Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32001R0884

    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 884/2001 ta' l-24 ta' April ta' l-2001 li jistabbilixxi regoli dettaljati ta' l-applikazzjoni li jikkonċerna d-dokumenti li jakkumpanjaw il-ġarr ta' prodotti ta' l-inbid u r-rekords li għandhom ikunu miżmuma fis-settur ta' l-inbid

    ĠU L 128, 10.5.2001, p. 32–53 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 31/07/2009; Imħassar b' 32009R0436

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2001/884/oj

    32001R0884



    Official Journal L 128 , 10/05/2001 P. 0032 - 0053


    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 884/2001

    ta' l-24 ta' April ta' l-2001

    li jistabbilixxi regoli dettaljati ta' l-applikazzjoni li jikkonċerna d-dokumenti li jakkumpanjaw il-ġarr ta' prodotti ta' l-inbid u r-rekords li għandhom ikunu miżmuma fis-settur ta' l-inbid

    IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1493/1999 tas-17 ta' Mejju ta' l-1999 dwar l-organizzazzjoni komuni fis-suq ta' l-inbid [1], kif emendat permezz tar-Regolament (KE) Nru 2826/2000 [2] u b'mod partikolari l-Artikolu 70(3) tiegħu,

    Billi:

    (1) In vista tat-twaqqif tas-suq wieħed fil-Komunià, li fih it-tħassir ta' fruntieri bejn l-Istati Membri, l-awtoritajiet responsabbli għas-superviżjoni tal-ħażna u reklamar ta' prodotti ta' l-inbid li għandhom il-mezzi neċessarji sabiex jesegwixxu l-verifiki effettivi f'konformità mar-regoli stabbiliti fil-livell tal-Komunità.

    (2) Taħt l-Artikolu 70(1) tar-Regolament (KE) Nru 1493/1999, prodotti ta' l-inbid jistgħu jkunu mqiegħda fiċ-ċirkulazzjoni fil-Komunità biss jekk akkumpanjati minn dokument li jakkumpanjah ivverifikat uffiċjalment. Taħt l-Artikolu 70(2) persuni naturali jew legali li jżommu prodotti ta' l-inbid huma obbligati sabiex iżommu prodotti 'l ġewwa u reġistri għal barra għal dak li għandu x'jaqsam ma' dawk il-prodotti.

    (3) Għanijiet lejn l-armonizzazzjoni tat-taxxa fil-Komunità ġew meħuda permezz tad-Direttiva tal-Kunsill 92/12/KEE tal-25 ta' Frar ta' l-1992 dwar l-arranġamenti ġenerali għall-prodotti soġġetti għad-dazju u fuq is-sehem, moviment u kontroll ta' tali prodotti [3], kif l-aħħar emendata permezz tad-Direttiva 2000/47/KE [4] u Regolamenti tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2719/92 tal-11 ta' Settembru ta' l-1992 dwar id-dokument amministrattiv li jakkumpanja għall-moviment taħt arranġamenti tas-sospensjoni tad-dazju ta' prodotti soġġetti għad-dazju [5], kif l-aħħar emendata permezz tar-Regolament (KEE) Nru 2225/93 [6], u (KEE) Nru 3949/92 tas-17 ta' Diċembru ta' l-1992 fuq dokument simplifikat li jakkumpanja għall-moviment ta' prodotti fil-Komunità soġġetti għad-dazju li ġew rilaxxati għall-konsum fl-Istati Membri ta' dispaċċ [7]. Sabiex ikunu stabbiliti regoli uniformi applikabbli fil-Komunità u sabiex ikunu simplifikati formalitajiet amministrattivi għan-negozji u individwi, ir-regoli tal-Komunità għandhom ikunu riveduti fid-dawl ta' l-esperjenza u tal-ħtiġijiet tas-suq wieħed. B'mod partikolari, dokumenti li jakkumpanjaw il-ġarr ta' prodotti ta' l-inbid għall-għanijiet ta' taxxa għandhom ukoll ikunu użati sabiex jiggarantixxu l-awtentiċità tal-prodotti konċernati.

