Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32003D0114

    Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tad-19 ta’ Frar 2003 li temenda għat-tielet darba d-Deċiżjoni 2002/308/KE li tistabbilixxi listi ta’ żoni approvati u rziezet approvati fir-rigward ta’ wieħed jew aktar mill-mard tal-ħut, il-ħemorraġika septiċemja virali (VHS) u l-ħematopjetika nekrisi infettuża (IHN) (notifikata permezz ta’ dokument numru C(2003) 558)Test b’rilevanza għaż-ŻEE

    ĠU L 46, 20.2.2003, p. 29–29 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 31/07/2009; Impliċitament imħassar minn 32009D0177

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2003/114(1)/oj

    32003D0114



    Official Journal L 046 , 20/02/2003 P. 0029 - 0029


    Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni

    tad-19 ta’ Frar 2003

    li temenda għat-tielet darba d-Deċiżjoni 2002/308/KE li tistabbilixxi listi ta’ żoni approvati u rziezet approvati fir-rigward ta’ wieħed jew aktar mill-mard tal-ħut, il-ħemorraġika septiċemja virali (VHS) u l-ħematopjetika nekrisi infettuża (IHN)

    (notifikata permezz ta’ dokument numru C(2003) 558)

    (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

    (2003/114/KE)

    IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

    Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 91/67/KEE tat-28 ta’ Jannar 1991 li tikkonċerna l-kondizzjonijiet tas-saħħa ta’ l-annimali li jirregolaw it-tqegħid fis-suq ta’ annimali u prodotti ta’ l-akwakultura [1], kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 98/45/KE [2], u partikolarment l-Artikolu 6 tagħha,

    Billi:

    (1) Sabiex ikun akwistat, għal wieħed jew aktar mill-mard tal-ħut, il-ħemorraġika septiċemja virali (VSH) u l-ħematopjetika nekrisi infettuża (IHN), l-istatus ta’ razzet tal-ħut approvat li jkun jinsab f’żona mhux-approvata, l-Istati Membri għandhom jippreżentaw il-ġustifikazzjonijiet xierqa u r-regoli nazzjonali li jassiguraw konformità mal-kondizzjonijiet stabbiliti fid-Direttiva 91/67/KEE.

    (2) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2002/308/KE [3], kif l-aħħar emendata bid-deċiżjoni 2002/1005/KE [4], li tistabbilixxi il-listi ta’ żoni approvati u rziezet tal-ħut approvati li jinsabu f’żoni mhux-approvati fir-rigward ta’ ċertu mard tal-ħut.

    (3) Il-Ġermanja ippreżentat ġustifikazzjoni għall-istatus ta’ razzet approvat f’żona mhux approvata għal razzet fil-Bavarja fir-rigward tal-VHS u IHN, kif ukoll ir-regoli nazzjonali li jassiguraw konformità mal-ħtiġiet għal dak l-istatus.

    (4) Il-ġustifikazzjoni kienet skrutinizzata mill-Kummissjoni bl-għajnuna ta’ esperti fl-Istati Membri.

    (5) Id-dokumentazzjoni ipprovduta mill-Ġermanja għar-razzet ikkonċernat turi li dan jilħaq il-ħtiġiet ta’ l-Artikolu 6 tad-Direttiva 91/67/KEE. Ir-razzett għalhekk jikkwalifika għall-istatus ta’ razzet approvat f’żona mhux-approvata u għandu jkun miżjud mal-lista ta’ rziezet approvati kif stabbilita fl-Anness II tad-Deċiżjoni 2002/308/KE.

    (6) Id-Deċiżjoni 2002/308/KE għandha għalhekk tkun emendata kif xieraq.

    (7) Il-miżuri li hemm provvediment dwarhom f’din id-Deċiżjoni huma bi qbil ma’ l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina ta’ l-Ikel u s-Saħħa ta’ l-Annimali,

    ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    Fl-Anness II tad-Direttiva 2002/308/KE, ir-razzet tal-ħut approvat kif ġej huwa miżjud fis-Taqsima 3.5:

    "6. | Fischzucht Graf Anlage D-87743 Egg an der Günz | Fischzucht Graf GbR Engishausen 64 D-87743 Egg and der Günz" |

    Artikolu 2

    Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

    Magħmula fi Brussel, fid-19 ta’ Frar 2003.

    Għall-Kummissjoni

    David Byrne

    Membru tal-Kummissjoni

    [1] ĠU L 46, tad-19.2.1991, p. 1.

    [2] ĠU L 189, tat-3.7.1998, p. 12.

    [3] ĠU L 106, tat-23.4.2002, p. 28.

    [4] ĠU L 349, ta’ l-24.12.2002, p. 109.

    --------------------------------------------------

    Top