqa, u

il-konformità mal-obbligi kollha li jirrelataw mad-dħul tal-merkanzija involuta skont il-proċedura kkonċernata.

2.   Meta d-dikjarant juża sistemi tal-ipproċessar tad-dejta biex jipproduċi d-dikjarazzjonijiet tad-dwana tiegħu, fosthom id-dijarazzjonijet tat-tranżitu magħmula skont l-Artikolu 353(2) punt b), l-awtoritajiet doganali jistgħu jistipulaw li l-firma bl-idejn tinbidel b’teknika oħra ta’ identifikazzjoni li tista’ tkun ibbażata fuq l-użu ta’ kodiċijiet. Din il-faċilità għandha tingħata biss jekk il-kundizzjonijiet tekniċi u amministrattivi stipulati mill-awtoritajiet doganali jiġu osservati.

L-awtoritajiet tad-dwana jistgħu jistipulaw ukoll li dikjarazzjonijiet, fosthom id-dikjarazzjonijet tat-tranżitu magħmula skont l-Artikolu 353(2)(b), mressaq bl-użu ta’ sistemi doganali tal-ipproċessar tad-dejta jistgħu jkunu awtentikati direttament b’dawk is-sistemi, minflok bl-applikazzjoni manwali jew mekkanika tat-timbru tal-uffiċċju tad-dwana u bil-firma tal-uffiċjal kompetenti.”

4.

Fl-Artikolu 201, għandu jiżdied il-paragrafu 3 li ġej:

“3.   L-awtoritajiet doganali jistgħu jippermettu li d-dikjarazzjoni doganali titressaq f’uffiċċju doganali differenti minn dak fejn hija ppreżentata jew ser tiġi ppreżentata l-merkanzija jew ser tkun disponibbli għall-kontroll, sakemm titħares waħda mill-kundizzjonijiet li ġejjin.

(a)

l-uffiċċji tad-dwana msemmija fil-frażi introduttorja jinsabu fl-istess Stat Membru;

(b)

il-merkanzija għandha titqiegħed taħt proċedura doganali, mid-detentur tal-Awtorizzazzjoni Unika, għad-dikjarazzjoni simplifikata jew għall-proċedura ta’ rilaxx lokali.”

5.

Fl-Artikolu 202 għandu jiżdied il-paragrafu 3 li ġej:

“3.   Id-dikjarazzjoni ta’ tranżitu għandha titressaq u l-merkanzija għandha tiġi preżentata fl-uffiċċju tat-tluq matul il-jiem u s-siegħat stabbiliti mill-awtoritajiet doganali.

L-uffiċċju tat-tluq jista’, fuq talba u spejjeż tal-prinċipal, jippermetti li l-merkanzija tkun preżentata fi kwalunkwe lokalità oħra.”

6.

L-Artikolu 203 għandu jinbidel b’dan li ġej:

“Artikolu 203

1.   Id-data tal-aċċettazzjoni tad-dikjarazzjoni għandha tiġi annotata fuqha.

2.   Id-dikjarazzjoni Komunitarja ta’ tranżitu għandha tiġi aċċettata u rreġistrata mill-uffiċċju tat-tluq matul il-jiem u s-sigħat stabbiliti mill-awtoritajiet doganali.”

7.

Fit-tielet paragrafu tal-Artikolu 205(3), il-ħames u s-sitt inċiżi għandhom jinbidlu b’dan li ġej:

“l-użu tal-listi tat-tagħbija mill-persuni kkonċernati, għall-finalizzazzjoni tal-formalitajiet Komunitarj ta’ tranżitu fil-każ ta’ kunsinni komposti b’aktar minn tip wieħed ta’ merkanzija, fejn huma applikati l-Artikoli 353(2) u 441;

l-istampar tad-dikjarazzjonijiet tal-esportazzjoni, l-importazzjoni u t-tranżitu fejn huwa applikat l-Artikolu 353(2) u tad-dokumenti li jiċċertifikaw l-istatus Komunitarju tal-merkanzija li mhijiex qed tinġarr skont il-proċedura Komunitarja ta’ tranżitu intern, permezz ta’ sistemi uffiċjali jew privati tal-ipproċessar tad-dejta, jekk meħtieġ fuq karta komuni, skont kundizzjonijiet stipulati mill-Istati Membri.”

8.

Fl-Artikolu 208, il-paragrafu 2 għandu jinbidel b’dan li ġej:

“2.   Meta l-proċedura Komunitarja ta’ tranżitu jew il-proċedura ta’ tranżitu komuni hija ppreċeduta jew segwita bi proċedura doganali oħra, selezzjoni li jkun fiha l-għadd ta’ kopji meħtieġa għall-kompletazzjoni tal-formalitajiet li jirrigwardaw il-proċedura ta’ tranżitu fejn huwa applikat l-Artikolu 353(2) u l-proċedura preċedenti jew segwenti, tista’ tiġi ppreżentata.”

9.

Fl-Artikolu 215(1), it-tieni u t-tielet subparagrafi għandhom jinbidlu b’dan li ġej:

“Il-karta għandha tkun bajda għall-kopji kollha. Madankollu, fil-kopji użati għal tranżitu Komunitarju skont l-Artikolu 353(2), il-kaxxi 1 (l-ewwel u t-tielet subdiviżjonijiet), 2, 3, 4, 5, 6, 8, 15, 17, 18, 19, 21, 25, 27, 31, 32, 33 (l-ewwel subdiviżjoni fuq ix-xellug), 35, 38, 40, 44, 50, 51, 52, 53, 55 u 56 għandu jkollhom sfond aħdar.

Il-formuli għandhom jiġu stampati b’linka ħadra.”

10.

Fl-Artikolu 219, il-paragrafu 1 b’dan li ġej:

“1.   Il-merkanzija li hija s-soġġett tad-dikjarazzjoni ta’ tranżitu għandha tiġi ppreżentata flimkien mad-dokument tat-trasport.

L-uffiċċju tat-tluq jista’ jiddispensa r-rekwiżit li jiġi preżentat dan id-dokument meta l-formalitajiet doganali jitlestew, bil-kundizzjoni li d-dokument jinżamm għad-dispożizzjoni tiegħu.

Madanakollu, id-dokument tat-trasport għandu jiġi ppreżentat fuq talba tal-awtoritajiet doganali jew kull awtorità oħra kompetenti matul it-trasport.”

11.

Fl-Artikolu 247, għandu jiżdied il-paragrafu 5 li ġej:

“5.   Għall-implimetazzjoni tal-proċedura Komunitarja ta’ tranżitu, l-uffiċċju tat-tluq għandu jirreġistra r-riżultati tal-verifika (billi jdaħħal id-dejta korrispondenti) fid-dikjarazzjoni ta’ tranżitu.”

12.

Fl-Artikolu 249, għandu jiżdied il-paragrafu 3 li ġej:

“3.   Għall-implimentazzjoni tal-proċedura Komunitarja ta’ tranżitu u jekk ir-riżultati tal-verifika tad-dikjarazzjoni tippermetti dan, l-uffiċċju tat-tluq għandu jawtorizza r-rilaxx tal-merkanzija u jirreġistra d-data tar-rilaxx fis-sistema kompjuterizzata.”

13.

Fil-Kapitolu 1, it-Titolu IX, il-Parti I, qabel l-Artikolu 253 għandha tiddaħħal l-intestatura li ġejja:

Sezzjoni 1

Generali

14.

Fl-Artikolu 253, għandhom jiżdiedu l-paragrafi 4–8 li ġejjin:

“4.   Kwalunkwe persuna tista’ tapplika għall-awtorizzazzjoni tad-dikjarazzjoni simplifikata jew tal-proċedura ta’ rilaxx lokali, biex tingħata lilu stess għall-użu tiegħu nnifsu jew għall-użu bħala rappreżentant, sakemm ikun hemm reġistrazzjoni u proċeduri sodisfaċenti li jippermettu li l-awtorità doganali li tawtorizza tkun tista’ tidentifika l-persuni rappreżentati u twettaq il-kontrolli doganali xierqa.

Applikazzjoni bħal din tista’ wkoll tirrigwarda awtorizzazzjoni integrata mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 64 tal-Kodiċi.

5.   L-użu tad-dikjarazzjoni simplifikata jew tal-proċedura ta’ rilaxx lokali huwa bil-kundizzjoni li tkun ipprovduta garanzija fuq id-dazji tal-importazzjoni u l-imposti l-oħra.

6.   Id-detentur tal-awtorizzazzjoni għandu jikkonforma mal-kundizzjonijiet u mal-kriterji stipulati f’dan il-Kapitolu u mal-obbligi li jirriżultaw mill-awtorizzazzjoni, mingħajr preġudizzju għall-obbligi tad-dikjarant u għar-regoli li jirregolaw il-ħolqien ta’ dejn doganali.

7.   Id-detentur tal-awtorizzazzjoni għandu jinforma lill-awtorità doganali li tawtorizza bl-eventi kollha li jinqalgħu wara li tingħata l-awtorizzazzjoni li jistgħu jinfluwenzaw il-kontinwazzjoni jew il-kontenut tagħha.

8.   Għandha ssir eżami mill-ġdid tal-awtorizzazzjoni għad-dikjarazzjoni simplifikata jew il-proċedura ta’ rilaxx lokali mill-awtorità doganali li tawtorizza f’dawn il-każijiet:

(a)

tibdiliet kbar fil-leġiżlazzjoni Komunitarja rilevanti;

(b)

l-eżistenza ta’ elementi li raġonevolment jippermettu li d-detentur tal-awtorizzazzjoni ma jissodisfax il-kundizzjonijiet rilevanti.

Fil-każ ta’ awtorizzazzjoni tad-dikjarazzjoni simplifikata jew tal-proċedura ta’ rilaxx lokali maħruġa lil applikant li ilu stabbilit inqas minn tliet snin, għandu jkun hemm kontroll mill-qrib matul l-ewwel sena wara l-ħruġ tal-awtorizzazzjoni.”

15.

Fl-Artikolu 253a, għandu jiżdied il-paragrafu li ġej:

“L-użu tad-dikjarazzjoni simplifikata jew tal-proċedura ta’ rilaxx lokali huwa bil-kundizzjoni li jiġu ppreżentati dikjarazzjonijiet u notifikazzjonijiet doganali elettroniċi.”

16.

Fil-Kapitolu 1, it-Titolu IX, il-Parti I, wara l-Artikolu 253a għandha tiżdied is-Sezzjoni 2 li ġejja:

Sezzjoni 2

Ghotja, sospensjoni, revoka tal-awtorizzazzjoni ta’ dikjarazzjoni simplifikata jew ta’ Proċedura ta’ rilaxx lokali

Artikolu 253b

1.   Applikazzjonijiet għall-awtorizzazzjoni ta’ dikjarazzjoni simplifikata jew ta’ proċedura ta’ rilaxx lokali għandhom isiru skont il-mudell tal-applikazzjoni stipulat fl-Anness 67 jew il-format elettroniku korrispondenti.

2.   Meta l-awtorità doganali li tawtorizza tistabbilixxi li l-applikazzjoni ma jkunx fiha d-dettalji kollha rekwiżiti, l-awtorità doganali għandha, fi żmien 30 jum tal-kalendarju minn meta tirċievi l-applikazzjoni, titlob lill-applikant biex jagħtiha l-informazzjoni rilevanti, filwaqt li tagħti r-raġunijiet għat-talba tagħha.

3.   L-applikazzjoni ma għandhiex tiġi aċċettata jekk:

(a)

ma tikkonformax mal-paragrafu 1;

(b)

ma ġietx ippreżentata lill-awtoritajiet doganali kompetenti;

(c)

l-applikant ikun instab ħati ta’ offiża kriminali serja konnessa mal-attività ekonomika tiegħu;

(d)

l-applikant ikun soġġett għal proċedura ta’ falliment fiż-żmien li ppreżenta l-applikazzjoni.

4.   Qabel ma tingħata l-awtorizzazzjoni għad-dikjarazzjoni simplifikata jew għall-proċedura ta’ rilaxx lokali, l-awtoritajiet doganali għandhom jivverifikaw ir-reġistri tal-applikant, sakemm ma jistgħux jintużaw ir-riżultati ta’ verifika preċedenti.”

Artikolu 253c

1.   Awtorizzazzjoni għall-proċedura ta’ dikjarazzjoni simplifikata għandha tingħata sakemm il-kundizzjonijiet u l-kriterji stipulati fl-Artikolu 14h, bl-eċċezzjoni tal-punt (c) tal-paragrafu 1, fil-punti (d), (e) u (g) tal-Artikolu 14i u fl-Artikolu 14j huma sodisfatti.

Awtorizzazzjoni għall-proċedura ta’ rilaxx lokali għandha tingħata sakemm il-kundizzjonijiet u l-kriterji stipulati fl-Artikolu 14h, bl-eċċezzjoni tal-punt (c) tal-paragrafu 1, fl-Artikolu 14i u fl-Artikolu 14j huma sodisfatti.

Għall-għotja tal-awtorizzazzjonijiet imsemmija fl-ewwel u fit-tieni subparagrafu, l-awtoritiajiet doganali għandhom japplikaw l-Artikolu 14a(2) u jużaw il-formola tal-awtorizzazzjoni li tinsab fl-Anness 67.

2.   Meta l-applikant għandu ċertifikat AEO msemmi fil-punt (a) jew (c) tal-Artikolu 14a(1), il-kundizzjonijiet u l-kriterji msemmija fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu jitqiesu bħala ssodisfatti.

Artikolu 253d

1.   Awtorizzazzjoni għad-dikjarazzjoni simplifikata jew għall-proċedura ta’ rilaxx lokali għandha tiġi sospiża mill-awtorità doganali li tawtorizza meta:

(a)

jiġi osservat nuqqas ta’ konformità mal-kundizzjonijiet u mal-kriterji msemmija fl-Artikolu 253c(1);

(b)

l-awtoritajiet doganali għandhom raġuni biżżejjed biex jemmnu li att, li jwassal għal proċeduri fil-qorti kriminali u huwa relatat ma’ ksur tar-regoli doganali, ġie mwettaq mid-detentur tal-awtorizzazzjoni jew persuna oħra msemmija fil-punti (a), (b) jew (d) tal-Artikolu 14h(1).

Madankollu, fil-każ imsemmi fil-punt (b) tal-ewwel subparagrafu, l-awtorità doganali li tawtorizza tista’ tiddeċiedi li ma tissospendix awtorizzazzjoni għad-dikjarazzjoni simplifikata jew għall-proċedura ta’ rilaxx lokali jekk tqis li l-ksur huwa wieħed ta’ importanza negliġibbli, meta mqabbel mal-għadd jew id-daqs tal-operazzjonijiet b’rabta doganali, u li ma joħloqx dubji dwar ir-rieda tajba tad-detentur tal-awtorizzazzjoni.

Qabel ma tittieħed deċiżjoni, l-awtorità doganali li tawtorizza għandha tikkomunika s-sejbiet tagħha lid-detentur tal-awtorizzazzjoni. Id-detentur tal-awtorizzazzjoni għandu d-dritt jikkoreġi s-sitwazzjoni u/jew jesprimi l-fehma tiegħu fi żmien 30 jum tal-kalendarju mid-data tal-komunikazzjoni.

2.   Jekk id-detentur tal-awtorizzazzjoni ma jirregolax is-sitwazzjoni msemmija fil-punt (a) tal-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1 fi żmien tletin jum tal-kalendarju, l-awtorità doganali li tawtorizza għandha tinnotifika lid-detentur tal-awtorizzazzjoni, li l-awtorizzazzjoni għad-dikjarazzjoni simplifikata jew għall-proċedura ta’ rilaxx lokali hija sospiża għal perjodu ta’ tletin jum tal-kalendarju sabiex tippermetti lid-detentur tal-awtorizzazzjoni jieħu l-miżuri meħtieġa biex jirregola s-sitwazzjoni.

3.   Fil-każijiet imsemmija fil-punt (b) tal-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1, l-awtorità doganali li tawtorizza għandha tissospendi l-awtorizzazzjoni sat-tmiem tal-proċedimenti tal-qorti. Għandha tinnotifika lid-detentur tal-awtorizzazzjoni b’dan.

4.   Meta d-detentur tal-awtorizzazzjoni ma jkunx seta’ jirregola s-sitwazzjoni fi żmien tletin jum tal-kalendarju iżda jkun jista’ jagħti evidenza li l-kundizzjonijiet ikunu jistgħu jintlaħqu jekk jiġi estiż il-perjodu ta’ sospensjoni, l-awtorità doganali li tawtorizza għandha tissospendi l-awtorizzazzjoni għad-dikjarazzjoni simplifikata jew għall-proċedura ta’ rilaxx lokali għal perjodu ulterjuri ta’ 30 jum tal-kalendarju.

5.   Is-sospensjoni tal-awtorizzazzjoni ma għandha taffettwa l-ebda proċedura doganali li tkun diġà nbdiet qabel id-data tas-sospensjoni u tkun għadha ma tlestietx.

Artikolu 253e

1.   Meta d-detentur tal-awtorizzazzjoni jkun ħa, għas-sodisfazzjoni tal-awtorità doganali li tawtorizza, il-miżuri meħtieġa biex jikkonforma mal-kundizzjonijiet u mal-kriterji li għandhom jintlaħqu fl-awtorizzazzjoni tad-dikjarazzjoni simplifikata jew tal-proċedura ta’ rilaxx lokali, l-awtorità doganali li tawtorizza għandha tirtira s-sospensjoni u tinforma lid-detentur tal-awtorizzazzjoni. Is-sospensjoni tista’ tiġi rtirata qabel l-iskadenza tal-limitu ta’ żmien stipulat fl-Artikolu 253d(2) jew (4).

2.   Jekk id-detentur tal-awtorizzazzjoni ma jieħux il-miżuri meħtieġa matul il-perjodu ta’ sospensjoni previst fl-Artikolu 253(d)(2) jew (4), għandu japplika l-Artikolu 253 g.

Artikolu 253f

1.   Meta detentur ta’ awtorizzazzjoni, temporanjament, ma jistax jilħaq kwalunkwe kundizzjoni u kriterju stipulati għall-awtorizzazzjoni tad-dikjarazzjoni simplifikata jew tal-proċedura ta’ rilaxx lokali, jista’ jitlob sospensjoni tal-awtorizzazzjoni. F’dan il-każ, id-detentur tal-awtorizzazzjoni għandu jinnotifika lill-awtorità doganali li tawtorizza, billi jispeċifika d-data meta se jkun jista’ jilħaq il-kundizzjonijiet u l-kriterji mill-ġdid. Għandu jinnotifika wkoll lill-awtorità doganali li tawtorizza bi kwalunkwe miżuri ppjanati u bl-iskeda bid-dati għalihom.

2.   Jekk id-detentur tal-awtorizzazzjoni jonqos milli jirregolarizza s-sitwazzjoni fil-perjodu stipulat fin-notifika tiegħu, l-awtorità doganali li tawtorizza tista’ tagħti estensjoni raġonevoli, sakemm id-detentur tal-awtorizzazzjoni jkun aġixxa b’rieda tajba.

Artikolu 253g

Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 9 tal-Kodiċi u l-Artikolu 4 ta' dan ir-Regolament, l-awtorità doganali li tawtorizza għandha tirrevoka l-awtorizzazzjoni għad-dikjarazzjoni simplifikata jew għall-proċedura ta’ rilaxx lokali fil-każijiet li ġejjin:

(a)

meta d-detentur tal-awtorizzazzjoni ma jirregolax is-sitwazzjoni msemmija fl-Artikoli 253d(2) u 253f(1);

(b)

meta d-detentur tal-awtorizzazzjoni jew persuni oħra msemmija fil-punti (a), (b) jew (d) tal-Artikolu 14h(1) ikunu wettqu ksur serju jew repetut ta’ regoli doganali, u ma jkunx baqa’ dritt ieħor għal appell;

(c)

fuq talba tad-detentur tal-awtorizzazzjoni.

Madankollu, fil-każ imsemmi fil-punt (b) tal-ewwel subparagrafu, l-awtorità doganali li tawtorizza tista’ tiddeċiedi li ma tirrevokax l-awtorizzazzjoni għad-dikjarazzjoni simplifikata jew għall-proċedura ta’ rilaxx lokali jekk tqis li l-ksur huwa wieħed ta’ importanza negliġibbli, meta mqabbel mal-numri jew id-daqs tal-operazzjonijiet b’rabta doganali, u li l-ksur ma joħloqx dubji dwar ir-rieda tajba tad-detentur tal-awtorizzazzjoni.

17.

Fil-Parti I, titolu IX, jiddaħħal il-Kapitolu 1 A li ġej:

KAPITOLU  1 A

Awtorizzazzjoni unika għad-dikjarazzjoni simplifikata jew għall-proċedura ta’ rilaxx lokali

Sezzjoni 1

Proċedura għall-applikazzjoni

Artikolu 253h

1.   L-applikazzjoni għal Awtorizzazzjoni Unika għad-dikjarazzjoni simplifikata jew għall-proċedura ta’ rilaxx lokali għandha tintbagħat lil waħda mill-awtoritajiet doganali msemmija fl-Artikolu 14d(1) u (2).

Madankollu, meta l-awtorizzazzjoni għad-dikjarazzjoni simplifikata jew għall-proċedura ta’ rilaxx lokali hija mitluba fil-kuntest ta’, jew wara, applikazzjoni għal Awtorizzazzjoni Unika għal użu aħħari jew għal proċedura doganali b’impatt ekonomiku, l-Artikolu 292(5) u (6) jew l-Artikoli 500 u 501 għandhom japplikaw.

2.   Jekk parti mir-reġistri u mid-dokumentazzjoni rilevanti hija miżmuma fi Stat Membru ieħor barra mill-Istat Membru fejn issir l-applikazzjoni, l-applikant għandu jimla l-kaxxi 5a, 5b u 7 tal-formola tal-applikazzjoni stipulata fl-Anness 67.

3.   L-applikant għandu jipprovdi punt ċentrali b’aċċessibbiltà tajba jew persuna ta’ kuntatt fi ħdan l-amministrazzjoni tal-applikant fl-Istat Membru tal-applikazzjoni, sabiex jagħmel disponibbli għall-awtoritajiet doganali l-informazzjoni kollha meħtieġa biex tkun ippruvata l-konformità mar-rekwiżiti għall-għotja tal-Awtorizzazzjoni Unika.

4.   L-applikanti għandhom, safejn ikun possibbli, jissottomettu d-dejta meħtieġa lill-awtoritajiet doganali b’mezzi elettroniċi.

5.   Sakemm tiddaħħal sistema elettronika ta’ skambju bejn l-Istati Membri involuti, li hija meħtieġa għall-għanijiet tal-proċedura doganali relevanti, l-awtorità doganali li tawtorizza tista’ tirrifjuta applikazzjonijet magħmula skont paragrafu 1 jekk l-Awtorizzazzjoni Unika tkun se toħloq piż amministrattiv sproporzjonat.

Artikolu 253i

1.   L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni lista tal-awtoritajiet doganali msemmija fl-Artikolu 253h (1), għand min għandhom isiru l-applikazzjonijiet, u kwalunkwe tibdil sussegwenti f’din il-lista. Il-Kummissjoni għandha tagħmel din l-informazzjoni disponibbli fuq l-Internet. Dawn l-awtoritajiet għandhom jaġixxu bħala l-awtoritajiet doganali li jawtorizzaw Awtorizzazzjonijiet Uniċi għad-dikjarazzjoni simplifikata jew għall-proċedura ta’ rilaxx lokali.

