EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32004L0040

Id-Direttiva 2004/40/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 fuq il-ħtiġijiet minimi għas-saħħa u s-sigurtà fir-rigward ta’ l-esposizzjoni ta’ ħaddiema għal riskji li jiġu minn aġenti fiżiċi (kampi elettro-manjetiċi) (It-18-il Direttiva individwali fis-sens ta’ l-Artikolu 16(1) tad-Direttiva 89/391/KEE)

ĠU L 159, 30.4.2004, p. 1–26 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 28/06/2013; Imħassar b' 32013L0035

ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2004/40/oj

32004L0040



Official Journal L 159 , 30/04/2004 P. 0001 - 0026


Id-Direttiva 2004/40/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

tad-29 ta’ April 2004

fuq il-ħtiġijiet minimi għas-saħħa u s-sigurtà fir-rigward ta’ l-esposizzjoni ta’ ħaddiema għal riskji li jiġu minn aġenti fiżiċi (kampi elettro-manjetiċi)

(It-18-il Direttiva individwali fis-sens ta’ l-Artikolu 16(1) tad-Direttiva 89/391/KEE)

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA.

Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 137(2) tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni [1], ippreżentata wara konsultazzjonijiet mal-Kumitat ta’ Konsultazzjoni għas-Sigurtà, l-Iġjene u l-Protezzjoni tas-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol,

Wara li kkkunsidraw l-Opinjoni tal-Kumitat Soċjali u Ekonomiku Ewropew [2],

Wara konsultazzjoni mal-Kumitat tar-Reġjuni,

Filwaqt li jaġixxi skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 251 tat-Trattat [3],

Billi:

(1) Taħt it-Trattat, il-Kunsill jista’, permezz ta’ direttivi, jadotta ħtiġijiet minimi ħalli jinkoraġġixxi, speċjalment fil-post tax-xogħol, garanziji ta’ livell aħjar ta’ protezzjoni tas-saħħa u s-sigurtà tal-ħaddiema. Dawn id-direttivi qegħdin hemmhekk biex jevitaw li jiġu imposti esiġenzi amministrattivi, finanzjarji u legali li jistgħu jżommu mill-ħolqien u l-iżvilupp ta’ intrapriżi żgħar u medji.

(2) Il-komunikazzjoni mill-Kummissjoni li tikkonċerna l-programm tagħha ta’ azzjoni relatat ma’ l-implimentazzjoni tal-Karta tal-Komunità tad-Drittijiet Soċjali Fundamentali tal-Ħaddiema taħseb għall-introduzzjkoni taħtiġijiet minimi dwar is-saħħa u s-sigurtà fir-rigward ta’ l-esposizzjoni ta’ ħaddiema għal riskji li jiġu minn aġenti fiżiċi. F’Settembru ta’ l-1990 il-Parlament Ewropew adotta riżoluzzjoni li tikkonċerna dan il-programm ta’ azzjoni [4]. li jistieden il-Kummissjoni b’mod partikolari biex tfassal direttiva speċifika dwar ir-riskji kkawżati mill-ħsejjes u mill-vibrazzjonijiet u minn kull aġent ieħor fiżiku fuq il-post tax-xogħol.

(3) Bħala l-ewwel pass, il-Parlament Ewropew u il-Kunsill adotta d-Direttiva 2002/44/KE tal-25 ta’ Ġunju 2002 dwar iħtiġijiet minimi għas-saħħa u s-sigurtà fir-rigward ta’ l-esposizzjoni ta’ ħaddiema għal riskji li jiġu minn aġenti fiżiċi (vibrazzjoni) (is-16-il Direttiva individwali fis-sens ta’ l-Artikolu 16(1) tad-Direttiva 89/391/KEE) [5]. Wara, fis-6 ta’ Frar 2003, il-Parlament Ewropew u il-Kunsill adotta d-Direttiva 2003/10/KE dwar iħtiġijiet minimi għas-saħħa u s-sigurtà fir-rigward ta’ l-esposizzjoni ta’ ħaddiema għal riskji li jiġu minn aġenti fiżiċi (ħsejjes) (is-17 il-Direttiva fis-sens ta’ l-Artikolu 16(1) tad-Direttiva 89/391/KEE) [6].

(4) Issa huwa ikkunsidrat neċessarju li jiġu introdotti miżuri li jipproteġu l-ħaddiema mir-riskji assoċjati ma’ l-kampi elettro-manjetiċi, minħabba l-effetti tagħhom fuq is-saħħa u s-sigurtà tal-ħaddiema. Madanakollu, l-effetti fit-tul, li jinkludu effetti karċinoġeniċi minn esposizzjoni li tvarja fit-tul ta’ ħin għall-kampi elettriċi, manjetiċi u elettro-manjetiċi li s’issa ma hemmx l-ebda evidenza xjentifikament konklussiva li tistabbilixxi relazzjoni kawżali, m’humiex indirizzati f’din id-Direttiva. Dawn il-miżuri huma intiżi mhux biss biex jassiguraw is-saħħa u s-sigurtà ta’ kull ħaddiem fuq bażi individwali, imma wkoll biex tinħoloq bażi minima ta’ protezzjoni għall-ħaddiema kollha tal-Komunità, biex tevita kull possibilità ta’ tgħawwiġ ta’ kompetizzjoni.

(5) Din id-Direttiva tistipula ħtiġijiet minimi, u għalhekk tagħti l-iStati Membri l-għażla li jżommu jew li jadottaw disposizzjonijiet aktar favorevoli għall-protezzjoni tal-ħaddiema, b’mod partikolari li jistabbilixxu il-valuri l-aktar baxxi għall-valuri ta’ azzjoni jew il-limiti f’termini ta’ valuri ta’ esposizzjoni għall-kampi elettro-manjetiċi. L-implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva m’għandhiex isservi biex tiġġustifika xi rigressjoni relatata mas-sitwazzjoni li diġà teżisti f’kull Stat Membru.

(6) Sistema ta’ protezzjoni kontra l-kampi elettro-manjetiċi għandhom jiġu limitati għal definizzjoni, mingħajr dettalji żejda, ta’ l-oġġettivi li jridu jintlaħqu, il-prinċipji li jridu jiġu osservati u l-valur fundamentli li jridu jiġu applikati, ħalli l-Istati Membri jkunu jistgħu japplikaw il-ħtiġijiet minimi b’mod ekwivalenti.

