Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32005D0620

    2005/620/KE: Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat- 18 ta’ Awwissu 2005 li temenda l-Anness II tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 79/542/KEE fir-rigward ta' l-importazzjoni ta' laħam frisk mill-Arġentina u r-Russja (notifikata taħt id-dokument numru C(2005) 3147) Test b'rilevanza għaż-ŻEE.

    ĠU L 216, 20.8.2005, p. 11–18 (ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV)
    ĠU L 349M, 12.12.2006, p. 281–288 (MT)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (BG, RO)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 08/04/2010; Impliċitament imħassar minn 32010D0477

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2005/620/oj

    12.12.2006   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    281


    DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

    tat-18 ta’ Awwissu 2005

    li temenda l-Anness II tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 79/542/KEE fir-rigward ta' l-importazzjoni ta' laħam frisk mill-Arġentina u r-Russja

    (notifikata taħt id-dokument numru C(2005) 3147)

    (Test b'relevanza għaż-ŻEE)

    (2005/620/KE)

    IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

    Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2002/99/KE tas-16 ta' Diċembru 2002 li tistabbilixxi r-regoli sanitarji għall-annimali u li jiddeterminaw il-produzzjoni, l-ipproċessar, id-distribuzzjoni u l-introduzzjoni ta' prodotti li joriġinaw mill-annimali u li huma għall-konsum uman (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 8(1) u (4) tagħha,

    Billi:

    (1)

    Parti 1 ta' l-Anness II għad-Deċiżjoni tal-Kunsill 79/542/KEE tal-21 ta' Diċembru 1979 li tistabbilixxi lista ta' pajjiżi terzi jew partijiet ta' pajjiżi terzi u li tistabbilixxi kundizzjonijiet ta' ċertifikazzjoni tas-saħħa pubblika u veterinarja għall-importazzjoni fil-Komunità ta' ċerti annimali ħajjin u l-laħam frisk tagħhom (2) tistabbilixxi lista ta' pajjiżi terzi u partijiet ta' pajjiżi terzi li minnhom l-Istati Membri huma awtorizzati li jimportaw ċerti annimali ħajjin u l-laħam frisk tagħhom.

    (2)

    It-territorju ta' AR-4 fl-Arġentina huwa ħieles mill-marda ta' l-ilsien u d-dwiefer mingħajr tilqim. Dan huwa rifless b'mod korrett taħt il-kundizzjonijiet speċifiċi elenkati f'Parti I ta' l-Anness II għad-Deċiżjoni 79/542/KEE li taħtha l-użu taċ-ċertifikati veterinarji huwa awtorizzat għal dak it-territorju. Madankollu, il-lista ta' pajjiżi terzi u partijiet tagħhom, f'Parti 1 ta' l-Anness II għal dik id-Deċiżjoni kif jidher fir-ringiela relevanti għat-territorju ta' AR-4 m'hijiex konsistenti ma’ dak. Għalhekk RUW u RUF għandhom jiddaħħlu f'dik ir-ringiela għaċ-ċarezza u l-konsistenza.

    (3)

    Id-data ta' l-applikazzjoni rilevanti għar-restrizzjonijiet ġeografiċi u ta' żmien fir-rigward tat-territorju ta' AR-8 ġiet iddikjarata ħażin u tista' twassal għall-konfużjoni. Għal finijiet ta' ċarezza, id-data ta' applikazzjoni fit-tabella ta' kundizzjonijiet speċifiċi għall-perjodu mhux awtorizzat għanda tiġi rranġata għas-17 ta' Marzu 2005.

    (4)

    Ir-reġjun ta' Murmansk fir-Russja huwa awtorizzat li jimporta fil-Komunità laħam ta' annimali mhux domestiċi u mrobbija għal għanijiet agrikoli minbarra s-suidae u s-solipedi. Ir-Russja talbet lill-Kummissjoni sabiex tinkludi ż-żona awtonoma Yamalo-Nenets fil-lista ta' pajjiżi terzi jew partijiet tagħhom li minnhom il-laħam frisk ta' renni mrobbija jista' jiġi impurtat lejn il-Komunità.