2.   L-Istati Membri għandhom jinnominaw uffiċċju ċentrali responsabbli għall-iskambju tal-informazzjoni bejn l-Istati Membri u bejn l-Istati Membri u l-Kummissjoni, u għandhom jikkomunikaw id-dettalji ta’ dan l-uffiċċju lill-Kummissjoni.

Sezzjoni 2

Proċedura tal-ħruġ

Artikolu 253j

1.   Meta ssir applikazzjoni għal Awtorizzazzjoni Unika għad-dikjarazzjoni simplifikata jew għall-proċedura ta’ rilaxx lokali, l-awtorità doganali li tawtorizza għandha tagħmel din l-informazzjoni li ġejja disponibbli lill-awtoritajiet doganali oħrajn konċernati:

(a)

l-applikazzjoni;

(b)

l-abbozz tal-awtorizzazzjoni;

(c)

kull informazzjoni meħtieġa għall-għotja tal-awtorizzazzjoni.

Għandha titpoġġa għad-dispożizzjoni permezz tas-sistema ta’ komunikazzjoni msemmija fl-Artikolu 253 m, hekk kif din is-sistema tkun disponibbli.

2.   L-informazzjoni msemmija fil-punti a), b) u c) tal-paragrafu 1 għandha titpoġġa għad-dispożizzjoni mill-awtorità doganali li tawtorizza fil-limiti ta’ żmien kif ġejjin:

(a)

30 jum tal-kalendarju, jekk l-applikant ikun preċedentament ingħata d-dikjarazzjoni simplifikata jew il-proċedura ta’ rilaxx lokali jew iċ-ċertifikat AEO msemmija fil-punt (a) jew (c) tal-Artikolu 14a(1);

(b)

90 jum tal-kalendarju fil-każijiet l-oħra.

Meta l-awtorità doganali li tawtorizza ma tkunx tista’ tosserva dawk il-limiti ta’ żmien, tista testendihom bi 30 jum tal-kalendarju. F’każijiet bħal dawn, l-awtorità doganali li tawtorizza għandha, qabel ma jiskadu dawk il-limiti ta’ żmien, tgħarraf lill-applikant bir-raġunijiet għall-estensjoni.

Il-limitu ta’ żmien għandu jibda jgħodd mid-data li fiha l-awtorità doganali li tawtorizza tirċievi l-informazzjoni kollha meħtieġa msemmija fil-punti a), b) u c) tal-paragrafu 1. L-awtorità doganali li tawtorizza għandha tinforma lill-applikant li l-applikazzjoni ġiet aċċettata u bid-data minn meta dak il-limitu ta’ żmien għandu jibda jgħodd.

3.   Sal-31 ta' Diċembru 2009, il-perjodi massimi ta’ 30 jew 90 jum tal-kalendarju previsti fl-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 2 għandhom jinbidlu għal 90 jew 210 ijiem tal-kalendarju.

Artikolu 253k

1.   L-awtorità doganali li tawtorizza tal-Istat Membru fejn saret l-applikazzjoni u l-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri l-oħra involuti fl-Awtorizzazzjoni Unika li għaliha saret l-applikazzjoni, għandhom jikkooperaw biex jistabbilixxu r-rekwiżiti tal-operat u l-irraportar, inkluż pjan ta’ kontroll għas-sorveljanza tal-proċedura doganali mħaddma skont l-Awtorizzazzjoni Unika. Madankollu, l-iskambju tad-dejta għall-għanijiet ta’ proċedura/i doganali bejn l-awtoritajiet doganali konċernati ma għandux ikun aktar minn dawk stipulati fl-Anness 30 A.

2.   L-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri l-oħra konċernati mill-awtorizzazzjoni Unika li għaliha saret l-applikazzjoni, għandhom jinnotifikaw lill-awtorità doganali li tawtorizza bi kwalunkwe oġġezzjoni sa tletin jum tal-kalendarju mid-data li fiha rċievew l-abbozz tal-awtorizzazzjoni. Jekk ikun meħtieġ aktar żmien għal din in-notifika, l-awtorità doganali li tawtorizza għandha tkun infurmata kemm jista’ jkun malajr u fi kwalunkwe każ f’dan il-limitu ta’ żmien. Dan il-limitu ta’ żmien addizzjonali ma jistax jiġi estiż b’aktar minn 30 jum tal-kalendarju. F’dan il-każ l-awtorità doganali li tawtorizza għandha tikkomunika l-estensjoni tal-limitu ta’ żmien lill-applikant.

Meta jkun hemm notifika ta’ oġġezzjonijiet u ma jintlaħaqx ftehim bejn l-awtoritajiet doganali f’dak il-perjodu, l-applikazzjoni għandha tiġi rrifjutata sal-limitu li għalih kienu tqajmu l-oġġezzjonijiet.

Jekk l-awtorità doganali kkonsultata ma tirrispondiex fil-limitu/i ta’ żmien stipulat/i fl-ewwel subparagrafu, l-awtorità doganali li tawtorizza tista’ tassumi fuq ir-responsabbiltà tal-awtoritajiet doganali kkonsultati, li ma jeżistux oġġezzjonijiet għall-ħruġ ta’ din l-awtorizzazzjoni.

3.   Qabel ma applikazzjoni tiġi rrifjutata parzjalment jew kompletament, l-awtorità doganali li tawtorizza għandha tikkomunika r-raġunijiet li fuqhom ser tibbaża d-deċiżjoni tagħha lill-applikant, li għandu jingħata l-opportunità biex jesprimi l-fehma tiegħu fi 30 jum tal-kalendarju mid-data li fiha saret il-komunikazzjoni.

Artikolu 253l

1.   Meta ssir applikazzjoni għal Awtorizzazzjoni Unika minn applikant li għandu ċertifikat AEO msemmi fil-punt (a) jew (c) tal-Artikolu 14a(1), l-awtorizzazzjoni għandha tingħata meta l-iskambju meħtieġ tal-informazzjoni ikun organizzat bejn:

(a)

l-applikant u l-awtorità doganali li tawtorizza;

(b)

l-awtorità li tawtorizza u l-awtoritajiet doganali l-oħra konċernati mill-Awtorizzazzjoni Unika li saret l-applikazzjoni għaliha.

Fil-każijiet li l-applikant ma għandux ċertifikat AEO msemmi fil-punt (a) jew (c) tal-Artikolu 14a(1), l-awtorizzazzjoni għandha tingħata meta l-awtorità doganali li tawtorizza tkun sodisfatta li l-applikant ikun jista’ jissodisfa l-kundizzjonijiet u l-kriterji għall-awtorizzazzjoni stipulati jew imsemmija fl-Artikoli 253, 253a u 253c, u meta l-iskambju meħtieġ tal-informazzjoni msemmi fl-ewwel subparagrafu ta’ dan l-Artikolu jkun organizzat.

2.   L-awtorità doganali li tawtorizza għandha, wara li tirċievi il-kunsens jew l-ebda oġġezzjoni raġunata mill-awtoritajiet doganali konċernati l-oħrajn, toħroġ l-awtorizzazzjoni skont il-formola tal-awtorizzazzjoni stipulata fl-Anness 67, fi żmien 30 jum tal-kalendarju wara li jiskadu l-perjodi stipulati fl-Artikolu 253k(2) jew (3).

L-awtorità doganali li tawtorizza għandha tagħmel l-awtorizzazzjoni disponibbli għall-awtoritajiet doganali fl-Istati Membri parteċipanti, permezz tal-użu tas-sistema tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni msemmija fl-Artikolu 253 m ladarba din tkun disponibbli.

3.   Awtorizzazzjonijiet Uniċi għad-dikjarazzjoni simplifikata u għall-proċedura ta’ rilaxx lokali għandhom ikunu rikonoxxuti fl-Istati Membri kollha mniżżla fil-kaxxa 10 jew fil-kaxxa 11, jew fihom it-tnejn, tal-awtorizzazzjoni skont kif japplika.

Sezzjoni 3

Skambju tal-informazzjoni

“Artikolu 253m

1.   Sistema elettronika tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni, iddefinita mill-Kummissjoni u mill-awtoritajiet doganali bi qbil ma’ xulxin, għandha tintuża, ladarba tkun disponibbli, għall-ipproċessar tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni bejn l-awtoritajiet doganali u għall-informazzjoni tal-Kummissjoni u tal-operaturi ekonomiċi. L-informazzjoni tal-operaturi ekonomiċi għandha tkun limitata għad-dejta mhux konfidenzjali ddefinita fil-punt 16, tat-Titolu II, tan-Noti ta’ Spjegazzjoni tal-formola tal-applikazzjoni għall-proċeduri simplifikati stipulati fl-Anness 67.

2.   Permezz tas-sistema msemmija fil-paragrafu 1, il-Kummissjoni u l-awtoritajiet doganali għandhom jagħmlu skambju, jaħżnu u jkollhom aċċess għall-informazzjoni li ġejja:

(a)

id-dejta tal-applikazzjonijiet;

(b)

l-informazzjoni meħtieġa għall-proċess tal-ħruġ;

(c)

l-Awtorizzazzjonijiet Uniċi maħruġa għall-proċeduri msemmija fl-Artikolu 1(13) u 1(14) u, fejn applikabbli, l-emenda, is-sospensjoni u r-revoka tagħhom;

(d)

ir-riżultati ta’ eżami mill-ġdid skont l-Artikolu 253(8).

3.   Il-Kummissjoni u l-Istati Membri jistgħu jinfurmaw lill-pubbliku permezz tal-Internet bil-lista ta’ Awtorizzazzjonijiet Uniċi, kif ukoll bid-dejta mhux konfidenzjali stipulata fil-punt 16, tat-Titolu II, tan-Noti ta’ Spjegazzjoni tal-formola tal-applikazzjoni għal proċeduri simplifikati stipulata fl-Anness 67 bi ftehim minn qabel mad-detentur tal-awtorizzazzjoni. Il-lista għandha tiġi aġġornata.”

(18)

Fl-Artikolu 260(1) il-kliem “Id-dikjarant” jinbidlu għal “Applikant”.

(19)

L-Artikolu 261 għandu jinbidel b’dan li ġej:

“L-Artikolu 261

1.   Awtorizzazzjoni għall-użu tal-proċedura ta’ dikjarazzjoni simplifikata għandha tingħata lill-applikant jekk il-kundizzjonijiet u l-kriterji msemmija fl-Artikoli 253, 253a u 253c jiġu sodisfatti.

2.   Meta l-applikant għandu ċertifikat AEO msemmi fil-punt (a) jew (c) tal-Artikolu 14a(1), l-awtorità doganali li tawtorizza għandha tagħti l-awtorizzazzjoni meta l-iskambju ta informazzjoni meħtieġ ikun organizzat bejn l-applikant u l-awtorità doganali li tawtorizza. Il-kundizzjonijiet u l-kriterji kollha msemmija fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu għandhom jitqiesu li ġew sodisfatti.”

(20)

L-Artikolu 264 għandu jinbidel b’dan li ġej:

“Artikolu 264

1.   Awtorizzazzjoni għall-użu tal-proċedura ta’ rilaxx lokali għandha tingħata lill-applikant jekk il-kundizzjonijiet u l-kriterji msemmija fl-Artikoli 253, 253a u 253c jintlaħqu.

2.   Meta l-applikant għandu ċertifikat AEO msemmi fil-punt (a) jew (c) tal-Artikolu 14a(1), l-awtorità doganali li tawtorizza għandha tagħti l-awtorizzazzjoni meta l-iskambju meħtieġ tal-informazzjoni jkun ġie organizzat bejn l-applikant u l-awtorità doganali li tawtorizza. Il-kundizzjonijiet u l-kriterji kollha msemmija fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu għandhom jitqiesu li ġew sodisfatti.”

(21)

L-Artikolu 265 għandu jitħassar.

(22)

Fl-Artikolu 269, il-paragrafu 1 għandu jinbidel b’dan li ġej:

“1.   Awtorizzazzjoni għall-użu tal-proċedura ta’ dikjarazzjoni simplifikata għandha tingħata lill-applikant skont il-kundizzjonijiet u l-kriterji u fil-manjiera stipulata fl-Artikoli 253, 253a u 253c u 270.”

(23)

L-Artikolu 270 huwa emendat kif ġej:

(a)

il-paragrafi 2, 3 u 4 jitħassru;

(b)

il-paragrafu 5 għandu jinbidel b’dan li ġej:

“5.   Meta l-applikant għandu ċertifikat AEO msemmi fil-punt (a) jew (c) tal-Artikolu 14a(1), l-awtorità doganali li tawtorizza għandha tagħti l-awtorizzazzjoni meta l-iskambju meħtieġ tal-informazzjoni jkun ġie organizzat bejn l-applikant u l-awtorità doganali li tawtorizza. Il-kundizzjonijiet u l-kriterji kollha msemmija fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu jitqiesu li ġew sodisfatti.”

(24)

Fl-Artikolu 282, il-paragrafu 1 għandu jinbidel b’dan li ġej:

“1.   L-awtorizzazzjoni għall-użu tal-proċedura ta’ dikjarazzjoni simplifikata għandha tingħata lill-applikant jekk il-kundizzjonijiet u l-kriterji msemmija fl-Artikoli 261 u 262 applikati mutatis mutandis jiġu sodisfatti.”

(25)

L-Artikolu 288 għandu jitħassar.

(26)

Fl-Artikolu 291(2), għandu jitħassar il-punt (a).

(27)

Fl-Artikolu 340b, jiżdiedu l-punti li ġejjin:

“6.   ‘Dokument li jakkompanja t-tranżitu’: dokument stampat mis-sistema kompjuterizzata li għandu jakkompanja l-merkanzija u bbażat fuq id-dejta fid-dikjarazzjoni ta’ tranżitu

7.   ‘Proċedura ta’ riżerva’: Proċedura bbażata fuq l-użu ta’ dokumenti tal-karta stabbiliti biex jippermettu l-preżentazzjoni tad-dikjarazzjoni, il-kontroll tat-tranżitu u s-superviżjoni tal-operazzjoni tat-tranżitu, meta ma tkunx possibbli l-implimentazzjoni tal-proċedura standard b’mezzi elettroniċi.”

(28)

Fl-Artikolu 340, il-paragrafu 1 għandu jinbidel b’dan li ġej:

“1.   Merkanzija mill-Komunità għandha titqiegħed taħt il-proċedura Komunitarja ta’ tranżitu intern jekk tkun konsenjata:

(a)

minn xi żona fit-terrirorju doganali tal-Komunità fejn id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2006/112/KEE japplikaw, għal xi żona fit-territorju doganali tal-Komunità fejn dawk id-dispożizzjonijiet ma japplikawx; jew

(b)

minn xi żona fit-territorju doganali tal-Komunità fejn id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2006/112/KEE ma japplikawx, għal xi żona fit-territorju doganali tal-Komunità fejn dawk id-dispożizzjonijiet japplikaw; jew

(c)

minn xi żona fit-territorju doganali tal-Komunità fejn id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2006/112/KEE ma japplikawx, għal xi żona fit-territorju doganali tal-Komunità fejn dawk id-dispożizzjonijiet ukoll ma japplikawx.”

(29)

Fl-Artikolu 342, jiżdied il-paragrafu 4 li ġej:

“4.   Meta l-garanzija tingħata min garanti f’uffiċċju tal-garanzija:

(a)

‘Numru tar-Referenza tal-Garanzija’ jiġi allokata lill-prinċipal għall-użu tal-garanzija u biex tidentifika kull impenn tal-garanti;

(b)

kodiċi ta’ aċċess assoċjat man-‘Numru tar-Referenza tal-Garanzija’ jiġi allokat u kkomunikat lill-prinċipal.”

(30)

L-Artikolu 343 għandu jinbidel b’dan li ġej:

“Artikolu 343

Kull Stat Membru għandu jdaħħal fis-sistema kompjuterizzata l-lista tal-uffiċċji doganali kompetenti biex jamministraw l-operazzjonijiet Komunitarji ta’ tranżitu, waqt li jindikaw in-numri tal-identifikazzjoni rispettivi tagħhom u d-dmirijiet u l-ġranet u l-ħinijiet meta jkunu miftuħin. Kwalunkwe tibdil f’din l-informazzjoni għandu wkoll jiddaħħal fis-sitema kompjuterizzata.

Il-Kummissjoni għandha tuża s-sistema kompjuterizzata biex tikkomunika din l-informazzjoni lill-Istati Membri l-oħra.”

(31)

Jiżdied l-Artikolu 343a li ġej:

“Artikolu 343a

Kull Stat Membru għandu jinnotifika lill-Kummissjoni dwar kwalunkwe uffiċċji ċentrali li jitwaqqfu, u dwar ir-responsibbiltajiet mogħtija lil dawn l-uffiċċji fir-rigward tal-ġestjoni u tal-monitoraġġ tal-proċedura Komunitarja ta’ tranżitu u tar-riċeviment u t-trażmissjoni ta’ dokumenti waqt li jindikaw x’tip ta’ dokumenti huma involuti.

Il-Kummissjoni għandha tibgħat din l-informazzjoni lill-Istati Membri l-oħra.”

(32)

Fil-Parti II, Titolu II, Kapitolu 4, Sezzjoni 1, jiżdied l-Artikolu 344a li ġej:

“Artikolu 344a

1.   Fil-qafas tal-proċedura Komunitarja ta’ tranżitu, l-formalitajiet għandhom isiru b’teknika elettronika tal-ipproċessar tad-dejta.

2.   Il-messaġġi li għandhom jintużaw bejn l-amministrazzjonijiet għandhom jikkonformaw mal-istruttura u mad-dettalji ddefiniti mill-awtoritajiet doganali bi ftehim bejnithom.”

(33)

Fl-Artikolu 345, għandu jiżdied il-paragrafu 4 li ġej:

“4.   Fejn il-garanzija individwali tiġi provduta mill-garanti, il-kodiċi ta’ aċċess assoċjat man-‘Numru tar-Referenza tal-Garanzija’ ma jistax jinbidel mill-prinċipal għajr meta japplika l-Anness 47a, punt 3.”

(34)

Fl-Artikolu 346, il-paragrafu 1 għandu jinbidel b’dan li ġej:

“1.   Garanzija individwali provduta minn garanti għandha tkun skont il-mudell fl-Anness 49.

L-istrument tal-garanzija għandu jinżammu fl-uffiċċju tal-garanzija.”

(35)

L-Artikolu 347 għandu jinbidel b’dan li ġej:

“Artikolu 347

1.   Fil-każ imsemmi fl-Artikolu 345(3), il-garanzija individwali għandha tkun skont il-mudell fl-Anness 50.

L-Artikolu 346(2) għandu japplika mutatis mutandis.

2.   Il-garanti għandu jipprovdi lill-uffiċċju tal-garanzija bid-dettalji kollha mitluba dwar il-fatturi tal-garanzija individwali li jkun ħareġ, bil-manjiera li jiddeċiedu l-awtoritajiet doganali.

L-aħħar data li fiha tista’ tintuża l-fattura ma tistax tkun aktar tard minn sena wara d-data tal-ħruġ.

3.   ‘Numru tar-Referenza tal-Garanzija’ għandu jiġi kkomunikat mill-garanti lill-prinċipal għal kull fattura ta’ garanzija individwali li tkun ġiet allokata lilu. Il-kodiċi tal-aċċess assoċjat ma jistax nibidel mill-priċipal.

4.   Għall-għanijiet tal-implimentazzjoni tal-Artikolu 353(2)(b) il-garanti għandu jagħti lill-prinċipal fatturi ta’ garanzija individwali mniżżla fuq formola tal-karti kif muri fl-Anness 54, li tinkludi n-numru tal-identifikazzjoni.

5.   Il-garanti jista’ joħroġ fatturi ta’ garanzija individwali li mhumiex validi, għal operazzjoni Komunitarja ta’ tranżitu li tinvolvi merkanzija fil-lista ppubblikata fl-Anness 44c. F’ dan il-każ, il-garanti għandu jirratifika kull fattura ta’ garanzija individwali f’formola tal-karti, billi jikteb djagonalment waħda mill-frażijiet li ġejjin:

Validità limitata – 99200.

6.   Il-prinċipal għandu jressaq, fl-uffiċċju tat-tluq, l-numri ta’ fatturi ta’ garanzija individwali korrispondenti għall-multiplu ta’ EUR 7 000 meħtieġa biex ikopru l-ammont totali msemmi fl-Artikolu 345(1). Għall-implimentazzjoni tal-Artikolu 353(2)(b), il-fatturi individwali f’formola tal-karti għandhom jitwasslu u jinżammu mill-uffiċċju tat-tluq li għandu jikkomunika n-numru tal-identifikazzjoni ta’ kull fattura lill-uffiċċju tal-garanzija indikat fuq il-fattura.”

(36)

Fl-Artikolu 348, il-paragrafu 3 għandu jinbidel b’dan li ġej:

“3.   L-awtoritajiet doganali tal-Istat Membru responsabbli għall-uffiċiju rilevanti tal-garanziji għandu jdaħħal fis-sistema kompjuterizzata l-informazzjoni dwar kwalunkwe revoka bħal din jew dwar il-kanċellazzjoni u d-data li fiha dawn isiru effettivi.”

(37)

L-Artikolu 350 għandu jitħassar.

(38)

L-Artikolu 351 għandu jinbidel b’dan li ġej:

“Artikolu 351

Fil-każ ta’ konsenji li jkun fihom kemm merkanzija li għandha titqiegħed taħt il-proċedura Komunitarja ta’ tranżitu estern kif ukoll merkanzija li għandha titqiegħed taħt il-proċedura Komunitarja ta’ tranżitu intern, għandu jiżdied is-simbolu ‘T1’, ‘T2’ jew ‘T2F’ fuq id-dikjarazzjoni ta’ tranżitu ta’ kull oġġett fil-merkanzija.”

(39)

L-Artikolu 352 għandu jitħassar.

(40)

L-Artikolu 353 għandu jinbidel b’dan li ġej:

“Artikolu 353

1.   Id-dikjarazzjonijiet ta’ tranżitu għandhom ikunu konformi mal-istruttura u d-dettalji stipulati fl-Anness 37a.

2.   L-awtoritajiet doganali għandhom jaċċettaw dikjarazzjoni ta’ tranżitu bil-miktub fuq formula kif muri fl-Anness 31 skont il-proċedura definita mill-awtoritajiet doganali, bi qbil bejnithom, fil-każijiet li ġejjin:

(a)

fejn il-merkanzija qegħda tinġarr minn vjaġġaturi li ma’ għandhomx aċċess dirett għas-sistema kompjuterizzata tad-dwana, skont il-metodi deskritti fl-Artikolu 353a;

(b)

fejn tiġi implimentata l-proċedura ta’ riżerva, skont il-kundizzjonijiet u f’konformità mall-metodi definiti fl-Anness 37d.

3.   L-użu ta’ dikjarazzjoni ta’ tranżitu bil-miktub skont il-paragrafu 2(b), meta s-sistema kompjuterizzata tal-prinċipal u/jew in-netwerk ma tkunx/ikunux disponibbli, għandu jkun soġġett għall-approvazzjoni tal-awtoritajiet doganali.

4.   Id-dikjarazzjoni ta’ tranżitu tista’ tiġi supplimentata b’folja ta’ kontinwazzjoni jew aktar kif muri fl-Anness 33. Il-formoli għandhom jiffurmaw parti integrali mid-dikjarazzjoni.

