This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32006R1932R(01)
Corrigendum to Council Regulation (EC) No 1932/2006 of 21 December 2006 amending Regulation (EC) No 539/2001 listing the third countries whose nationals must be in possession of visas when crossing the external borders and those whose nationals are exempt from that requirement ( OJ L 405, 30.12.2006 )
Korriġendum għar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1932/2006 tal- 21 ta' Diċembru 2006 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 539/2001 li jelenka l-pajjiżi terzi li ċ-ċittadini tagħhom għandu jkollhom viża fil-pussess tagħhom meta jaqsmu l-fruntieri esterni u dawk li ċ-ċittadini tagħhom huma eżentati minn dik il-ħtieġa ( ĠU L 405 tat-30.12.2006 )
Korriġendum għar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1932/2006 tal- 21 ta' Diċembru 2006 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 539/2001 li jelenka l-pajjiżi terzi li ċ-ċittadini tagħhom għandu jkollhom viża fil-pussess tagħhom meta jaqsmu l-fruntieri esterni u dawk li ċ-ċittadini tagħhom huma eżentati minn dik il-ħtieġa ( ĠU L 405 tat-30.12.2006 )
ĠU L 29, 3.2.2007, p. 10–13
(ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV)
ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2006/1932/corrigendum/2007-02-03/oj
3.2.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
10 |
Korriġendum għar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1932/2006 tal-21 ta' Diċembru 2006 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 539/2001 li jelenka l-pajjiżi terzi li ċ-ċittadini tagħhom għandu jkollhom viża fil-pussess tagħhom meta jaqsmu l-fruntieri esterni u dawk li ċ-ċittadini tagħhom huma eżentati minn dik il-ħtieġa
( Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea L 405 tat-30 ta' Diċembru 2006 )
Ir-Regolament (KE) Nru 1932/2006 għandu jaqra hekk:
REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 1932/2006
tal-21 ta’ Diċembru 2006
li jemenda r-Regolament (KE) Nru 539/2001 li jelenka l-pajjiżi terzi li ċ-ċittadini tagħhom għandu jkollhom viża fil-pussess tagħhom meta jaqsmu l-fruntieri esterni u dawk li ċ-ċittadini tagħhom huma eżentati minn dik il-ħtieġa
IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 62(2)(b)(i) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni,
Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew,
Billi:
(1) |
Il-kompożizzjoni tal-listi ta’ pajjiżi terzi fl-Annessi I u II tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 539/2001 tal-15 ta' Marzu 2001 (1) għandhom ikunu, u għandhom jibqgħu, konsistenti mal-kriterji stabbiliti fil-premessa (5) tiegħu. Xi pajjiżi terzi għandhom jiġu trasferiti minn Anness għall-ieħor, b'mod partikolari fir-rigward ta’ l-immigrazzjoni illegali u l-politika pubblika. |
(2) |
Il-Bolivja għandha tiġi trasferita għal Anness I tar-Regolament (KE) Nru 539/2001. Id-data ta’ l-applikazzjoni tal-ħtieġa tal-viża għal ċittadini tal-Bolivja għandha tkun b’mod li tippermetti lill-Istati Membri jirrevokaw il-ftehim bilaterali mal-Bolivja f'ħin debitu u biex jieħdu l-miżuri amministrattivi u organizzattivi kollha meħtieġa biex jintroduċu l-ħtieġa tal-viża konċernata. |
(3) |