    (4) Id-disposizzjonijiet hawn fuq imsemmija li jikkonċernaw it-tlugħ tad-dokumenti amministrattivi li jakkumpanjaw u d-dokument simplifikat li jakkumpanja jirreferu għar-regoli dwar iċ-ċertifikazzjoni ta' l-oriġini u kwalità ta' ċerti tipi ta' inbejjed. Ir-regoli għal tali ċertifikazzjoni għandhom għalhekk ikunu stabbiliti. Regoli għandhom ukoll ikunu stabbiliti għaċ-ċertifikazzjoni ta' l-oriġini ta' ċerti inbejjed għall-ġarr mhux soġġetti għall-formalitajiet ta' taxxa, b'mod partikolari l-esportazzjoni. Sabiex ikunu simplifikati l-formalitajiet amministrattivi għall-individwi u sabiex ikun imneħħi l-piż tal-ħidmiet ta' rutina mill-awtoritajiet kompetenti, disposizzjoni għandha ssir għal ta' l-aħħar sabiex jawtorizza lil min jikkunsinna sabiex iwettaq ċerti kundizzjonijiet li jdaħħal il-kliem li jiċċertifika l-oriġini ta' l-inbid fil-dokument li jakkumpanja, mingħajr preġudizzju għat-tlestija tal-verifiki relevanti.

    (5) Il-merkanzija ta' prodotti ta' l-inbid mhux soġġett għall-formalitajiet ta' taxxa hawn fuq imsemmija għandha tkun akkumpanjata b'dokument li jippermetti l-awtoritajiet kompetenti sabiex jikkontrollaw il-moviment ta' tali prodotti. Kwalunkwe dokument kummerċjali li fih id-dettalji neċessarji għall-identifikazzjoni tal-prodott u għall-kontroll tal-moviment tiegħu jista' jkun rikonoxxut għal dak il-għan.

    (6) Il-kontroll ta' prodotti ta' l-inbid trasportati bil-ingrossa jeħtieġ ħsieb partikolari billi tali prodotti huma iktar suxxettibbli għall-prassi frawdolenti milli huma mmarkati, prodotti fil-flixken imwaħħla b'apparat li jagħlaq mingħajr ma jkun jista' jerġa' jintuża. Informazzjoni addizzjonali u validità minn qabel tad-dokument li jakkumpanja għandu jkun meħtieġ f'tali każijiet.

    (7) Sabiex ikunu evitati mingħajr l-ebda bżonn formalitajiet amministrattivi kumplikati, l-ebda dokument ma għandu jkun meħtieġ għall-ġarr li jilħaq ċerti kriterji.

    (8) Id-dokumenti li jakkumpanjaw il-ġarr tal-prodotti ta' l-inbid u d-daħliet relevanti magħmula fir-reġistri jikkostitwixxu wieħed sħiħ. Sabiex ikun assigurat li bil-konsultazzjoni tar-reġistri l-awtoritajiet kompetenti huma kapaċi effettivament biex jikkontrollaw il-moviment u l-ħażna tal-prodotti ta' l-inbid, b'mod partikolari fil-koperazzjoni bejn dawk l-awtoritajiet fl-Istati Membri differenti, ir-regoli li jikkonċernaw iż-żamma tar-reġistri għandhom ikunu armonizzati fil-livell tal-Komunità.

    (9) Is-sustanzi użati f'ċerti prassi oenoloġiċi, speċjalment it-toqol, l-aċidità u l-ħlewwa, huma partikolarment miftuħa għall-perikolu ta' użu frawdolenti. Reġistri għandhom għalhekk ikunu miżmuma għal dawk is-sustanzi sabiex jippermettu l-awtoritajiet kompetenti li jikkontrollaw l-moviment u l-użu tagħhom.

    (10) Id-dokument li jakkumpanja l-ġarr tal-prodotti ta' l-inbid stabbiliti bir-regoli tal-Komunità huwa sors utli ħafna ta' informazzjoni għall-korpi responsabbli sabiex jassiguraw konformità mal-Komunità u r-regoli nazzjonali fis-settur ta' l-inbid. Stati Membri għandhom ikunu permessi sabiex jistabbilixxu regoli addizzjonali għall-għan ta' l-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament għall-ġarr li jibda fit-territorju tagħhom stess.