5.   Listi ta’ tagħbija konformi mal-Anness 44a u mimlija skont il-mudell fl-Anness 45 jistgħu jintużaw minflok il-folji ta’ kontinwazzjoni bħala l-parti deskrittiva ta’ dikjarazzjoni ta’ tranżitu bil-miktub, li minnhom għanhom jiffurmaw parti integrali.”

(41)

Fil-Parti II, Titolu II, Kapitolu 4, Sezzjoni 2, Subsezzjoni 2, jiżdied l-Artikolu 353a li ġej:

“Artikolu 353a

1.   Għall-applikazzjoni tal-Artikolu 353(2)(a), il-vjaġġatur jimla d-dikjarazzjoni ta’ tranżitu f’konformità mal-Artikolu 208 u mal-Anness 37.

2.   L-awtoritajiet kompetenti għandhom jiżguraw li jkun hemm skambju tad-dejta ta’ tranżitu bejn l-awtoritajiet kompetenti bl-użu ta’ teknoloġija tal-informatika u n-networks tal-kompjuter.”

(42)

Fl-Artikolu 356, għandu jitħassar il-paragrafu 3.

(43)

L-Artikolu 357 jiġi emendat kif ġej:

(a)

il-paragrafu 1 għandu jinbidel b’dan li ġej:

“1.   Mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 4, merkanzija li għandha titpoġġa taħt il-proċedura Komunitarja ta’ tranżitu ma għandhiex tkun rilaxxata jekk ma tkunx issiġillata. L-uffiċċju tat-tluq għandu jieħu l-miżuri ta’ identifikazzjoni li jqis meħtieġa u għandu jniżżel id-dettalji rilevanti fid-dikjarazzjoni ta’ tranżitu.”

(b)

il-paragrafu 4 għandu jinbidel b’dan li ġej:

“4.   L-uffiċċju tat-tluq jista’ jgħaddi mingħajr l-issiġillar jekk, wara li jikkunsidra miżuri oħra possibbli ta’ identifikazzjoni, id-deskrizzjoni tal-merkanzija fid-dejta fid-dikjarazzjoni ta’ tranżitu jew id-dokumenti supplimentari jagħmlu l-merkanzija faċilment identifikabbli.

Deskrizzjoni tal-merkanzija għandha titqies li tippermetti l-identifikazzjoni tal-merkanzija meta tkun preċiża biżżejjed biex tippermetti l-identifikazzjoni faċli tal-kwantità u n-natura tal-merkanzija.”

(44)

L-Artikoli 358 u 359 jinbidlu b’dawn li ġejjin:

“Artikolu 358

1.   Mar-rilaxx tal-merkanzija, l-uffiċċju tat-tluq għandu jitrażmetti d-dettalji tal-operazzjoni Komunitarja ta’ tranżitu lill-uffiċċju tad-destinazzjoni ddikjarat b’messaġġ ‘Avviż Antiċipat tal-Wasla’ u lil kull lill-uffiċċju tat-tranżitu ddikjarat b’messaġġ ‘Avviż Antiċipat tat-Tranżitu’. Dawn il-messaġġi għandhom ikunu bbażati fuq id-dejta derivata mid-dikjarazzjoni ta’ tranżitu, emendata fejn xieraq.

2.   Wara r-rilaxx tal-merkanzija, id-dokument li jakkompanja t-tranżitu għandu jakkompanja l-merkanzija li tqegħdet taħt il-proċedura Komunitarja ta’ tranżitu. Id-dokument huwa bħall-mudell u d-dettalji fl-Anness 45a. Jitqiegħed għad-dispożizzjoni tal-operatur b’wieħed minn dawn il-modi li ġejjin:

(a)

jingħata lill-prinċipal mill-uffiċċju tat-tluq, jew, fejn awtorizzat mill-awtoritajiet doganali, jiġi stampat mis-sistema kompjuterizzata tal-prinċipal.

(b)

stampat mis-sistema kompjuterizzata tal-konsenjatur wara li jircievi l-messaġġ li jippermetti r-rilaxx tal-merkanzija mibgħata mill-uffiċċju tat-tluq.

3.   Fejn xieraq, id-dokument li jakkompanja t-tranżitu għandu jkun supplimentat minn lista ta’ oġġetti bħal mudell u n-noti fl-Anness 45b. Dik il-lista għandha tifforma parti integrali mid-dokument li jakkumpanja t-tranżitu.”

“Artikolu 359

1.   Il-kunsinna u d-dokument li jakkumpanju t-tranżitu għandhom jiġu ppreżentati f’kull uffiċċju ta’ tranżitu.

2.   L-uffiċċju tat-tranżitu għandu jirreġistra l-passaġġ fuq il-messaġġ ‘Avviż Antiċipat tat-Tranżitu’ riċevut mill-uffiċċju tat-tluq. Il-passaġġ għandu jiġi nnotifikat lill-uffiċċju tat-tluq bl-użu tal-messaġġ ‘Avviż tal-Qsim tal-Frontiera’.

3.   L-uffiċċji tat-tranżitu għandhom jispezzjonaw il-merkanzija jekk jqisu li huwa meħtieġ li jsir hekk. Kwalunkwe spezzjoni tal-merkanzija għandha titwettaq bl-użu, b’mod partikolari, tal-messaġġ l-‘Avviż Antiċipat tat-Tranżitu’ bħala l-bażi ta’ dik l-ispezzjoni.

4.   Meta merkanzija differenti minn dik iddikjarata u msemmija fid-dokument li jakkumpanja t-tranżitu tgħaddi minn uffiċċju ta’ tranżitu, dak l-uffiċċju għandu jitlob il-messaġġ tal-‘Avviż Antiċipat tat-Tranżitu’ mill-uffiċċju tat-tluq u jinnotifika dwar il-passaġġ, bl-użu tal-messaġġ tal-‘Avviż tal-Qsim tal-Frontiera’, lill-uffiċċju tat-tluq.”

(45)

L-Artikolu 360 jiġi emendat kif ġej:

(a)

fil-paragrafu 1, is-sentenza tal-introduzzjoni tinbidel b’dan li ġej:

“Il-trasportatur għandu jkun meħtieġ li jniżżel fid-dokument li jakkumpanja t-tranżitu u jippreżentah flimkien mal-konsenja lill-awtoritajiet doganali tal-Istat Membru li fit-territorju tiegħu jinsab il-mezz ta’ trasport:”

(b)

il-paragrafu 2 għandu jinbidel b’dan li ġej:

“2.   Fejn l-awtoritajiet doganali jqisu li l-operazzjoni Komunitarja ta’ tranżitu kkonċernata tista’ tkompli bil-mod normali huma għandhom jieħdu kwalunkwe passi li jistgħu jkunu meħtieġa u mbagħad japprovaw id-dokument li jakkumpanja fit-tranżitu.

Informazzjoni rilevanti li tikkonċerna t-tranżitu jew inċident ieħor għandha tiddaħħal fis-sistema kompjuterizzata mill-awtoritajiet doganali fl-uffiċċju tat-tranżitu jew fl-uffiċċju tad-destinazzjoni, skont il-każ.”

(46)

L-Artikoli 361, 362 u 363 jinbidlu f’dawn li ġejjin:

“Artikolu 361

1.   Il-merkanzija u d-dokumenti meħtieġa għandhom jiġu ppreżentati fl-uffiċċju tad-destinazzjoni matul il-ġranet u l-ħinijiet tal-ftuħ tal-uffiċċju. Madankollu, l-uffiċċju msemmi jista’, fuq talba u spejjeż tal-parti kkonċernata, jippermetti li d-dokumenti u l-merkanzija jkunu ppreżentati fi ġranet u ħinijiet differenti minn dawk tal-ftuħ. Bl-istess mod, fuq talba u spejjeż tal-parti kkonċernata, l-uffiċċju tad-destinazzjoni jista’ jippermetti li l-merkanzija u d-dokumenti meħtieġa jiġu ppreżentati fi kwalunkwe lokalità oħra.

2.   Fejn il-merkanzija tkun ippreżentata fl-uffiċċju tad-destinazzjoni wara li jiskadi l-limitu taż-żmien preskritt mill-uffiċċju tat-tluq u fejn dan in-nuqqas ta’ konformità mal-limitu taż-żmien huwa dovut għal ċirkustanzi li jkunu spjegati għas-sudisfazzjon tal-uffiċċju tad-destinazzjoni u mhumiex attribbwibbli għall-trasportatur jew għall-prinċipal, dan tal-aħħar ikun meqjus li jkun ikkonforma mal-limitu ta’ żmien preskritt.

3.   L-uffiċċju tad-destinazzjoni għandu jżomm id-dokument li jakkumpanja t-tranżitu u, l-ispezzjoni tal-merkanzija għandha, b’mod partikolari, issir fuq il-bażi tal-messaġġ tal-‘Avviż Antiċipat tal-Wasla’, riċevut mill-uffiċċju tat-tluq.

4.   Fuq talba tal-prinċipal, u biex jipprovdi prova li l-proċedura ntemmet skont l-Artikolu 366(1), l-uffiċċju tad-destinazzjoni għandu japprova d-dokument li jakkumpanja t-tranżitu bil-frażijiet li ġejjin,

Prova alternattiva – 99202.

5.   Operazz joni ta’ tranżitu tista’ tintemm f’uffiċċju differenti minn dak annotat fid-dikjarazzjoni ta’ tranżitu. Dak l-uffiċċju għandu allura jsir l-uffiċċju tad-destinazzjoni.

Fejn l-uffiċċju l-ġdid tad-destinazzjoni jaqa’ taħt il-ġuriżdizzjoni ta’ Stat Membru differenti minn dak li jkollu l-ġuriżdizzjoni fuq l-uffiċċju magħżul oriġinaljament, l-uffiċċju l-ġdid tad-destinazzjoni għandu jitlob messaġġ tal-‘Avviż Antiċipat tal-Wasla’ mingħand l-uffiċċju tat-tluq.”

Artikolu 362

1.   L-uffiċċju tad-destinazzjoni għandu japprova irċevuta fuq it-talba tal-persuna li tippreżenta l-merkanzija u d-dokumenti meħtieġa.

2.   Il-formola għall-irċevuta għandha tikkonforma mad-dettalji tal-mudell fl-Anness 47.

3.   L-irċevuta għandha titlesta bil-quddiem mill-persuna konċernata. Jista’ jkun fiha dettalji oħra relatati mal-konsenja, għajr fl-ispazju riservat għall-uffiċċju tad-destinazzjoni. L-irċevuta ma għandiex tintuża bħala prova li l-proċedura ntemmet skont it-tifsira tal-Artikolu 366(1).

“Artikolu 363

1.   L-uffiċċju tad-destinazzjoni li qed juża l-messaġġ tal-‘Avviż tal-Wasla’, għandu jinnotifika l-uffiċċju tat-tluq bil-wasla tal-merkanzija fil-jum li tkun ippreżentata fl-uffiċċju tad-destinazzjoni.

2.   Meta l-operazzjoni ta’ tranżitu tispiċċa f’uffiċċju differenti minn dak iddikjarat fil-bidu fid-dikjarazzjoni ta’ tranżitu, l-uffiċċju l-ġdid tad-destinazzjoni għandu jinnotifika lill-uffiċċju tat-tluq dwar il-wasla permezz ta’ messaġġ tal-‘Avviż tal-Wasla’.

L-uffiċċju tat-tluq għandu jinnotifika lill-uffiċċju tad-destinazzjoni ddikjarat oriġinaljament dwar il-wasla permezz ta’ messaġġ tal-‘Avviż tal-Wasla Mibgħut mill-Ġdid’.

3.   Il-messaġġ tal-‘Avviż tal-Wasla’ msemmi fil-paragrafi (1) u (2) ma għandux jintuża bħala prova li l-proċedura ntemmet għall-għanijiet tal-Artikolu 366(1).

4.   Għajr fejn ġustifikat, l-uffiċċju tad-destinazzjoni għandu jibgħat il-messaġġ ‘Riżultati tal-Kontroll’ lill-uffiċċju tat-tluq l-iktar tard sat-tielet jum ta’ wara l-jum li fih il-merkanzija tkunu ġiet ippresentata fl-uffiċċju tad-destinazzjoni. Madankollu, fejn japplika l-Artikolu 408 l-uffiċċju tad-destinazzjoni għandu jibgħat il-messaġġ ‘Riżultati tal-Kontrolli’ lill-uffiċċju tat-tluq sa mhux iktar tard mis-sitt jum ta’ wara il-jum li l-merkanzija tkun waslet.”

(47)

L-Artikolu 364 għandu jitħassar.

(48)

Fis-Sezzjoni 2, il-Kapitolu 4, it-Titolu II, il-Parti II, l-intestatura tas-Sottosezzjoni 6 tinbidel b’dan li ġej:

Proċedura ta’ inkjesta

(49)

L-Artikolu 365 għandu jinbidel b’dan li ġej:

“Artikolu 365

1.   Meta l-awtoritajiet doganali tal-Istat Membru tat-tluq ma jirċievux il-messaġġ tal-‘Avviż tal-Wasla’ sal-limitu taż-żmien li fih il-merkanzija għandha tiġi ppreżentata fl-uffiċċju tad-destinazzjoni jew ma jirċievux il-messaġġ tar-‘Riżultati tal-Kontroll’ fi żmien sitt ijiem minn meta jkunu rcievew il-messaġġ tal-‘Avviż tal-Wasla’, dawk l-awtoritajiet għandhom iqisu jekk jibdewx il-proċedura ta’ inkjesta sabiex jiksbu l-informazzjoni meħtieġa biex tintemm il-proċedura, jew fejn dan ma jkunx possibbli:

biex jiġi stabbilit jekk kienx hemm xi dejn doganali,

biex jiġi identifikat id-debitur, u

biex jiġu ddeterminati l-awtoritajiet doganali responsabbli mill-irkupru.

2.   Il-proċedura ta’ inkjesta għandha tinbeda mhux iktar tard minn sebat ijiem wara l-iskadenza ta’ wieħed mil-limiti ta’ żmien imsemmija fil-paragrafu 1, minbarra f’każijiet eċċezzjonali ddefiniti mill-Istati Membri bi ftehim bejnithom. Jekk l-awtoritajiet doganali jirċievu informazzjoni qabel li l-proċedura ta’ tranżitu ma ntemmitx, jew jissuspettaw li dan huwa l-każ, il-proċedura ta’ inkjesta għandha tinbeda minnufih.

3.   Jekk l-awtoritajiet doganali tal-Istat Membru tat-tluq irċevew biss il-messaġġ tal-‘Avviż tal-Wasla’, għandhom jibdew il-proċedura ta’ inkjesta billi jitolbu lill-uffiċċju tad-destinazzjoni li bagħat il-messaġġ ‘Avviż tal-Wasla’ biex jibgħat il-messaġġ ‘Riżultati tal-Kontrolli’.

4.   Jekk l-awtoritajiet doganali tal-Istat Membru tat-tluq ma irċevewx il-messaġġ tal-‘Avviż tal-Wasla’, għandhom jibdew il-proċedura ta’ inkjesta billi jitolbu l-informazzjoni meħtieġa biex tintemm il-proċedura mingħand il-prinċipal jew, f’każ li fid-destinazzjoni jkun hemm biżżejjed dettalji għall-inkjesta, mill-uffiċċju tad-destinazzjon.

Il-prinċipal għandu jintalab jipprovdi l-informazzjoni meħtieġa biex tintemm il-proċedura sa mhux aktar minn tmienja u għoxrin jum wara li tkun bdiet il-proċedura ta’ inkjesta mal-uffiċċju tad-destinazzjoni meta l-operazzjoni tat-trażitu ma tkunx tista’ titwettaq.

5.   L-uffiċċju tad–destinazzjoni u l-prinċipal għandhom jwieġbu t-talba, imsemmija fil-paragrafu 4, fi żmien tmienja u għoxrin jum. Jekk il-prinċipal jipprovdi biżżejjed informazzjoni f’dan iż-żmien, l-awtoritajiet doganali tal-Istat Membru tat-tluq għandhom iqisu din l-informazzjoni jew għandhom itemmu l-proċedura jekk l-informazzjoni pprovduta tippermetti dan.

6.   Jekk l-informazzjoni li tasal mingħand il-prinċipal mhix suffiċjenti biex tintemm il-proċedura, imma hija suffiċjenti biex tkompli l-proċedura ta’ inkjesta skont l-awtoritajiet doganali tal-Istat Membru tat-tluq, għandha tintbagħat minnufih talba lill-uffiċċju doganali involut.

7.   Fejn l-inkjesta tistabbilixxi li l-proċedura ta’ tranżitu spiċċat kif imiss, l-awtoritajiet doganali tal-Istat Membru tat-tluq għandhom itemmu l-proċedura u jinformaw minnufih lill-prinċipal u, fejn xieraq, lil kwalunkwe awtoritajiet doganali li setgħu jkunu bdew proċedura ta’ rkupru skont l-Artikoli 217 sa 232 tal-Kodiċi.”

(50)

Jiżdied l-Artikolu 365a li ġej:

“Artikolu 365a

1.   Meta l-awtoritajiet doganali tal-Istat Membru tat-tluq, minnhawn ‘il quddiem imsejħa ‘l-awtoritajiet li qed jagħmlu t-talba’, matul il-proċedur ta’ inkjesta u qabel jiskadi l-limitu ta’ żmien imsemmi fl-ewwel inċiż tal-Artikolu 450a, jiksbu evidenza, bi kwalunkwe mezz, dwar il-lokalità fejn seħħu l-avvenimenti li ħolqu d-dejn doganali, u din il-lokalità tinsab fi Stat Membru ieħor, l-awtoritajiet doganali għandhom minnufuh jibagħtu l-inforamzzjoni disponobbli kollha lill-awtoritajiet responsabbli minn dik il-lokalità, minn hawn il-quddiem imsejħa ‘l-awtoritajiet indirizzati’.

2.   L-awtoritajiet indirizzati għandhom jikkonfermaw li rċievew il-komunikazzjoni u jindikaw jekk humiex responsabbli għall-irkupru. Jekk ma tasal l-ebda risposta fi żmien 28 jum, l-awtoritajiet li qed jagħmlu t-talba għandhom ikomplu minnufih bil-proċedura ta’ inkjesta.”

(51)

L-Artikoli 366 u 367 għandhom jinbidlu b’dan li ġej:

“Artikolu 366

1.   Il-prova li l-proċedura ntemmet fil-limitu ta’ żmien preskritt fid-dikjarazzjoni tista’ tingħata mill-prinċipal, għas-sudisfazzjoni tal-awtoritajiet doganali, f’forma ta’ dokument iċċertifikat mill-awtoritajiet doganali tal-Istat Membru tad-destinazzjoni li jidentifika l-merkanzija u li jistabbilixxi li din kienet ippreżentata fl-uffiċċju tad-destinazzjoni jew, fejn japplika l-Artikolu 406, lil destinatarju awtorizzat.

2.   Il-proċedura Komunitarja ta’ tranżitu għandha titqies li tkun intemmet ukoll meta l-prinċipal jippreżenta, għas-sodisfazzjon tal-awtoritajiet doganali, wieħed mid-dokumenti li ġejjin:

(a)

dokument doganali maħruġ f’pajjiż terz li daħħal il-merkanzija biex tkun trattata jew użuta b’mod approvat mid-dwana;

(b)

dokument maħruġ f’pajjiż terz, ittimbrat mill-awtoritajiet doganali ta’ dan il-pajjiż u li jiċċertifika li l-merkanzija hija meqjusa li tista’ ticċirkola liberament fil-pajjiż terz ikkonċernat.

3.   Id-dokumenti msemmija fil-paragrafu 2 jistgħu jinbidlu b’kopji jew b’fotokopji tagħhom, attestati bħala kopji veri mill-korp li ċċertifika d-dokumenti oriġinali, mill-awtoritajiet tal-pajjiż terz ikkonċernat jew mill-awtoritajiet ta’ wieħed mill-Istati Membri.

Artikolu 367

Id-dispożizzjonijiet li jikkonċernaw l-iskambju ta’ messaġġi bejn l-awtoritajiet doganali bl-użu ta’ teknoloġija tal-informatika u ta’ netwerks tal-komputer ma għandhomx japplikaw għall-proċeduri simplifikati ta’ ċerti modi ta’ trasport u għall-proċeduri simplifikati l-oħra bbażati fuq l-Artikolu 97(2) tal-Kodiċi, imsemmija fl-Artikolu 372(1)(f) u (g).”

(52)

L-Artikoli 368a, 369, 369a, 370 u 371 jitħassru.

(53)

L-Artikolu 372 għandu jinbidel b’dan li ġej:

“Artikolu 372

1.   Wara applikazzjoni mill-prinċipal, jew id-destinatarju, kif xieraq, l-awtoritajiet doganali jistgħu jawtorizzaw is-simplifikazzjonijiet li ġejjin:

(a)

l-użu ta’ garanzija komprensiva jew id-dispensa tal-garanzija;

(b)

l-użu ta’ siġilli ta’ tip speċjali;

(c)

l-eżenzjoni mir-rekwiżit li jintuża itinerarju preskritt;

(d)

l-istatus ta’ konsenjatur awtorizzat;

(e)

l-istatus ta’ destinatarju awtorizzat;

(f)

l-applikazzjoni ta’ proċeduri simplifikati speċifiċi għall-merkanzija:

(i)

il-ġarr bil-ferrovija jew f’kontenitur kbir;

(ii)

il-ġarr bl-ajru;

(iii)

il-ġarr bil-baħar;

(iv)

li jgħaddu minn pajpline;

(g)

l-użu ta’ proċeduri simplifikati oħra bbażati fuq l-Artikolu 97(2) tal-Kodiċi.

2.   Għajr fejn previst mod ieħor f’din is-sezzjoni jew l-awtoriżazzjoni, meta tingħata l-awtorizzazzjoni biex jintużaw is-simplifikazzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1, il-punti (a), u (f), is-simplifikazzjonijiet għandhom japplikaw fl-Istati Membri kollha. Meta tingħata l-awtorizzazzjoni biex jintużaw is-simplifikazzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1, il-punti (b), (c), u (d), is-simplifikazzjonijiet għandhom japplikaw biss għall-operazzjonijiet Komunitarji ta’ tranżitu li jibdew fl-Istat Membru fejn ingħatat l-awtoriżazzjoni. Meta tingħata l-awtorizzazzjoni biex tintuża s-simplifikazzjoni msemmija fil-paragrafu 1, il-punt (e), is-simplifikazzjoni għandha tapplika biss fl-Istat Membru fejn tkun ingħatat l-awtoriżazzjoni.”

(54)

Fl-Artikolu 373(1), il-punt (b) għandu jinbidel b’dan li ġej:

“(b)

regolarment jużaw l-arranġamenti Komunitarji ta’ tranżitu, jew li l-awtoritajiet doganali tagħhom jafu li jistgħu jilħqu l-obbligi skont l-arranġamenti jew, b’rabta mas-simplifikazzjoni msemmija fl-Artikolu 372(1)(e), regolarment jirċievu merkanzija li ddaħħlet għall-proċedura Komunitarja ta’ tranżitu, u”

(55)

Fl-Artikolu 374, il-paragrafu 1 għandu jinbidel b’dan li ġej:

“1.   Applikazzjoni għal awtorizzazzjoni biex jintużaw simplifikazzjonijiet, minn hawn ‘il quddiem imsejħa ‘l-applikazzjoni’, għandha tkun iddata u ffirmata. Skont il-kundizzjonjiet u l-manjiera li għandhom jiddeterminaw, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jipprovdu li l-applikazzjonjiet isiru bil-miktub jew mressqa bl-użu ta’ teknika elettronika tal-ipproċessar tad-dejta.”