    (5)

    Wara dik it-talba, twettqet missjoni fiż-żona awtonoma Yamalo-Nenets mill-Uffiċċju għall-Ikel u l-Veterinarjat (FVO) mit-22 sas-26 ta' Novembru 2004. Il-konklużjoni ta' dik il-missjoni hija li s-sitwazzjoni tas-saħħa ta' l-annimali f'dik iż-żona hija sodisfaċenti u li l-awtorità veterinarja kompetenti tipprovdi garanziji xierqa fir-rigward ta' l-aderenza mal-leġiżlazzjoni Komunitarja, partikolarment il-kwistjonijiet imsemmija fl-Artikolu 8, paragrafu 1 tad-Direttiva 2002/99/KE. Minn barra dan, ir-Russja pprovdiet pjan ta' azzjoni li jindirizza r-rakkomandazzjonijiet kollha tar-rapport ta' missjoni b'mod sodisfaċenti.

    (6)

    Huwa għalhekk xieraq li ż-żona awtonoma Yamali-Nenets tiġi elenkata bħala awtorizzata li timporta fil-Komunità l-laħam frisk ta' annimali mrobbija mhux domestiċi minbarra s-suidae u s-solipedi.

    (7)

    Parti 1 ta' l-Anness II għad-Direttiva 79/542/KEE għandha tiġi emendata kif jixraq.

    (8)

    Il-miżuri stipulati f'din id-Deċiżjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa ta' l-Annimali,

    ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI

    Artikolu 1

    Parti 1 ta' l-Anness II tad-Deċiżjoni 79/542/KEE tinbidel bit-test fl-Anness II ta' din id-Deċiżjoni.

    Artikolu 2

    Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

    Għandha tapplika minnufih.

    Artikolu 3

    Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

    Magħmul fi Brussell, nhar it-18 ta’ Awwissu 2005.

    Għall-Kummissjoni

    Markos KYPRIANOU

    Membru tal-Kummissjoni


    (1)  ĠU L 18, 23.1.2003, p. 11.

    (2)  ĠU L 146, 14.6.1979, p. 15. Deċiżjoni kif l-aħħar emendata mid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2005/234/KE (ĠU L 72, 18.3.2005, p. 35).


    ANNESS

    “ANNESS II

    (Laħam Frisk)

    1 PARTI

    Lista ta' pajjiżi terzi jew partijiet minnhom (*)

    Pajjiż

    Kodiċi tat-territorju:

    Deskrizzjoni tat-territorju

    Ċertifikat veterinarju

    Kundizzjonijiet speċifiċi

    Mudell(i)

    SG

    1

    2

    3

    4

    5

    6

    AL – Albanija

    AL-0

    Il-pajjiż kollu

     

     

    AR – Arġentina

    AR-0

    Il-pajjiż kollu

    EQU

     

     

    AR-1

    Il-Provinċji ta' Buenos Aires, Catamarca, Corrientes, Entre Ríos, La Rioja, Mendoza, Misiones, Neuquen, Rio Negro, San Juan, San Luis, Santa Fe, u Tucuman.

    BOV

    A

    1 u 2

    AR-2

    La Pampa u Santiago del Estero

    BOV

    A

    1 u 2

    AR-3

    Cordoba

    BOV

    A

    1 u 2

    AR-4

    Chubut, Santa Cruz u Tierra del Fuego

    BOV, OVI, RUW, RUF

     

     

    AR-5

    Formosa (it-territorju ta' Ramon Lista biss) u Salta (id-dipartiment ta' Rivadavia biss)

    BOV

    A

    1 u 2

    AR-6

    Salta (id-dipartimenti ta' General Jose de San Martin, Oran, Iruya, u Santa Victoria biss)

    BOV

    A

    1 u 2

    AR-7

    Chaco, Formosa (minbarra t-territorju ta' Ramon Lista), Salta (minbarra d-dipartimenti ta' General Jose de San Martin, Rivadavia, Oran, Iruya, u Santa Victoria), Jujuy

    BOV

    A

    1 u 2

    AR-8

    Chaco, Formosa, Salta, Jujuy, bl-eċċezzjoni taż-żona baffer ta' 25 Km mill-fruntiera mal-Bolivja u l-Paragway li testendi mid-Distrett ta' Santa Catalina fIl-Provinċja ta' Jujuy, sad-distrett Laishi fIl-Provinċja ta' Formosa

    BOV

    A

    1 u 2

    AR-9

    Iż-żona baffer ta' 25 Km mill-fruntiera mal-Bolivja u l-Paragway li testendi mid-Distrett ta' Santa Catalina fIl-Provinċja ta' Jujuy, sad-distrett Laishi fil-Provinċja ta' Formosa

     

     

