EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32004D0554

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tad- 9 ta' Lulju 2004 li temenda l-Anness E mad-Direttiva tal-Kunsill 91/68/KEE u l-Anness I mad-Deċiżjoni 79/542/KEE rigward l-aġġornament taċ-ċertifikati tas-saħħa mudell relatati ma' annimali bovini u kaprini (innotifikata fid-dokument bin-numru C(2004) 1926) Test b'relevanza għaż-ŻEE.

ĠU L 248, 22.7.2004, p. 1–11 (ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV)
ĠU L 267M, 12.10.2005, p. 40–50 (MT)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 20/04/2021; Impliċitament imħassar minn 32016R0429

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2004/554/oj

12.10.2005   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

40


ID-DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tad-9 ta' Lulju 2004

li temenda l-Anness E mad-Direttiva tal-Kunsill 91/68/KEE u l-Anness I mad-Deċiżjoni 79/542/KEE rigward l-aġġornament taċ-ċertifikati tas-saħħa mudell relatati ma' annimali bovini u kaprini

(innotifikata fid-dokument bin-numru C(2004) 1926)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2004/554/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Konformi mat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Konformi mad-Direttiva tal-Kunsill 72/462/KEE (1) tat-12 ta' Diċembru 1972 fuq problemi ta' saħħa u spezzjonijiet veterinarji ma' l-importazzjoni ta' annimali bovini, ovini u kaprini u majjali, laħam frisk jew prodotti tal-laħam minn pajjiżi terzi, u b'mod partikolari l-Artikolu 11(2) ta' din.

Konformi mad-Direttiva tal-Kunsill 91/68/KEE tat-28 ta' Jannar 1991 fuq kundizzjonijiet tas-saħħa ta' l-annimali li tirregola l-kummerċ intra-Komunitarju ta' annimali ovini u kaprini (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 14 (2) ta' din,

Billi:

(1)

Il-mudell taċ-ċertifikat veterinarju għall-kummerċ intra-Komunitarju ta' annimali ovini u kaprini għat-tnissil hu stipulat bħala Mudell III ta' l-Anness E mad-Direttiva 91/68/KEE.

(2)

Il-mudell taċ-ċertifikat veterinarju għall-importazzjoni ta' annimali ovini u kaprini domestiċi minn pajjiżi terzi hu stipulat bħala “OVI-X” f'parti 2 ta' l-Anness I mad-Deċiżjoni tal-Kunsill 79/542/KEE tal-21 ta' Diċembru 1976 li jagħti lista ta' pajjiżi terzi jew partijiet minn pajjiżi terzi, u li jistipula l-kundizzjonijiet għaċ-ċertifikazzjoni veterinarja u tas-saħħa pubblika u ta' l-annimali, għall-importazzjoni fil-Komunità ta' ċerti annimali ħajjin u l-laħam frisk tagħhom (3)

(3)

F' konformità ma' Parti I ta' Kapitolu A ta' l-Anness VIII u Kapitolu E ta' l-Anness IX mar-Regolament (KE) Nru 999/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Mejju 2001 li jistipulaw regoli għall-prevenzjoni, il-kontroll u l-qirda ta' ċerti enċefalopatiji sponġiformi (4) trasmissibbli, ċerti kundizzjonijiet meħtieġa fil-kummerċ u fl-importazzjoni ta' annimali ovini u kaprini għat-tnissil ġew mibdula sabiex jirriflettu strateġija aktar vigoruża għall-qirda ta' l-isċrapie.

(4)

Hu neċessarju li ċ-ċertifikat tas-saħħa ta' l-annimali Mudell III fl-Anness E mad-Direttiva 91/68/KEE u ċ-ċertifikat mudell OVI X fl-Anness I mad-Deċiżjoni 79/542/KEE jiġu allineati mar-regoli aġġornati.

(5)

Id-Direttiva 91/68/KEE u d-Deċiżjoni 79/542/KEE għandhom għalhekk jiġu emendati skond dan.

(6)

Il-miżuri li tipprovdi għalihom din id-Deċiżjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti għall-Katina Alimentari u s-Saħħa ta' l-Annimali.

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-Mudell III fl-Anness E mad-Direttiva 91/68/KEE hu sostitwit mit-test fl-Anness I ma' din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Il-Mudell OVI-X f' PARTI 2 ta' l-Anness I mad-Deċiżjoni 79/542/KEE hu sostitwit mit-test fl-Annex II ma' din id-Deċiżjoni.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ mill-1 ta' Ġunju 2004.

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussell, fid-9 ta' Lulju 2004.

Għall-Kummissjoni

David BYRNE

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 302, tal-31.12.1972, p. 28. Direttiva, kif emendata l-aħħar mir-Regolament (KE) Nru 807/2003 (ĠU L 122, tas-16.5.2003, p. 36).

(2)  ĠU L 46, tad-19.2.1991, p. 19. Direttiva, kif emendata l-aħħar mid-Direttiva tal-Kunsill 2003/50/KE (ĠU L 169, tat-8.7.2003, p. 51).

(3)  ĠU L 146, ta' l-14.6.79, p. 15. Deċiżjoni kif emendata l-aħħar mid-Deċiżjoni tal-kummisjoni 2004/372/KE (ĠU L 118, tat-23.4.2004, p.45).

(4)  ĠU L 147, tal-31.5.2001, p. 1. Regolament kif emendat l-aħħar mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 876/2004 (ĠU L 162, tat-30.4.2004, p. 52).


ANNESS I

Image Test ta 'immaġni Image Test ta 'immaġni Image Test ta 'immaġni Image Test ta 'immaġni

ANNESS II

Image Test ta 'immaġni Image Test ta 'immaġni Image Test ta 'immaġni Image Test ta 'immaġni Image Test ta 'immaġni

Top