    (11) L-Artikolu 18(1) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2238/93 tas-26 ta' Lulju ta' l-1993 [8] dwar dokumenti li jakkumpanjaw il-ġarr tal-prodotti ta' l-inbid u r-reġistri miżmuma fis-settur ta' l-inbid, kif l-aħħar emendat permezz tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1592/1999 ta' l-20 ta' Lulju ta' l-1992 [9], jintroduċi l-possibbiltà għal Stat Membru li jistabbilixxi disposizzjonijiet addizzjonali jew speċifiċi għall-prodotti in kwistjoni fiċ-ċirkolazzjoni fit-territorju tagħhom. Waħda minn dawk id-disposizzjonijiet tistipula li dettalji għad-densità ta' l-għeneb jista' jkun sostitwiet, għal perjodu tranżitorju, permezz ta' referenza għad-densità espressa fil-grad ta' Oechsle. Dak il-perjodu tranżitorju huwa użat prinċipalment mill-prodotturi żgħar ta' l-agrikultura li għad għandhom bżonn bosta snin sabiex jadottaw ir-regoli ġodda dwar id-densità. Id-data in kwistjoni għandha għalhekk tkun sostitwita għall-31 ta' Lulju ta' l-2002.

    (12) Il-verżjoni Taljana tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2238/93 kif ippubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali fl-1993 fih żball. L-ewwel subparagrafu ta' l-Artikolu 4(2) tal-verżjoni Taljana tar-Regolament jirreferi għall-Artikolu 9 tad-Direttiva 92/12/KEE minflok għad-Direttiva 92/12/KEE fit-totalità tiegħu. L-awtoritajiet Taljani applikaw il-verżjoni Taljana tar-Regolament u sabiex jippermettulhom sabiex jieħdu l-passi neċessarji sabiex japplikaw it-test il-ġdid koreġut mingħajr ma jinħolqu diffikultajiet għall-operaturi, l-Artikolu 4(2) ta' dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ sitt xhur iktar tard fl-Italja.

    (13) Il-miżuri provduti f'dan ir-Regolament huma f'konformità ma' l-opinjoni tal-Kumitat ta' Ġestjoni għall-Inbid,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    1. Dan ir-Regolament jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni ta' l-Artikolu 70 tar-Regolament (KE) Nru 1493/1999 għal dak li għandu x'jaqsam mad-dokumenti li jakkumpanjaw il-merkanzija ta' prodotti ta' l-inbid mingħajr preġudizzju għall-applikazzjoni tad-Direttiva 92/12/KEE. Jistabbilixxi li:

    (a) regoli għaċ-ċertifikazzjoni ta' l-oriġini ta' kwalità ta' inbejjed prodotti f'reġjuni speċifiċi u l-provenjenza ta' inbejjed ta' fuq il-mejda intitolati għall-indikazzjoni ġeografika fid-dokumenti li jakkumpanjaw il-ġarr ta' dawn l-inbejjed, li huma wkoll maħruġa taħt ir-regoli tal-Komunità bbażati fuq id-Direttiva 92/12/KEE;

    (b) regoli għal ħruġ ta' dokumenti li jakkumpanjaw l-ġarr ta' prodotti ta' l-inbid stabbiliti fl-Artikolu 1(2) tar-Regolament (KE) Nru 1493/1999:

    - fi Stat Membru, fejn tali kunsinni ma humiex akkumpanjati b'dokument meħtieġ taħt ir-regoli tal-Komunità bażati fuq Direttiva 92/12/KEE,

    - fuq esportazzjoni għal pajjiż terz,

    - fin-negozju fil-Komunità meta:

    - it-trasport huwa esegwit b'produttur żgħir mhux meħtieġ li jtella' dokument simplifikat li jakkumpanja mill-Istat Membru fejn jibda t-trasport, jew

    - meta l-inbid li jkun qiegħed ikun trasportat ma huwiex soġġett għad-dazju;

    (ċ) disposizzjonijiet addizzjonali għat-tlugħ ta':

    - id-dokument amministrattiv li jakkumpanja jew dokument kummerċjali użat minfloku,

    - id-dokument simplifikat li jakkumpanja jew id-dokument kummerċjali użati minfloku,

    maħsub sabiex jakkumpanja l-ġarr tal-prodotti ta' l-inbid elenkati fl-Artikolu 1(2) tar-Regolament (KE) Nru 1493/1999.