(7) Il-livell ta’ esposizzjoni għall-kampi elettro-manjetiċi jistgħu jiġu mnaqqsa b’mod aktar effettiv billi jinkorporaw miżuri preventivi fid-disinn tal-postijiet tax-xogħol u fl-għażla tat-tagħmir għax-xogħol, tal-proċeduri u tal-metodi ħalli tingħata priorità biex jitnaqqsu r-riskji minn ras il-għajn. Għalhekk, id-disposizzjonijiet relatati mat-tagħmir għax-xogħol u metodi tax-xogħol jikkontribwixxu għall-protezzjoni tal-ħaddiema involuti.

(8) Min iħaddem għandu jagħmel aġġustamenti fid-dawl tal-progress tekniku u għerf xjentifiku fir-rigward tar-riskji relatati ma’ l-esposizzjoni għall-kampi elettro-manjetiċi, biex tittejjeb il-protezzjoni tas-saħħa u tas-sigurtà tal-ħaddiema.

(9) Minħabba li din id-Direttiva hija Direttiva individwali fis-sens ta’ l-Artikolu 16(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 89/391/KEE tat-12 ta’ Ġunju 1989 fuq l-introduzzjoni ta’ miżuri biex jinkoraġġixxu s-saħħa u s-sigurtà tal-ħaddiema fuq il-post tax-xogħol [7], għalhekk dik id-Direttiva tapplika għall-esposizzjoni tal-ħaddiema għal kampi elettro-manjetiċi, mingħajr preġudizzju li d-disposizzjonijiet ikunu aktar stretti u/jew speċifiċi f’din id-Direttiva.

(10) Din id-Direttiva tikkostitwixxi pass prattiku lejn ħolqien ta’ dimensjoni soċjali tas-suq intern.

(11) Il-miżuri neċessarji għall-implimentazzjoni ta’ din id-Deċiżjoni għandhom ikunu addotati skond id-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE tat-28 ta’ Ġunju 1999 li tistipula l-proċeduri għall-eżerċizzju tal-poteri mogħtija lill-Kummissjoni dwar l-implimentazzjoni tagħhom [8].

(12) Iż-żamma mal-limitu ta’ l-esposizzjoni u l-valuri ta’ azzjoni għandhom jwasslu għal livell għoli ta’ protezzjoni fir-rigward ta’ l-effetti fuq is-saħħa li jistgħu jirriżultaw mill-esposizzjoni għal kampi elettro-manjetiċi imma din iż-żamma mhux neċessarjament tevita problemi ta’ interferenża ma’ jew effetti fuq il-funzjonament ta’ apparat mediku bħal protesijiet metalliċi, pacemakers kardijaċi u defibrillaturi, impjanti għall-widnejn u impjanti oħrajn; problemi ta’ interferenza speċjalment bil-pacemakers jistgħu jiġru inqas mill-valuri ta’ azzjoni u għalhekk għandhom ikunu l-oġġett ta’ prekawzjonijiet xierqa u ta’ miżuri protettivi,

ADOTTAW DIN ID-DIRETTIVA:

TAQSIMA I

DISPOSIZZJONIJIET ĠENERALI

Artikolu 1

L-Għan u l-firxa ta’ applikazzjoni

1. Din id-Direttiva, li hija it-18-il Direttiva fis-sens ta’ l-Artikolu 16(1) tad-Direttiva 89/391/KEE, tistipula l-ħtiġijiet minimi għall-protezzjoni tal-ħaddiema għas-saħħa u s-sigurtà minn riskji li jinħolqu jew jistgħu jinħolqu minn esposizzjoni għal kampi elettro-manjetiċi (0 Hz sa 300 GHz) matul ix-xogħol tagħhom.

2. Din id-Direttiva tirreferi għar-riskju għas-saħħa u s-sigurtà tal-ħaddiema minħabba effetti avversi magħrufin fi żmien qasir fuq il-ġisem tal-bniedem ikkawżati biċ-ċirkulazzjoni ta’ kurrenti indotti jew bl-assorbiment ta’ l-enerġija kif wkoll bil-kurrenti kuntatti.

3. Din id-Direttiva ma tindirizzax l-effetti ssuġġeriti li jiġu wara tul ta’ żmiern.

4. Din id-Direttiva ma tindirizzax ir-riskji li jirriżultaw minn kuntatt ma’ kondutturi ħajjin

5. Id-Direttiva 89/391/KEE għandha tapplika kompletament għall-aspetti kollha li saret għalihom riferenza fil-paragrafu 1, mingħajr preġudizzju għal disposizzjonijiet aktar stretti u/jew aktar speċifiċi li huma f’din id-Direttiva.

Artikolu 2

Definizzjonijiet

Għall-għanijiet ta’ din id-Direttiva, id-definizzjonijiet kif ġej għandhom japplikaw:

(a) "kampi elettro-manjetiċi": kampi manjetiċi statiċi u elettriċi, manjetiċi u elettro-manjetiċi bi frekwenzi sa 300 GHz li jvarjaw fil-ħin;

(b) "valuri tal-limitu għall-esposizzjoni": limiti fuq l-esposizzjoni għall-kampi elettro-manjetiċi li huma bbażati direttament fuq l-effetti fuq is-saħħa u kunsiderazzjonijiet bijoloġiċi. Konformità ma’ dawn il-limiti, tassigura li l-ħaddiema esposti għall-kampi elettro-manjetiċi huma protetti kontra l-effetti avversi magħrufin fuq is-saħħa;

(ċ) "valuri ta’ azzjoni": il-kobor ta’ parametri li jistgħu jitkejlu direttament, provduti f’termini ta’ qawwa ta’ kamp elettriku (E), qawwa ta’ kamp manjetiku (H), densità tal-fluss manjetiku (B) u densità ta’ l-enerġija (S), li bihom waħda jew aktar mill-miżuri speċifikati f’din id-Direttiva għandhom jittieħdu. Konformità ma’ dawn il-valuri tassigura il-konformità mal-valuri rilevanti tal-limiti ta’ l-esposizzjoni.

