This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32004R1086R(02)
1086/2004/KE: Rettifika għar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1086/2004 tad- 9 ta' Ġunju 2004 li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1210/2003 dwar ċerti ristrizzjonijiet speċifiċi fuq relazzjonijiet ekonomiċi u finanzjarji mal -Iraq ( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 338 M, tal-17 ta' Diċembru 2008 )
1086/2004/KE: Rettifika għar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1086/2004 tad- 9 ta' Ġunju 2004 li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1210/2003 dwar ċerti ristrizzjonijiet speċifiċi fuq relazzjonijiet ekonomiċi u finanzjarji mal -Iraq ( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 338 M, tal-17 ta' Diċembru 2008 )
ĠU L 76M, 24.3.2009, pp. 16–18
(MT)
ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2004/1086/corrigendum/2009-03-24/oj
|
24.3.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
16 |
Rettifika għar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1086/2004 tad-9 ta' Ġunju 2004 li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1210/2003 dwar ċerti ristrizzjonijiet speċifiċi fuq relazzjonijiet ekonomiċi u finanzjarji mal -Iraq
( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 338 M, tal-17 ta' Diċembru 2008 )
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1086/2004 għandu jaqra:
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1086/2004
tad-9 ta' Ġunju 2004
li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1210/2003 dwar ċerti ristrizzjonijiet speċifiċi fuq relazzjonijiet ekonomiċi u finanzjarji mal -Iraq
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1210/2003 dwar ċerti restrizzjonjiet speċifiċi fuq relazzjonjiet ekonomiċi u finanzjarji mal-Iraq u jirrevoka r-Regolament (KE) Nru 2465/96 (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 11(b) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
L-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 1210/2003 jagħti lista tal-organi, korporazzjonijiet u aġenziji pubbliċi u persuni naturali u ġuridiċi, organi u entitajiet tal-gvern ta' qabel tal-Iraq li kienu milquta bl-iffriżar ta' fondi u ta' riżorsi ekonomiċi taħt dak ir-Regolament. |
|
(2) |
L-Anness IV tar-Regolament (KE) Nru 1210/2003 jagħti lista tal-persuni naturali u ġuridiċi, organi u entitajiet assoċjati mar-reġim tal-ex-President Saddam Hussein li kienu milquta bl-iffriżar ta' fondi u ta' riżorsi ekonomiċi taħt ir-Regolament. |
|
(3) |
Fit-2 ta' Ġunju 2004, il-Kumitat tas-Sanzjonijiet tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU iddeċieda li jemenda l-lista li tinkludi lil Saddam Hussein u uffiċjali anzjani oħra tal-ex-reġim Iraqin, tal-membri l-aktar qrib tal-familja tagħhom u l-entitajiet tagħhom jew ikkontrollati minnhom jew minn persuni li jaġixxi f'isimhom jew taħt struzzjonijiet tagħhom, fir-rigward ta' liema l-iffriżar ta' fondi u riżorsi ekonomiċi għandu japplika. Għalhekk, l-Anness IV għandu jiġi konsegwentement emendat. |
|
(4) |
Huwa neċessarju li ħames annotazzjonjiet jiġu ttrasferiti mill-Anness III għall-Anness IV u li jiġu emendati tnejn minn dawn l-annotazzjonijiet. |
|
(5) |
Sabiex jiġi żgurat illi l-miżuri stipulati f'dan ir-Regolament ikunu effettivi, dan ir-regolament għandu jidħol fis-seħħ immedjatament, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
1. L-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 1210/2003 qiegħed jiġi emendat skont l-Anness I ta' dan ir-Regolament.
2. L-Anness IV tar-Regolament (KE) Nru 1210/2003 qiegħed jiġi emendat skont l-Anness II ta' dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul f'Brussell, 9 ta' Ġunju 2004.
Għall-Kummissjoni
Christopher PATTEN
Membru tal-Kummissjoni
ANNESS I
L-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 1210/2003 huwa emendat kif ġej:
Il-persuni naturali li ġejjin għandhom jitneħħew:
|
(1) |
Hikmat Jarjes Bahnam (magħruf ukoll bħala Hikmat Gargees). Indirizz: Baghdad, l-Iraq. Passaport Nru 035667 (Iraqin). |
|
(2) |
Tarik Nasser S. Al Obaidi (magħruf ukoll bħala (a) Tarik al'Ubaydi, (b) Tariq al'Ubaydi). Indirizz: Baghdad, l-Iraq. Passaport Nru 212331 (Iraqin). |
|
(3) |
Khalaf M. M. Al-Dulaymi (magħruf ukoll bħala Khalaf Al Dulaimi). Data tat-twelid: 25 ta' Jannar 1932. Passaport Nru H0044232 (Iraqin). |
|
(4) |
Adnan S. Hasan Ahmed (magħruf ukoll bħala (a) Hasan Ahmed S. Adnan, (b) Ahmed Sultan). Indirizz: Amman, il-Ġordan. |
|
(5) |
Munir Al Qubaysi (magħruf ukoll bħala (a) Munir Al-Kubaysi, (b) Muneer Al-Kubaisi, (c) Munir Mamduh Awad, (d) Munir A. Awad). Indirizz: Is-Sirja. Nazzjonalità: Iraqin. |
ANNESS II
L-Anness IV tar-Regolament (KE) Nru 1210/2003 jiġi emendat kif ġej:
|
1. |
Il-persuni naturali li ġejjin għandhom jiżdiedu:
|
|
2. |
Il-persuni ġuridiċi, organi u entitajiet li ġejjin għandhom jiżdiedu:
|
(1) ĠU L 169, 8.7.2003, p. 6. Ir-Regolament hekk kif l-aħħar emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 979/2004 tal-14 ta’ Mejju 2004 (ĠU L 180, 15.5.2004, p. 9).