(56)

Fl-Artikolu 376, il-paragrafu 3 għandu jinbidel b’dan li ġej:

3.   Fil-każ tas-simplifikazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 372(1)(b), (c) u (f), l-awtorizazzjonijiet għandhom ikunu ppresentati kull meta jitlob hekk l-uffiċċju tat-tluq.

(57)

L-Artikolu 379 għandu jinbidel b’dan li ġej:

“Artikolu 379

1.   Il-prinċipal jista’ juża garanzija komprensiva, jew dispensa mill-granzija, sa ammont ta’ referenza.

2.   L-ammont ta’ referenza għandu jkun l-istess bħall-ammont ta’ dejn doganali li jista’ jsir fir-rigward tal-merkanzija li l-prinċipal iqiegħed taħt il-proċedura Komunitarja ta’ tranżitu matul il-perjodu ta’ minn l-inqas ġimgħa.

L-uffiċċju tal-garanzija għandu jistabbilixxi l-ammont b’kollaborazzjoni mal-parti kkonċernata abbażi ta’

(a)

l-informazzjoni dwar il-merkanzija li ġarr fil-passat u l-istima tal-volum tal-operazzjonijiet Komunitarji ta’ tranżitu intenzjonati kif muri, fost affarijiet oħra, mid-dokumentazzjoni u mill-kontijiet kummerċjali tiegħu.

(b)

Meta jistabbilixxi l-ammont ta’ referenza, għandhom jitqiesu l-ogħla rati ta’ dazju u imposti applikabbli għall-merkanzija fl-Istat Membru tal-uffiċċju tal-garanzija. Merkanzija Komunitarja li tinġarr jew li ser tinġarr skont il-Konvenzjoni dwar proċedura komuni ta’ tranżitu għandha tiġi trattata bħala merkanzija mhix Komunitarja.

Għandu jiġi kkalkulat l-ammont ta’ dejn doganali li jista’ jinħoloq għal kull operazzjoni ta’ tranżitu. Meta id-dejta meħtieġa ma tkunx disponibbli l-ammont huwa preżunt li huwa ta’ EUR 7 000, sa kemm informazzjoni oħra magħrufa mill-awtoritajiet doganali ma twassalx għal figura differenti.

3.   L-uffiċċju tal-garanzija għandu jirrevedi l-ammont ta’ referenza, partikolarment fuq talba tal-prinċipal u jekk meħtieġ l-ammont għandu jiġi jaġġustat.

4.   Kull prinċipal għandu jiżgura li l-ammont in kwistjoni ma jeċċedix l-ammont ta’ referenza, waqt li jqis kwalunkwe operazzjonijiet li għalihom il-proċedura tkun għadha ma ntemmitx.

L-ammonti ta’ referenza għandhom jiġu pproċessati, u jistgħu jiġu mmonitorjati, permezz tas-sistema kompjuterizzata tal-awtoritajiet doganali għal kull operazzjoni ta’ tranżitu.”

(58)

Jiżdied l-Artikolu 380a li ġej:

“Artikolu 380a

Għal kull garanzija komprensiva u/jew dispensa mill-garanzija:

(a)

‘Numru ta’ Referenza tal-Garanzija’ marbut ma’ ammont wieħed ta’ referenza għandu jiġi allokat lill-prinċipal għal użu tal-garanzija;

(b)

kodiċi inizjali ta’ aċċess assoċjat man-‘Numru ta’ Referenza tal-Garanzija’ għandu jiġi allokat u kkomunikat lill-prinċipal mill-uffiċċju tal-garanzija.

Il-prinċipal jista’ jassenja kodiċi jew aktar għal din il-garanzjia għal użu tiegħu jew tar-repreżentati tiegħu.”

(59)

L-Artikolu 382 għandu jinbidel b’dan li ġej:

“Artikolu 382

1.   Il-garanzija komprensiva għandha tiġi fornuta minn garanti.

2.   Id-dokumenti tal-garanzija għandhom jikkonformaw mal-mudell fl-Anness 48. L-istrument tal-garanzija għandu jinżammu fl-uffiċċju tal-garanzija.

3.   L-Artikolu 346(2) għandu japplika mutatis mutandis.

(60)

L-Artikolu 383 jiġi emendat kif ġej:

(a)

il-paragrafu 2 għandu jinbidel b’dan li ġej:

“2.   Il-perjodu tal-validità taċ-ċertifikat ma għandux jaqbeż is-sentejn. Iżda, dak il-perjodu jista’ jiġi estiż mill-uffiċċju tal-garanzija għal perjodu ieħor li ma jaqbiżx is-sentejn.”

(b)

il-paragrafu 3 għandu jitħassar.

(61)

L-Artikolu 384 jiġi emendat kif ġej:

(a)

il-paragrafu 2 għandu jinbidel b’dan li ġej:

“2.   Ir-revoka ta’ awtorizzazzjoni biex tintuża garanzija komprensiva jew għal dispensa mill-garanzija mill-awtoritajiet doganali, u d-data effettiva tar-revoka, mill-uffiċċju tal-garanzija, tal-aċċettazzjoni tal-impenn ta’ garanti, jew id-data effettiva tal-kanċellazzjoni tal-impenn minn garanti, għandha tiddaħħal fis-sitema kompjuterizzata mill-uffiċċju tal-garanzija.”

(b)

il-paragrafu 3 għandu jinbidel b’dan li ġej:

“3.   Mid-data effettiva tar-revoka jew tal-kanċellazzjoni, kull ċertifikat maħruġ għall-applikazzjoni tal-Artikolu 353(2)(b) ma jistax jintuża biex titpoġġa merkanzija taħt il-proċedura Komunitarja ta’ tranżitu u għandu jiġi ritornat mill-prinċipal lill-uffiċċju tal-garanzija mingħajr dewmien.

Kull Stat Membru għandu jibgħat lill-Kummissjoni l-mezzi li permezz tagħhom jistgħu jiġu identifikati ċ-Ċertifikati li għadhom validi u li għadhom ma ġewx irritornati, jew li ġew iddikjarati li nsterqu, li ntilfu jew li ġew iffalżifikati. Il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Istati Membri l-oħra.”

(c)

il-paragrafu 4 għandu jitħassar.

(62)

L-Artikolu 385 għandu jitħassar.

(63)

Fl-Artikolu 386, il-paragrafu 2 għandu jinbidel b’dan li ġej:

“2.   Il-prinċipali għandhom idaħħlu t-tip, in-numru u l-marki tas-siġilli wżati fid-dejta tad-dikjarazzjoni ta’ tranżitu.

Il-prinċipali għandhom iwaħħlu s-siġilli mhux iktar tard minn meta l-merkanzja tiġi rilaxxata.”

(64)

Fl-Artikolu 387, il-paragrafu 2 għandu jitħassar.

(65)

Fl-Artikolu 398, l-ewwel paragrafu għandu jinbidel b’dan li ġej:

“Persuni li jixtiequ jwettqu operazzjonijiet Komunitarji ta’ tranżitu mingħajr ma jippreżentaw il-merkanzija u d-dikjarazzjoni korrispondenti ta’ tranżitu fl-uffiċċju tat-tluq jew fi kwalunkwe lokalità oħra li jawtorizza, jistgħu jingħataw l-istatus ta’ konsenjatur awtorizzat.”

(66)

Fl-Artikolu 399, il-punt (b) għandu jinbidel b’dan li ġej:

“(b)

il-limitu ta’ żmien disponibbli għall-awtoritajiet doganali wara li titressaq id-dikjarazzjoni ta’ tranżitu mill-konsenjatur awtorizzat sabiex, jekk meħtieġ, dak l-uffiċċju jkun jista’ jwettaq kwalunkwe kontrolli meħtieġa qabel ma titlaq il-merkanzija;”

(67)

L-Artikolu 400 għandu jinbidel b’dan li ġej:

“Artikolu 400

Il-konsenjatur awtorizzat għandu jressaq dikjarazzjoni ta’ tranżitu fl-uffiċċju tat-tluq. Ir-rilaxx tal-merkanzija ma jistax isseħħ qabel ma jgħaddi l-limitu ta’ żmien previst fl-Artikolu 399(b).”

(68)

L-Artikolu 401 għandu jitħassar.

(69)

L-Artikolu 402 għandu jinbidel b’dan li ġej:

“Artikolu 402

Il-konsenjatur awtorizzat għandu jdaħħal fis-sistema kompjuterizzata, fejn xieraq, l-itinerarju preskritt skont l-Artikolu 355(2), il-perjodu preskritt skont l-Artikolu 356 li fih il-merkanzija għandha tiġi ppresentata fl-uffiċċju tad-destinazzjoni, kif ukoll l-numri, it-tip u l-marki tas-siġilli.”

(70)

L-Artikoli 403 u 404 jitħassru.

(71)

L-Artikolu 406 għandu jinbidel b’dan li ġej:

“Artikolu 406

1.   Persuni li jixtiequ jirċievu fil-lokalità tagħhom jew fi kwalunkwe lokalità oħra speċifikata merkanzija skont il-proċedura Komunitarja ta’ tranżitu bla ma jippresentawhom u d-dokumnet ta’ akkumpanjament fit-tranżitu fl-uffiċċju tad-destinazzjoni jistgħu jingħataw status ta’ destinatarju awtorizzat.

2.   Il-prinċipal għandu jkun wettaq l-obligazzjonijiet tiegħu skont l-Artikolu 96(1)(a) tal-Kodiċi, u l-proċedura Komunitarja ta’ tranżitu għandha titqies li ntemmet, meta d-dokument ta’ akkumpanjament fit-tranżitu, li akkumpanja l-konsenja, flimkien mal-merkanzija intatta, tkun twasslet fiż-żmien preskritt, lid-destinatarju awtorizzat fil-lokalità tiegħu jew fil-lokalità speċifikata fl-awtoriżazzjoni u bil-miżuri ta’ identifikazzjoni osservati kif imiss.

3.   Fuq talba tat-trasportatur, id-destinatarju awtorizzat għandu joħroġ l-irċevuta pprovdut fl-Artikolu 362, li għandha tapplika mutatis mutandis, fir-rigward ta’ kull konsenja mwassla skont il-paragrafu 2.”

(72)

Fl-Artikolu 407, il-paragrafu 1 għandu jinbidel b’dan li ġej:

“1.   L-awtorizzazzjoni għandha tispeċifika b’mod partikolari:

(a)

l-uffiċċju jew l-uffiċċji tad-destinazzjoni responsabbli għall-merkanzija riċevuta mid-destinatarju awtorizzat;

(b)

meta d-destinatarju awtorizzat jirċievi, mill-uffiċċju tad-destinazzjoni u permezz tal-messaġġ ‘Awtorizzazzjoni ta’ Rilaxx’, id-dejta rilevanti tal-messaġġ ‘Avviż Antiċipat tal-Wasla’ għall-finijiet tal-applikazzjoni, mutatis mutandis, tal-Artikolu 361(3);

(c)

il-kategoriji jew iċ-ċirkolazzjoni tal-merkanzija li ġiet eskluża.”

(73)

L-Artikolu 408 għandu jinbidel b’dan li ġej:

“Artikolu 408

1.   Meta l-merkanzija tasal fil-post tiegħu jew fil-lokalitajiet speċifikati fl-awtorizzazzjoni, id-destinatarju awtorizzat għandu:

(a)

jinforma minnufih lill-uffiċċju tad-destinazzjoni responsabbli għall-wasla tal-merkanzija permezz tal-messaġġ ‘Avviż tal-Wasla’ li jkun fih kwalunkwe inċident li nqala’ matul it-trasport;

(b)

jistenna għall-messaġġ ‘Awtorizzazzjoni għall-Ħatt’ qabel jibda jħott;

(c)

wara li jirċievi l-messaġġ ‘Awtorizzazzjoni għall-Ħatt’, jibgħat lill-uffiċċju tad-destinazzjoni, sa mhux aktar tard minn tlitt ijiem wara dak tasal il-merkanzija, il-messaġġ ‘Rimarki dwar il-Ħatt’ li jkun fih id-differenzi kollha, skont il-proċedura stipulata fl-awtorizzazzjoni;

(d)

li jżomm għad-dispożizzjoni jew jibgħat, lill-uffiċċju tad-destinazzjoni, kopja tad-dokument ta’ akkumpanjament fit-tranżitu li jkun akkumpanja l-merkanzija skont l-arranġament previst fl-awtorizzazzjoni.

2.   L-uffiċċju tad-destinazzjoni għandu jintroduċi d-dejta fil-messaġġ ‘Riżultati tal-Kontroll’ fis-sistema kompjuterizzata.”

(74)

L-Artikolu 408a għandu jitħassar.

(75)

Fl-Artikolu 441(1), l-ewwel subparagrafu jinbedel b’dan li ġej:

“1.   L-Artikoli 353(5) u l-punt 23 tal-Anness 37d għandhom japplikaw għal kwalunkwe lista ta’ tagħbija li takkumpanja n-nota tal-konsenja CIM jew in-nota tat-trażferiment TR.”

(76)

Fl-Artikolu 442, il-paragrafu 1 għandu jinbidel b’dan li ġej:

“1.   Fejn tapplika l-proċedura Komunitarja ta’ tranżitu, id-dispożizzjonijiet tal-Artikoli 412 sa 441 ma għandhomx jeskludu l-użu tal-proċeduri stipulati fl-Artikoli 344 sa 362, 367 u fil-punt 22 tal-Anness 37d, u d-dispożizzjonijiet tal-Artikoli 415 u 417 jew 429 u 432 għandhom japplikaw xorta waħda.”

(77)

L-Artikolu 450a għandu jinbidel b’dan li ġej:

“Artikolu 450a

Il-perjodu taż-żmien imsemmi fit-tielet inċiż tal-Artikolu 215(1) tal-Kodiċi għandu jkun ta’:

seba’ xhur mill-aħħar data li fiha l-merkanzija kellha tiġi ppreżentata fl-uffiċċju tad-destinazzjoni, sakemm ma ntbagħtitx talba ta’ rkupru skont l-Artikolu 365a, f’liema każ dan il-perjodu jittawwal b’massimu ta’ xahar; jew

xahar wara li jiskadi l-perjodu taż-żmien imsemmi fl-Artikolu 365(5), meta l-prinċipal ma jkunx ipprovda informazzjoni jew biżżejjed informazzjoni.”

(78)

Fl-Artikolu 450c, l-ewwel paragrafu għandu jinbidel b’dan li ġej:

“1.   Meta l-proċedura ma ntemmitx, l-awtoritajiet doganali tal-Istat Membru tat-tluq għandhom, fi żmien disa’ xhur mill-perjodu ta’ żmien preskritt għall-preżentazzjoni tal-merkanzija fl-uffiċċju tad-destinazzjoni, jinnotifikaw lill-garanti li l-proċedura ma ntemmitx.”

(79)

Fl-Artikolu 450d, it-tieni paragrafu għandu jinbidel b’dan li ġej:

“Dawn l-awtoritajiet għandhom jinformaw lill-uffiċċju tat-tluq u lill-uffiċċju tal-garanzija dwar il-każijiet kollha fejn inħoloq dejn relatat mad-dikjarazzjonijiet Komunitarji ta’ tranżitu li kienu ġew aċċettati mill-uffiċċju tat-tluq, u dwar l-azzjonijiet meħuda kontra d-debitur ħalli jiġu rkuprati l-flus involuti. Barra minn hekk, huma għandhom jinformaw lill-uffiċċju tat-tluq dwar il-ġbir ta’ dazji u imposti oħra, sabiex l-uffiċċju jkun jista’ jtemm l-operazzjoni ta’ tranżitu.”

(80)

Fl-Artikolu 453(2), “L-Artikolu 314b” għandu jinbidel bl-“Artikolu 314”.

(81)

L-Artikolu 454 għandu jinbidel b’dan li ġej:

“L-Artikolu 454

1.   Din is-sezzjoni għandha tapplika għat-trasport ta’ merkanzija koperta b’carnets TIR fi ħdan it-territorju doganali tal-Komunità.

2.   Il-messaġġi msemmija f’din is-Sezzjoni għandhom jikkonformaw mal-istruttura u d-dettalji iddefiniti mill-awtoritajiet doganali bi ftehim bejnithom.

3.   Id-detentur tal-carnet TIR għandu jressaq id-dejta tal-carnet TIR fl-uffiċċju doganali tat-tluq jew tad-dħul permezz ta’ teknika tal-ipproċessar tad-dejta skont l-istruttura u d-dettalji korrispondenti stipulati fl-Annessi 37a u 37c.

4.   Mar-rilaxx tal-merkanzija tal-operazzjoni TIR, l-uffiċċju tat-tluq jew tad-dħul għandu jistampa dokument ta’ akkumpanjament fit-tranżitu, li għandu jinżamm mal-Fattura Nru 2 u l-istess uffiċċju għandu jittrażmetti d-dejta elettronika lill-uffiċċju doganali ta’ destinazzjoni jew ħruġ u li jkun ġie ddikjarat, bil-messaġġ tal-‘Avviż Antiċipat tal-Wasla’.

5.   Id-dettalji tal-carnet TIR għandhom jintużaw biex jiddeterminaw kwalunkwe konsegwenzi legali li jirriżultaw minn diskrepanza bejn id-dejta fil-carnet TIR elettronika u d-dettalji fil-carnet TIR.

6.   L-obbligu li titressaq id-dejta fil-carnet TIR permezz ta’ teknika tal-ipproċessar tad-dejta jista’ jiġi dispensat biss fil-każijiet eċċezzjonali li ġejjin:

(a)

is-sistema kompjuterizzata ta’ tranżitu tal-awtoritajiet doganali ma tkunx qed taħdem;

(b)

l-applikazzjoni biex d-dejta fil-carnet TIR titressaq permezz ta’ teknika tal-ipproċessar tad-dejta ma tkunx qed taħdem;

(c)

in-netwerk bejn l-applikazzjoni biex titressaq id-dejta fil-carnet TIR permezz ta’ teknika tal-ipproċessar tad-dejta u l-awtoritajiet doganali ma tkunx qed taħdem.

7.   Id-dispensa prevista fil-punti (b) u (c) tal-paragrafu 6 għandha tkun soġġetta għall-approvazzjoni tal-awtoritajiet doganali.”

(82)

Fl-Artikolu 454a(2) jiddaħħal il-punt (d) b’dan li ġej:

“(d)

l-użu ta’ teknika tal-ipproċessar tad-dejta biex jsir komunikazzjoni mal-uffiċċju doganali tad-destinazzjoni.”

(83)

L-Artikolu 454b għandu jinbidel b’dan li ġej:

“Artikolu 454b

1.   Fir-rigward ta’ merkanzija li tasal fil-post tiegħu, jew fil-lokalità speċifikata fl-awtorizzazzjoni msemmija fl-Artikolu 454a, id-destinatarju awtorizzat għandu jikkonforma mal-obbligi li ġejjin, skont il-proċedura stipulata fl-awtorizzazzjoni:

(a)

għandu minnufih jinforma lill-uffiċċju doganali tad-destinazzjoni dwar il-wasla tal-merkanzija permezz tal-messaġġ tan-‘Notifika tal-Wasla’, li jinkludi informazzjoni dwar kwalunkwe irregolarità jew inċidenti li seħħu matul it-trasport;

(b)

għandu jistenna l-messaġġ tal-‘Permess għall-Ħatt’ qabel iħott;

(c)

għandu jdaħħal, mingħajr dewmien, ir-riżultati tal-ħatt fir-reġistri tiegħu;

(d)

għandu jibgħat sa mhux aktar tard minn tlitt ijiem wara l-wasla tal-merkanzija l-messaġġ bir-‘Rimarki dwar il-Ħatt’ li jinkludi informazzjoni dwar kwalunkwe irregolarità jew inċident lill-uffiċċju doganali fid-destinazzjoni.

2.   Id-destinatur awtorizzat għandu jiżgura li l-carnet TIR u d-dokumenti li jakkumpanjaw it-tranżitu, jiġu ppreżentati mingħajr dewmien, lill-awtoritajiet doganali fl-uffiċċju doganali tad-destinazzjoni. Dawk l-awtoritajiet għandhom jimlew l-iskontrin Nru 2 tal-carnet TIR u għandhom jiżguraw li l-carnet TIR jingħata lura lid-detentur tal-carnet TIR jew lill-persuna li qed taġixxi f’ismu. Il-Fattura Nru 2 għandha tinżamm mill-uffiċċju doganali tad-destinazzjoni jew tal-ħruġ.

3.   Id-data tat-terminazzjoni tal-operazzjoni TIR għandha tkun id-data tad-dħul fir-reġistri msemmija fil-punt (c) tal-paragrafu 1.

Madankollu, fil-każijiet fejn tkun seħħet xi irregolarità jew inċident matul it-trasport, id-data tat-terminazzjoni tal-operazzjoni TIR għandha tkun id-data tal-messaġġ tar-‘Riżultati tal-Kontrolli’ msemmi fl-Artikolu 455(4).

4.   Fuq it-talba tad-detentur tal-carnet TIR, id-destinatarju awtorizzat għandu joħroġ irċevuta, li tiċċertfika l-wasla tal-merkanzija fil-post tad-destinatarju awtorizzat u li jkun fiha referenza għad-dokument ta’ akkumpanjament fit-tranżitu u għall-carnet TIR. L-irċevuta ma għandhiex tintuża bħala prova tat-terminazzjoni tal-operazzjoni TIR fi ħdan it-tifsira tal-punt (d) tal-Artikolu 1 tal-Konvenzjoni TIR jew tal-Artikolu 455b.

5.   L-uffiċċju tad-destinazzjoni għandu jdaħħal il-messaġġ ‘Riżultati tal-Kontrolli’ fis-sistema kompjuterizzata.

L-awtoritajiet doganali għandhom jibagħtu wkoll id-dejta prevista fl-Anness 10 tal-Konvenzjoni TIR.

6.   Meta l-applikazzjoni tal-ipproċessar tad-dejta tad-destinatarju awtorizzat ma tkunx qed taħdem, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jippermettu metodi oħrajn għall-komunikazzjoni mal-awtoritajiet doganali fl-uffiċċju doganali tad-destinazzjoni.”

(84)

Fl-Artikolu 454c, il-paragrafu 2 għandu jinbidel b’dan li ġej:

“2.   It-terminazzjoni tal-operazzjoni TIR, fi ħdan it-tifsira tal-punt (d) tal-Artikolu 1 tal-Konvenzjoni TIR, għandha tkun saret meta ġew sodisfatti r-rekwiżiti tal-Artikolu 454b(1) u (2), l-ewwel sentenza.”

(85)

L-Artikolu 455 għandu jinbidel b’dan li ġej:

“Artikolu 455

1.   L-uffiċċju doganali tad-destinazzjoni jew tal-ħruġ għandu jimla l-iskontrin Nru 2, iżomm l-Fattura Nru 2 u d-dokument ta’ akkumpanjament fit-tranżitu u għandu juża l-messaġġ ‘Avviż tal-Wasla’ biex jinnotifika lill-uffiċċju doganali tat-tluq jew tad-dħul dwar il-wasla tal-merkanzija fil-jum meta din tiġi preżentata fl-uffiċċju doganali tat-tluq jew tad-dħul.