    2. Dan ir-Regolament jistabbilixxi wkoll r-regoli fuq iż-żamma tar-reġistri tad-dħul u l-irtirar ta' persuni li jżommu l-prodotti ta' l-inbid waqt l-okkupazzjoni tagħhom.

    Artikolu 2

    Tifsiriet

    Għall-għanijiet ta' dan ir-Regolament:

    (a) "awtorità kompetenti" tfisser awtorità li hi responsabbli minn Stat Membru għall-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament;

    (b) "produttur" ifisser persuna naturali jew legali jew grupp ta' tali persuni li għandu jew kellu fil-pussess tiegħu għeneb frisk, grape must jew inbid ġdid li għadu qiegħed jiffermenta, u li mbagħad jipproċessahom jew jipproċessawhomlu f'inbid;

    (ċ) "produttur żgħir" ifisser produttur li jipproduċi fuq medja inqas minn 1000 ettolitri ta' inbid fis-sena. Stati Membri għandhom jikkunsidraw il-livell medju ta' produzzjoni fuq firxa ta' mill-inqas tliet snin konsekuttivi. Stati Membri ma għandhomx bżonn jikkunsidraw bħala produtturi żgħar produtturi li jixtru għeneb frisk jew grape must sabiex jipproċessawhom f'inbid;

    (d) "bejjiegħ bl-imnut" ifisser persuna naturali jew legali jew grupp ta' tali persuni li l-attività tan-negozju tagħhom tinkludi l-bejgħ direttament lill-konsumatur ta' inbid f'kwantitajiet żgħar, li għandu jkun imfisser mill-Istati Membri, jittieħed konsiderazzjoni tal-karatteristiċi speċjali ta' negozju u distribuzzjoni, iżda mhux dawk li jużaw il-kantini mgħammra għall-ħżin u, jekk adegwat, faċilitajiet għal mili ta' l-inbid fi flixken f'kwantitajiet kbar jew li jipparteċipaw f'negozju ambulanti f'inbid trasportat bl-ingrossa;

    (e) "dokument amministrattiv li jakkumpanja" ifisser dokument li jissodisfa l-ħtiġijiet tar-Regolament (KEE) Nru 2719/92;

    (f) "dokument simplifikat li jakkumpanja" ifisser dokument li jilħaq ir-rekwiżiti tar-regolament (KEE) Nru 3649/92;

    (g) "negozjant li ma jżommx ishma" ifisser persuna naturali jew legali jew grupp ta' tali persuni li jbigħu jew jixtru prodotti ta' l-inbid fuq bażi professjonali iżda li ma għandu l-ebda bini għall-ħżin ta' tali prodotti;

    (h) "apparat li jagħlaq rikonoxxut" ifisser apparat li jagħlaq għall-kontenituri ta' kapaċità nominali ta' ħames litri jew inqas, kif imniżżel fl-Anness I;

    (i) "bottiljar" ifisser it-tqegħid tal-prodotti in kwistjoni għall-għanijiet kummerċjali f'kontenituri ta' kapaċità li ma taqbiżx 60 litri;

    (j) "bottler" ifisser persuna naturali jew legali jew grupp ta' tali persuni li jagħmel il-bottiljar jew ikollu l-bottilljar magħmul f'ismu.

    Titolu I

    Dokumenti li jakkumpanjaw għall-ġarr ta' prodotti ta' l-inbid

    Artikolu 3

    1. Il-persuni naturali jew legali kollha, gruppi ta' persuni, inkluż negozjanti li ma jżommux provvisti, li għandhom id-domċilju tagħhom jew post tan-negozju reġistrat tagħhom fit-territorju tad-dwana tal-Komunità u li jittrasportaw il-prodotti ta' l-inbid jew li għandhom il-prodotti ta' l-inbid ittrasportat għandhom itellgħu b'responsabbiltà tagħhom dokument sabiex jakkumpanja tali trasport, minn hawn 'il quddiem imsejjaħ id-"dokument li jakkumpanja".