Artikolu 3

Il-valuri tal-limiti ta’ l-esposizzjoni u l-valuri ta’ azzjoni

1. Il-valuri tal-limiti ta’ l-esposizzjoni huma mniżżla fl-Anness, Tabella 1.

2. Il-valuri ta’ azzjoni huma mniżżla fl-Anness, Tabella 2.

3. Għall-istima, għall-kejl u/jew għall-kalkolu ta’ l-esposizzjoni tal-ħaddiema għall-kampi elettro-manjetiċi, sa kemm standards Ewropej huma armoniżżati mill-Kumitat Ewropej għall-Għemil ta’ l-i standards Elettro-tekniċi (Cenelec) jagħmel l-istima kollha rilevanti, l-Istati Membri jistgħu jużaw standards jew linji ta’ gwida oħra ibbażati xjentifikament.

TAQSIMA II

L-OBLIGAZZJONIJIET TAL-PRINĊIPALI

Artikolu 4

Id-determinazzjoni ta’ l-esposizzjoni u l-istima għal riskji

1. Biex jista’ jimplimenta l-obligazzjonijiet stipulati fl-Artikoli 6(3) u 9(1) tad-Direttiva 89/391/KEE, il-Prinċipal għandu jistma u, jekk neċessarju, jkejjel u/jew jikalkula il-livelli elettro-manjetiċi li għalihom il-ħaddiema huma esposti. L-istima, il-kejl u il-kalkolu jistgħu, sakemm issir l-arnoniżazzjoni ta’ l-i standards Ewropej mis-Cenelec li jkopru s-sitwazzjonijiet ta’ l-istima, tal-kejl u tal-kalkolu, jsiru skond standards u linji ta’ gwida ibbażati xjentifikament li għalihom saret riferenza fl-Artikolu 3 u, meta jkun rilevanti, billi jiġu ikkunsidrati l-livelli ta’ emissjoni pprovduti mill-manifattur tat-tagħmir meta dan huwa kopert bid-Direttivi tal-Komunità rilevanti.

2. Fuq bażi ta’ l-istima tal-livelli ta’ l-kampi elettro-manjetiċi meħudin skond il-paragrafu 1, jekk il-valuri ta’ azzjoni li għalihom saret riferenza fl-Artikolu 3 tkun aktar, il-prinċipal għandu jistma u jekk hu neċessarju, jikkalkula jekk il-valuri tal-limitu ta’ l-esposizzjoni ġewx maqbuża.

3. L-istima, il-kejl u/jew il-kalkoli li għalihom saret riferenza fil-paragrafi 1 u 2 m’hemmx bżonn li jsiru fuq il-postijiet tax-xogħol miftuħin għall-pubbliku iżda evalwazzjoni tkun diġà saret skond id-disposizzjonijiet tar-Rakkommandazzjoni tal-Kunsill 1999/519/KE tat-12 ta’ Lulju 1999 fuq il-limitazzjoni ta’ l-esposizzjoni tal-pubbliku ġenerali għall-kampi elettro-manjetiċi (0 Hz sa 300 GHz), u li r-restrizzjonijiet speċifikati hemmhekk huma rispettati għall-ħaddiema u r-riskji għas-sigurtà huma esklużi. [9]

4. L-istima, il-kejl u/jew il-kalkoli li għalihom saret riferenza fil-paragrafi 1 u 2 għandhom ikunu ippjanati u implimentati minn servizzi jew persuni kompetenti f’intervalli adattati, waqt li b’mod partikolari jikkunsidraw l-Artikoli 7 u 11 tad-Direttiva 89/391/KEE li tikkonċerna servizzi jew persuni kompetenti neċessarji u l-parteċizzjoni tal-ħaddiema. Id-data miksuba wara l-istima, il-kejl u u/jew il-kalkolu tal-livell ta’ l-esposizzjoni għandha tkun preservata b’forma xierqa biex tippermetti li tiġi kkonsultata fi stadju aktar tard.

5. Skond l-Artikolu 6(3) tad-Direttiva 89/391/KEE, il-prinċipal għandu jagħti attenzjoni partikolari, meta jiġi biex jagħmel stima tar-riskju, għal dan li ġej:

(a) il-livell, l-estensjoni sħiħa tal-frekwenza, t-tul tal-ħin u t-tip ta’ l-esposizzjoni;

(b) il-valuri tal-limitu ta’ l-esposizzjoni u l-valuri ta’ azzjoni li għalihom saret riferenza fl-Artikolu 3 ta’ din id-Direttiva;

(ċ) l-effetti li jikkonċernaw is-saħħa u s-sigurtà tal-ħaddiema li huma b’mod partikolari f’riskju;

(d) l-effetti indiretti, bħal:

(i) l-interferenza ma’ tagħmir u apparat elettroniku mediku (inklużi pacemakers kardijaċi u apparati oħra impjantati);

(ii) ir-riskju ta’ projettili minn oġġetti ferromanjetiċi f’kampi majentiċi statiċi f’densità ta’ fluss manjetiku aktar minn 3mT;

(iii) l-inizjazzjoni ta’ apparat elettro-esplossiv (detonaturi);

(iv) n-nirien u l-splużjonijiet fuq it-tqabbid ta’ materjali li jieħdu in-nar malajr minn xrariet ikkawżati b’kampi indotti, kurrenti kuntatt jew ħruġ ta’ ċarġis elettriċi taħt forma ta’ xrariet;

(e) l-eżistenza ta’ tagħmir ta’ sostituzzjoni disinnjat biex inaqqas il-livell ta’ esposizzjoni għal kampi elettro-manjetiċi;

(f) l-informazzjoni xierqa miksuba mis-sorveljanza għas-saħħa kemm jista’ jkun, li tinkludi informazzjoni pubblikata;

(g) s-sorsi multipliċi ta’ esposizzjoni;

(h) l-esposizzjoni fl-istess ħin għal kampi ta’ frekwenzi.multipliċi.

6. Il-prinċipal għandu jkollu f’idejh l-istima tar-riskju skond l-Artikolu 9(1)(a) tad-Direttiva 89/391/KEE u għandu jiddentifika x’miżuri għandhom jittieħdu skond l-Artikolu 5 u 6 ta’ din id-Direttiva. L-istima tar-riskju għandha tkun rreġistrata fuq mezz xieraq, skond il-liġijiet u l-prattiċi nazzjonali; tista’ tinkludi ġustifikazzjoni dwar in-natura u l-estensjoni tar-riskji relatati ma’ l-kampi elettro-manjetiċi mill-prinċipal biex tiġġustifika għaliex stima aktar dettaljata tar-riskju mhux neċessarja. L-istima tar-riskju għandha tkun aġġornata fuq bażi regolari, b’mod partikolari jekk kien hemm bidliet sinifikanti li jagħmluha għadda żmienha, jew meta ir-riżultati ta’ sorveljanza tas-saħħa juru li hija neċessarja.

