This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32004D0252
2004/252/EC: Commission Decision of 10 March 2004 amending Decision 2001/106/EC as regards bovine semen storage centres (Text with EEA relevance) (notified under document number C(2004) 709)
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni ta' l-10 ta' Marzu 2004 li temenda d-Deċiżjoni Nru 2001/106/KE fir-rigward taċ-ċentri ta' ħażna tas-semen tal-bovini (notifikata bid-dokument numru K(2004) 709)Test b'relevanza għall-EE
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni ta' l-10 ta' Marzu 2004 li temenda d-Deċiżjoni Nru 2001/106/KE fir-rigward taċ-ċentri ta' ħażna tas-semen tal-bovini (notifikata bid-dokument numru K(2004) 709)Test b'relevanza għall-EE
ĠU L 79, 17.3.2004, p. 45–46
(ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO)
No longer in force, Date of end of validity: 06/12/2007; Impliċitament imħassar minn 32007D0846
Official Journal L 079 , 17/03/2004 P. 0045 - 0046
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni ta' l-10 ta' Marzu 2004 li temenda d-Deċiżjoni Nru 2001/106/KE fir-rigward taċ-ċentri ta' ħażna tas-semen tal-bovini (notifikata bid-dokument numru K(2004) 709) (Test b'relevanza għall-EE) (2004/252/KE) IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunitajiet Ewropej, Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 88/407/KEE ta' l-14 ta' Ġunju 1988 li telenka t-talbiet meħtieġa tas-saħħa ta' l-annimali applikabbli għall-Kummerċ intra-Komunitarju u l-importazzjoni ta' semen ta' annimali domestiċi ta' l-ispeċi tal-bovini [1], u b'mod partikolari l-Artikolu 5 [2] fiha msemmi, billi: (1) Skond id-Direttiva 88/407/KEE, kif emendata bid-Direttiva tal-Kunsill 2003/43/KE(2), il-kummerċ intra-Komunitarju ta' semen ta' annimali domestiċi ta' l-ispeċi tal-bovini hu permess minn ċentri ta' ġbir ta' semen jew minn ċentri ta' ħażna ta' semen approvati mill-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istati Membri fejn jinsabu u kull Stat Membru għandu jibgħat lista ta' ċentru(i) ta' ġbir jew ta' ħażna ta' semen lill-Istati Membri l-oħra u lill-Kummissjoni. (2) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2001/106/KE ta' l-24 ta' Jannar 2001 tistabbilixxi mudell għal-listi ta' l-entitajiet approvati mill-Istati Membri bi qbil mad-dispożizzjonijiet varji tal-leġislazzjoni veterinarja tal-Komunità, u r-regoli li japplikaw għat-trasmissjoni ta' dawn il-listi lill-Kummissjoni [3] tistabbilixxi regoli fuq kif listi ta' ċentri ta' ġbir ta' semen li kull Stat Membru approva fit-territorju tiegħu għandhom jiġu trasmessi lill-Kummissjoni. Dik id-Deċiżjoni tipprevedi wkoll mudelli li għandhom jintużaw għal dawk il-listi. (3) Sabiex tikkonsidra l-emendi li saru lid-Direttiva 88/407/KEE bid-Direttiva 2003/43/KE li tikkonċerna ċ-ċentri ta' ħażna ta' semen l-għan tad-Deċiżjoni 2001/106/KE għandu jitwessa' biex jinkludi ċ-ċentri ta' ħażna ta' semen tal-bovini. (4) Id-Deċiżjoni Nru 2001/106/KE għandha tkun għalhekk emendata skond iċ-ċirkostanzi. (5) Il-miżuri previsti f'din id-Deċiżjoni jaqblu ma' l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti għall-Food Chain u s-Saħħa ta' l-Annimali, ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI: Artikolu 1 L-Anness I u II tad-Deċiżjoni 2001/106/KE huma emendati bi qbil ma' l-Anness ta' din id-Deċiżjoni. Artikolu 2 Din id-Deċiżjoni hija ndirizzata lill-Istati Membri. Magħmul fi Brussel, fl-10 ta' Marzu 2004. Għall-Kummissjoni David Byrne Membru tal-Kummissjoni [1] ĠU L 194, tat-22.7.1988, p. 10. Direttiva kif ġiet l-aħħar emendata bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/101/KE (ĠU L 30, ta’ l-4.2.2004, p. 15.) [2] ĠU L 143, tal-11.06.03, p. 23. [3] ĠU L 39, tad-9.2.2001, p. 39. Deċiżjoni kif emendata bid-Deċiżjoni Nru 2002/279/KE (ĠU L 99, tas-16.4.2002, p. 17.) -------------------------------------------------- L-ANNESS +++++ TIFF +++++ --------------------------------------------------