EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32006E0123

Azzjoni konġunta tal-Kunsill 2006/123/PESK ta' l- 20 ta' Frar 2006 li testendi u temenda l-mandat tar-Rappreżentant Speċjali ta' l-Unjoni Ewropea fir-Repubblika ex -Jugoslava tal-Maċedonja

ĠU L 49, 21.2.2006, p. 20–20 (ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV)
ĠU L 270M, 29.9.2006, p. 239–239 (MT)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (BG, RO)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 31/08/2010

ELI: http://data.europa.eu/eli/joint_action/2006/123/oj

29.9.2006   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

239


AZZJONI KONĠUNTA TAL-KUNSILL 2006/123/PESK

ta' l-20 ta' Frar 2006

li testendi u temenda l-mandat tar-Rappreżentant Speċjali ta' l-Unjoni Ewropea fir-Repubblika ex-Jugoslava tal-Maċedonja

IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikoli 14, 18(5) u 23(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Fis-17 ta' Ottubru 2005, il-Kunsill adotta l-Azzjoni Konġunta 2005/724/PESK (1) li taħtar ir-Rappreżentant Speċjali ta' l-Unjoni Ewropea (EUSR) f'dik li qabel kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja (fYROM).

(2)

Fl-24 ta' Novembru 2005, il-Kunsill adotta l-Azzjoni Konġunta 2005/826/PESK (2) dwar it-twaqqif ta' Grupp ta' Konsulenza tal-Pulizija ta' l-UE (EUPAT) fil-fYROM li jispeċifika rwol speċifiku ta' l-EUSR fil-linja ta' kmand.

(3)

Abbażi ta' reviżjoni ta' l-Azzjoni Konġunta 2005/724/PESK, il-mandat ta' l-EUSR għandu jiġi emendat u estiż b'perjodu ta' 12-il xahar,

ADOTTA DIN L-AZZJONI KONĠUNTA:

Artikolu 1

Il-mandat tas-Sur Erwan FOUÉRÉ bħala l-EUSR fir-Repubblika ex-Jugoslava tal-Maċedonja, kif stabbilit fl-Azzjoni Konġunta 2005/724/PESK, huwa b'dan estiż sat-28 ta' Frar 2007.

Artikolu 2

1.   L-ammont finanzjarju ta' referenza maħsub sabiex ikopri n-nefqa relatata mal-mandat ta' l-EUSR fil-perjodu mill-1 ta' Marzu 2006 sat-28 ta' Frar 2007 għandu jkun ta' EUR 675 000.

2.   Id-data meta tkun tista' tibda titwettaq in-nefqa għandha tkun l-1 ta' Marzu 2006.

Artikolu 3

L-Azzjoni Konġunta 2005/724/PESK hija b'dan emendata kif ġej:

1)

Fl-Artikolu 3, is-subparagrafi (e) u (f) għandhom jiġu sostitwiti b'dan li ġej:

“(e)

jipprovdi gwida politika lokali lill-Kap tal-Grupp ta' Konsulenza tal-Pulizija ta' l-UE (EUPAT), jiżgura koordinazzjoni bejn l-EUPAT u atturi oħra ta' l-UE, u jassumi r-responsabbiltà għar-relazzjonijiet bejn l-EUPAT u l-awtoritajiet tal-Parti ospitanti u l-medja;

(f)

flimkien mal-Kap ta' l-EUPAT u f'koordinazzjoni mal-Presidenza, jiddjaloga regolarment ma' l-awtoritajiet ta' dik li qabel kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja dwar il-progress ta' l-attivitajiet ta' l-EUPAT.”

;

2)

L-Artikolu 9 għandu jaqra kif ġej:

“Artikolu 9

L-implementazzjoni ta' din l-Azzjoni Konġunta u l-koerenza tagħha ma' kontributi oħrajn mill-Unjoni Ewropea lir-reġjun għandhom jiġu riveduti regolarment. L-EUSR għandu jippreżenta lis-Segretarju-Ġenerali/Rappreżentant Għoli (SĠ/RGħ), lill-Kunsill u lill-Kummissjoni rapport ta' progress qabel l-aħħar ta' Ġunju 2006 u rapport komprensiv dwar l-implementazzjoni tal-mandat sa nofs Novembru 2006. Dawn ir-rapporti għandhom jiffurmaw bażi għal valutazzjoni ta' din l-Azzjoni Konġunta fil-Gruppi ta' Ħidma rilevanti u mill-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà (PSC). Fil-kuntest tal-prijoritajiet ġenerali għall-insedjament, ir-SĠ/RGħ għandu jagħmel rakkomandazzjonijiet lill-PSC fir-rigward tad-deċiżjoni tal-Kunsill dwar it-tiġdid, l-emendament jew it-terminazzjoni tal-mandat.”

.

Artikolu 4

Din l-Azzjoni Konġunta għandha tidħol fis-seħħ fid-data ta' l-adozzjoni tagħha.

Artikolu 5

Din l-Azzjoni Konġunta għandha tiġi pubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, nhar l-20 ta' Frar 2006.

Għall-Kunsill

Il-President

J. PRÖLL


(1)  ĠU L 272, 18.10.2005, p. 26.

(2)  ĠU L 307, 25.11.2005, p. 61.


Top