Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32007R1172

    Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1172/2007 tal- 5 ta’ Ottubru 2007 li jemenda r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1891/2004 li jistipula d-dispożizzjonijiet għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1383/2003 li jikkonċerna azzjoni doganali kontra merkanziji suspettati li jiksru ċerti drittijiet ta’ proprjetà intellettwali u l-miżuri li għandhom jittieħdu kontra merkanziji li jinsabu li jkunu kisru dawk id-drittijiet

    ĠU L 261, 6.10.2007, p. 12–23 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 31/12/2013; Imħassar b' 32013R1352

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2007/1172/oj

    6.10.2007   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    L 261/12


    REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1172/2007

    tal-5 ta’ Ottubru 2007

    li jemenda r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1891/2004 li jistipula d-dispożizzjonijiet għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1383/2003 li jikkonċerna azzjoni doganali kontra merkanziji suspettati li jiksru ċerti drittijiet ta’ proprjetà intellettwali u l-miżuri li għandhom jittieħdu kontra merkanziji li jinsabu li jkunu kisru dawk id-drittijiet

    IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1383/2003 tat-22 ta’ Lulju 2003 li jikkonċerna azzjoni doganali kontra merkanziji suspettati li jiksru ċerti drittijiet ta’ proprjetà intellettwali u l-miżuri li għandhom jittieħdu kontra merkanziji li jinsabu li jkunu kisru dawk id-drittijiet (1), u partikolarment l-Artikolu 20 tiegħu,

    Billi:

    (1)

    Ir-Regolament (KE) Nru 1383/2003 jipprevedi azzjoni ta’ l-awtoritajiet doganali kontra merkanziji suspettati li jiksru ċerti drittijiet ta’ proprjetà intellettwali.

    (2)

    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1891/2004 (2) stipula d-dispożizzjonijiet għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1383/2003, partikolarment għal dak li għandu x'jaqsam mal-formoli ta’ applikazzjoni għal azzjoni. L-Annessi I u II tiegħu fihom il-mudelli korrispondenti għall-formoli msemmija.

    (3)

    L-Annessi I-C u II-C tar-Regolament (KE) Nru 1891/2004 fihom il-lista ta’ l-awtoritajiet kompetenti li lihom l-applikazzjonijiet għal azzjoni nazzjonali u Komunitarja rispettivament għandhom jintbagħtu. L-Artikolu 8 tar-Regolament imsemmi jipprevedi l-pubblikazzjoni mill-Kummissjoni tal-lista tas-sevizzi fi ħdan l-awtorità doganali msemmija fl-Artikolu 5(2) tar-Regolament (KE) Nru 1383/2003 fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea, serje C. Ġaladarba l-listi li jinsabu fl-Annessi I-C u II-C fihom xi data varjabbli li teħtieġ aġġornamenti regolari, huwa aktar xieraq li jiġu ppubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea, serje C. Għaldaqstant, jeħtieġ li jitħassru l-Annessi I-C u II-C tar-Regolament (KE) Nru 1891/2004.

    (4)

    Mill-1 ta’ Jannar 2007, il-Bulgarija u r-Rumanija saru membri ta’ l-Unjoni Ewropea. Għaldaqstant, jeħtieġ li r-Regolament (KE) Nru 1891/2004 jiġi adattat sabiex isemmi ż-żewġ pajjiżi fil-formola ta’ applikazzjoni għal azzjoni Komunitarja li dan jipprevedi.

    (5)

    Il-formola ta’ applikazzjoni għal azzjoni Komunitarja kellha tkun adattata mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1792/2006 tat-23 ta’ Ottubru 2006 li jadatta ċerti regolamenti u deċiżjonijiet adottati fil-qasam taċ-ċirkolazzjoni libera ta’ l-oġġetti, iċ-ċirkolazzjoni libera tal-persuni, il-politika tal-kompetizzjoni, l-agrikoltura (leġislazzjoni veterinarja u fitosanitarja), is-sajd, il-politika tat-trasport, it-tassazzjoni, l-istatistika, il-politika soċjali u l-impjiegi, l-ambjent, l-unjoni doganali u r-relazzjonijiet esterni, minħabba l-adeżjoni tal-Bulgarija u tar-Rumanija (3), li daħal fis-seħħ fid-data tad-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta’ Adeżjoni ta’ dawn il-pajjiżi.

    (6)

    Għal finijiet ta’ koerenza, jeħtieġ li jiġi previst l-adattament tal-formola ta’ applikazzjoni għal azzjoni Komunitarja mid-data ta’ adeżjoni tal-Bulgarija u tar-Rumanija.

    (7)

    Jeħtieġ għalhekk li r-Regolament (KE) Nru 1891/2004 jiġi emendat f'dan is-sens.

    (8)

    Il-miżuri pprovduti f'dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat tal-Kodiċi Doganali,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    Ir-Regolament (KE) Nru 1891/2004 jinbidel kif ġej:

    (1)

    Fl-Anness I, fil-kaxxa 2 tal-formola ta’ applikazzjoni għal azzjoni nazzjonali, jitħassru t-termini “(ara Anness I-C għal aktar dettalji)” [traduzzjoni mhux uffiċjali].

    (2)

    L-Anness I-C huwa mħassar.

    (3)

    L-Anness II huwa sostitwit bl-Anness I ta’ dan ir-Regolament.

    (4)

    Fl-Anness II-A, fl-aħħar sentenza, it-termini “imsemmija fl-Anness II-C” jitħassru.

    (5)

    L-Anness II-C huwa mħassar.

    Artikolu 2

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

    Madanakollu, l-Artikolu 1(3) għandu jibda japplika mill-1 ta’ Jannar 2007.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u huwa direttament applikabbli fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell, 5 ta’ Ottubru 2007.

    Għall-Kummissjoni

    László KOVÁCS

    Membru tal-Kummissjoni


    (1)  ĠU L 196, 2.8.2003, p. 7.

    (2)  ĠU L 328, 30.10.2004, p. 16

    (3)  ĠU L 362, 20.12.2006, p. 1.


    ANNESS

    “ANNESS II

    Image

    Test ta 'immaġni

    Image

    Test ta 'immaġni

    Image

    Test ta 'immaġni

    Image

    Test ta 'immaġni

    Image

    Test ta 'immaġni

    Image

    Test ta 'immaġni

    Image

    Test ta 'immaġni

    Image

    Test ta 'immaġni

    Image

    Test ta 'immaġni

    Image

    Test ta 'immaġni

    Top