L-Antigua u Barbuda, il-Bahamas, il-Barbados, il-Mawrizju, Saint Kitts u Nevis, u s-Seychelles għandhom jiġu trasferiti għall-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 539/2001. L-eżenzjoni mill-ħtieġa tal-viża għaċ-ċittadini ta’ dawk il-pajjiżi m’għandhiex tidħol fis-seħħ qabel ma jiġi konkluż ftehim bilaterali dwar l-eżenzjoni mill-ħtieġa tal-viża bejn il-Komunità Ewropea u l-pajjiż konċernat. |
(4) |
Iż-żewġ Annessi għar-Regolament (KE) Nru 539/2001 għandhom ikunu eżawrjenti. Għal dak il-għan, ma' kull wieħed mill-Annessi għar-Regolament (KE) Nru 539/2001 għandha tiżdied intestatura li tagħmilha possibbli li jiġu stabbiliti l-arranġamenti tal-viża li għandhom jiġu applikati mill-Istati Membri għall-kategoriji ta’ persuni magħmula soġġetti għall-ħtieġa tal-viża minn ċerti Stati Membri u eżentati minnha minn oħrajn. Kategoriji varji ta’ persuni “Brittaniċi” li m’humiex ċittadini tar-Renju Unit fit-tifsira tad-dritt Komunitarju għandhom jiżdiedu ma' l-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 539/2001 u ċ-Ċittadini Brittaniċi (Overseas) għandhom jiżdiedu ma' l-Anness II. |
(5) |
L-Istati Membri jistgħu jipprovdu għal eżenzjonijiet mill-ħtieġa tal-viża għal detenturi ta’ ċerti passaporti minbarra passaporti ordinarji. L-għażla ta' dawn il-passaporti teħtieġ kjarifika. Fir-Regolament (KE) Nru 539/2001 jeħtieġ li ssir referenza wkoll għall-proċeduri applikabbli fejn isir rikors għal tali eżenzjonijiet. |
(6) |
L-Istati Membri jistgħu jeżentaw mill-ħtieġa tal-viża refuġjati rikonoxxuti, il-persuni mingħajr stat kollha, kemm dawk taħt il-Konvenzjoni dwar l-istatus ta' persuni mingħajr stat tat-28 ta' Settembru 1954 kif ukoll dawk barra l-kamp ta' applikazzjoni ta' dik il-Konvenzjoni, u tfal ta' l-iskola li jivjaġġaw f'ħarġiet ta' l-iskola fejn il-persuni ta' dawn il-kategoriji jkunu joqogħdu f'pajjiż terz elenkat fl-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 539/2001. Eżenzjoni sħiħa mill-ħtieġa tal-viża diġà teżisti għal dawn it-tliet kategoriji ta' persuni li joqogħdu fiż-żona ta' Schengen meta huma jidħlu jew jidħlu mill-ġdid f'dik iż-żona; eżenzjoni ġenerali għandha tiġi introdotta għal persuni ta' dawk il-kategoriji li joqogħdu fi Stat Membru li ma ngħaqadx jew li għadu ma ngħaqadx maż-żona ta' Schengen, safejn huwa konċernat id-dħul (mill-ġdid) tagħhom fit-territorju ta' kwalunkwe Stat Membru ieħor marbut mill-acquis ta' Schengen. |
(7) |
Ir-Regolament (KE) Nru 1931/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta’ l-20 ta’ Diċembru 2006 li jistabbilixxi regoli dwar traffiku tal-fruntiera lokali fil-fruntieri ta' l-art esterni ta' l-Istati Membri u li jemenda d-dispożizzjonijiet tal-Konvenzjoni ta' Schengen (2) jagħmilha meħtieġa li jkun hemm dispożizzjoni għal eżenzjoni ġdida mill-ħtieġa tal-viża għal detenturi ta' kard tat-traffiku tal-fruntiera lokali. |
(8) |
L-arranġamenti li jirregolaw l-eżenzjonijiet għall-ħtieġa tal-viża għandhom jirriflettu bis-sħiħ il-prattiki attwali. Ċerti Stati Membri jagħtu eżenzjoni mill-ħtieġa tal-viża lil ċittadini ta’ pajjiżi terzi elenkati fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 539/2001 li huma membri tal-forzi armati li jkunu qed jivjaġġaw fuq xogħol tan-NATO jew tas-Sħubija għall-Paċi. Għal raġunijiet ta’ ċertezza legali, dawn l-eżenzjonijiet, li huma bbażati fuq obbligi internazzjonali esterni għad-dritt Komunitarju, għandhom madankollu jissemmew f'dak ir-Regolament. |