2.   Meta l-operazzjoni TIR tiġi terminata f’uffiċċju doganali differenti minn dak iddikjarat fil-bidu fid-dikjarazzjoni ta’ tranżitu, l-uffiċċju doganali il-ġdid tad-destinazzjoni jew tal-ħruġ għandu jinnotifika lill-uffiċċju doganali tat-tluq jew tad-dħul dwar il-wasla permezz tal-messaġġ l-‘Avviż tal-Wasla’.

L-uffiċċju doganali tat-tluq jew tad-dħul għandu jinnotifika lill-uffiċċju doganali tad-destinazzjoni jew tal-ħruġ iddikjarat fil-bidu, dwar il-wasla, permezz tal-messaġġ tal-‘Avviż tal-Wasla Mibgħut Mill-Ġdid’.

3.   Il-messaġġ tal-‘Avviż tal-Wasla’ msemmi fil-paragrafi 1 u 2 ma jistax jintuża bħala prova li l-proċedura ġiet terminata fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 455b.

4.   Għajr fejn ikun iġġustifikat, l-uffiċċju doganali tad-destinazzjoni jew tal-ħruġ għandu jibgħat il-messaġġ tar-‘Riżultati tal-Kontrolli’ lill-uffiċċju tad-dħul jew tat-tluq sa mhux iktar tard minn tlett ijiem wara l-jim li fih tkun ġiet ppreżentata l-merkanzija fl-uffiċċju tad-destinazzjoni jew tal-ħruġ. Madankollu, fejn japplika l-Artikolu 454b, l-uffiċċju doganali tad-destinazzjoni għandu jibgħat il-messaġġ tar-‘Riżultati tal-Kontroll’ lill-uffiċċju doganali tat-tluq jew tad-dħul sa mhux iktar tard minn sitt ijiem wara l-jum tal-wasla tal-merkanzija fil-post tad-destinatarju awtorizzat.

L-awtoritajiet doganali għandhom jibagħtu wkoll id-dejta prevista fl-Anness 10 tal-Konvenzjoni TIR.

5.   Fejn japplika l-Artikolu 454(6), l-awtoritajiet doganali tal-Istat Membru tad-destinazzjoni jew tal-ħruġ għandhom jagħtu lura l-parti korrispondenti tal-Fattura Nru 2 tal-carnet TIR lill-awtoritajiet doganali tal-Istat Membru tat-tluq jew tad-dħul mingħajr dewmien u sa mhux iktar tard minn tmint ijiem mid-data ta’ meta tkun ġiet itterminata l-operazzjoni TIR.”

(86)

L-Artikolu 455a għandu jinbidel b’dan li ġej:

“Artikolu 455a

1.   Meta l-awtoritajiet doganali tal-Istat Membru tat-tluq jew tad-dħul ma jkunux irċevew il-messaġġ tal-‘Avviż tal-Wasla’ fiż-żmien stipulat li fih il-merkanzija trid tiġi ppreżentata fl-uffiċċju doganali tad-destinazzjoni jew tal-ħruġ, jew ma jkunx ircevew il-messaġġ tar-‘Riżultati tal-Kontrolli’ fi żmien sitt ijiem wara li jkun wasal il-messaġġ tal-‘Avviż tal-Wasla’, dawk l-awtoritajiet għandhom iqisu jekk jibdewx il-proċedura ta’ inkjesta sabiex jiksbu l-informazzjoni meħtieġa biex itemmu l-operazzjoni TIR jew, fejn dan ma jkunx possibbli:

biex jiġi stabbilit jekk kienx hemm xi dejn doganali,

biex jiġi identifikat id-debitur, u

biex jiġu ddeterminati l-awtoritajiet doganali responsabbli mid-dħul fil-kontijiet.

2.   Il-proċedura ta’ inkjesta għandha tinbeda mhux iktar tard minn sebat ijiem wara l-iskadenza ta’ wieħed mil-limiti ta’ żmien imsemmija fl-ewwel paragrafu, minbarra f’każijiet eċċezzjonali ddefiniti mill-Istati Membri bi ftehim bejnithom. Jekk l-awtoritajiet doganali jirċievu informazzjoni minn qabel li l-operazzjoni TIR ma ntemmitx, jew jissuspettaw li dan huwa l-każ, għandhom jibdew il-proċedura ta’ inkjesta minnufih.

3.   Jekk l-awtoritajiet doganali tal-Istat Membru tat-tluq jew tal-dħul irċevew biss il-messaġġ tal-‘Avviż tal-Wasla’, għandhom jibdew il-proċedura ta’ inkjesta billi jitolbu lill-uffiċċju doganali tad-destinazzjoni jew tal-ħruġ li bagħat il-messaġġ tal-‘Avviż tal-Wasla’ biex jibgħat il-messaġġ tar-‘Riżultati tal-Kontrolli’.

4.   Jekk l-awtoritajiet doganali fl-uffiċċju doganali tat-tluq jew tad-dħul ma jirċevux il-messaġġ tal-‘Avviż tal-Wasla’, għandhom jibdew il-proċedura ta’ inkjesta billi jitolbu l-informazzjoni li jkollhom bżonn biex itemmu l-operazzjoni TIR mill-uffiċċju doganali tad-destinazzjoni jew tal-ħruġ. Dan l-uffiċċju għandu jwieġeb it-talba fi żmien 28 jum.

5.   Id-detentur tal-carnet TIR għandu jintalab jipprovdi l-informazzjoni meħtieġa biex tintemm il-proċedura sa mhux aktar minn 28 jum wara li tkun bdiet il-proċedura ta’ inkjesta mal-uffiċċju doganali tad-destinazzjoni jew tal-ħruġ meta l-operazzjoni TIR ma tkunx tista’ tintemm. Id-detentur tal-carnet TIR għandu jwieġeb it-talba fi żmien tmienja u għoxrin jum. Fuq talba tad-detentur tal-carnet TIR, dan il-perjodu jista’ jittawwal bi tmienja u għoxrin jum ieħor.

L-awtoritajiet doganali tal-Istat Membru tat-tluq jew tal-dħul għandhom jinfurmaw ukoll lill-assoċjazzjoni garanti kkonċernata, mingħajr preġudizzju għan-notifikazzjoni li għandha ssir skont l-Artikolu 11(1) tal-Konvenzjoni TIR, u jistednuha sabiex tipprovdi evidenza li l-operazzjoni TIR intemmet.

6.   Fejn japplika l-Artikolu 454(6), l-awtoritajiet doganali tal-Istat Membru tat-tluq jew tad-dħul għandhom jibdew il-proċedura ta’ inkjesta msemmija fl-ewwel paragrafu kull darba li ma jirċevux evidenza li l-operazzjoni TIR ġiet itterminata fi żmien xahrejn mid-data li fiha jkun ġie aċċettat il-carnet TIR. Għal dak il-għan, dawn l-awtoritajiet jibagħtu t-talba flimkien mal-informazzjoni kollha meħtieġa lill-awtoritajiet doganali tal-Istat Membru tad-destinazzjoni jew tal-ħruġ. Jekk l-awtoritajiet jirċievu informazzjoni minn qabel li l-operazzjoni TIR ma ġietx itterminata, jew jissuspettaw li dan huwa l-każ, għandhom jibdew il-proċedura ta’ inkjesta minnufih. Il-proċedura ta’ inkjesta għandha tibda ukoll jekk sussegwentament jsir magħruf li l-evidenza tat-terminazzjoni tal-operazzjoni TIR kienet iffalsifikata u l-proċedura ta’ inkjesta hija meħtieġa biex jinkisbu l-għanijiet tal-ewwel paragrafu.

Il-proċedura stipulata fil-paragrafu 5 għandha tapplika mutatis mutandis.

L-awtoritajiet doganali tal-Istat Membru tad-destinazzjoni jew tal-ħruġ għandhom iwieġbu fi żmien tmienja u għoxrin jum.

7.   Fejn proċedura ta’ inkjesta tistabbilixxi li l-operazzjoni TIR ġiet itterminata kif imiss, l-awtoritajiet doganali tal-Istat Membru tat-tluq jew tad-dħul għandhom itemmu l-proċedura u għandhom jinformaw minnufih lill-assoċjazzjoni garanti u lid-dententur tal-carnet TIR u, fejn xieraq, lil kwalunkwe awtoritajiet doganali li setgħu bdew proċedura ta’ rkupru skont l-Artikoli 217 sa 232 tal-Kodiċi.”

(87)

Għandu jiddaħħal l-Artikolu 455b li ġej:

“Artikolu 455b

1.   L-evidenza li l-operazzjoni TIR ġiet itterminata fil-limitu ta’ żmien preskritt fil-carnet TIR, tista’ tkun fornuta għas-sodisfazzjon tal-awtoritajiet doganali fil-forma ta’ dokument iċċertifikat mill-awtoritajiet doganali tal-Istat Membru tad-destinazzjoni jew tal-ħruġ u li jidentifika l-merkanzija u li jistabbilixxi li din ġiet ippreżentata fl-uffiċċju doganali tad-destinazzjoni jew tal-ħruġ jew fejn japplika l-Artikolu 454a, lid-destinatarju awtorizzat.

2.   L-operazzjoni TIR għandha wkoll titqies li ġiet itterminata meta d-detentur tal-carnet TIR jew l-assoċjazzjoni garanti jressqu, għas-sodisfazzjon tal-awtoritajiet doganali, wieħed mid-dokumenti li ġejjin li jidentifika l-merkanzija:

(a)

dokument doganali maħruġ f’pajjiż terz li daħħal il-merkanzija biex tkun trattata jew użuta b’mod approvat mid-dwana;

(b)

dokument maħruġ f’pajjiż terz, approvat mill-awtoritajiet doganali ta’ dan il-pajjiż u li jiċċertifika li l-merkanzija hija meqjusa li tista’ tiċċirkola liberament fil-pajjiż terz ikkonċernat.

3.   Id-dokumenti msemmija f’punt (a) u (b) jistgħu jiġu mibdula b’kopji jew b’fotokopji tagħhom li għandhom ikunu attestati bħala kopji veri mill-korp li ċċertifika d-dokumenti oriġinali, mill-awtoritajiet tal-pajjiżi terzi ikkonċernati jew mill-awtoritajiet ta’ wieħed mill-Istati Membri.”

(88)

L-Artikolu 456 huwa emendat kif ġej:

(a)

Fl-ewwel paragrafu, jiżdied is-subparagrafu b’dan li ġej:

“Il-limitu ta’ żmien imsemmi fit-tielet inċiż tal-Artikolu 215(1) tal-Kodiċi Doganali għandu jkun ta’ seba’ xhur mill-aħħar data li fiha l-merkanzija kellha tiġi ppreżentata fl-uffiċċju doganali tad-destinazzjoni jew tal-ħruġ.”

(b)

Il-paragrafu 2 għandu jinbidel b’dan li ġej:

“2.   L-Artikoli 450b u 450d għandhom japplikaw mutatis mutandis għall-proċedura ta’ rkupru relatata mal-proċedura tat-TIR.”

(89)

L-Artikolu 457b għandu jinbidel b’dan li ġej:

“Artikolu 457b

1.   Meta operazzjoni TIR tikkonċerna l-istess merkanzija bħal dik speċifikata fl-Artikolu 340a jew fejn l-awtoritajiet doganali jqisu meħtieġ, l-uffiċċju doganali tat-tluq jew tad-dħul jista’ jippreskrivi itinerarju għall-merkanzija kkunsidrata.

2.   L-awtoritajiet doganali tal-Istat Membru li fih tinsab il-merkanzjia għandhom ikollhom id-dettalji rilevanti fuq id-dokument li jakkumpanjaw it-tranżitu u l-iskontrin Nru 1 tal-carnet TIR f’każijiet fejn:

(a)

l-itinerarju jinbidel meta ssir l-applikazzjoni mid-detentur tal-carnet TIR;

(b)

it-trasportatur iddiferixxa mill-itinerarju preskritt fil-każ ta’ force majeure.

L-uffiċċju doganali tad-destinazzjoni jew tal-ħruġ għandu jdaħħal l-informazzjoni rilevanti fis-sistema kompjuterizzata.

3.   Fil-każijiet imsemmija f’punt (b) tal-paragrafu 2, il-merkanzija, id-dokument ta’ akkumpanjament fit-tranżitu u l-carnet TIR għandhom jiġu ppreżentati, mingħajr dewmien, lill-eqreb awtoritajiet doganali.”

(90)

Fl-Artikolu 458(1), l-aħħar sentenza tat-tieni subparagrafu tinbidel b’dan li ġej:

“Il-Kummissjoni għandha tikkomunika din l-informazzjoni lill-Istati Membri l-oħra permezz tal-websajt uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.”

(91)

Fl-Artikolu 496, għandu jitħassar il-punt (c).

(92)

Fl-Artikolu 843 għandu jitħassar it-tieni paragrafu.

(93)

Fl-Anness 30 A, il-Punt 1. Fil-punt 5.1, tan-Nota 5 Proċeduri simplifikati, fin-Noti ta’ Introduzzjoni għat-tabelli, titħassar il-figura “288”.

(94)

Fil-punt A, (c) Titolu I fl-Anness 37, l-ewwel frażi tinbidel b’dan li ġej:

“(c)

fejn ir-regoli Komunitarji jipprovdu speċifikament għall-użu tagħhom, b’mod partikolari fi ħdan il-qafas il-proċedura Komunitarja ta’ tranżitu għad-dikjarazzjoni ta’ tranżitu għall-vjaġġaturi kif ukoll għall-proċedura ta’ riżerva.”

(95)

Il-Punt B, tat-Titolu II, fl-Anness 37a, (“Id-dettalji dwar id-dejta tad-dikjarazzjoni ta’ tranżitu”), jiġi emendat kif ġej:

(a)

fil-Grupp tad-Dejta “OPERAZZJONI TA’ TRANŻITU”, it-test relatat mal-element ta’ informazzjoni “Identità tal-Fruntiera li nqasmet” (kaxxa 21) għandu jinbidel b’dan li ġej:

“Tip/tul: an ..27

Skont l-Anness 37 l-użu ta’ dan l-attribut mill-Istati Membri huwa fakultattiv”

(b)

il-Grupp tad-Dejta “OĠĠETT TAL-MERKANZIJA – Kodiċi PRODOTTI SENSITTIVI” (kaxxa 31) għandu jinbidel b’dan li ġej:

“KODICI PRODOTTI SENSITTIVI

(kaxxa nru 31)

Numru: 9

Il-grupp ta’ dejta għandu jintuża jekk id-dikjarazzjoni ta’ tranżitu tikkonċerna l-merkanzija elenkata fl-Anness 44c.

Kodiċi Prodotti Sensittivi

(kaxxa nru 31)

Tip/tul: n ..2

Il-kodiċi li jidher fl-Anness 37c għandu jintuża jekk il-kodiċi tal-merkanzija mhux biżżejjed biex waħdu jidentifika l-merkanzija msemmija fil-lista fl-Anness 44c.

Kwantità Sensittiva

(kaxxa nru 31)

Tip/tul: n ..11,3

Dan l-attribut għandu jintuża meta d-dikjarazzjoni ta’ tranżitu tikkonċerna merkanzija msemmija fil-lista tal-Anness 44c.”

(c)

il-Grupp tad-Dejta “OĠĠETT TAL-MERKANZIJA – PAKKETTI” (kaxxa nru 31) it-test tal-attributi “Marki u n-numru tal-pakketti”, “Tipi ta’ pakketti” u “In-numru tal-pakketti” jinbidlu b’dan li ġej:

“Marki u n-numri tal-pakketti

(kaxxa nru 31)

Tip/tul: an ..42

L-attribut għandu jintuża jekk l-attribut ‘Tip ta Pakketti’ jinkludi kodiċi oħra li jidhru fl-Anness 37c li m’humiex dawk użati għall-kwantità (VQ, VG, VL, VY, VR jew VO) jew l-‘Oġġetti Mhux Ippakkjati’ (NE, NF, NG). Huwa fakultattiv jekk l-attribut ‘Tip ta Pakketti’ jinkludi wieħed mill-kodiċi msemmija hawn fuq.

Tip ta pakketti

(kaxxa nru 31)

Tip/tul: a2

Għandhom jintużaw il-kodiċi tal-pakketti elenkati fil-Kaxxa 31 tal-Anness 38.

In-numru tal-pakketti

(kaxxa nru 31)

Tip/tul: n ..5

L-attribut għandu jintuża jekk l-attribut ‘Tip ta’ Pakketti’ jinkludi kodiċi oħra li jidhru fl-Anness 37c li m’humiex dawk użati għall-kwantità (VQ, VG, VL, VY, VR jew VO) jew għall-‘Oġġetti Mhux Ippakkjati’ (NE, NF, NG). Ma jistax jintuża jekk l-attribut ‘Tip ta’ Pakketti’ jinkludi wieħed mill-kodiċi msemmija hawn fuq.’

(d)

fil-Grupp tad-Dejta ‘Dokumenti/Ċertifikati ppreżentati tal-Oġġetti tal-Merkanzija’ (kaxxa 44) it-test taħt ‘Numru: 99 għandu jinbidel b’dan li ġej:

Għandu jintuża l-grupp tad-dejta għall-messaġġi TIR. F’każijiet oħra, għandu jintuża skont l-Anness 37. Jekk jintuża l-grupp tad-dejta, għandu jintuża tal-inqas wieħed mill-attribwiti li ġejjin.”

(96)

Fl-Anness 37c, jiżdiedu dawn il-punti 9 u 10 li ġejjin:

“9.

Għall-attribut ‘Tip ta’ Dikjarazzjoni’ (kaxxa 1): għad-dikjarazzjonijiet TIR, uża l-kodiċi ‘TIR’.

10.

Għall-attribut ‘Tip ta’ garanzija’ (kaxxa 52): għal messaġġi TIR, uża l-kodiċi ‘B’.”

(97)

Jiżdied l-Anness 37d, li t-test tiegħu jidher fl-Anness I ta’ dan ir-Regolament.

(98)

L-Anness 38 hu emendat skond l-Anness II ta’ dan ir-Regolament.

(99)

Il-punt 1 tat-Titolu I fl-Anness 44a għandu jinbidel b’dan li ġej:

“1.

Definizzjoni

1.1.

Il-lista ta’ tagħbija hija dokument bil-karatteristiċi deskritti f’dan l-Anness.

1.2.

Din tista’ tintuża flimkien mad-dikjarazzjoni ta’ tranżitu fil-qafas tal-applikazzjoni tal-Artikolu 353(2).”

(100)

L-Anness 44b huwa emendat kif ġej:

(a)

Il-punt 3.1 għandu jinbidel b’dan li ġej:

“3.1.

Il-formoli għandhom ikunu stampati fuq karta reżistenti biżżejjed sabiex, bl-użu normali, ma titqattax jew titkemmex faċilment. Il-karta għandha tkun bajda.”

(b)

il-punt 4.3 għandu jinbidel b’dan li ġej:

“4.3.

Il-formoli għandhom juru l-isem u l-indirizz tal-istampatur, jew marka li biha jista’ jiġi identifikat, u numru ta’ identifikazzjoni.”

(101)

L-Anness 44c għandu jinbidel bit-test stipulat fl-Anness III ta’ dan ir-Regolament.

(102)

L-Anness 45a huwa emendat kif ġej:

(a)

fil-Kapitolu I, il-kopja B tal-mudell tad-“Dokument ta’ akkumpanjament fit-tranżitu”, titħassar.

(b)

Il-Kapitolu II għandu jinbidel bl-Anness IV għal dan ir-Regolament.

(103)

L-Anness 45b, għandu jiġi emendat skont l-Anness V għal dan ir-Regolament.

(104)

Fl-Anness 46b, it-tieni kolonna tat-tabella hija emendata kif ġej:

(a)

Il-kumment għall-kriterju 1 “Esperjenza suffiċjenti” għandu jinbidel b’dan li ġej:

“Prova ta’ esperjenza suffiċjenti hija pprovduta bl-użu korrett u regolari tal-proċedura Komunitarja ta’ tranżitu, fil-kapaċità ta’ prinċipal, matul wieħed mill-perjodi li ġejjin, qabel ma ssir it-talba għal tnaqqis:

sitt xhur għall-applikazzjoni tal-Artikoliu 380(2)(a) u tal-Artikolu 381(1),

sena għall-applikazzjoni tal-Artikolu 380(2)(b), u tal-Artikolu 381(2)(a),

sentejn għall-applikazzjoni tal-Artikolu 380(3), u tal-Artikolu 381(2)(b)”.

(b)

Il-kumment tal-kriterju 2 “Livell għoli ta’ kooperazzjoni mal-awtoritajiet doganali” għandu jinbidel b’dan li ġej:

“Il-prinċipal jilħaq livell għoli ta’ kooperazzjoni mal-awtoritajiet doganali meta, fil-ġestjoni tal-operazzjonijiet tiegħu, idaħħal miżuri speċifiċi li jagħmluha aktar faċli għall-awtoritajiet biex iwettqu l-kontrolli u jħarsu l-interessi involuti.

Sakemm jissodisfaw l-awtoritajiet doganali, dawn il-miżuri jistgħu jinvolvu, fost l-oħrajn:

metodi partikolari kif jipprepara id-dikjarazzjoni ta’ tranżitu; jew

il-kontenut ta’ dawn id-dikjarazzjonijiet, meta l-prinċipal jipprovdi informazzjoni addizzjonali fejn dan mhux mandatarju; jew

metodi kif iwettaq il-formalitajiet ta’ tqegħid tal-merkanzija taħt il-proċedura (pereżempju l-prinċipal dejjem ippreżenta d-dikjarazzjonijiet tiegħu fl-istess uffiċċju doganali).”

(105)

L-Anness 47a huwa emendat kif ġej:

(a)

il-punt 1 għandu jinbidel b’dan li ġej:

“1.

Sitwazzjonijiet fejn l-użu tal-garanzija komprensiva għal ammont imnaqqas jew tal-garanzija komprensiva jista’jkun temporanjament projbit

1.1.

Projbizzjoni temporanja tal-użu tal-garanzija komprensiva għal ammont imnaqqas

Iċ-“ċirkostanzi partikolari”, msemmija fl-Artikolu 94(6) tal-Kodiċi jfissru sitwazzjoni fejn ġie stabbilit, f’għadd sinifikanti ta’ każijiet li jinvolvu aktar minn prinċipal wieħed u li jipperikolaw il-ħidma tajba tal-proċedura, minkejja l-applikazzjoni tal-Artikolu 384 u tal-Artikolu 9 tal-Kodiċi, il-garanzija komprensiva għal ammont imnaqqas imsemmija fl-Artikolu 94(4) tal-Kodiċi ma għadhiex biżżejjed biex tiżgura l-ħlas, fil-perjodu taż-żmien stipulat, tad-djun li oriġinaw meta kwalunkwe merkanzija msemmija fil-lista tal-Anness 44c, titneħħa mill-proċedura Komunitarja ta’ tranżitu.

1.2.

Projbizzjoni temporanja tal-użu ta garanzija komprensiva

Il-“frodi fuq skala kbira” msemmija fl-Artikolu 94(7) tfisser sitwazzjoni fejn ikun stabbilit li, minkejja l-applikazzjoni tal-Artikolu 384, tal-Artikolu 9 tal-Kodiċi u, fejn xieraq, tal-Artikolu 94(6) tal-Kodiċi, il-garanzija komprensiva msemmija fl-Artikolu 94(2)(b) tal-Kodiċi ma għadhiex iktar biżżejjed biex tiżgura l-ħlas, fil-perjodu taż-żmien stipulat, tad-djun li oriġinaw meta kwalunkwe merkanzija msemmija fil-lista tal-Anness 44c, titneħħa mill-proċedura Komunitarja ta’ tranżitu. F’din il-konnessjoni jrid jingħata każ tal-volum tal-merkanzija mneħħija u taċ-ċirkustanzi tat-tneħħija tagħhom, partikolarment jekk dawn jirriżultaw minn attivitajiet kriminali organizzati internazzjonalment.

