This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32003R0762
Commission Regulation (EC) No 762/2003 of 30 April 2003 amending Regulation (EC) No 2368/2002 implementing the Kimberley Process certification scheme for the international trade in rough diamonds
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 762/2003 tat- 30 ta' April 2003 jemenda r-Regolament (KE) Nru 2368/2002 li jimplimenta l-iskema ta' ċertifikazzjoni tal-Proċess Kimberley għall-kummerċ internazzjonali fid-djamanti ħorox
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 762/2003 tat- 30 ta' April 2003 jemenda r-Regolament (KE) Nru 2368/2002 li jimplimenta l-iskema ta' ċertifikazzjoni tal-Proċess Kimberley għall-kummerċ internazzjonali fid-djamanti ħorox
ĠU L 109, 1.5.2003, p. 10–11
(ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)
In force
Official Journal L 109 , 01/05/2003 P. 0010 - 0011
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 762/2003 tat- 30 ta' April 2003 jemenda r-Regolament (KE) Nru 2368/2002 li jimplimenta l-iskema ta' ċertifikazzjoni tal-Proċess Kimberley għall-kummerċ internazzjonali fid-djamanti ħorox IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kkonsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, Wara li kkonsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2368/2002 ta' l-20 ta' Diċembru 2002 li jimplimenta l-iskema ta' ċertifikazzjoni tal-Proċess Kimberley għall-kummerċ internazzjonali fid-djamanti ħorox [1], kif l-aħħar emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 418/2003 [2], u partikolarment l-Artikolu 17 ta' l-imsemmi, Billi: (1) Il-Kummissjoni rċevit applikazzjonijiet mingħand l-Antwerpsche Diamantkring CV, Beurs voor Diamanthandel CV, Diamantclub van Antwerpen CV u Vrije Diamanthandel NV biex ikunu elenkati fl-Anness V tar-Regolament (KE) Nru 2368/2002 (hawnhekk iżjed ‘il quddiem: ir-Regolament). (2) L-Antwerpsche Diamantkring CV, Beurs voor Diamanthandel CV, Diamantclub van Antwerpen CV u Vrije Diamanthandel NV ipprovdu l-Kummissjoni b'informazzjoni biex jipprovaw li huma aderixxew mal-ħtiġijiet ta' l-Artikolu 17 tar-Regolament, u partikolarment bl-adozzjoni ta' Kodiċi ta' Ġestjoni li għandu jkun vinkolanti għall-membri kollha tagħhom. (3) Fuq il-bażi ta' l-informazzjoni provduta, il-Kummissjoni waslet għall-konklużjoni li l-elenkar tal-Antwerpsche Diamantkring CV, Beurs voor Diamanthandel CV, Diamantclub van Antwerpen CV u Vrije Diamanthandel NV fl-Anness V tar-Regolament huwa ġustifikat. (4) Il-miżuri provduti f'dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat nominat fl-Artikolu 22 tar-Regolament (KE) Nru 2368/2002, ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT: Artikolu 1 Ir-Regolament (KE) Nru 2368/2002 huwa emendat kif ġej: It-test kontenut fl-Anness ta' dan ir-Regolament huwa miżjud ma' l-Anness V tar-Regolament (KE) Nru 2368/2002. Artikolu 2 Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea. Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fil-Lussemburgu, it-30 ta' April 2003. Għall-Kummissjoni Christopher Patten Membru tal-Kummissjoni [1] ĠU L 358, tal-31.12.2002, p. 28. [2] ĠU L 64, tas-7.3.2003, p. 13. -------------------------------------------------- ANNESS It-test li ġej huwa miżjud taħt it-titlu ta' l-Anness V tar-Regolament (KE) Nru 2368/2002: Antwerpsche Diamantkring CV Hoveniersstraat 2 bus 515 B - 2018 Antwerpen Beurs voor Diamanthandel CV Pelikaanstraat 78 B - 2018 Antwerpen Diamantclub van Antwerpen CV Pelikaanstraat 62 B - 2018 Antwerpen Vrije Diamanthandel NV Pelikaanstraat 62 B - 2018 Antwerpen --------------------------------------------------