This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32001R0885
Commission Regulation (EC) No 885/2001 of 24 April 2001 amending Regulations (EEC) No 3201/90, (EC) No 1622/2000 and (EC) No 883/2001 laying down detailed rules for the application of the common organisation of the market in wine, with regard to wines originating in Canada and having the right to the designation "Icewine"
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 885/2001 tal-24 ta’ April 2001 li jemenda r-Regolamenti (KEE) Nru 3201/90, (KE) Nru 1622/2000 u (KE) Nru 883/2001, li jagħmlu regoli dettaljati għall-applikazzjoni ta’ l-organiżżazzjoni komuni tas-suq ta’ l-inbid, dwar inbejjed b’oriġini fil-Kanada u li għandhom id-dritt għad-denominazzjoni “Icewine”
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 885/2001 tal-24 ta’ April 2001 li jemenda r-Regolamenti (KEE) Nru 3201/90, (KE) Nru 1622/2000 u (KE) Nru 883/2001, li jagħmlu regoli dettaljati għall-applikazzjoni ta’ l-organiżżazzjoni komuni tas-suq ta’ l-inbid, dwar inbejjed b’oriġini fil-Kanada u li għandhom id-dritt għad-denominazzjoni “Icewine”
ĠU L 128, 10.5.2001, p. 54–55
(ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO)
No longer in force, Date of end of validity: 31/07/2008; Impliċitament imħassar minn 32008R0555
Official Journal L 128 , 10/05/2001 P. 0054 - 0055
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 885/2001 tal-24 ta’ April 2001 li jemenda r-Regolamenti (KEE) Nru 3201/90, (KE) Nru 1622/2000 u (KE) Nru 883/2001, li jagħmlu regoli dettaljati għall-applikazzjoni ta’ l-organiżżazzjoni komuni tas-suq ta’ l-inbid, dwar inbejjed b’oriġini fil-Kanada u li għandhom id-dritt għad-denominazzjoni "Icewine" IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kkunsidrat it-Trattat li jwaqqaf il-Komunità Ewropea, Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsll (KE) Nru 1493/1999 tas-17 ta’ Mejju, 1999, dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq ta’ l-inbid [1], kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 2826/2000 [2], u partikolarment l-Artikoli 46, 68 u 80 tiegħu, Billi: (1) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1608/2000, tal-24 ta’ Lulju, 2000, li jistabbilixxi miżuri transitorji sakemm ikun hemm il-miżuri definittivi li jimplimentaw ir-Regolament (KE) Nru 1493/1999, dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq ta’ l-inbid [3], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 731/2001 [4], jipprovdi għall-estensjoni, sal-31 ta’ Marzu, 2001, ta’ ċerti dispożizzjonijiet tal-Kunsill, revokati bl-Artikolu 81 tar-Regolament (KE) Nru 1493/1999, sakemm ikunu ffinalizzati u adottati miżuri li jimplimentaw dak ir-Regolament, partikolarment ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2392/89, tal-24 ta’ Lulju, 1989, li jistabbilixxi regoli ġenerali għad-deskrizzjoni u l-preżentazzjoni ta’ nbejjed u ta’ għeneb magħsur qabel ma jeħmer u jsir inbid [5], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 1427/96 [6]. (2) L-Artikolu 13(2)(b) u (3)(a) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 3201/90 tas-16 ta’ Ottubru, 1990, li jistabbilixxi regoli dettaljati għad-deskrizzjoni u preżentazzjoni ta’ nbejjed u ta’ għeneb magħsur qabel ma jeħmer u jsir inbid [7], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 1640/2000 [8], jipprovdi għal derogi mill-artikoli 30 u 31 tar-Regolament (KEE) Nru 2392/89 għal ċerti nbejjed importati, dwar il-possibbiltà li jsir użu mill-isem ta’ varjetà ta’ dielja u l-annata. (3) L-Artikolu 26(2)(c) tar-Regolament (KEE) Nru 2392/89 jistabbilixxi li dettalji dwar kwalità superjuri, meħtieġa skond id-dispożizzjonijiet nazzjonali ta’ pajjiż terz għas-suq domestiku ta’ dak il-pajjiż, għandhom ikunu rikonoxxuti mill-Komunità qabel ma jkunu jistgħu jintużaw fis-suq tal-Komunità. (4) L-Anness XII tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1622/2000 tal-24 ta’ Lulju, 2000, li jistabbilixxi ċerti regoli dettaljati biex ikun implimentat ir-Regolament (KE) Nru 1493/1999 [9], kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 2451/2000 [10], jipprovdi għal derogi għall-kontenut ta’ dijossidu sulfuriku ta’ ċerti nbejjed (imsemmija fl-Artikolu 19 ta’ dak ir-Regolament). L-Anness XIII ta’ dak ir-Regolament jipprovdi għal derogi għall-kontenut ta’ l-aċidità volatili ta’ ċerti nbejjed (imsemmija fl-Artikolu 20 ta’ dak ir-Regolament). (5) L-Artikolu 33 tar-Regolament (KE) Nru 883/2001 tal-24 ta’ April, 2001, li jistabbilixxi regoli dettaljati biex ikun implimentat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1493/1999 dwar il-kummerċ ma’ pajjiżi terzi ta’ prodotti fil-qasam ta’ l-inbid [11], jipprovdi għall-possibbiltà ta’ derogi analitiċi għal ċerti nbejjed importati, partikolarment dawk li jkollhom qawwa alkoħolika attwali ta’ anqas minn 9 % tal-vol u qawwa alkoħolika totali skond il-volum ta’ aktar minn 15 % tal-vol, mingħajr titjib fit-togħma, kif imsemmi fl-Artikolu 68(2)(a) tar-Regolament (KE) Nru 1493/1999. (6) Inbejjed li għandhom l-oriġini tagħhom fil-Kanada bid-dritt għad-denominazzjoni "Icewine" huma prodotti taħt kondizzjonijiet bħal dawk li japplikaw għal inbejjed tal-Komunità li għandhom id-dritt għad-denominazzjoni "Eiswein". Biex tkun permessa l-importazzjoni u l-marketing ta’ nbejjed mill-Kanada bid-dritt għad-denominazzjoni "Icewine", b’tikketti li jkollhom fuqhom kliem użati għal dawk l-inbejjed, ikunu meħtieġa d-derogi msemmija hawn fuq għal dawk l-inbejjed minħabba l-possibbiltà li jintuża fuq it-tikketta l-isem ta’ varjetà ta’ għeneb, l-annata u dettalji dwar kwalità superjuri u il-kontenut ta’ dijossidu sulfuriku, il-kontenut ta’ l-aċidità volatili, il-qawwa alkoħolika attwali u l-qawwa alkoħolika totali bil-volum. (7) Bejn il-Komunità, rappreżentata mill-Kummisjoni, u l-Kanada għaddejjin negozjati biex jintlaħaq ftehim ġenerali dwar il-kummerċ ta’ l-inbid. Iż-żewġ partijiet jixtiequ jilħqu ftehim sodisfaċenti fi żmien raġonevoli. Biex jitħaffu d-diskussjonijiet għandhom isiru dispożizzjonijiet għad-derogi msemmija hawn fuq bħala miżura transitorja sakemm jidħol fis-seħħ il-ftehim milħuq. (8) Il-Kumitat ta’ Ġestjoni ta’ l-Inbid ma tax opinjoni fiż-żmien mogħti mill-President tiegħu, ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT: L- Artikolu 1 Ir-Regolament (KEE) Nru 3201/90 huwa emendat kif ġej: (a) il-vers li ġej għandu jkun miżjud ma’ l-Artikolu 13(2)(b): "— " (b) il-vers li ġej għandu jkun miżjud ma’ l-Artikolu 13(3)(a): "— " (ċ) il-Kapitolu li ġej għandu jkun miżjud wara l- "Kapitolu 3a Awstralja" fl-Anness I: "4. KANADA - ‘Icewine’, possibbilment bl-ittri ‘VQA’ jew bil-kliem ‘Vintners Quality Alliance’." L- Artikolu 2 1. Il-paragrafu li ġej għandu jkun miżjud ma’ l-Anness XII tar-Regolament (KE) Nru 1622/2000: "B’żieda ma’ l-Anness V(A) tar-Regolament (KE) Nru 1493/1999, il-kontenut massimu ta’ dijossidu sulfuriku għal inbid abjad b’oriġini fil-Kanada u bid-dritt għad-denominazzjoni ‘Icewine’, b’kontenut residwali ta’ zokkor, espress bħala zokkor invertit, ta’ mhux anqas minn ħames g/l, għandu jiżdied għal 400 mg/l." 2. Is-supparagrafu li ġej għandu jkun miżjud ma’ l-Anness XII tar-Regolament (KE) Nru 1622/2000: "(g) għal inbejjed b’oriġini fil-Kanada: 35 milliekwivalenti għal kull litru għal inbejjed bid-dritt għad-denominazzjoni ta’ ‘Icewine’." L- Artikolu 3 Ir-Regolament (KE) Nru 883/2001 huwa emendat kif ġej: 1. Is-subparagrafu (d) li ġej għandu jkun miżjud ma’ l-Artikolu 33(1): "(d) inbejjed b’oriġini fil-Kanada, b’qawwa alkoħolika attwali ta’ mhux anqas minn 7 % vol, u qawwa alkoħolika totali bil-volum li taqbeż il-15 % vol, mingħajr titjib fit-togħma, denominati: - b’indikazzjoni ġeografika, u, - bil-kelma ‘Icewine’, taħt il-kondizzjonijiet stabbiliti fil-liġijiet tal-Provinċji ta’ Ontario u British Columbia." 2. Riferenza għas-supparagrafu (d) għandha tkun miżjuda ma’ l-Artikolu 33(2). 3. Il-kelma "Kanada" hija revokata mill-Anness VI. L- Artikolu 4 Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-seba’ jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej. Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussel, l-24 ta’ April, 2001. Għall-Kummissjoni Franz Fischler Membru tal-Kummissjoni [1] ĠU L 179, ta’ l-14.7.1999, p. 1. [2] ĠU L 328, tat-23.12.00, p. 2. [3] ĠU L 185, tal-25.7.2000, p. 24. [4] ĠU L 102, tat-12.4.2001, p. 33. [5] ĠU L 232, tad-9.8.1989, p. 13. [6] ĠU L 184, ta’ l-24.7.1996, p. 3. [7] ĠU L 309, tat-8.11.1990, p. 1. [8] ĠU L 187, tas-26.7.2000, p. 41. [9] ĠU L 194, tal-31.7.2000, p. 1. [10] ĠU L 282, tat-8.11.2000, p. 7. [11] Ara p. 1 ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali. --------------------------------------------------