Artikolu 5

Disposizzjonijiet bl-għan li jevitaw jew inaqqsu ir-riskji.

1. Waqt li jiġu kkunsidrati l-progress tekniku u l-aċċessibilità għall-miżuri ta’ kontroll ta’ riskji minn ras il-għajn, ir-riskji li jiġu minn esposizzjoni għall-kampi elettro-manjetiċi għandhom ikunu eliminati jew imnaqqsa għall-minimu.

It-tnaqqis għar-riskju li jiġi minn esposizzjoni għall-kampi elettro-manjetiċi għandhom ikunu ibbażati fuq il-prinċipji ta’ prevenzjoni kif stipulati fid-Direttiva 89/391/KEE.

2. Fuq il-bażi ta’ l-istima tar-riskju li għaliha saret riferenza fl-Artikolu 4, meta l-valuri ta’ azzjoni li għalihom saret riferenza fl-Artikolu 3 jinqabżu, il-prinċipal, sakemm l-istima tar-riskju li sar skond l-Artikolu 4(2) juri li l-valuri tal-limitu ta’ l-esposizzjoni ma nqabżux u li r-riskji għas-sigurtà jistgħu jiġu eliminati, għandu joħloq u jimplimenta pjan ta’ azzjoni li jinkludi miżuri tekniċi u/jew organiżattivi intiżi biex jipprevjenu l-esposizzjoni li tkun aktar mill-valuri tal-limiti ta’ l-esposizzjoni, waqt li jikkunsidraw b’mod partikolari:

(a) metodi oħrajn ta’ xogħol li jnaqqsu l-esposizzjoni għall-kampi elettro-manjetiċi;

(b) l-għażla ta’ tagħmir li jħalli inqas kampi elettro-manjetiċi, waqt li jikkunsidraw ix-xogħol li jrid isir;

(ċ) miżuri tekniċi li jnaqqsu l-ħruġ ta’ kampi elettro-manjetiċi li jinkludu, fejn hu neċessarju, l-użu ta’ sistemi li jillokkjaw, sistemi ta’ protezzjoni jew mekkaniżmi oħra simili li jipproteġu s-saħħa;

(d) programmi xierqa ta’ mantiniment tat-tagħmir tax-xogħol, tal-postijiet tax-xogħol u tas-sistemi użati għall-postijiet tax-xogħol;

(e) id-disinn u t-tqassim tal-postijiet tax-xogħol u tas-sistemi użati għall-postijiet tax-xogħol;

(f) il-limitazzjoni tat-tul tal-ħin u ta’ l-intensità ta’ l-esposizzjoni;

(g) l-aċċessibilità ta’ tagħmir personali adegwat ta’ protezzjoni.

3. Fuq il-bażi ta’ l-istima tar-riskju li għaliha saret riferenza fl-Artikolu 4, il-postijiet tax-xogħol fejn il-ħaddiema jistgħu jiġu esposti għall-kampi elettro-manjetiċi li jkunu aktar mill-valuri ta’ azzjoni, għandhom inkunu indikati b’sinjali xierqa skond id-Direttiva tal-Kunsill 92/58/EEC ta’ l-24 ta’ Ġunju 1992 fuq il-ħtiġijiet minimi għad-disposizzjoni tas-sinjali dwar sigurtà u/jew saħħa fuq il-post tax-xogħol (id-disa’ Direttiva individwali fis-sens ta’ l-Artikolu 16(1) tad-Direttiva 89/391/KEE [10], sakemm l-istima li tkun saret skond l-Artikolu 4(2), turi li l-valuri tal-limitu għall-esposizzjoni ma ġewx maqbuża u li r-riskji tas-sigurtà huma esklużi. Il-postijiet li semmejna għandhom ikunu identifikati, u l-aċċess għalihom ikun limitat fejn hu teknikament possibli u fejn hemm riskju li l-valuri tal-limiti għall-esposizzjoni jistgħu jinqabżu.

4. F’kull ċirkostanza, ħaddiema m’għandhomx ikunu esposti aktar mill-valuri tal-limiti għall-esposizzjoni.

Jekk, minkejja l-miżuri li jkunu ttieħdu mill-prinċipal biex ikun konformi ma’ din id-Direttiva, il-valuri tal-limiti għall-esposizzjoni jinqabżu, il-prinċipal għandu jieħu azzjoni mmedjata biex inaqqas l-esposizzjoni inqas mill-valuri tal-limiti għall-esposizzjoni. Huwa irid jiddentifika ir-raġunijiet għaliex il-valuri tal-limiti għall-esposizzjoni inqabżu u għandu jemenda il-miżuri ta’ protezzjoni u ta’ prevenzjoni skond il-valuri tal-limiti ħalli ma’ jerġgħux jinqabżu darb’oħra.

5. Skond l-Artikolu 15 tad-Direttiva 89/391/KEE, il-prinċipal għandu jadatta l-miżuri li għalihom saret riferenza f’dan l-Artikolu bħala ħtiġijiet għall-ħaddiema li qegħdin f’riskju partikolari.

Artikolu 6

Informazzjoni u taħriġ għall-ħaddiema

Mingħajr preġudizzju għall-Artikoli 10 u 12 tad-Direttiva 89/391/KEE, il-prinċipal għandu jassigura li l-ħaddiema li huma esposti għal riskji ta’ kampi elettro-manjetiċi fuq il-post tax-xogħol u/jew ir-rappreżentanti tagħhom li jipprovdi kull informazzjoni u taħriġ neċessarju relatat mar-riżultat ta’ l-istima tar-riskju iżda għall-Artiklu 4(1) ta’ din id-Direttiva, li jikkonċerna b’mod partikolari:

(a) miżuri biex tiġi mplimentata d-Direttiva;

(b) il-valuri u l-kunċetti tal-valuri tal-limiti għall-esposizzjoni u l-valuri ta’ azzjoni u r-riskji potenzali assoċjati magħhom;

(ċ) ir-riżultati ta’ l-istima, il-kejl u/jew il-kalkoli tal-livelli ta’ l-esposizzjoni għal kampi elettro-manjetiċi magħmula skond l-Artikolu 4 ta’ din id-Direttiva;

(d) kif jiskopru l-effetti avversi għas-saħħa minħabba esposizzjoni u kif jistgħu jirraportawhom;

(e) iċ-ċirkostanzi meta il-ħaddiema huma ntitolati għall-sorveljanza fuq is-saħħa;

(f) il-prattiċi biex ikun hemm sigurtà fuq il-post tax-xogħol ħalli jiġu minimizzati r-riskji għall-esposizzjoni.