    AU – L-Awstralja

    AU-0

    Il-pajjiż kollu

    BOV, OVI, POR, EQU, RUF, RUW, SUF, SUW

     

     

    BA – Il-Bosnija Ħerżegovina

    BA-0

    Il-pajjiż kollu

     

     

    BG –Il- Bulgarija

    BG-0

    Il-pajjiż kollu

    EQU

     

     

    BG-1

    Il-Provinċji ta' Varna, Dobrich, SIlistra, Choumen, Targovitchte, Razgrad, Rousse, V. Tarnovo, Gabrovo, Pleven, Lovetch, Plovdic, Smolian, Pasardjik, id-distrett ta Sofia, Il-belt ta' Sofia, Pernik, Kustendil, Blagoevgrad, Vratza, Montana u Vidin

    BOV, OVI, RUW, RUF

    BG-2

    II-Provinċji ta' Bourgas, Jambol, Sliven, Starazagora, Hasskovo, Kardjaliand u l-kuritur wiesa' 20 km mal-fruntiera mat-Turkija

    BH – Il-Bahrain

    BH-0

    Il-pajjiż kollu

     

     

    BR – Il-Brażil

    BR-0

    Il-pajjiż kollu

    EQU

     

     

    BR-1

    L-Istati ta' Paraná, Minas Gerais (minbarra d-delegazzjonijiet reġjonali ta' Oliveira, Passos, São Gonçalo de Sapucai, Setelagoas u Bambuí), São Paulo, Espíritu Santo, Mato Grosso do Sul (minbarra l-muniċipalitajiet ta' Sete Quedas, Sonora, Aquidauana, Bodoqueno, Bonito, Caracol, Coxim, Jardim, Ladario, Mirua, Pedro Gomes, Porto Murtinho, Rio Negro, Rio Verde ta' Mato Grosso u Corumbá), Santa Catarina, Goias u l-unitajiet reġjonali ta' Cuiaba (minbarra l-muniċipalitajiet ta' San Antonio de Leverger, Nossa Senhora do Livramento, Pocone u Barão de Melgaço), Caceres (minbarra l-muniċipalità ta' Caceres), Lucas do Rio Verde, Rondonopolis (minbarra l-muniċipalita ta' Itiquiora), Barra do Garça u Barra do Burges f' Mato Grosso.

    BOV

    A

    1 u 2

    BR-2

    L-Istat ta' Rio Grue do Sul

    BOV

    A

    1 u 2

    BR-3

    L-Istat ta' Mato Grosso do Sul, muniċipalita ta' Sete Quedas

    BOV

    A

    1 u 2

    BW – Il-Botswana

    BW-0

    Il-pajjiż kollu

    EQU, EQW

     

     

    BW-1

    Iż-żoni ta' kontroll veterinarju 5, 6, 7, 8, 9 u 18

    BOV, OVI, RUF, RUW

    F

    1 u 2

    BW-2

    Iż-żoni ta' kontroll veterinarju 10, 11, 12, 13 u 14

    BOV, OVI, RUF, RUW

    F

    1 u 2

    BY – Il-Belarus

    BY-0

    Il-pajjiż kollu

     

     

    BZ – Il-Belize

    BZ-0

    Il-pajjiż kollu

    BOV, EQU

     

     

    CA – Il-Kanada

    CA-0

    Il-pajjiż kollu

    BOV, OVI, POR, EQU, SUF, SUW RUF, RUW,

    G

     

    CH – L-Iżvizzera

    CH-0

    Il-pajjiż kollu

    BOV, OVI, POR, EQU, RUF, RUW, SUF, SUW

     

     

    CL – Iċ-Ċile

    CL-0

    Il-pajjiż kollu

    BOV, OVI, POR, EQU, RUF, RUW, SUF

     

     

    CN – Iċ-Ċina (Ir-Repubblika tal-Poplu)

    CN-0

    Il-pajjiż kollu

     

     

    CO – Il-Kolombja

    CO-0

    Il-pajjiż kollu

    EQU

     

     

    CO-1

    Iż-żona inkluża fIl-linji tal-fruntiera mill-punt fejn ix-xmara Murri tnixxi għal ġewwa x-xmara Atrato, lejn in-naħa t'isfel tax-xmara Atrato sa fejn tnixxi għal ġewwa l-Oċean Atlantiku minn dan Il-punt tal-fruntiera tal-Panama ssegwi l-kosta ta' l-Atlantiku sa Cabo Tiburón; minn dan il-punt sa l-Oċean Paċifiku ssegwi l-fruntiera Columbia-Panama\; minn dan il-punt sal-bokka tax-Xmara Valle mal-kosta tal-paċifiku u minn dan il-punt ma' linja dritta sal-punt fejn ix-Xmara Murri tnixxi għal ġewwa x-Xmara Atrato.