    Id-dokument li jakkumpanja għandu jinkludi għall-inqas l-informazzjoni segwenti in konformità ma' l-istruzzjonijiet stabbiliti fl-Anness II:

    (a) isem u indirizz ta' min jibgħat il-kunsinna;

    (b) isem u indirizz ta' min jirċievi l-kunsinna;

    (ċ) numru ta' referenza għall-għanijiet ta' identifikazzjoni tad-dokument li jakkumpanja;

    (d) id-data li fiha d-dokument kien imtella' u d-data ta' dispaċċ fejn din ma taqbilx ma' dik ta' qabel;

    (e) id-deskrizzjoni tan-negozju tal-prodott li qiegħed jiġi esegwit f'konformità mal-Komunità u regoli nazzjonali;

    (f) il-kwantità tal-prodott li qiegħed ikun trasportat;

    Id-dokument għandu jinkludi wkoll, għall-ġarr tal-kontenituri ta' volum nominali ta' iktar minn 60 litru:

    (g) fil-każ ta':

    - inbid: is-saħħa attwali alkoħolika,

    - prodotti mhux iffermentati: l-indiċi li jirrifratta jew id-densità,

    - inbid ġdid li għadu jiffermenta u grape must li qiegħed jiffermenta: is-saħħa alkoħolika totali;

    (h) fil-każ ta' inbejjed u grape must:

    - iż-żona tat-tkabbir ta' l-inbid f'konformità mad-demarkazzjoni murija fl-Anness III għar-Regolament (KE) Nru 1493/1999 li minnha joriġina l-prodott trasportat, permezz ta' l-użu tat-taqsiriet segwenti: A, B, CI(a), CI(b), CII, CIII(a) u CIII(b),

    - l-operazzjonijiet imsemmija fl-Anness II li l-prodotti trasportati għaddew minnhom.

    2. Is-segwenti għandhom ikunu rikonoxxuti bħala dokumenti li jakkumpanjaw:

    (a) għall-prodotti soġġetti għall-formalitajiet li jirrigwardaw il-moviment stabbilit f'Direttiva 92/12/KEE:

    - fil-każ ta' rilaxx fiċ-ċirkulazzjoni mas-sospensjoni tad-dazju, dokument amministrattiv jew kummerċjali mtellà f'konformità mar-Regolament (KEE) Nru 2719/92,

    - fil-każ ta' moviment fil-Komunità u rilaxx għall-konsum fl-Istat Membru ta' dispaċċ, dokument simplifikat li jakkumpanja jew dokument kummerċjali komplut f'konformità mar-Regolament (KEE) Nru 3649/92;

    (b) għall-prodotti mhux soġġetti għall-formalitajiet li jirrigwardaw il-moviment stabbilit permezz tad-Direttiva 92/12/KEE, kull dokument li fih bħala minimu l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1, kif ukoll kwalunkwe informazzjoni meħtieġa mill-Istati Membri u mtella' f'konformità ma' dan it-Titolu.

    3. Stati Membri jistgħu jeħtieġu d-dokument li jakkumpanja għat-trasport ta' prodotti kif imsemmija fil-paragrafu 1 li jibda fit-territorju tagħhom li jkun mtellà f'konformità mal-mudell stabbilit fl-Anness III.

    Fejn trasport jibda u jispiċċa fit-territorju tagħhom, Stati Membri jistgħu jneħħu l-ħtieġa li dokumenti li jakkumpanjaw ikunu mqassma f'kaxex u li l-informazzjoni tkun numerata skond il-mudell stabbilit fl-Anness III.

    4. Fejn dokument li jakkumpanja huwa lest biex jakkumpanja kunsinna ta' prodott ta' l-inbid f'kontenituri ta' volum nominali ta' iktar minn 60 litru, in-numru ta' referenza tad-dokument għandu jkun assenjat mill-awtorità kompetenti li fuqhom huwa indikat l-isem u l-indirizz. Dik l-awtorità tista' tkun korp ta' spezzjoni tat-taxxa.