Artikolu 7

Konsultazzjoni mal-ħaddiema u l-parteċipazzjoni tagħhom

Il-konsultazzjoni mal-ħaddiema u l-parteċipazzjoni tagħhom u/jew tar-rappreżentanti tagħhom għandha tkun skond l-Artikolu 11 tad-Direttiva 89/391/KEE fuq materji koperti b’din id-Direttiva.

SEZZJONI III

DISPOSIZZJONIJIET VARJI

Artikolu 8

Is-sorveljanza tas-saħħa

1. Bl-għan li ssir prevenzjoni u dijanjosi kmieni ta’ xi effetti avversi fuq is-saħħa minħabba esposizzjoni għal kampi elettro-manjetiċi, sorveljanza xierqa fuq is-saħħa għandha issir skond l-Artikolu 14 tad-Direttiva 89/391/KEE.

Fil-każ, fejn jinqabad li l-esposizzjoni tkun qabżet il-valuri tal-limiti, eżami mediku għandu jkun disponnibbli għall-ħaddiem(a) konċernat(i) skond il-liġijiet u l-prattiċi nazzjonali. Jekk jinstab li saret ħsara lis-saħħa b’riżultat ta’ din l-esposizzjoni, il-prinċipal għandu jagħmel stima oħra tar-riskji skond l-Artikolu 4.

2. Il-prinċipal għandu jieħu l-miżuri xierqa biex jassigura li t-tabib u/jew l-awtorità medika risponsabbli għas-sorveljanza tas-saħħa ikollha aċċess għar-riżultati ta’ l-istima tar-riskji li għaliha saret riferenza fl-Artikolu 4.

3. Ir-riżultati tas-sorveljanza tas-saħħa għandhom ikunu miżmuma f’forma xierqa biex tkun tista’ ssir konsultazzjoni aktar tard, waqt li tikkunsidra l-ħtiġijiet ta’ kunfidenzalità. Ħaddiema individwali għandhom, fuq talba tagħhom, jingħataw aċċess għar-reġistri personali tas-saħħa.

Artikolu 9

Is-sanzjonijiet

L-Istati Membri għandhom jipprovdu sanzjonijiet adegwati biex ikunu applikati fil-każ ta’ ksur tal-leġislazzjoni nazzjonali adotta skond din id-Direttiva. Dawn is-sanzjonijiet għandhom ikunu effettivi, proporzjonali u disswasivi.

Artikolu 10

L-emendi tekniċi

1. Modifikazzjoni fil-valuri tal-limiti għall-esposizzjoni u l-valuri ta’ l-azzjoni msemmija fl-Anness għandhom ikunu addotati mill-Parlament Ewropew u l-Kunsill skond il-proċedura stipulata fl-Artikolu 137(2) tat-Trattat.

2. Emendi lill-Anness ta’ natura strettament teknika fil-linja ma’:

(a) l-addozzjoni tad-Direttivi fil-kamp ta’ l-armoniżazzjoni u l-i standardisation fir-rigward tad-disinn, tal-bini, tal-manifuttura jew tal-kostruzzjoni tat-tagħmir u/jew tal-postijiet tax-xogħol;

(b) il-progress tekniku, bidliet fl-aktar standards jew speċifikazzjonijiet rilevanti armoniżżati Ewropej, u riżultanzi xjentifiċi ġodda li jikkonċernaw l-kampi elettro-manjetiċi għandhom ikunu

addotati skond il-proċedura regolatorja li għaliha hemm riferenza fl-Artikolu 11(2).

Artikolu 11

Il-Kumitat

1. Il-Kummissjoni għandha tkun mgħejjuna mill-Kumitat li għalih hemm riferenza fl-Artikolu 17 tad-Direttiva 89/391/KEE.

2. Fejn hemm riferenza għal dan il-paragrafu, l-Artikolu 5 u 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandhom japplikaw, wara li kkunsidraw id-disposizzjonijiet fl-Artikolu 8 tiegħu.

Il-perjodu li għalih saret riferenza fl-Artikolu 5(6) tad-Deċiżjoni1999/468/KE għandu jiġi stabbilit bħala tlett xhur.

3. Il-Kumitat għandu jadotta r-regoli ta’ proċedura tiegħu.

SEZZJONI IV

ID-DISPOSIZZJONIJIET FINALI

Artikolu 12

Ir-rapporti

Kull ħames snin l-Istati Membri għandhom jagħtu rapport lill-Kummissjoni fuq l-Implimentazzjoni prattika ta’ din id-Direttiva, fejn jindikaw l-opinijonijiet tagħhom dwar l-imsieħba soċjali.

Kull ħames snin il-Kummissjoni għandha tinforma il-Parlament Ewropew, il-Kunsill, il-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Soċjali u l-Kumitat ta’ Konsultazzjoni dwar il-Protezzjoni għas-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol bil-kontenut ta’ dawn ir-rapporti, ta’ l-istimi tagħhom ta’ l-iżvilupp fil-kamp li semmejna u fuq kull inizjattiva, b’mod partikolari fir-rigward ta’ l-esposizzjoni għall-manjetiżmu statiku, li għandhom ikunu iġġustifikati b’għerf xjentifiku ġdid.

Artikolu 13

It-transposizzjoni

1. L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-disposizzjonijiet neċessarji biex jikkonformaw ma’ din id-Direttiva mhux aktar tard mit-30 ta’ April 2008. Huma għandhom jinformaw lill-Kummissjoni minnufih b’dan.

Fejn l-Istati Membri jadottaw dawn il-miżuri, huma għandhom ikollhom riferenza għal din id-Direttiva jew ikunu akkumpanjati minn din r-riferenza fil-każ ta’ pubblikazzjonijiet uffiċjali tagħhom. Il-metodi ta’ kif issir riferenza għandha tkun stipulata mill-Istati Membri.

2. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw mal-Kummissjoni dwar id-disposizzjonijiet fil-liġi nazzjonali li huma jadottaw jew li diġà adottaw fil-qasam kopert b’din id-Direttiva.

Artikolu 14

Id-dħul fis-seħħ

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fil-ġurnata tal-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Artikolu 15

Id-destinatarji

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Strasburgu, fid-29 ta’ April 2004.

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

P. Cox

Għall-Kunsill

Il-President

M. McDowell

[1] GU C 77, 18.3.1993, p. 12 u GU C 230, 19.8.1994, p. 3.

[2] GU C 249, 13.9.1993, p. 28.

[3] Opinijoni tal-Parlament Ewropew tal-20 ta’ April 1994 (GU C 128, 9.5.1994, p. 146) konfermata fis-16 ta’ Settembru 1999 (GU C 54, 25.2.2000, p. 75), Posizzjoni Komuni tal-Kunsill tat-18 ta’ Diċembru 2003 (GU C E 66, 16.3.2004, p. 1), Posizzjoni tal-Parlament Ewropew tat-30 ta’ Marzu 2004 (għada mhix ippublikata fil-Gurnal Uffiċjali) u Deċiżjoni tal-Kunsill tas-7 ta’ April 2004.

[4] GU C 260, 15.10.1990, p. 167.

[5] GU L 177, 6.7.2002, p. 13.

[6] GU L 42, 15.2.2003, p. 38.

[7] GU L 183, 29.6.1989, p. 1. Direttiva kif l-aħħar emendata bir-Regolament (KE) Nru 1882/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (GU L 284, 31.10.2003, p. 1.)

[8] GU L 184, 17.7.1999, p. 23.

[9] GU L 199, 30.7.1999, p. 59.

[10] GU L 245, 26.8.1992, p. 23

--------------------------------------------------

ANNESS

LIMITU TA’ ESPOSIZZJONI U VALURI

TA’ AZZJONI GĦAL KAMPI ELETTRO-MANJETIĊI

Il-kwantitajiet fiżiċi kif ġej għandhom jiġu użati biex jiddeskrivu l-esposizzjoni għal kampi elettro-manjetiċi:

Il-kurrent kuntatt (IC) bejn persuna u oġġett huwa muri f’amperes (A). Oġġett li huwa konduttur ta’ kamp elettriku jista’ jiġi iċċarġjat b’dan il-kamp.

Id-densità tal-kurrent (J) hija mfissra bħala kurrent jimxi ġo unità ta’ interazzjoni bejn partiċelli perpendikulari għad-direzzjoni taghha f’konduttur voluminż bħalma hu l-ġisem tal-bniedem jew parti minnu, muri f’amperes kull metru kwadru (A/m2).

Il-kamp ta’ elettriku huwa kwantità ta’ vektor (E) li jikkorrispondi għall-forza eżerċitata fuq partiċella ċċarġġjata mingħajr każ tal-moviment tagħha fl-ispazju. Hija murija f’volts kull metru (V/m).

Il-qawwa ta’ kamp manjetiku hija kwantità ta’ vektor (H), li, flimkien mad-densità tal-fluss manjetiku, tisspeċifika kamp manjetiku f’kull posizzjoni fl-ispazju. Hija murija f’amperes kull metru (A/m).

Id-densità tal-fluss manjetiku hija kwantità ta’ vektor (B), li tirriżulta f’forza li taġixxi fuq carġis f’moviment, muri f’teslas (T). Fi spazju liberu u f’materjali bijoloġiċi, id-densità tal-fluss manjetiku u s-saħħa tal-kamp manjetiku huma skambjati billi jużaw l-ekwivalenza 1 A/m = 4π 10–7 T.

Id-densità ta’ l-enerġija użata (S) hija il-kwantità xierqa użata għall-frekwenzi għoljin ħafna, fejn il-fond tal-penetrazzjoni fil-ġisem hija baxxa. Hija l-inċident radjanti ta’ l-enerġija użata perpendikulari mal-wiċċ, diviża bl-erja tal-wiċċ u murija f’watts kull metru kwadru (W/m2).

L-assorbiment ta’ enerġija speċifika (SA) mfissra bħala enerġija assorbita kull unità fuq il-massa tat-tessuti bijoloġiċi, muri f’joules kull kilogramm (J/kg). F’din id-Direttiva, hija użata biex tillimita l-effetti mhux termali minn radjazzjoni ta’ mewġ elettroniku vibrati.

Ir-rata ta’ l-assorbiment ta’ enerġija speċifika (SAR) bħala medja fuq il-ġisem kollu, hija mfissra bħala r-rata li l-eneriġija tassorbi kull unità fuq il-massa tat-tessuti tal-ġisem u muri f’watts kull kilogramm (W/kg). Is-SAR ta’ ġisem sħiħ huwa normalement aċċettat bħala miżura li tirrelata għall-effetti termali avversi għall-esposizzjoni tal-frekwenza tar-radju. Barra mill-medja tas-SAR għall-ġisem sħiħ, il-valuri lokali SAR huma neċesarji biex jiġi stmat u llimitat id-depożitu ta’ enerġija żejda f’partijiet żgħar tal-ġisem li jirrriżultaw minn kondizzjonijiet speċjali ta’ esposizzjoni. Ezempji ta’ dawn il-kondizzjonijiet huma: individwu li ma jistax jiċċaqlaq u huwa espost għall-RF f’medja baxxa ta’ MHz, u individwi esposti għall-viċinanza ta’ antenna.

Minn dawn il-kwantitajiet, d-densità tal-fluss manjetiku, il-kurrent kuntatt, il-qawwa tal-kamp elettriku u tal-kamp manjetiku u d-densità ta’ l-enerġija użata jistgħu jiġu ikkalkulati direttament.