(b)

il-punt 2.2 tal-punt 2 għandu jitħassar;

(c)

it-tieni inċiż tal-punt 3 għandu jitħassar;

(d)

il-punt 4.3 tal-punt 4 għandu jinbidel b’dan li ġej:

“4.3.

Meta l-awtoritajiet kompetenti jagħtu deroga, huma għandhom jniżżlu l-frażi li ġejja fil-kaxxa 8 taċ-ċertifikat ta’ garanzija komprensiva:

UŻU MHUX LIMITAT – 99209.”

(106)

Il-punt 1.2.1 tal-Anness 51b,.għandu jinbidel b’dan li ġej:

“1.2.1.

Fejn garanzija komprensiva ma tistax tintuża għax il-merkanzija mhix msemmija fil-lista tal-Anness 44c, għandu jitniżżel dan li ġej fil-kaxxa 8 taċ-ċertifikat:

Validità limitata – 99200.”

(107)

L-Anness 67 – Formoli ta’ Applikazzjoni u Awtorizzazzjoni – huwa emendat kif ġej:

(a)

Fit-tieni linja tal-intestatura, bejn il-kelma “Artikoli” u “292”, jiddaħħlu n-numri “253b”, “253c”, “253h” u “253l”;

(b)

Wara r-Rimarki Ġenerali u qabel il-formola “Applikazzjoni għal Awtorizzazzjoni għall-użu ta’ proċedura doganali b’impatt ekonomiku/użu aħħari”, jiddaħħlu l-formoli u n-Noti ta’ Spjegazzjoni stipulati fl-Anness VII għal dan ir-Regolament;

(c)

Wara l-formola “Awtorizzazzjoni għall-użu ta’ formola ta’ kontinwazzjoni, għall-ipproċessar ‘il barra”, l-intestatura “Noti ta’ Spjegazzjoni” hija sostitwita kif ġej:

“NOTI TA’ SPJEGAZZJONI GĦALL-FORMOLA TA’ PROĊEDURI DOGANALI B’IMPATT EKONOMIKU U GĦAL UŻU AĦĦARI”.

Artikolu 2

Sa l-1 ta' Jannar 2012 l-awtoritajiet doganali għandhom, skont l-Artikolu 253(8) tar-Regolament (KEE) Nru 2454/93, jeżaminaw mill-ġdid l-awtorizzazzjonijiet għall-finijiet ta’ dikjarazzjonijiet simplifikati jew tal-proċedura ta’ rilaxx mogħtija qabel id-data ffissata fl-Artikolu 3(3)u joħorġu awtorizzazzjonijiet ġodda skont ir-Regolament (KEE) Nru 2454/93 kif emendat minn dan ir-Regolament.

Artikolu 3

1.   Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ sebat ijiem wara l-publikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

2.   Il-punti 2, 3, 5 sa 12, 27 sa 48, 51 sa 76, 92, 94, 95(a); (b) u (c), u l-punti 97 sa 100 u 102 sa 106 għandhom japplikaw mill-1 ta' Lulju 2008.

3.   Il-Punti 1, 4, 13, 14, 16 sa 24, 26, 80 sa 85, 87, 89, 90, 91, 95(d), 96, 101 u 107 tal-Artikolu 1 għandhom japplikaw mill-1 ta' Jannar 2009.

4.   Il-punti 49, 50, 77, 78, 79 u 86 u 88 tal-Artikolu 1 għandhom japplikaw mill-1 ta' Lulju 2009.

5.   Il-Punti 15, 25 u 93 tal-Artikolu 1 għandhom japplikaw mill-1 ta' Jannar 2011.

6.   Il-punt 2 tal-Artikolu 1 japplika sat-30 ta' Ġunju 2009.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 17 ta' Novembru 2008.

Għall-Kummissjoni

László KOVÁCS

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 302, 19.10.1992, p. 1.

(2)  ĠU L 253, 11.10.1993, p. 1.

(3)  ĠU L 360, 19.12.2006, p. 64.

(4)  ĠU L 139, 2.6.2005, p. 1.

(5)  ĠU L 226, 13.8.1987, p. 1.


ANNESS I

“ANNESS 37D

(skont l-Artikolu 353(2)(b))

PARTI I

PROĊEDURA TA’ RIŻERVA

KAPITOLU I

Dispożizzjonijiet ġenerali

1.

Dan l-Anness jistipula dispożizzjonijiet speċifiċi għall-użu tal-proċedura ta’ riżerva, skont l-Artikolu 353(2), fil-każijiet li ġejjin:

(a)

għall-vjaġġaturi:

meta s-sistema kompjuterizzata ta’ l-awtoritajiet doganali ma tkunx qed taħdem;

(b)

għall-prinċipali, inklużi l-konsenjaturi awtorizzati:

meta s-sistema kompjuterizzata ta’ l-awtoritajiet doganali ma tkunx qed taħdem, jew

meta s-sistema kompjuterizzata tal-prinċipal ma tkunx qed taħdem; jew

meta n-netwerk bejn il-prinċipal u l-awtoritajiet doganali ma tkunx qed taħdem.

2.

Il-Parti I, Titolu VII, VIII u l-Parti II, Titolu II, Kapitolu 4, Sezzjonijijet 1, 2 u 3, Subsezzjoni 1 sa 7 japplikaw għall-proċedura ta’ riżerva sakemm mhux iddikjarat mod ieħor fil-punti 3 sa 31 tal-Anness preżenti.

3.

Dikjarazzjonijiet ta’ tranżitu:

3.1.

Id-dikjarazzjoni ta’ tranżitu użata għall-proċedura ta’ riżerva għandha tkun tingħaraf mill-partijiet kollha involuti fl-operazzjoni ta’ tranżitu ħalli jiġu evitati problemi fl-uffiċċju/i ta’ tranżitu u fl-uffiċċju tad-destinazzjoni. Għal din ir-raġuni d-dokumentazzjoni użata hija limitati għal dawn li ġejjin:

L-użu ta’ Dokument Amministrattiv Uniku (SAD),

L-użu tas-SAD stampat fuq karta normali mis-sistema ta’ l-kummerċjant kif stipulat fl-Anness 37, jew

Is-SAD jista’ jkun issostitwit bit-taqsim tad-Dokument ta’ akkumpanjament fit-tranżitu (TAD) bil-qbil tal-awtoritajiet doganali meta l-bżonnijiet tal-kummerċjant jitqiesu li huma ġġustifikati mill-awtoritajiet doganali.

3.2.

Għall-implimetazzjoni tad-dispożizzjonijiet tal-punt 3.1, (it-tielet inċiż) ta’ dan l-Anness it-TAD għandu jimtela f’konformità mal-Annessi 37 u 45a.

3.3.

Meta d-dispożizzjonijiet ta’ dan l-Anness jirreferu għal kopji tad-dikjarazzjoni ta’ tranżitu li jakkumpanjaw il-konsenja, dawn id-dispożizzjonijiet għandhom japplikaw mutatis mutandis għat-TAD.

KAPITOLU II

Regoli ta’ l-implimentazzjoni

4.

Is-sistema kompjuterizzata ta’ l-awtoritajiet doganali ma tkunx disponibbli

4.1.

Il-regoli għandhom jiġu implimentati kif ġej, irrispettivament mid-dokument użat:

id-dikjarazzjoni ta’ tranżitu għandha timtela’ u ppreżentata lill-uffiċċju tat-tluq fi tliet kopji skont l-Anness 37 għas-SAD u stabbilita skont l-Annessi 37 u 45a għat-TAD,

id-dikjarazzjoni ta’ tranżitu għandha tiġi rreġistrata fil-kaxxa C bl-użu ta’ sistema ta’ numerazzjoni differenti minn dik użata fis-sistema kompjuterizzata,

il-proċedura ta’ riżerva għandha tiġi indikata fuq il-kopji tad-dikjarazzjoni ta’ tranżitu bit-timbru, li jikkomforma mal-mudell f’ Parti II ta’ dan l-Anness, fil-kaxxa A tad-Dokument Amministrattiv Uniku (SAD) jew minflok l-MRN u l-bar code fuq it-TAD,

meta tintuża l-proċedura simplifikata, l-kummerċjant għandu jissodisfa l-obbligi u l-kundizzjonijiet kollha li jikkonċernaw l-annotazzjonijiet li għandhom jitniżżlu fid-dikjarazzjoni u juża t-timbru speċjali (il-punti 26–29), u juża l-kaxxi D u C rispettivament,

id-dokument għandu jiġi ttimbrat jew mill-uffiċċju tat-tluq f’każ tal-proċedura standard jew mill-konsenjatur awtorizzat meta tintuża l-proċedura simplifikata,

meta jintuża t-taqsim tat-TAD, l-ebda bar code jew Numru ta’ Referenza tat-Trasport (MRN) ma għandu jidher fuq id-dikjarazzjoni.

4.2.

Meta tittieħed deċiżjoni biex tintuża l-proċedura ta’ riżerva, għandha tiġi mħassra kull dikjarazzjoni li ddaħħlet fis-sistema kompjuterizzata, iżda li ma ġietx ipproċessata minħabba li s-sistema kellha xi ħsara. Il-kummerċjant jeħtieġlu jipprovdi informazzjoni lill-awtoritajiet doganali kull darba li titressaq dikjarazzjoni fis-sistema iżda min hemm ‘il quddiem għandha tintuża l-proċedura ta’ riżerva fir-rigward ta’ dik id-dikjarazzjoni.

4.3.

L-awtorità doganali għandha timmonitorja l-użu tal-proċedura ta’ riżerva sabiex jiġi evitat l-abbuż tagħha.

5.

Meta s-sistema u/jew in-netwerk bejn talprinċipali ma tkunx disponibbli.

Id-dispożizzjonijiet deskritti fil-punt 4 japplikaw ħlief għad-dispożizzjonijiet tal-proċedura simplifikata.

Il-prinċipal għandu javża lill-awtoritajiet doganali meta s-sistema kompjuterizzata u/jew in-netwerk tiegħu tkunu disponibbli mill-ġdid.

6.

Is-sistema kumpjuterizzata u/jew in-netwerk tal-konsenjatur awtorizzat ma tkunx disponibbli.

Meta s-sistema komputerizzata u/jew in-netwerk tal-konsenjatur awtorizzat ma tkunx/jkunux disponibbli, tapplika l-proċedura li ġejja:

Id-dispożizzjonijiet stipulati fil-punt 4 għandhom japplikaw;

Il-konsenjatur awtorizzat għandu javża lill-awtoritajiet doganali meta s-sistema kompjuterizzata u/jew in-netwerk tiegħu jerġgħu jkunu disponibbli;

F’dawn iċ-ċirkustanzi jew fil-każ ta’ defiċjenzi tan-netwerk, meta konsenjatur awtorizzat jagħmel aktar minn 2 % tad-dikjarazzjonijiet annwali tiegħu bil-proċedura ta’ riżerva, għandha ssir reviżjoni ta’ l-awtorizzazzjoni sabiex issir evalwazzjoni jekk il-kundizzjonijiet għadhomx jintlaħqu.

7.

Ġbir tad-dejta mill-Awtoritajiet Nazzjonali.

Madankollu, fiż-żewġ każijiet ta’ hawn fuq (5 u 6), l-awtoritajiet doganali nazzjonali jistgħu jippermettu lill-operaturi ekonomiċi li jippreżentaw id-dikjarazzjoni ta’ tranżitu b’kopja waħda (bl-użu tas-SAD jew, fejn relevanti, tat-taqsim tat-TAD) lill-uffiċċju tat-tluq ħalli tiġi pproċessata mis-sistema kompjuterizzata tad-dwana.

KAPITOLU III

Tħaddim tal-proċedura

8.

Il-merkanzija li tqegħdet taħt il-proċedura Komunitarja ta’ tranżitu għandha tinġarr taħt il-kopertura tal-Kopji Nru 4 u Nru 5 tas-SAD jew taħt il-kopertura tat-TAD mogħtija lill-prinċipal mill-uffiċċju tat-tluq.

9.

Il-forniment ta’ garanzija individwali minn garanti.

Meta l-uffiċċju tal-garanzija mhux l-istess uffiċċju tat-tluq, l-uffiċċju tal-garanzija għandu jżomm kopja ta’ l-istrument li tipprovi prova li kien aċċetta l-impenn tal-garanti. Il-prinċipal għandu jippreżenta l-oriġinali lill-uffiċċju tat-tluq, fejn din għandha tinżamm. Jekk meħtieġ l-uffiċċju jista’ jitlob traduzzjoni għal-lingwa uffiċċjali, jew għal waħda mil-lingwi uffiċjali tal-pajjiż ikkonċernat.

10.

Konsenji mħallta.

Fil-każ ta’ konsenji li jinkludu kemm merkanzija li għandha tinġarr skont il-proċedura T1 kif ukoll merkanzija li għandha tinġarr skont il-proċedura T2, id-dikjarazzjoni ta’ tranżitu bis-simbolu ‘T’ għandha tiġi supplementata minn:

formoli supplementari bis-simbolu ‘T1bis’, ‘T2bis’ jew ‘T2Fabis’, kif xieraq; jew

listi ta’ tagħbija bis-simbolu ‘T1’, ‘T2’ or ‘T2F’, kif xieraq.

11.

Il-preżunzjoni tal-proċedura T1.

Meta s-simbolu ‘T1’, ‘T2’ jew ‘T2F’ ma tqiegħedx fis-subdiviżjoni tal-lemin tal-kaxxa 1 tad-dikjarazzjoni ta’ tranżitu jew meta, fil-każ ta’ konsenji li jinkludu kemm merkanzija li qed tinġarr skont il-proċedura T1 u merkanzija li qed tinġarr skont il-proċedura T2, id-dispożizzjonijiet tal-punt 10 ta’ hawn fuq ma ġewx osservati, il-merkanzija jitqies li qed tinġarr skont il-proċedura T1.

12.

Firma tad-dikjarazzjoni ta’ tranżitu u l-impenn tal-prinċipal.

Il-firma tad-dikjarazzjoni ta’ tranżitu mill-prinċipal torbtu bir-responsabbiltà li josserva d-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 199(1).

13.

Miżuri ta’ identifikazzjoni.

Meta l-Artikolu 357(4) jiġi applikat, l-uffiċċju tat-tluq għandu iniżżel l-frażi li ġejja mas-‘siġilli mwaħħlin’ bl-intestatura fil-kaxxa ‘D Kontroll mill-uffiċċju tat-tluq’ tad-dikjarazzjoni ta’ tranżitu:

Dispensa – 99201

14.

Annotazzjonijiet fid-dikjarazzjoni ta’ tranżitu u r-rilaxx tal-merkanzija.

L-uffiċċju tat-tluq għandu jirreġistra r-riżultati tal-verifika fuq kull kopja tad-dikjarazzjoni ta’ tranżitu.

Jekk ir-riżultati tal-verifika konsistenti mad-dikjarazzjoni l-uffiċċju tat-tluq għandu jirrilaxxa l-merkanzija u jirreġistra d-data fuq il-kopji tad-dikjarazzjoni ta’ tranżitu.

15.

Uffiċċju ta’ tranżitu.

15.1.

It-trasportatur għandu jippreżenta avviż ta’ tranżitu magħmul fuq formola li tikkorrispondi għall-mudell fl-Anness 46 lil kull uffiċċju ta’ tranżitu, liema uffiċċji għandhom iżommu din il kopja.

15.2.

Meta l-merkanzija tgħaddi minn uffiċċju ta’ tranżitu li m’huwiex dak imniżżel fil-Kopji Nru 4 u Nru 5 tad-dikjarazzjoni ta’ tranżitu, dan l-uffiċċju

għandu jibgħat l-avviż ta’ tranżitu, mingħajr dewmien, lill-uffiċċju ta’ tranżitu li kien magħżul oriġinarjament, jew

javża lill-uffiċċju tat-tluq fil-każijiet u skont il-proċedura ddefiniti mill-awtoritajiet doganali bi ftehim bejnithom.

16.

Preżentazzjoni fl-uffiċċju tad-destinazzjoni.

16.1.

L-uffiċċju tad-destinazzjoni għandu jirreġistra l-Kopji Nru 4 u Nru 5 tad-dikjarazzjoni ta’ tranżitu, jannota fuqhom id-data tal-wasla u jniżżel id-dettalji tal-kontrolli li twettqu.

16.2.

Operazzjoni ta’ tranżitu tista’ tintemm f’uffiċċju differenti minn dak annotat fid-dikjarazzjoni ta’ tranżitu. Dak l-uffiċċju għandu allura jsir l-uffiċċju tad-destinazzjoni.

Meta l-uffiċċju l-ġdid tad-destinazzjoni jaqa’ taħt il-ġurisdizzjoni ta’ Stat Membru differenti minn dak li jkollu l-ġurisdizzjoni fuq l-uffiċċju magħżul oriġinarjament, l-uffiċċju l-ġdid tad-destinazzjoni għandu jdaħħal fil-kaxxa ‘I. Kontroll mill-uffiċċju tal-wasla’ tal-Kopja Nru 5 tad-dikjarazzjoni ta’ tranżitu din l-approvazzjoni flimkien mal-kummenti normali li jeħtieġlu jagħmel:

Differenzi: l-uffiċċju fejn ġiet ippreżentata l-merkanzija ...... (isem u pajjiż) – 99203

16.3.

Meta japplika t-tieni inċiż tal-punt 16(2) u jekk id-dikjarazzjoni ta’ tranżitu jkollha mniżżel id-dikjarazzjoni li ġejja, l-uffiċċju tad-destinazzjoni l-ġdid għandu jżomm il-merkanzija taħt il-kontroll tiegħu u ma jippermettix il-ħruġ tagħha ħlief jekk mhux biex tinġarr lejn l-Istat Membru li għandu l-ġurisdizzjoni fuq l-uffiċċju tat-tluq, sakemm ma jkunx speċifikament awtorizzat minn dan ta’ l-aħħar:

Ħruġ mill-Komunità suġġett għall-restrizzjonijiet jew imposti skont ir-Regolament/id-Direttiva/id-Deċiżjoni Nru... – 99204

17.

Irċevuta.

L-irċevuta tista’ ssir fuq wara tal-Kopja Nru 5 tad-dikjarazzjoni ta’ tranżitu tas-SAD, fl-ispazju pprovdut.

18.

Ritorn tal-Kopja Nru 5.

L-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istat Membru tad-destinazzjoni għandhom jirritornaw il-kopja Nru 5 tad-dikjarazzjoni ta’ tranżitu lill-awtoritajiet doganali ta’ l-Istat Membru tat-tluq mingħajr dewmien u l-aktar f’żmien tmint ijiem mid-data tat-tmiem tal-proċedura. Meta jintuża t-TAD, tiġi ritornata l-kopja tat-TAD ippreżentata, skont l-istess kundizzjonijiet tal-Kopja Nru 5.

19.

Jiġi informat il-prinċipal u prova alternattiva tat-tmiem tal-proċedura.

Jekk il-Kopja Nru 5 tad-dikjarazzjoni ta’ tranżitu ma jiġix ritornat lill-awtoritajiet doganali ta’ l-Istat Membru tat-tluq fi żmien xahar mil-limitu ta’ żmien għal preżentazzjoni tal-merkanzija fl-uffiċċju tad-destinazzjoni, dawn l-awtoritajiet għandhom javżaw lill-prinċipal u jitolbuh iforni prova li l-proċedura ntemmet.

20.

Proċedura ta’ inkjesta.

20.1.

Meta l-awtoritajiet doganali ta’ l-Istat Membru tat-tluq ma jirċievux prova, fi żmien xahrejn mil-limitu ta’ żmien għal preżentazzjoni tal-merkanzija fl-uffiċċju tad-destinazzjoni, li l-proċedura ntemmet, huma għandhom jibdew minnufih proċedura ta’ inkjesta biex jiġbru l-informazzjoni meħtieġa għar-rilaxx tal-proċedura, jew, fejn dan m’huwiex possibbli, biex:

jistabbilixxu jekk inħoloqx dejn doganali;

jidentifikaw id-debitur;

jiddeterminaw l-awtoritajiet doganali responsabbli mill-irkupru.

20.2.

Jekk l-awtoritajiet doganali jirċievu informazzjoni qabel li l-proċedura tat-tranżitu ma ntemmitx, jew jissuspettaw li dan huwa l-każ, għandhom jibdew il-proċedura ta’ inkjesta minnufih.

20.3.

Il-proċedura ta’ inkjesta għandha wkoll tinbeda meta jirriżulta aposteriori li l-prova tat-tmiem tal-proċedura ta’ tranżitu ġiet iffalsifikata u li l-proċedura ta’ inkjesta hija meħtieġa biex jiġu sodisfatti l-għanijiet tal-punt 20.1.

21.

Garanzija – Ammont ta’ referenza.

21.1.

Għall-finijiet ta’ l-applikazzjoni tal-Artikolu 379(1), il-prinċipal jagħmel kalkolu ta’ l-ammont ta’ dejn li jista’ jinħoloq għal kull operazzjoni ta’ tranżitu u għandu jiżgura li l-ammonti impenjati ma jkunux aktar mill-ammont ta’ referenza, wara li jkun ikkunsidra wkoll l-operazzjonijiet li tkun għadha ma ntemmitx il-proċedura tagħhom.

21.2.

Il-prinċipal għandu javża lill-uffiċċju tal-garanzija meta l-ammont ta’ referenza ma jkunx biżżejjed biex ikopri l-operazzjonijiet tiegħu ta’ tranżitu Komunitarju.

22.

Ċertifikati ta’ garanzija komprensiva u ċertifikati ta’ dispensa mill-garanzija.

Fuq il-bażi tal-awtorizzazzjoni, skont l-Artikolu 372(1)(a): Iċ-ċertifikati ta’ garanzija komprensiva u ċ-ċertifikati ta’ dispensa mill-garanzija maħruġa mill-awtoritajiet doganali għandhom jiġu ppreżentati fl-uffiċċju tat-tluq. Id-dettalji taċ-ċertifikati għandhom jiddaħħlu fid-dikjarazzjonijiet ta’ tranżitu.

23.

Listi speċjali ta’ tagħbija.

23.1.

L-awtoritajiet doganali jistgħu jawtorizzaw lill-prinċipal li jkun qiegħed jissodisfa l-kundizzjonijiet ġenerali elenkati fl-Artikolu 373 biex juża listi ta’ tagħbija li ma jikkonformaw mar-rekwiżiti kollha tal-Annessi 44 a, 44bu 45.

L-użu ta’ dawn il-listi għandu jiġi awtorizzat biss meta:

dawn jiġu prodotti minn impriżi li jużaw sistema integrata ta’ pproċessar elettroniku jew awtomatiku tad-dejta biex iżommu r-reġistri tagħhom;

dawn huma maħsuba u kompluti b’mod li jkunu jistgħu jintużaw mill-awtoritajiet doganali mingħajr diffikulta;

Jinkludu, għal kull oġġett, l-informazzjoni meħtieġa skont l-Anness 44a.

23.2.