    Numri ta' referenza għandhom jiffurmaw parti minn serje kontinwa. Għandhom ikunu stampati mill-ġdid fuq id-dokumenti li jakkumpanjaw il-kunsinna.

    L-oriġinali tad-dokument li jakkumpanja msemmi fl-ewwel subparagrafu, hekk komplut, u l-kopja tiegħu għandhom ikunu validati minn qabel u sussegwentament għal kull operazzjoni ta' trasport:

    - permezz tat-timbru ta' l-awtorità kompetenti ta' l-Istat Membru fejn it-trasport jibda, jew

    - min jibgħat il-kunsinna tat-timbru preskritt jew il-marka tal-magna ta' l-istampar approvata mill-awtorità kompetenti.

    Fejn dokument amministrattiv jew dokument li jakkumpanja li jikkonforma mar-Regolament (KEE) Nru 2719/92 jew dokument simplifikat li jakkumpanja jew dokument kummerċjali li jakkumpanja mar-Regolament (KEE) Nru 3649/92 huwa użat, kopji 1 u 2 għandhom ikunu validitati minn qabel f'konformità mal-proċedura stabbilita fit-tielet subparagrafu.

    Artikolu 4

    Meħud in konsiderazzjoni l-Artikolu 3(1), l-ebda dokument ma għandu jkun meħtieġ sabiex jakkumpanja:

    1. fil-każ ta' prodotti ta' l-inbid f'kontenituri ta' volum nominali ta' iktar minn 60 litru, kunsinni ta':

    (a) għeneb, ippressat jew le, jew grape must, trasportat mill-produtturi ta' l-għeneb infushom għan-nom tagħhom mill-għelieqi tad-dwieli jew stabbiliment ieħor li jappartjeni għalihom, fejn id-distanza totali tat-triq ma taqbiżx l-40 km u tali trasport huwa:

    - fil-każ ta' produtturi individwali: għall-istabbilimenti tagħhom ta' l-għamla ta' l-inbid.

    - fil-każ ta' produtturi li jappartjenu lill-gruppi: lill-istabbilimenti tal-grupp ta' l-għamla ta' l-inbid.

    F'każijiet eċċezzjonali, id-distanza massima ta' 40 km tista' tkun imkabbra għal 70 km mill-awtoritajiet kompetenti;

    (b) għeneb, ippressat jew le, trasportat mill-produtturi infushom jew f'isimhom minn partijiet terzi ħlief dawk li jirċievu l-kunsinna, mill-għelieqi tad-dielja tagħhom:

    - fejn tali trasport huwa għall-istabbiliment ta' l-għamla ta' l-inbid ta' min jirċievi l-kunsinna misjub fl-istess żona tat-tkabbir ta' l-għeneb, u

    - fejn id-distanza totali tat-triq ma tiskorrix l-40 km. F'każijiet eċċezzjonali l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jestendu d-distanza massima għal 70 km;

    (ċ) ħall ta' l-inbid;

    (d) kwalunkwe prodott, fejn l-awtorità kompetenti awtorizzat tali trasport, fl-istess unit lokali amministrattiv jew għal unit amministrattiv lokali fil-viċinanza immedjata jew, jekk awtorizzazzjoni individwali ġiet mogħtija, trasport fl-istess unit reġjonali amministrattiv, fejn il-prodott:

    - huwa trasportat bejn iż-żewġ stabbilimenti ta' l-istess negozju, soġġett għall-applikazzjoni ta' l-Artikolu 12(2)(a), jew

    - ma jbiddilx il-possessur u fejn it-trasport huwa effettwat għall-għanijiet ta' l-għamla ta' l-inbid, proċessar, ħżin jew ibbottiljar;

    (e) grape marc u wine lees:

    - għand distillerija, fejn il-prodott huwa akkumpanjat b'nota ta' distribuzzjoni stabbilita mill-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istati Membri fejn it-trasport jibda, jew

    - fejn trasport huwa effettwat għall-għan ta' rtirar tal-prodott mill-proċess ta' l-għamla ta' l-inbid taħt l-Artikolu 27(7) tar-Regolament (KE) Nru 1493/1999;