    BOV

    A

    2

    CO-3

    Iż-żona inkluża fil-linji tal-fruntiera mIll-bokka tax-Xmara Sinu fuq l-Oċean Atlantiku, lejn in-naħa ta' fuq tax-Xmara Sun sa l-għejun tagħha ta' Alto ParamIllo, minn dan il-punt sa Puerto Rey fuq l-Oċean Atlantiku, issegwi l-linji tal-fruntiera bejn id-Dipartiment ta' Antiquia u Córdoba, u minn dan l-punt sal-bokka tax-Xmara Sinu mal-kosta ta' l-Atlantiku.

    BOV

    A

    2

    CR – Costa Rica

    CR-0

    Il-pajjiż kollu

    BOV, EQU

     

     

    CS – Serbia u Montenegro (**)

    CS-0

    Il-pajjiż kollu

    BOV, OVI, EQU

     

     

    CU – Kuba

    CU-0

    Il-pajjiż kollu

    BOV, EQU

     

     

    DZ – L-Alġerija

    DZ-0

    Il-pajjiż kollu

     

     

    ET – L-Etjopja

    ET-0

    Il-pajjiż kollu

     

     

    FK – Il-Gżejjer Falkland

    FK-0

    Il-pajjiż kollu

    BOV, OVI, EQU

     

     

    GL – Greenland

    GL-0

    Il-pajjiż kollu

    BOV, OVI, EQU, RUF, RUW

     

     

    GT – Il-Gwatemala

    GT-0

    Il-pajjiż kollu

    BOV, EQU

     

     

    HK – Ħong Kong

    HK-0

    Il-pajjiż kollu

     

     

    HN – Il-Ħonduras

    HN-0

    Il-pajjiż kollu

    BOV, EQU

     

     

    HR – Il-Kroazja

    HR-0

    Il-pajjiż kollu

    BOV, OVI, EQU, RUF, RUW

     

     

    Il – L-Iżrael

    IL-0

    Il-pajjiż kollu

     

     

    IN – L-Indja

    IN-0

    Il-pajjiż kollu

     

     

    IS – L-Iżlanda

    IS-0

    Il-pajjiż kollu

    BOV, OVI, EQU, RUF, RUW

     

     

    KE – Il-Kenja

    KE-0

    Il-pajjiż kollu

     

     

    MA – Il-Marokk

    MA-0

    Il-pajjiż kollu

    EQU

     

     

    MG – Il-Madagaskar

    MG-0

    Il-pajjiż kollu

     

     

    MK – L-ex Repubblika Jugożlava tal-Maċedonja (***)

    MK-0

    Il-pajjiż kollu

    OVI, EQU

     

     

    MU – Mauritius

    MU-0

    Il-pajjiż kollu

     

     

    MX – Il-Messiku

    MX-0

    Il-pajjiż kollu

    BOV, EQU

     

     

    NA – In-Namibja

    NA-0

    Il-pajjiż kollu

    EQU, EQW

     

     

    NA-1

    In-nofsinhar ta' l-istekkati (cordon fences) li jestendu minn Palgrave Point fil-punent sa Gam fil-Lvant.

    BOV, OVI, RUF, RUW

    F

    2

    NC – New Caledonia

    NC-0

    Il-pajjiż kollu

    BOV, RUF, RUW

     

     

    NI – In-Nikaragwa

    NI-0

    Il-pajjiż kollu

     

     

    NZ – New Zealand

    NZ-0

    Il-pajjiż kollu

    BOV, OVI, POR, EQU, RUF, RUW, SUF, SUW

     

     

    PA – Panamá

    PA-0

    Il-pajjiż kollu

    BOV, EQU

     

     

    PY – Il-Paragwaj

    PY-0

    Il-pajjiż kollu

    EQU

     

     

    PY-1

    Iż-żoni ta' Chaco central u San Pedro

    BOV

    A

    1 u 2

    RO – Ir-Rumanija

    RO-0

    Il-pajjiż kollu

    BOV, OVI, EQU, RUW, RUF

     

     

    RU – Ir-Russja

    RU-0

    Il-pajjiż kollu

     

     