Jista’ jiġi wkoll awtorizzat, l-użu ta’ listi ta’ tagħbija mfassla għall-finijiet tat-twettiq tad-dettalji ta’ dispaċċ/esportazzjoni bħala listi ta’ tagħbija skont il-punt 23.1, anke fejn dawn il-listi huma prodotti minn impriżi li ma jużawx sistema integrata ta’ pproċessar elettroniku jew awtomatiku tad-dejta biex iżommu r-reġistri.

23.3.

L-impriżi li jużaw sistema integrata ta’ pproċessar elettroniku jew awtomatiku tad-dejta biex iżommu r-reġistril u huma diġà awtorizzati, skont 23.1 u 23.2, biex jużaw listi ta’ tip speċjali, jistgħu jiġu wkoll awtorizzati biex jużaw dawn il-listi għall-operazzjonijiet Komunitarji ta’ tranżitu li jinvolvu tip wieħed ta’ merkanzija, sakemm din il-faċilità issir meħtieġa mill-programmi kompjuterizzati ta’ l-impriżi kkonċernati.

24.

L-użu ta’ siġilli ta’ tip speċjali.

Il-prinċipal għandu jannota, faċċata tal-intestatura ‘Siġilli Mwaħħlin’ fil-kaxxa ‘D. Kontroll mill-uffiċċju tat-tluq’ tad-dikjarazzjoni ta’ tranżitu, l-għamla, it-tip u n-numru tas-siġilli mwaħħlin.

25.

Eżenzjoni mill-itinerarju preskritt.

Id-detenturi ta’ dawn l-eżenzjoni għandhom iniżżlu din li frażi li ġejja fil-kaxxa ta’ attribut korrispondenti 44 tad-dikjarazzjoni ta’ tranżitu:

Dispensa mill-itinerarju preskritt – 99205

26.

Konsenjatur awtorizzat – Awtentikazzjoni bil-quddiem u formalitajiet tat-tluq.

26.1.

Għall-applikazzjoni tal-punti 4 u 6, l-awtorizzazzjoni għandha tistipula li l-kaxxa ‘C. Uffiċċju tat-tluq’ tal-formoli tad-dikjarazzjoni ta’ tranżitu għandhom:

Ikunu ttimbrati minn qabel bit-timbru ta’ l-uffiċċju tat-tluq u bil-firma ta’ l-uffiċjal ta’ dak l-uffiċċju; jew

ikunu ttimbrati mill-konsenjatur awtorizzat b’timbru speċjali tal-metall approvat mill-awtoritajiet kompetenti u konformi mal-mudell fl-Anness 62. Dan it-timbru jista’ jiġi ttimbrat minn qabel fuq il-formoli sakemm l-istampar ikun fdat għand stampatur approvat għal dan il-għan.

Il-konsenjatur awtorizzat għandu jimla l-kaxxa billi jannota d-data tal-konsenja tal-merkanzija u għandu jalloka numru lid-dikjarazzjoni ta’ tranżitu skont ir-regoli stipulati fl-awtorizzazzjoni.

26.2.

L-awtoritajiet doganali jistgħu jippreskrivu l-użu ta’ formoli li jkollhom fuqhom marka distintiva bħala mezz ta’ identifikazzjoni.

27.

Konsenjatur awtorizzat – Miżuri ta’ sigurtà għat-timbru.

27.1.

Il-konsenjatur awtorizzat għandu jieħu l-miżuri kollha meħtieġa biex jiżgura l-ħarsien tat-timbri speċjali u/jew tal-formoli li jkollhom fuqhom it-timbru ta’ l-uffiċċju tat-tluq jew timbru speċjali.

Huwa għandu javża lill-awtoritajiet doganali bil-miżuri ta’ sigurtà li qed jieħu sabiex japplika s-subparagrafu preċedenti.

27.2.

F’każ ta’ abbuż, minn kwalunkwe persuna, tal-formoli ttimbrati bil-quddiem bit-timbru tal-uffiċċju tat-tluq jew bit-timbru speċjali, il-konsenjatur awtorizzat għandu jkun responsabbli, mingħajr preġudizzju għal kull proċedura kriminali, għall-ħlas ta’ dazji u imposti oħra pagabbli f’pajjiż partikolari fir-rigward tal-merkanzija ttrasportata skont il-kopertura ta’ dawn il-formoli, sakemm ma jistax jissodisfa lill-awtoritajiet doganali li kienu awtorizzawh li huwa ħa l-miżuri meħtieġ minnu skont il-punt 27.1.

28.

Konsenjatur awtorizzat – Informazzjoni li għandha tiġi annotata fid-dikjarazzjonijiet.

28.1.

Sa mhux aktar tard mill-konsinja tal-merkanzija, il-konsenjatur awtorizzat għandu jimla d-dikjarazzjoni ta’ tranżitu u, fejn meħtieġ, iniżżel fil-kaxxa 44 l-itinerarju preskritt skont l-Artikolu 355(2) u, fil-kaxxa ‘D. Kontroll mill-uffiċċju tat-tluq’, il-perjodu taż-żmien preskritt skont l-Artikolu 356 li fih il-merkanzija għandha tiġi ppreżentata fl-uffiċċju tad-destinazzjoni, il-miżuri ta’ identifikazzjoni applikati u din l-approvazzjoni li ġejja:

Konsenjatur awtorizzat – 99206.

28.2.

Meta l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tat-tluq jikkontrollaw konsenja qabel ma titlaq, għandhom jirreġistraw il-fatt fid-dikjarazzjoni, fil-kaxxa ‘D. Kontroll mill-uffiċċju tat-tluq’.

28.3.

Wara l-konsenja, il-Kopja Nru 1 tad-dikjarazzjoni ta’ tranżitu għandha tintbagħat minnufih lill-uffiċċju tat-tluq. L-awtoritajiet doganali jistgħu jistipulaw fl-awtorizzazzjoni li l-Kopja Nru 1 tintbagħat lill-awtoritajiet doganali tal-Istat Membru tat-tluq hekk kif tintemm id-dikjarazzjoni ta’ tranżitu. Il-kopji l-oħra għandhom jakkumpanjaw il-merkanzija skont il-punt 8 ta’ dan l-Anness.

29.

Konsenjatur awtorizzat – Dispensa mill-firma.

29.1.

Il-konsenjatur awtorizzat jista’ jiġi awtorizzat li ma jiffirmax id-dikjarazzjonijiet ta’ tranżitu li jkollhom it-timbru speċjali msemmi fl-Anness 62 li huma magħmula permezz ta’ sistema integrata ta’ pproċessar elettroniku jew awtomatiku tad-dejta. Din id-dispensa għandha tiġi soġġetta għall-kundizzjoni li l-konsenjatur awtorizzat ikun ta minn qabel, lill-awtoritajiet doganali, impenn bil-miktub li fih jirrikonoxxi li huwa l-prinċipal ta’ l-operazzjonijiet kollha ta’ tranżitu mwettqa taħt il-kopertura tad-dikjarazzjonijiet ta’ tranżitu bit-timbru speċjali.

29.2.

Id-dikjarazzjonijiet ta’ tranżitu magħmula skont il-punt 29.1 għandhom ikun fihom, fil-kaxxa rriservata għall-firma tal-prinċipal, il-frażi li ġejja:

Firma dispensata – 99207.

30.

Destinatarju awtorizzat – Obbligi.

30.1.

Meta l-merkanzija taslu fil-post tiegħu jew fil-lokalitijiet speċifikati fl-awtorizzazzjoni, id-destinatarju awtorizzat għandu, mingħajr dewmien, jibgħat lill-uffiċċju tad-destinazzjoni t-TAD jew il-Kopji Nru 4 u Nru 5 tad-dikjarazzjoni ta’ tranżitu li akkumpanjat il-merkanzija, li turi d-data tal-wasla, l-istat ta’ kwalunkwe siġill imwaħħal u kwalunkwe irregolarità.

30.2.

L-uffiċċju tad-destinazzjoni għandu jniżżel l-annotazzjonijiet previsti fil-punt 16 ta’ dan l-Anness, fl-imsemmija kopji tad-dikjarazzjoni ta’ tranżitu.

31.

Projbizzjoni temporanja ta’ l-użu tal-garanzija komprensiva għal ammont imnaqqas jew tal-garanzija komprensiva.

Ir-regoli fid-dettall għall-applikazzjoni tal-Artikolu 381(4), kif imsemmija fl-Anness 47a, huma ssupplimentati bid-dispożizzjonijiet li ġejjin:

31.1.

Il-miżuri li ġejjin għandhom japplikaw għall-operazzjonijiet ta’ tranżitu li jinvolvu merkanzija li hija soġġetta għal deċiżjonijiet li ipprojbixxu l-użu tal-garanzija komprensiva:

Il-frażi li ġejja, f’format minimu ta’ 100 x 10 mm, u stampata b’ittri majjuskoli ta’ lewn aħmar, għandha titqiegħed djagonalment fuq il-kopji kollha tad-dikjarazzjoni ta’ tranżitu:

GARANZIJA KOMPRENSIVA PROJBITA – 99208.

B’deroga tal-punt 18, l-uffiċċju tad-destinazzjoni għandu jirritorna l-Kopja Nru 5 ta’ kwalunkwe dikjarazzjoni ta’ tranżitu mmarkata b’din il-frażi sa mhux aktar tard mill-jum tax-xogħol wara dak li fih il-konsenja u l-kopji meħtieġa tad-dikjarazzjoni ġew ippreżentati f’dak l-uffiċċju. Meta konsenja bħal din tiġi ppreżentata lil destinatarju awtorizzat skont l-Artikolu 406, dan għandu jibgħat il-Kopja Nru 5 lill-uffiċċju tad-destinazzjoni li jiddependi fuqu sa mhux aktar tard mill-jum tax-xogħol wara dak li fih ikun irċieva l-konsenja.

31.2.

Miżuri biex jittaffew il-konsegwenzi finanzjarji tal-projbizzjoni ta’ l-użu tal-garanzija komprensiva.

Meta l-użu tal-garanzija komprensiva jiġi temporanjament projbit għall-merkanzija msemmija fl-elenku tal-Anness 44ċ, id-detenturi tal-garanziji komprensivi jistgħu, fuq talba, jużaw garanzija ndividwali. Madankollu għandhom japplikaw il-kundizzjonijiet speċjali li ġejjin:

din il-garanzija individwali tista’ tintuża biss, fil-qafas tal-proċedura ta’ riżerva, fl-uffiċċju tat-tluq identifikat fl-istrument tal-garanzija.

PARTI II

TIMBRU GĦALL-PROĊEDURA TA’ RIŻERVA

PROĊEDURA TA’ RIŻERVA NCTS

L-EBDA DEJTA DISPONIBBLI FIS-SISTEMA

MIBDIJA FI _____________________

(Data/ħin)

(Id-daqs: 26 x 59 mm, linka ħamra)”


ANNESS II

It-Titolu III li ġej hu miżjud mal-Anness 38 tar-Regolament (KEE) Nru 2454/93:

“TITOLU III

TABELLA TAR-REFERENZI LINGWISTIĊI U TAL-KODIĊI TAGĦHOM

Referenzi lingwistiċi

Kodiċi

— BG

Ограничена валидност

— CS

Omezená platnost

— DA

Begrænset gyldighed

— DE

Beschränkte Geltung

— EE

Piiratud kehtivus

— EL

Περιορισμένη ισχύς

— ES

Validez limitada

— FR

Validité limitée

— IT

Validità limitata

— LV

Ierobežots derīgums

— LT

Galiojimas apribotas

— HU

Korlátozott érvényű

— MT

Validità limitata

— NL

Beperkte geldigheid

— PL

Ograniczona ważność

— PT

Validade limitada

— RO

Validitate limitată

— SL

Omejena veljavnost

— SK

Obmedzená platnost'

— FI

Voimassa rajoitetusti

— SV

Begränsad giltighet

— EN

Limited validity

Validità limitata – 99200

— BG

Освободено

— CS

Osvobození

— DA

Fritaget

— DE

Befreiung

— EE

Loobutud

— EL

Απαλλαγή

— ES

Dispensa

— FR

Dispense

— IT

Dispensa

— LV

Derīgs bez zīmoga

— LT

Leista neplombuoti

— HU

Mentesség

— MT

Dispensa

— NL

Vrijstelling

— PL

Zwolnienie

— PT

Dispensa

— RO

Dispensă

— SL

Opustitev

— SK

Oslobodenie

— FI

Vapautettu

— SV

Befrielse

— EN

Waiver

Dispensa – 99201

— BG

Алтернативно доказателство

— CS

Alternativní důkaz

— DA

Alternativt bevis

— DE

Alternativnachweis

— EE

Alternatiivsed tõendid

— EL

Εναλλακτική απόδειξη

— ES

Prueba alternativa

— FR

Preuve alternative

— IT

Prova alternativa

— LV

Alternatīvs pierādījums

— LT

Alternatyvusis įrodymas

— HU

Alternatív igazolás

— MT

Prova alternattiva

— NL

Alternatief bewijs

— PL

Alternatywny dowód

— PT

Prova alternativa

— RO

Probă alternativă

— SL

Alternativno dokazilo

— SK

Alternatívny dôkaz

— FI

Vaihtoehtoinen todiste

— SV

Alternativt bevis

— EN

Alternative proof

Prova alternattiva – 99202

— BG

Различия: митническо учреждение, където стоките са представени …… (наименование и страна)

— CS

Nesrovnalosti: úřad, kterému bylo zboží předloženo …… (název a země)

— DA

Forskelle: det sted, hvor varerne blev frembudt …… (navn og land)

— DE

Unstimmigkeiten: Stelle, bei der die Gestellung erfolgte …… (Name und Land)

— EE

Erinevused: asutus, kuhu kaup esitati …….(nimi ja riik)

— EL

Διαφορές: εμπορεύματα προσκομισθέντα στο τελωνείο …… (Όνομα και χώρα)

— ES

Diferencias: mercancías presentadas en la oficina …… (nombre y país)

— FR

Différences: marchandises présentées au bureau …… (nom et pays)

— IT

Differenze: ufficio al quale sono state presentate le merci …… (nome e paese)

— LV

Atšķirības: muitas iestāde, kurā preces tika uzrādītas …… (nosaukums un valsts)

— LT

Skirtumai: įstaiga, kuriai pateiktos prekės …… (pavadinimas ir valstybė)

— HU

Eltérések: hivatal, ahol az áruk bemutatása megtörtént …… (név és ország)

— MT

Differenzi: uffiċċju fejn ġiet ippreżentata l-merkanzija …… (isem u pajjiż)

— NL

Verschillen: kantoor waar de goederen zijn aangebracht …… (naam en land)

— PL

Niezgodności: urząd w którym przedstawiono towar …… (nazwa i kraj)

— PT

Diferenças: mercadorias apresentadas na estãncia …… (nome e país)

— RO

Diferenţe: mărfuri prezentate la biroul vamal …… (nume şi ţara)

— SL

Razlike: urad, pri katerem je bilo blago predloženo …… (naziv in država)

— SK

Nezrovnalosti: úrad, ktorému bol tovar dodaný …… (názov a krajina).

— FI

Muutos: toimipaikka, jossa tavarat esitetty …… (nimi ja maa)

— SV

Avvikelse: tullkontor där varorna anmäldes …… (namn och land)

— EN

Differences: office where goods were presented …… (name and country)

Differenzi: uffiċċju fejn ġiet ippreżentata l-merkanzija …… (isem u pajjiż) – 99203

— BG

Излизането от …………… подлежи на ограничения или такси съгласно Регламент/Директива/Решение № …,

— CS

Výstup ze …………… podléhá omezením nebo dávkám podle nařízení/směrnice/rozhodnutí č …

— DA

Udpassage fra …………… undergivet restriktioner eller afgifter i henhold til forordning/direktiv/afgørelse nr. …

— DE

Ausgang aus ……………- gemäß Verordnung/Richtlinie/Beschluss Nr. … Beschränkungen oder Abgaben unterworfen.

— EE

… territooriumilt väljumine on aluseks piirangutele ja maksudele vastavalt määrusele/direktiivile/otsusele nr …

— EL

Η έξοδος από …………… υποβάλλεται σε περιοριορισμούς ή σε επιβαρύνσεις από τον Κανονισμό/την Οδηγία/την Απόφαση αριθ. …

— ES

Salida de …………… sometida a restricciones o imposiciones en virtud del (de la) Reglamento/Directiva/Decisión no …

— FR

Sortie de …………… soumise à des restrictions ou à des impositions par le règlement ou la directive/décision no

— IT

Uscita dalla ……………soggetta a restrizioni o ad imposizioni a norma del(la) regolamento/direttiva/decisione n. …

— LV

Izvešana no …………… piemērojot ierobežojumus vai maksājumus saskaņā ar Regulu/Direktīvu/Lēmumu No …,

— LT

Išvežimui iš …………… taikomi apribojimai arba mokesčiai, nustatytiReglamentu/Direktyva/Sprendimu Nr.…,

— HU

A kilépés …………… területéről a … rendelet/irányelv/határozat szerinti korlátozás vagy teher megfizetésének kötelezettsége alá esik

— MT

Ħruġ minn …………… soġġett għal restrizzjonijiet jew ħlasijiet skont ir-Regolament/id-Direttiva/id-Deċiżjoni Nru …

— NL

Bij uitgang uit de ………………zijn de beperkingen of heffingen van Verordening/Richtlijn/Besluit nr. … van toepassing.

— PL

Wyprowadzenie z …………… podlega ograniczeniom lub opłatom zgodnie z rozporządzeniem/dyrektywą/decyzją nr …

— PT

Saída da …………… sujeita a restrições ou a imposições pelo(a) Regulamento/Directiva/Decisão n.o

— RO

Ieşire din …………… supusă restricţiilor sau impozitelor prin Regulamentul/Directiva/Decizia nr …

— SL

Iznos iz …………… zavezan omejitvam ali obveznim dajatvam na podlagi Uredbe/Direktive/Odločbe št. …

— SK

Výstup z ……………podlieha obmedzeniam alebo platbám podľa nariadenia/smernice/rozhodnutia č ….

— FI

…………… vientiin sovelletaan asetuksen/direktiivin/päätöksen N:o … mukaisia rajoituksia tai maksuja

— SV

Utförsel från …………… underkastad restriktioner eller avgifter i enlighet med förordning/direktiv/beslut nr …

— EN

Exit from …………… subject to restrictions or charges under Regulation/Directive/Decision No …

Ħruġ minn …………… soġġett għal restrizzjonijiet jew ħlasijiet skont ir-Regola/id-Direttiva/id-Deċiżjoni Nru … – 99204

— BG

Освободено от задължителен маршрут,

— CS

Osvobození od stanovené trasy

— DA

Fritaget for bindende transportrute

— DE

Befreiung von der verbindlichen Beförderungsroute

— EE

Ettenähtud marsruudist loobutud

— EL

Απαλλαγή από την υποχρέωση τήρησης συγκεκριμένης διαδρομής

— ES

Dispensa de itinerario obligatorio

— FR

Dispense d'itinéraire contraignant

— IT

Dispensa dall'itinerario vincolante

— LV

Atļauts novirzīties no noteiktā maršruta

— LT

Leista nenustatyti maršruto

— HU

Előírt útvonal alól mentesítve

— MT

Dispensa mill-itinerarju preskritt – 99205

— NL

Geen verplichte route

— PL

Zwolniony z wiążącej trasy przewozu

— PT

Dispensa de itinerário vinculativo

— RO

Dispensă de la itinerarul obligatoriu

— SL

Opustitev predpisane poti

— SK

Oslobodenie od predpísanej trasy

— FI

Vapautettu sitovan kuljetusreitin noudattamisesta

— SV

Befrielse från bindande färdväg

— EN

Prescribed itinerary waived

Dispensa mill-itinerarju preskritt – 99205

— BG

Одобрен изпращач

— CS

Schválený odesílatel

— DA

Godkendt afsender

— DE

Zugelassener Versender

— EE

Volitatud kaubasaatja

— EL

Εγκεκριμένος αποστολέας

— ES

Expedidor autorizado

— FR

Expéditeur agréé

— IT

Speditore autorizzato

— LV

Atzītais nosūtītājs

— LT

Įgaliotas siuntėjas

— HU

Engedélyezett feladó

— MT

Konsenjatur awtorizzat

— NL

Toegelaten afzender

— PL

Upoważniony nadawca

— PT

Expedidor autorizado

— RO

Expeditor agreat

— SL

Pooblaščeni pošiljatelj

— SK

Schválený odosielateľ

— FI

Valtuutettu lähettäjä

— SV

Godkänd avsändare

— EN

Authorised consignor

Konsenjatur awtorizzat – 99206

— BG

Освободен от подпис

— CS

Podpis se nevyžaduje

— DA

Fritaget for underskrift

— DE

Freistellung von der Unterschriftsleistung

— EE

Allkirjanõudest loobutud

— EL

Δεν απαιτείται υπογραφή

— ES

Dispensa de firma

— FR

Dispense de signature

— IT

Dispensa dalla firma

— LV

Derīgs bez paraksta

— LT

Leista nepasirašyti

— HU

Aláírás alól mentesítve

— MT

Dispensa mill-firma

— NL

Van ondertekening vrijgesteld

— PL

Zwolniony ze składania podpisu

— PT

Dispensada a assinatura

— RO

Dispensă de semnătură

— SL

Opustitev podpisa

— SK

Oslobodenie od podpisu

— FI

Vapautettu allekirjoituksesta

— SV

Befrielse från underskrift

— EN

Signature waived

Dispensa mill-firma – 99207

— BG

ЗАБРАНЕНО ОБЩО ОБЕЗПЕЧЕНИЕ

— CS

ZÁKAZ SOUBORNÉ JISTOTY

— DA

FORBUD MOD SAMLET KAUTION

— DE

GESAMTBÜRGSCHAFT UNTERSAGT

— EE

ÜLDTAGATISE KASUTAMINE KEELATUD

— EL

ΑΠΑΓΟΡΕΥΕΤΑΙ Η ΣΥΝΟΛΙΚΗ ΕΓΓΥΗΣΗ

— ES

GARANTÍA GLOBAL PROHIBIDA

— FR

GARANTIE GLOBALE INTERDITE

— IT

GARANZIA GLOBALE VIETATA

— LV

VISPĀRĒJS GALVOJUMS AIZLIEGTS

— LT

NAUDOTI BENDRĄJĄ GARANTIJĄ UŽDRAUSTA

— HU

ÖSSZKEZESSÉG TILOS

— MT

GARANZIJA KOMPRENSIVA PROJBITA

— NL

DOORLOPENDE ZEKERHEID VERBODEN

— PL

ZAKAZ KORZYSTANIA Z GWARANCJI GENERALNEJ

— PT

GARANTIA GLOBAL PROIBIDA

— RO

GARANŢIA GLOBALĂ INTERZISĂ

— SL

PREPOVEDANO SKUPNO ZAVAROVANJE

— SK

ZÁKAZ CELKOVEJ ZÁRUKY

— FI

YLEISVAKUUDEN KÄYTTÖ KIELLETTY

— SV

SAMLAD SÄKERHET FÖRBJUDEN

— EN

COMPREHENSIVE GUARANTEE PROHIBITED.