A. IL-VALURI TAL-LIMITI GĦALL-ESPOSIZZJONI

Waqt li jiddependi mill-frekwenza, il-kwantitajiet fiżiċi kif ġejh huma użati biex jispeċifikaw il-valuri tal-limiti għall-esposizzjoni ta’ kampi elettro-manjetiċi:

- il-valuri tal-limiti għall-esposizzjoni huma pprovduti għad-densità tal-kurrent għall-kampi li jvarjaw fit-tul tal-ħin sa 1 Hz, biex jipprevjenu l-effetti fuq is-sistema kardjovaskulari u s-sistema nervuża ċentrali,

- bejn 1 Hz u 10 MHz tal-valuri tal-limitu għall-esposizzjoni pprovduti fuq id-densità li tipprevjeni l-effetti fuq il-funzjonijiet tas-sistema nervuża ċentrali,

- bejn 100 kHz u 10 GHz tal-valuri tal-limiti għall-esposizzjoni fuq is-SAR provduta biex tipprevjeni il-ġisem kollu mill-istress tas-sħana u b’mod lokaliżżat tipprevjeni li t-tessuti jiħnu żejjed. Fil-medja bejn 100 kHz sa 10 MHz, il-valuri tal-limiti għall-esposizzjoni fuq kemm hi d-densità tal-kurrrent kif wkoll fuq s-SAR huma provduti,

- bejn 10 GHz u 300 GHz tal-valuri tal-limiti għall-esposizzjoni fuq id-densità ta’ l-enerġija użata hija pprovduta biex tipprevjeni li t-tessuti jisħnu żejjed fuq jew ħdejn il-wiċċ tal-ġisem.

Tabella 1: Valuri ta’ l-Exposure Limit (Artikolu 3(1)). Il-kundizzjonijiet kollha iridu jkunu sodisfatti

Medda ta’ frekwenza | Densità tal-kurrent għar-ras u t-tronk J (mA/m2) (rms) | Medja tal-ġisem kollu SAR (W/kg) | SAR llokalizzat (ras u tronk) (W/kg) | SAR llokalizzat (dirgħajn) (W/kg) | Densità tal-qawwa S (W/m2) |

Sa 1 Hz | 40 | — | — | — | — |

1—4 Hz | 40/f | — | — | — | — |

4—1000 Hz | 10 | — | — | — | — |

1000 Hz—100 kHz | f/100 | — | — | — | — |

100 kHz—10 MHz | f/100 | 0,4 | 10 | 20 | — |

10 MHz—10 GHz | — | 0,4 | 10 | 20 | — |

10—300 GHz | — | — | — | — | 50 |

Noti:

1. f hija il-frekwenza f’Hertz.

2. Il-valuri tal-limiti għall-esposizzjoni fuq id-densità tal-kurrent hija intiża biex tipproteġi it-tessuti tas-sistema nervuża ċentrali tar-ras u tat-tronk tal-ġisem minn effetti akuti ta’ esposizzjoni. Il-valuri tal-limiti għall-esposizzjoni fi frekwenza medja ta’ bejn 1 Hz sa 10 MHz huma bbażati fuq l-effetti avversi fuq s-sistema nervuża ċentrali stabbiliti. Dawn l-effetti akuti huma essenzalment istantanji u m’hemmx ġustifikazzjoni xjentifika biex jiġu modifikati l-valuri tal-limiti għall-esposizzjoni ta’ ħin qasir. Madanakollu, minħabba li l-valuri tal-limiti għall-esposizzjoni jirreferu għall-effetti avversi fuq is-sistema nervuża ċentrali, dawn il-valuri tal-limiti għall-esposizzjoni jistgħu jippermettu densitajiet ta’ kurrent ogħla fit-tessuti tal-ġisem barra is-sistema nervuża ċentrali taħt l-istess kondizzjonijiet ta’ esposizzjoni.

3. Minħabba l-elettriku fil-ġisem mhux omoġenju, id-densitajiet tal-kurrent għandhom jiġu ikkalkulati bħala medji fuq interazzjoni ta’ partiċelli ta’ 1 cm2 perpendikulari għad-direzzjoni tal-kurrent.

4. Għall-frekwenzi sa 100 kHz, l-ogħla valuri tad-densità jistgħu jiġu miksuba billi issir multiplikazzjoni tal-valuri rms bi (2)1/2.

5. Għall-frekwenzi sa 100 kHz u kampi majentiċi vibrati, il-massimu tad-densità tal-kurrent assoċjata mal-vibrazzjonijiet tista’ tiġi kkalkolata minn tlugħ/inżul bi u r-rata massima tal-moviment tad-densità tal-fluss manjetiku. Din id-densità ta’ kurrent indott jista’ jiġi mqabbel ma’ valur tal-limiti għall-esposizzjoni xieraq. Għall-ħin tal-vibrazzjonijiet tp, il-frekwenza ekwivalenti applikata għall-valuri tal-limiti għall-esposizzjoni għandha tiġi kkalkulata bħala f = 1/(2tp).

6. Il-valuri kollha tas-SAR għandhom ikunu ikkalkulati kollha fuq medja ta’ perjodu ta’ sitt minuti.

7. Il-massa medja tas-SAR lokaliżżata hija 10 g ta’ tessuti kontigwi; il-massimu tar-SAR miksuba għandu jkun il-valur użat biex tiġi ikkalkulata l-esposizzjoni. Dawn l-10 g ta’ tessuti huma intiżi biex ikunu massa ta’ tessuti kontigwi li kważi għandhom proprjetajiet elettriċi omoġenji. Fl-ispeċifikazzjoni tal-massa tat-tessuti kontigwi, huwa rikonoxxut li għal dan il-kunċett tista’ tiġi użata dożimetrija bħala kalkolu imma li tista’ tippreżenta diffikultajiet għall-kalkolu dirett fiżiku. Ġejometrija sempliċi bħal massa ta’ tessuti kubiċi jistgħu jiġu użati iżda li l-kwantitatjiet tal-kalkolu dożimetriku għandu valuri relativament konservattivi mal-gwida ta’ linji għall-esposizzjoni.

8. Għall-esposizzjonijiet vibrati fil-medja tal-frekwenza minn 0,3 sa 10 GHz u għall-esposizzjoni lokaliżżata tar-ras, biex jiġu limitati u evitati effetti awditorji ikkawżati minn espansjoni termo-elastika, il-valuri tal-limiti għall-esposizzjoni addizzjonali huwa rakkommandat. Dan ifisser li l-SA ma jkunx aktar minn 10 mJ/kg fuq medja ta’ 10 g ta’ tessuti.