    RU-1

    Ir-reġjun ta' Murmansk, iż-żona awtonoma ta' Yamalo-Nenets

    RUF

    SV – El Salvador

    SV-0

    Il-pajjiż kollu

     

     

    SZ – Is-Sważiland

    SZ-0

    Il-pajjiż kollu

    EQU, EQW

     

     

    SZ-1

    Żona fil-puntent ta' l-istekkati ‘red line’ li testendi lejn it-tramuntana mix-xmara Usutu sal-fruntiera ma' l-Afrika t'isfel fil-puntent ta' Nkalashane,

    BOV, RUF, RUW

    F

    2

    SZ-2

    Iż-żoni ta' sorveljanza veterinarja tal-marda ta' l-ilsien u d-dwiefer u l-kontroll tat-tilqim kif dehru fil-gazzetta bħala Strument Statutorji taħt l-avviż legali 51 ta' l-2001.

    BOV, RUF, RUW

    F

    1 u 2

    TH – It-Tajlandja

    TH-0

    Il-pajjiż kollu

     

     

    TN – It-Tuniżija

    TN-0

    Il-pajjiż kollu

     

     

    TR – It-Turkija

    TR-0

    Il-pajjiż kollu

     

     

    TR-1

    Il-Provinċji ta' Amasya, Ankara, Aydin, Balikesir, Bursa, Cankiri, Corum, Denizli, Izmir, Kastamonu, Kutahya, Manisa, Usak, Yozgat u Kirikkale

    EQU

     

     

    UA – L-Ukrajna

    UA-0

    Il-pajjiż kollu

     

     

    US – United States

    US-0

    Il-pajjiż kollu

    BOV, OVI, POR, EQU, SUF, SUW, RUF, RUW

    G

     

    UY – L-Urugwaj

    UY-0

    Il-pajjiż kollu

    EQU

     

     

    BOV,

    A

    1 u 2

    OVI

    A

    1 u 2

    ZA – L-Afrika t'Isfel

    ZA-0

    Il-pajjiż kollu

    EQU, EQW

     

     

    ZA-1

    Il-pajjiż kollu minbarra:

    il-parti taż-żona tal-kontroll tal-marda ta' l-ilsien u d-dwiefer li tinsab fir-reġjuni veterinarji ta' Mpumalanga u l-provinċji tat-Tramuntana, fid-distrett ta' Ingwavuma tar-reġjun veterinarju ta' Natal u fiż-żona tal-fruntiera mal-Botswana, fin-naħa tal-lvant tal-lonġitudni 28°, u

    id-distrett ta' Camperdown, fil-provinċja ta' KwaZuluNatal

    BOV, OVI, RUF, RUW

    F

    2

    ZW – Żimbabwe

    ZW-0

    Il-pajjiż kollu

     

     

    Kundizzjonijiet speċifiċi msemmija fil-kolonna 6

    ‘1’

    :

    Restrizzjonijiet Ġeografiċi u ta' żmien:

    Kodiċi tat-Territorju

    Ċertifikat Veterinarju

    Perjodu ta' żmien/dati li għalihom l-importazzjoni fil-Komunità hija awtorizzata jew le fir-rigward tad-dati tal-qtil ta' l-annimali li minnhom inkiseb il-laħam

    Mudell

    SG

    AR-1

    BOV

    A

    Qabel u bl-inklużjoni tal-31ta' Jannar 2002

    Mhux awtorizzat

    Wara u bl-inklużjoni ta' l-1ta' Frar 2002

    Awtorizzat

    AR-2

    BOV

    A

    Qabel u bl-inklużjoni tat-8 ta' Marzu 2002

    Mhux awtorizzat

    Wara u bl-inklużjoni tad-9 ta' Marzu 2002

    Awtorizzat

    AR-3

    BOV

    A

    Qabel u bl-inklużjoni tas-26 ta' Marzu 2002

    Mhux awtorizzat

    Wara u bl-inklużjoni tas-27 ta' Marzu 2002

    Awtorizzat

    AR-4

    BOV, OVI, RUW, RUF

    Qabel u bl-inklużjoni tat-28 ta' Frar 2002

    Mhux awtorizzat

    Wara u bl-inklużjoni ta' l-1 ta' Marzu 2002

    Awtorizzat

    AR-5

    BOV

    A

    Mill-1 ta' Frar 2002 sa l-10 ta' Lulju 2003 (inklussivi)