GARANZIJA KOMPRENSIVA PROJBITA- 99208

— BG

ИЗПОЛЗВАНЕ БЕЗ ОГРАНИЧЕНИЯ

— CS

NEOMEZENÉ POUŽITÍ

— DA

UBEGRÆNSET ANVENDELSE

— DE

UNBESCHRÄNKTE VERWENDUNG

— EE

PIIRAMATU KASUTAMINE

— ΕL

ΑΠΕΡΙΟΡΙΣΤΗ ΧΡΗΣΗ

— ES

UTILIZACIÓN NO LIMITADA

— FR

UTILISATION NON LIMITÉE

— IT

UTILIZZAZIONE NON LIMITATA

— LV

NEIEROBEŽOTS IZMANTOJUMS

— LT

NEAPRIBOTAS NAUDOJIMAS

— HU

KORLÁTOZÁS ALÁ NEM ESŐ HASZNÁLAT

— MT

UŻU MHUX LIMITAT

— NL

GEBRUIK ONBEPERKT

— PL

NIEOGRANICZONE KORZYSTANIE

— PT

UTILIZAÇÃO ILIMITADA

— RO

UTILIZARE NELIMITATA

— SL

NEOMEJENA UPORABA

— SK

NEOBMEDZENÉ POUŽITIE

— FI

KÄYTTÖÄ EI RAJOITETTU

— SV

OBEGRÄNSAD ANVÄNDNING

— EN

UNRESTRICTED USE

UŻU MHUX LIMITAT – 99209

— BG

Разни

— CS

Různí

— DA

Diverse

— DE

Verschiedene

— EE

Erinevad

— EL

Διάφορα

— ES

Varios

— FR

Divers

— IT

Vari

— LV

Dažādi

— LT

Įvairūs

— HU

Többféle

— MT

Varji

— NL

Diverse

— PL

Różne

— PT

Diversos

— RO

Diverşi

— SL

Razno

— SK

Rôzne

— FI

Useita

— SV

Flera

— EN

Various

Varji – 99211

— BG

Насипно

— CS

Volně loženo

— DA

Bulk

— DE

Lose

— EE

Pakendamata

— EL

Χύμα

— ES

A granel

— FR

Vrac

— IT

Alla rinfusa

— LV

Berams

— LT

Nesupakuota

— HU

Ömlesztett

— MT

Kwantità

— NL

Los gestort

— PL

Luzem

— PT

A granel

— RO

Vrac

— SL

Razsuto

— SK

Voľne

— FI

Irtotavaraa

— SV

Bulk

— EN

Bulk

Kwantità – 99212

— BG

Изпращач

— CS

Odesílatel

— DA

Afsender

— DE

Versender

— EE

Saatja

— EL

αποστολέας

— ES

Expedidor

— FR

Expéditeur

— IT

Speditore

— LV

Nosūtītājs

— LT

Siuntėjas

— HU

Feladó

— MT

Konsenjatur

— NL

Afzender

— PL

Nadawca

— PT

Expedidor

— RO

Expeditor

— SL

Pošiljatelj

— SK

Odosielateľ

— FI

Lähettäjä

— SV

Avsändare

— EN

Consignor”

Konsenjatur – 99213


ANNESS III

“ANNESS 44c

MERKANZIJA LI TINVOLVI RISKJU IKBAR TA' FRODI

(kif imsemmija fl-Artikolu 340a)

1

2

3

4

5

Kodiċi SA

Deskrizzjoni tal-merkanzija

Kwantitajiet minimi

Kodiċi tal-Merkanzija sensittiva (1)

Ir-rata minima tal-garanzija individwali

0207 12

Laħam u interjuri li jittieklu, tat-tjur taħt l-intestatura 0105 , tat-tjur tal-ispeċi Gallus Domesticus, iffriżat

3 000  kg

 

0207 14

 

 

 

 

1701 11

Zokkor tal-kannamieli jew tal-pitravi u sukrosju kimikament pur, fl-istat solidu

7 000  kg

 

1701 12

 

 

 

1701 91

 

 

 

1701 99

 

 

 

2208 20

Spirti, likuri u xorb ieħor alkoħoliku

5 hl

 

EUR 2 500 /hl

Alkoħol pur

2208 30

 

 

 

 

2208 40

 

 

 

 

2208 50

 

 

 

 

2208 60

 

 

 

 

2208 70

 

 

 

 

ex ex 2208 90

 

 

1

 

2402 20

Sigaretti li fihom it-tabakk

35 000 biċċa

 

EUR 120/1 000 biċċa

2403 10

Tabakk għat-tipjip, kemm jekk fih jew ma fihx sostituti tat-tabakk fi kwalunkwe proporzjon

35 kg

 


(1)  Meta jkun hemm skambju tad-dejta tat-tranżitu bl-użu ta' tekniki elletroniċi ta' l-ipproċessar tad-data u l-Kodiċi HS mhux biżżejjed biex jidentifika mingħajr ambigwità l-merkanzija elenkata fil-kolonna 2, għandhom jintużaw kemm il-Kodiċi tal-Merkanzija Sensittiva fil-kolonna 4 kif ukoll il-Kodiċi HS fil-kolonna 1.”


ANNESS IV

“KAPITOLU II

Noti ta' spjegazzjoni u dettalji (dejta) tad-Dokument ta' akkumpanjament fit-Tranżitu

Il-karta li għandha tintuża għad-Dokument ta' akkumpanjament fit-Tranżitu tista' tkun ta' lewn aħdar.

Id-dokument ta' akkumpanjament fit-tranżitu għandu jkun stampat abbażi tad-dejta pprovduta mid-dikjarazzjoni ta' tranżitu, fejn xieraq emendata mill-prinċipal u/jew ivverifikata mill-uffiċċju tat-tluq u kompluta bi:

1.

L-MRN (numru ta' referenza tat-trasport)

L-informazzjoni tkun ippreżentata f'forma alfanumerika ta' 18-il karattru numeriku skont il-mudell li ġej:

Każella

Kontenut

Tip ta' każella

Eżempji

1

L-aħħar żewġ ċifri tas-sena tal-aċċettazzjoni uffiċjali tat-trasport ta' tranżitu (SS)

Numerika 2

97

2

Identifikatur tal-pajjiż minn fejn joriġina t-trasport. (kodiċi tal-pajjiżi ISO alfa 2)

Alfabetika 2

IT

3

Identifikatur uniku għat-trasport ta' tranżitu skont is-sena u l-pajjiż

Alfanumerika 13

9876AB8890123

4

Ċifra ta' kontroll

Alfanumerika 1

5

Il-każelli 1 u 2 jimtlew kif spjegati hawn fuq.

Il-każella 3 għandha timtela b’ identifikatur għat-transazzjoni tat-tranżitu. Il-mod kif tintuża din il-każella huwa taħt ir-responsabbiltà tal-Amministrazzjonijiet Nazzjonali iżda kull transazzjoni ta' tranżitu pproċessata matul sena waħda fil-pajjiż ikkonċernat għandha jkollha numru uniku.

L-Amministrazzjonijiet Nazzjonali li jixtiequ jinkludu fl-MRN in-numru ta' referenza tal-uffiċċju tal-awtoritajiet doganali jistgħu jużaw sa l-ewwel sitt karattri biex iżidu n-numru nazzjonali tal-uffiċċju.

Il-każella 4 għandha timtela’ b’valur li huwa ċifra ta' kontroll għall-MRN kollu. Din il-każella tippermetti li jinstab żball waqt il-ġbir tal-MRN kollu.

L-‘MRN’ għandu wkoll jkun stampat fil-forma ta' bar code bl-użu tal-‘kodiċi 128’ standard, bis-sett tal-karattri ‘B’.

2.

Kaxxa 3:

l-ewwel subdiviżjoni: numru tas-serje tal-kopja attwali stampata;

it-tieni subdiviżjoni: numru totali ta' kopji stampati (inklużi l-listi tal-oġġetti);

ma għandhiex tintuża meta jkun hemm oġġett wieħed biss.

3.

Fl-ispazju li hemm fuq il-lemin tal-kaxxa 8:

L-isem u l-indirizz ta' l-uffiċċju doganali fejn għandha tintbagħat l-kopja ta' ritorn tad-dokument ta' akkumpanjament fit-tranżitu meta tintuża l-proċedura ta' riżerva.

4.

Kaxxa C:

L-isem ta' l-uffiċċju tat-tluq;

In-numru ta' referenza ta' l-uffiċċju tat-tluq;

Id-data ta' l-aċċettazzjoni tad-dikjarazzjoni ta' tranżitu;

L-isem u n-numru tal-awtorizzazzjoni tal-konsenjatur awtorizzat (fejn xieraq).

5.

Kaxxa D:

ir-riżultati tal-kontroll;

is-siġilli mwaħħla jew l-indikazzjoni ‘- -’ li tidentifika d-‘Dispensa – 99201’;

l-indikazzjoni ‘Itinerarju obbligatorju’, fejn xieraq.

Id-dokument ta' akkumpanjament fit-tranżitu ma għandux jiġi modifikat u ma għandu jiżdiedlu jew jitnaqqslu xejn sakemm mhux speċifikat mod ieħor f'dan ir-regolament.

6.

Formalitajiet matul it-tranżitu

Minn meta il-merkanzija titlaq mill-uffiċċju tat-tluq sakemm tasal fl-uffiċċju tad-destinazzjoni, jista' jkollhom jiżdiedu ċerti dettalji fuq id-dokument ta' akkumpanjament fit-tranżitu li jkun mal-merkanzija. Dawn id-dettalji jikkonċernaw l-operazzjoni tat-trasport u għandhom jiżdiedu mit-trasportatur responsabbli għal mezz ta' trasport li fuqu l-merkanzija titgħabba, kif u meta jseħħu dawn l-attivitajiet korrispondenti. Dawn id-dettalji jistgħu jinkitbu bl-idejn b’mod li jinqraw sew u f'dan il-każ għandhom jsiru bil-linka u b’ittri majjuskoli.

It-trasportaturi huma mfakkra li l-merkanzija jista' biss tittrażborda skont awtorizzazzjoni tal-awtoritajiet doganali tal-pajjiż li fit-territorju tiegħu ser isir it-trażbord.

Fejn dawn l-awtoritajiet iqisu li l-operazzjoni Komunitarja ta' tranżitu involuta tista' tkompli normalment għandhom, wara li jieħdu l-miżuri li jistgħu jkunu meħtieġa, japprovaw id-dokumenti li jakkumpanjaw t-tranżitu.

L-awtoritajiet doganali tal-uffiċċju ta' tranżitu jew tal-uffiċċju tad-destinazzjoni, skont il-każ, għandhom l-obbligu li jdaħħlu fis-sistema d-dejta miżjuda fuq id-dokument ta' akkumpanjament fit-tranżitu. Id-data tista' wkoll tiddaħħal mid-destinatarju awtorizzat.

Il-kaxxi u l-attivitajiet involuti huma:

Trażbord: uża l-kaxxa 55

Kaxxa 55: Trażbord

It-trasportatur għandu jimla l-ewwel tliet linji ta' din il-kaxxa, meta l-merkanzija tiġi trażbordata minn mezz ta' trasport għal ieħor jew minn kontejner għal ieħor matul l-operazzjoni kkonċernata.

Madankollu, meta l-merkanzija tinġarr f'kontejners li ser jinġarru minn vetturi tat-triq, l-awtoritajiet doganali jistgħu jawtorizzaw lill-prinċipal biex ma jimlix il-kaxxa 18, jekk is-sitwazzjoni loġistika mat-tluq tista' tfixkel milli jiġu pprovduti l-identità u n-nazzjonalità tal-mezz ta' trasport waqt li tkun qiegħda titħejja d-dikjarazzjoni ta' tranżitu, u fejn jistgħu jiżguraw li l-informazzjoni meħtieġa dwar il-mezz ta' trasport għandha tiddaħħal sussegwentament fil-kaxxa 55.

Inċidenti oħra: uża l-kaxxa 56

Kaxxa 56: Inċidenti oħra matul it-trasport

Il-kaxxa li għandha timtela skont l-obbligi attwali għal tranżitu.

Barra minn hekk, meta l-merkanzija tkun tgħabbiet fuq semitrejler u t-trattur jinbidel matul il-vjaġġ (mingħajr ma l-merkanzija tiġi mċaqalqa jew trażbordata), daħħal f'din il-kaxxa n-numru ta' reġistrazzjoni u n-nazzjonalità tat-trattur il-ġdid. F'dan il-każ, mhijiex meħtieġa l-approvazzjoni ta' l-awtoritajiet kompetenti.”


ANNESS V

F'Anness 45(b) tar-Regolament (KEE) Nru 2454/93, Kapitolu II jigi mibdul bli gej:

“KAPITOLU II

Noti ta' spjegazzjoni u d-dettalji (id-dejta) għal-lista ta' l-Oġġetti

Meta moviment jikkonċerna aktar minn oġġett wieħed, il-folja A tal-lista tal-oġġetti għandha dejjem tiġi stampata mis-sistema kompjuterizzata u għandha tiġi annessa mad-dokument ta' akkumpanjament fit-tranżitu.

Il-kaxxi tal-lista ta' oġġetti jistgħu jitkabbru vertikalment.

Id-dettalji għandhom jiġu stampati kif ġej:

1.

Fil-kaxxa tal-identifikazzjoni (ir-rokna tax-xellug ta' fuq):

(a)

Lista ta' oġġetti;

(b)

in-numru tas-serje tal-folja attwali u n-numru totali tal-folji (inkluż id-dokument ta' akkumpanjament fit-tranżitu).

2.

OoDep – l-isem ta' l-uffiċċju tat-tluq.

3.

Id-data – tal-aċċettazzjoni tad-dikjarazzjoni ta' tranżitu.

4.

NRM – numru ta' referenza tat-trasport kif stipulat fl-Anness 45a.

5.

Id-dettalji fil-kaxxi differenti tal-parti dwar l-oġġetti għandhom jiġu stampati kif ġej:

(a)

In-Numru ta' l-Oġġett – in-numru tas-serje ta' l-oġġett kkonċernat;

(b)

Reġim – jekk l-istatus tal-merkanzija fid-dikjarazzjoni kollha huma uniformi, din il-kaxxa ma tintużax;

(c)

fil-każ ta' konsenja mħallta, l-istatus attwali, T1, T2 jew T2F jiġi stampat.”


ANNESS VI

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

“NOTI TA' SPJEGAZZJONI GĦALL-FORMOLI TA' APPLIKAZZJONI GĦAL PROĊEDURI SIMPLIFIKATI

TITOLU I

Dettalji li għandhom jiddaħħlu fid-diversi kaxxi tal-formola tal-applikazzjoni

Remarka ġenerali:

Jekk meħtieġ l-informazzjoni mitluba tista' tiġi ppreżentata f'anness separat mill-formola tal-applikazzjoni, b'referenza għall-kaxxa tal-formola konċernata.

L-Istati Membri jistgħu jeħtieġu aktar informazzjoni.

1.

Daħħal l-isem u l-indirizz sħaħ tal-applikant. L-applikant huwa l-persuna li lilha ser tinħareġ l-awtorizzazzjoni.

1.a

Daħħal in-numru ta' Identità tal-Kummerċjant.

1.b

Jekk applikabbli, daħħal kwalunkwe numru ta' referenza interna, biex ikun hemm referenza għal din l-applikazzjoni fl-awtorizzazzjoni.

1.c

Daħħal l-informazzjoni tal-kuntatt rilevanti (persuna ta' kuntatt, indirizz ta' kuntatt, numri tat-telefon u tal-fekx, indirizz tal-posta elettronika)

1.d

Indika t-tip ta' rappreżentazzjoni għal preżentazzjoni ta' dikjarazzjoni billi timmarka ‘X’ fil-kaxxa adattata.

2.

Indika liema tip ta' proċedura simplifikata (rilaxx lokali u/jew dikjarazzjoni simplifikata) u liema proċedura doganali (għal importazzjoni u/jew esportazzjoni) li qed issir applikazzjoni għaliha billi timmarka ‘X’ fil-kaxxa adattata.

2.a u b.

Rigward il-proċedura ta' pproċessar 'il ġewwa, daħħal il-kodiċi 1 għas-sistema ta' sospensjoni u l-kodiċi 2 għas-sistema ta' rimbors.

Rigward l-esportazzjoni mill-ġdid, issir applikazzjoni għal proċeduri simplifikati meta tkun meħtieġa dikjarazzjoni doganali.

3.

Daħħal il-kodiċi rilevanti:

1.

l-ewwel applikazzjoni għal awtorizzazzjoni għajr għal Awtorizzazzjoni Unika.

2.

applikazzjoni għal awtorizzazzjoni modifikata jew mġedda (indika wkoll in-numru ta' awtorizzazzjoni xieraq).

3.

l-ewwel applikazzjoni għal Awtorizzazzjoni Unika.

4.a

Indika jekk l-istatus ta' l-operatur ekonomiku awtorizzat huwiex iċċertifikat; jekk ‘IVA’, daħħal in-numru korrispondenti.

4.b

Daħħal it-tip, ir-referenza u – jekk applikabbli – id-data tal-iskadenza tal-awtorizzazzjoni(jiet) rilevanti li għaliha/hom se tintuża l-proċedura simplifikata li għalija saret applikazzjoni; fil-każ fejn awtorizzazzjoni(jiet) għadha kif saret applikazzjoni għaliha/hom, daħħal it-tip ta' awtorizzazzjoni(jiet) li għaliha/hom saret l-applikazzjoni u d-data ta' l-applikazzjoni

Għat-tip ta' awtorizzazzjoni daħħal wieħed mill-kodiċi li ġejjin

Kodiċi

proċedura awtorizzata

1

Proċedura ta' Ħażna Doganali

2

Dispensa mill-Ipproċessar ‘il Ġewwa

3

Dħul Temporanju

4

Użu Aħħari

5

Ipproċessar skont il-Kontroll Doganali

6

Dispensa mill-Ipproċessar ‘il Barra

5.

Informazzjoni dwar kontijiet ewlenin.

kummerċjali, fiskali jew materjal ieħor ta' kontabbiltà

5.a

Daħħal l-indirizz sħiħ tal-lokalità fejn jinżammu l-kontijiet ewlenin.

5.b

Niżżel it-tip ta' kontijiet (elettroniċi jew miżmuma fuq karti, u t-tip tas-sistema u softwer użati).

6.

Daħħal l-għadd ta' formoli ta' kontinwazzjoni mehmuża ma' din l-applikazzjoni.

TITOLU II

Dettalji li għandhom jiddaħħlu fid-diversi kaxxi tal-formola ta' kontinwazzjoni

għall-Importazzjoni u l-Esportazzjoni

7.

Informazzjoni dwar reġistri (kontijiet relatati mad-dwana).

7.a

Daħħal l-indirizz sħiħ tal-lokalità fejn jinżammu r-reġistri.

7.b

Daħħal it-tip ta' reġistri (elettroniċi jew miżmuma fuq karti, u t-tip tas-sistema u softwer li jintużaw).

7.c

Daħħal, jekk applikabbli, informazzjoni rilevanti oħra dwar ir-reġistri.

8.

Informazzjoni dwar it-tip ta' merkanzija u tranżazzjonijiet.

8.a

Daħħal, jekk applikabbli, il-Kodiċi tan-NM rilevanti; jew daħħal għall-anqas il-kapitoli tan-NM u d-deskrizzjoni tal-merkanzija.

8.b–e

Daħħal l-informazzjoni rilevanti darba fix-xahar.

8.f.

Fl-importazzjoni, l-applikant għandu l-possibbiltà li jindika li jrid juża r-rata tal-kambju valida fl-ewwel jum tal-perjodu tad-dikjarazzjoni, skont l-Artikolu 172.

Immarka ‘X’ fil-kaxxa adattata, jekk meħtieġa.

9.

Daħħal il-kodiċijiet rilevanti għall-proċedura doganali kif stipulati fl-Anness 38 (eż. kodiċi 40 għar-rilaxx għal ċirkolazzjoni libera u għall-użu domestiku).

10.

Informazzjoni dwar il-lokalitajiet awtorizzati tal-merkanzija u dwar l-uffiċċju doganali responsabbli.

10.a

Għall-proċedura ta' rilaxx lokali, daħħal l-Istat Membru parteċipanti, bl-użu tal-kodiċi tal-pajjiż (ISO alpha 2), li fih hemm il-lokalità tal-merkanzija msemmija fil-kaxxa 10.b.

10.b

Għall-proċedura ta' rilaxx lokali daħħal l-indirizz sħiħ tal-lokalità tal-merkanzija.

10.c

Daħħal l-isem, l-indirizz u l-informazzjoni tal-kuntatt sħaħ ta' l-uffiċċju doganali lokali responsabbli mil-lokalità tal-merkanzija msemmija fil-kaxxa 10.b.

11.

Daħħal l-isem, l-indirizz u l-informazzjoni tal-kuntatt sħaħ ta' l-uffiċċji doganali rilevanti fejn ser tiġi ppreżentata d-dikjarazzjoni simplifikata.

12.

Daħħal, jekk applikabbli, l-informazzjoni rilevanti dwar il-kumpaniji inklużi fl-Awtorizzazzjoni Unika li jaġixxu f'isem id-detentur tal-Awtorizzazzjoni Unika.

12.a

Daħħal l-Istat Membru parteċipanti, billi tuża l-kodiċi tal-pajjiż (ISO alpha 2).

12.b

Daħħal l-isem u l-indirizz sħaħ tal-kumpanija li taġixxi f'isem id-detentur tal-Awtorizzazzjoni Unika fl-Istat Membru msemmi fil-kaxxa 12.a.

13.

Daħħal, jekk applikabbli, l-isem, l-indirizz u l-informazzjoni tal-kuntatt sħaħ ta' l-uffiċċju ta' sorveljanza.

14.

Indika, billi timmarka ‘X’ fil-kaxxa adattata, it-tip ta' dikjarazzjoni simplifikata; fil-każ ta' l-użu ta' dokumenti kummerċjali jew amministrattivi oħra, għandu jiġu speċifikati t-tip ta' dokumenti li qed jintużaw.

15.

Daħħal, jekk applikabbli, informazzjoni addizzjonali jew kundizzjonijiet li jistgħu jkunu rilevanti għall-proċedura simplifikata konċernata, bħall-proċedura u l-limitu ta' żmien biex tiġi ppreżentata d-dikjarazzjoni supplimentari

16.

Fil-waqt tal-applikazzjoni għall-Awtorizzazzjoni Unika, l-applikant

għandu jagħti l-kunsens għall-iskambju ta' kwalunkwe informazzjoni mal-awtoritajiet doganali ta' kwalunkwe Stat Membru ieħor u mal-Kummissjoni;

jista' jagħti kunsens għall-pubblikazzjoni tad-dejta mhix konfidenzjali għall-pubbliku permezz ta' l-Internet billi jimmarka ‘X’ fil-kaxxa adattata.

Dejta mhix konfidenzjali aċċessibbli għall-pubbliku ġenerali:

Id-dejta li ġejja trid tkun aċċessibbli għall-pubbliku inġenerali (b'referenza għan-numru tal-kaxxa fil-formola tal-applikazzjoni):

Isem u indirizz tad-detentur tal-Awtorizzazzjoni Unika għal proċeduri simplifikati (kaxxa 1.);

Numru tal-awtorizzazzjoni (mogħti mill-awtorità doganali);

Il-kodiċi ta' proċedura/i kif stipulat fl-Anness 38 (kaxxa 9);

Indikazzjoni jekk il-proċedura simplifikata ingħatatx għall-importazzjoni jew għall-esportazzjoni (kaxxa 2.a jew 2.b);

Il-kodiċi tal-pajjiż ISO alpha-2 tal-Istati Membri involuti kif imsemmi fl-Anness 38 (kaxxa 10.a);

Isem u l-indirizz tal-kumpaniji inklużi fl-Awtorizzazzjoni Unika li jaġixxu f'isem id-detentur tal-Awtorizzazzjoni Unika (kaxxa12.b).”


Top