EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32004R0853R(21)

Rettifika tar-Regolament (KE) Nru 853/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 li jistabbilixxi ċerti regoli speċifiċi ta’ iġjene għall-ikel li joriġina mill-annimali (Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 139 tat-30 ta’ April 2004) Edizzjoni Speċjali bil-Malti: Kapitolu 03 Volum 45 p. 14

ST/6131/2019/INIT

ĠU L 282, 4.11.2019, p. 35–35 (BG, MT, RO)
ĠU L 282, 4.11.2019, p. 35–36 (FI)
ĠU L 282, 4.11.2019, p. 37–37 (FR)
ĠU L 282, 4.11.2019, p. 35–37 (SV)

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2004/853/corrigendum/2019-11-04/oj

4.11.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 282/35


Rettifika tar-Regolament (KE) Nru 853/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 li jistabbilixxi ċerti regoli speċifiċi ta’ iġjene għall-ikel li joriġina mill-annimali

( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 139 tat-30 ta’ April 2004 )

Edizzjoni Speċjali bil-Malti: Kapitolu 03 Volum 45 p. 14

Fil-paġna 20, il-punt (b) tal-Artikolu 8(2),

minflok:

“(b)

Fil-każ tal-bajd, iċ-ċentri ta’ l-imballaġġ għandhom jagħtu garanzija li l-bajd oriġina minn ġmiegħi li jkun sarilhom eżami mikrobjoloġiku skond il-leġislazzjoni komunitarju b’riżultat negattiv;”,

aqra:

“(b)

Fil-każ tal-bajd, iċ-ċentri tal-imballaġġ għandhom jagħtu garanzija li l-bajd oriġina minn qtajja’ li jkun sarilhom eżami mikrobijoloġiku skont il-leġislazzjoni komunitarja b’riżultat negattiv;”;

Fil-paġna 26, fl-Anness I, il-punt 5.1,

minflok:

“5.1.

“Eggs” means eggs in shell - other than broken, incubated or cooked eggs - that are produced by farmed birds and are fit for direct human consumption or for the preparation of egg products.”,

aqra:

“5.1.

“Bajd” tfisser bajd fil-qoxra — minbarra bajd miksur, inkubat jew misjur — li tbied minn għasafar imrobbija u li huma tajbin biex jittieklu direttament mill-bniedem jew għat-tħejjija ta’ prodotti tal-bajd.”;

Fil-paġna 37, fl-Anness III, fis-Sezzjoni II, fil-Kapitolu I, il-punt 2,

minflok:

“2.

Annimali li għandhom sintomi ta’ mard jew li ġejjin mill-merħliet li hu magħruf li huma kkontaminati b’aġenti ta’ importanza għas-saħħa pubblika jistgħu jinġarru lejn il-biċċerija biss meta hu permess mill-awtorità kompetenti.”,

aqra:

“2.

Annimali li għandhom sintomi ta’ mard jew li ġejjin minn qtajja’ li hu magħruf li huma kkontaminati b’aġenti ta’ importanza għas-saħħa pubblika jistgħu jinġarru lejn il-biċċerija biss meta hu permess mill-awtorità kompetenti.”.

Top