    Awtorizzat

    Wara u bl-inklużjoni tal-11ta' Lulju 2003

    Mhux Awtorizzat

    AR-6

    BOV

    A

    Mill-1 ta' Frar 2002 sa l-4 ta' Settembru 2003 (inklussivi)

    Awtorizzat

    Wara u bl-inklużjoni tal-5 ta' Settembru 2003

    Mhux Awtorizzat

    AR-7

    BOV

    A

    Mill-1 ta' Frar 2002 sas-7 ta' Ottubru 2003 (inklussivi)

    Awtorizzat

    Wara u bl-inklużjoni tat-8 ta' Ottubru 2003

    Mhux Awtorizzat

    AR-8

    BOV

    A

    Qabel u bl-inklużjoni ta' 17 ta' Marzu 2005

    ara AR-5 , AR-6 u AR-7 għal perjodi meta t-territorji speċifiċi fi ħdan iż-żona msemmija f'AR-8 ma kinux awtorizzati

    Wara u bl-inklużjoni tat-18 ta' Marzu 2005

    Awtorizzat

    BR-2

    BOV

    A

    Qabel u bl-inklużjoni tat-30 ta' Novembru 2001

    Mhux awtorizzat

    Wara u bl-inklużjoni ta' l-1 ta' Diċembru 2001

    Awtorizzat

    BR-3

    BOV

    A

    Qabel u bl-inklużjoni tal-31 ta' Ottubru 2002

    Awtorizzat

    Wara u bl-inklużjoni ta' l-1 ta' Novembru 2002

    Mhux awtorizzat

    BW-1

    BOV, OVI, RUW, RUF

    A

    Qabel u bl-inklużjoni tas-7 ta' Lulju 2002

    Mhux awtorizzat

    Wara u bl-inklużjoni tat-8 ta' Lulju sat-22 ta' Diċembru 2002

    Awtorizzat

    Wara u bl-inklużjoni tat-23ta' Diċembru 2002 sas-6 ta' Ġunju 2003

    Mhux awtorizzat

    Wara u bl-inklużjoni tas-7 ta' Ġunju 2003

    Awtorizzat

    BW-2

    BOV, OVI, RUW, RUF

    A

    Qabel u bl-inklużjoni tas-6 ta' Marzu 2002

    Mhux awtorizzat

    Wara u bl-inklużjoni tas-7 ta' Marzu 2002

    Awtorizzat

    PY-1

    BOV

    A

    Qabel u bl-inklużjoni tal-31ta' Awwissu 2002

    Mhux awtorizzat

    Wara u bl-inklużjoni ta' l-1 ta' Settembru 2002 sad-19 ta' Frar 2003

    Awtorizzat

    Wara u bl-inklużjoni ta' l-20 ta' Frar 2003

    Mhux awtorizzat

    SZ-2

    BOV, RUF, RUW

    A

    Qabel u bl-inklużjoni tat-3 ta' Awwissu 2003

    Mhux awtorizzat

    Wara u bl-inklużjoni ta' l-4 ta' Awwissu 2003

    Awtorizzat

    UY-0

    BOV, OVI

    A

    Qabel u bl-inklużjoni tal-31ta' Ottubru 2001

    Mhux awtorizzat

    Wara u bl-inklużjoni ta' l-1 ta' Novembru 2001

    Awtorizzat

    ‘2’

    :

    Restrizzjonijiet tal-Kategorija:

    L-interjuri mhumiex awtorizzat (ħlief fil-każ ta' l-ispeċi bovini, il-muskoli tad-dijaframma u tax-xedaq).”


    (*)  Mingħajr preġudizzju għar-rekwiżiti speċifiċi ta' ċertifikazzjoni previsti bi ftehimiet Komunitarji ma' pajjiżi terzi.

    (**)  Mhux bl-inklużjoni ta' Kosovo kif definita mir-Reżoluzzjoni tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti nru 1244 ta' l-10 ta' Ġunju 1999.

    (***)  L-ex Repubblika Jugożlava tal-Maċedonja; kodiċi provviżorju li ma jaffetwax id-denominazzjoni definittiva tal-pajjiż li għandha tiġi attribwiti wara l-konklużjoni tan-negozjati li bħalissa qed iseħħu fi ħdan in-Nazzjonijiet Uniti.

    =

    L-ebda ċertifikat stabbilit u importazzjonijiet ta' laħam frisk huma pprojbiti (minbarra għal dawk l-ispeċi fejn indikati fil-linja ‘Il-pajjiż kollu’)


    Top