9. Id-densitajiet ta’ l-enerġija użata għandhom ikun ikkalkulati fuq medja ta’ 20 cm2 ta’ wiċċ espost u fuq 68/f1,05-kull perjodu ta’ minuta (fejn f hija f’GHz) biex jiġi ikkompensat il-fond fejn issir penetrazzjoni progressiva mhux fil-fond kif il-frekwenza tiżdied. Il-massimu tad-densitajiet spazjali ta’ l-enerġija użata fuq medja ta’ 1 cm2 m’għandux ikun aktar minn 20 darba tal-valur ta’ 50 W/m2.

10. Fir-rigward ta’ kampi elettro-manjetiċi vibrati jew f’moviment, jew ġenerikament fir-rigward ta’ esposizzjoni simultaneja ta’ kampi ta’ frekwenzi multipliċi, metodi ta’ stima xierqa, kejl u/jew kalkulazzjoni li permezz tagħha tkun tista’ issir analiżi tal-karatteristiċi tal-forom tal-mewġ u ta’ l-interazzjonijiet bijoloġiċi għandhom ikunu applikati, waqt li ssir konsiderazzjoni għall-istandards armonizzati Ewropej żviluppati mis-Cenelec.

B. IL-VALURI TA’ AZZJONI

Il-valuri ta’ azzjoni għalihom hemm riferenza fit-Tabella 2 huma miksuba mill-valuri tal-limiti għall-esposizzjoni skond il-ħsieb użat mill-Kummissjoni Internazzjonali għall-Protezzjoni mir-Radjazzjoni mhux Jonizzanti (ICNIRP) fil-linji ta’ gwida fuq il-limitazzjoni għall-esposizzjoni ta’ radjazzjoni mhux jonizzanti (ICNIRP 7/99).

Tabella 2: Valuri ta’ Azzjoni (Artikolu 3(2)) (Valuri rms mhux perturbati)

Medda ta’ frekwenza | Qawwa tal-kamp elettriku, E (V/m) | Qawwa tal-kamp manjetiku, H (A/m) | Densità ta’ fluss manjetiku, B (μT) | Densità tal-qawwa tal-mewġa pjana ekwivalenti, Seq (W/m2) | Kurrent ta’ kuntatt, Ic(mA) | Kurrent miksub mid-drigħ, IL(mA) |

0—1 Hz | — | 1,63×105 | 2×105 | — | 1,0 | — |

1—8 Hz | 20000 | 1,63×105/f2 | 2×105/f2 | — | 1,0 | — |

8—25 Hz | 20000 | 2×104/f | 2,5×104/f | — | 1,0 | — |

0,025–0,82 kHz | 500/f | 20/f | 25/f | — | 1,0 | — |

0,82—2,5 kHz | 610 | 24,4 | 30,7 | — | 1,0 | — |

2,5—65 kHz | 610 | 24,4 | 30,7 | — | 0,4 f | — |

65—100 kHz | 610 | 1600/f | 2000/f | — | 0,4 f | — |

0,1—1 MHz | 610 | 1,6/f | 2/f | — | 40 | — |

1—10 MHz | 610/f | 1,6/f | 2/f | — | 40 | — |

10—110 MHz | 61 | 0,16 | 0,2 | 10 | 40 | 100 |

110–400 MHz | 61 | 0,16 | 0,2 | 10 | — | — |

400—2000 MHz | 3f½ | 0,008f½ | 0,01f½ | f/40 | — | — |

2—300 GHz | 137 | 0,36 | 0,45 | 50 | — | — |

Noti:

1. f hija il-frekwenza fl-unitajiet murija fil-kolonna tal-medja tal-frekwenzi.

2. Għall-frekwenzi bejn 100 kHz u 10 GHz, S eq, E2, H2, B2 u IL2 il-medja għandha tiġi kkalkolata fuq perjodi ta’ sitt minuti.

3. Għall-frekwenzi li huma aktar minn 10 GHz, Seq, E2, H2 u B2 il-medja tagħhom għandha tiġi kkalkolata fuq perjodi ta’ 68/f1.05-minuta (f hija f’GHz).

4. Għall-frekwenzi sa 100 kHz, il-valuri ta’ ogħla azzjoni għall-kampi ta’ potenza jistgħu jiġu miksuba bil-multiplikazzjoni tal-valur rms bi (2)1/2. Għall-ħin tal-vibrazzjonijiet tp, il-frekwenza ekwivalenti biex tiġi applikata għall-valuri ta’ azzjoni għandha tiġi kkalkolata bħala f = 1/(2tp).

Għall-frekwenzi bejn 100 kHz u 10 MHz, il-valuri ta’ l-ogħla azzjoni għall-kampi ta’ qawwa huma kkalkulati b’multiplikazzjoni tal-valuri rms rilevanti b’10a, fejn a = (0,665 log (f/105) + 0,176), f f’Hz.

Għall-frekwenzi bejn 10 MHz u 300 GHz, il-valuri għall-ogħla azzjoni hija kkalkulata b’multiplikazzjoni tal-valuri rms korrispondenti bi 32 għall-kampi ta’ potenza u b’ 1000 għad-densità ta’ l-eneġija użata ekwivalenti ta’ mewġa dritta.

5. Fir-rigward ta’ kampi elettro-manjetiċi vibrati jew f’moviment, jew ġeneralment fir-rigward ta’ esposizzjoni fl-istess ħin ta’ frekwenzi ta’ kampi multipliċi, metodi ta’ stima xierqa, kejl u/jew kalkulazzjoni li tagħti l-possibilità li ssir analiżi tal-karatteristiċi tal-forom tal-mewġ u tan-natura ta’ l-interazzjoni bijoloġika għandha tiġi applikata, waqt li tikkunsidra l-i standards armoniżżati Ewropej żviluppati mis-CENELEC.

6. Għall-ogħla valuri ta’ l-kampi elettro-manjetiċi vibrati u modulati, huwa ssuġġerit wkoll li, għall-frekwemzi li jkunu aktar minn 10 MHz, Seq meta tiġi kkalkolata l-medja tal-wisa’ tal-vibrazzjoni m’għandiex tkun aktar minn 1000 darba is-Seq tal-valuri ta’ azzjoni jew li l-qawwa tal-kamp m’għandiex tkun aktar minn 32 times tal-valuri ta’ azzjoni tal-qawwa tal-kamp għall-frekwenza li tkun.

--------------------------------------------------

Top