(9) |
Minħabba l-emendi suċċessivi għar-Regolament (KE) Nru 539/2001, hu meħtieġ li l-istruttura tiegħu titjieb u ssir eħfef għall-qari, u għalhekk għandu jitfassal mill-ġdid aktar tard. |
(10) |
Rigward l-Iżlanda u n-Norveġja, dan ir-Regolament jikkonsisti fi żvilupp tad-dispożizzjonijiet ta’ l-acquis ta’ Schengen fit-tifsira tal-Ftehim konkluż mill-Kunsill ta’ l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika ta’ l-Iżlanda u r-Renju tan-Norveġja dwar l-assoċjazzjoni ta’ din ta’ l-aħħar ma’ l-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp ta’ l-acquis ta’ Schengen (3), li jaqa’ fil-qasam imsemmi fl-Artikolu 1 (B) tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/437/KE tas-17 ta’ Mejju 1999 dwar ċerti arranġamenti għall-applikazzjoni ta’ dak il-Ftehim (4). |
(11) |
Ir-Renju Unit u l-Irlanda m'humiex marbuta bir-Regolament (KE) Nru 539/2001. Għaldaqstant huma m'humiex qed jipparteċipaw fl-adozzjoni ta’ dan ir-Regolament u m'humiex marbuta bih jew soġġetti għall-applikazzjoni tiegħu. |
(12) |
Fir-rigward ta’ l-Iżvizzera, dan ir-Regolament jikkonsisti fi żvilupp tad-dispożizzjonijiet ta' l-acquis ta' Schengen, fit-tifsira tal-Ftehim iffirmat mill-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar l-assoċjazzjoni tal-Konfederazzjoni Żvizzera ma’ l-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp ta’ l-acquis ta’ Schengen, li jaqa’ fil-qasam imsemmi fl-Artikolu 1(B) tad-Deċiżjoni 1999/437/KE, moqri flimkien ma’ l-Artikolu 4(1) tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2004/860/KE tal-25 ta’ Ottubru 2004 dwar l-iffirmar, f’isem il-Komunità Ewropea, u dwar l-applikazzjoni proviżorja ta’ ċerti dispożizzjonijiet tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera, dwar l-assoċjazzjoni tal-Konfederazzjoni Żvizzera ma’ l-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp ta’ l-acquis ta’ Schengen (5). |
ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Ir-Regolament (KE) Nru 539/2001 huwa b' dan emendat kif ġej:
1) |
L-Artikolu 1 huwa emendat kif ġej:
|
2) |
L-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 539/2001 għandu jkun imħassar. |
3) |
L-Artikolu 4 għandu jkun emendat kif ġej:
|
4) |
L-Anness 1 għandu jkun emendat kif ġej:
|
5) |
L-Anness II għandu jiġi emendat kif ġej:
|
Artikolu 2
L-Istati Membri għandhom japplikaw il-ħtieġa tal-viża għaċ-ċittadini tal-Bolivja b’effett mill-1 ta' April 2007.
L-Istati Membri għandhom japplikaw l-eżenzjoni mill-ħtieġa tal-viża għaċ-ċittadini ta’ Antigwa u Barbuda, il-Baħamas, il-Barbados, il-Mawrizju, Saint Kitts u Nevis u s-Seychelles mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ ftehim dwar eżenzjonijiet mill-viża li għandu jiġi konkluż mill-Komunità Ewropea mall-pajjiż terz konċernat.
Artikolu 3
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u huwa direttament applikabbli fl-Istati Membri f’konformità mat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea.
Magħmul fi Brussell, 21 ta’ Diċembru 2006.
Għall-Kunsill
Il-President
J. KORKEAOJA
(1) ĠU L 81, 21.3.2001, p. 1. Regolament kif l-aħħar emendat mir-Regolament 851/2005 (ĠU L 141, 4.6.2005, p. 3).
(2) Ara paġna 3 ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali.
(3) ĠU L 176, 10.7.1999, p. 31.
(4) ĠU L 368, 15.12.2004, p. 26.
(5) ĠU L 370, 17.12.2004, p. 78.