    2. fil-każ ta' produtturi f'kontenituri ta' volum nominali ta' 60 litru jew inqas, u soġġett għad-Direttiva 92/12/KEE, kunsinni ta':

    (a) prodotti f'kontenituri mmarkati mwaħħla f'apparat li jagħlaq rikonoxxut li ma jistax jerġa' jintuża li għandu indikazzjoni li jippermetti li minn jibbottilja jkun identifikat u ta' volum nominali ta' ħames litri jew inqas, fejn il-kwantità totali ma tiskorrix:

    - ħames litri fil-każ ta' grape must konċentrat, ikkoreġut jew le

    - 100 litru għall-prodotti l-oħra kollha;

    (b) inbid jew juice ta' l-għeneb maħsub għar-rappreżentazzjonijiet diplomatiċi, konsli u stabbilimenti simili, fil-limiti ta' l-għotjiet mogħtija ilhom;

    (ċ) inbid jew juice ta' l-għeneb:

    - misjub fit-tneħħija ta' djar privati, u mhux maħsuba għall-bejgħ,

    - abbord vapuri, ajruplani jew ferroviji sabiex ikun ikkunsmat hemmhekk;

    (d) inbid u grape must li jiffermenta trasportat minn individwi privati u maħsuba għall-konsum personali ta' min jirċievi l-kunsinna jew il-familja ta' min jirċievi l-kunsinna, ħlief kunsinni oħra kif imfissra f'(a), fejn il-kwantità trasportata ma tiskorrix it-30 litru;

    (e) kwalunkwe prodott maħsub għall-esperimenti xjentifiċi jew tekniċi, fejn il-kwantità totali trasportata ma tiskorrix l-ettolitru;

    (f) kampjuni kummerċjali;

    (g) kampjuni għal aġenzija uffiċjali jew laboratorju.

    Fil-każ ta' eżenzjoni mill-ħtieġa sabiex jipprovdi kwalunkwe dokument li jakkumpanja msemmi f'(a) sa (e), min jibgħat il-kunsinni, ħlief il-bejjiegħa bl-imnut jew individwi privati li jiddisponu minn żmien għal żmien mill-prodott lill-individwi privati, għandu jkun kapaċi f'kwalunkwe ħin sabiex japprovaw iċ-ċertezza tad-daħliet kollha stabbiliti għar-reġistri provduti f'Titolu II jew reġistri oħra meħtieġa mill-Istat Membru konċernat.

    Artikolu 5

    1. Fejn l-awtorità kompetenti ssib li persuna naturali jew legali, jew grupp ta' tali persuni, li jittrasportaw prodott ta' l-inbid jew jagħmel li prodott ta' l-inbid ikun ittrasportat ikkommetta ksur serju tar-regoli tal-Komunità fis-settur ta' l-inbid jew disposizzjonijiet nazzjonali adottati miegħu, jew fejn dik l-awtorità għandha raġun ġustifikat li tissusspetta tali ksur, tista' titlob li l-proċedura segwenti tkun applikata:

    Min jibgħat il-kunsinna għandu jlesti d-dokument li jakkumpanja u jitlob validità mill-awtorità kompetenti. Validità, meta mogħtija, għandha tkun marbuta mal-kondizzjonijiet dwar l-użu futur tal-prodott. Għandha jkollha fiha t-timbru, il-firma ta' l-uffiċjal ta' l-awtorità kompetenti u d-data.

    Il-proċedura hawn fuq għandha tapplika wkoll għat-trasport ta' prodotti, il-kondizzjonijiet tal-produzzjoni jew kompożizzjoni tagħhom ma jikkonformawx mar-regoli tal-Komunità jew dawk nazzjonali.

    2. Għall-ġarr kollu fit-territorju tad-dwana tal-Komunità ta' prodotti ta' pajjiżi terzi rilaxxati f'ċirkulazzjoni ħielsa, id-dokument li jakkumpanja għandu jinkludi:

    - in-numru tad-dokument VI 1, lest f'konformità mar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 883/2001 [10],

    - id-data meta d-dokument kien lest,

    - l-isem u indirizz ta' l-awtorità tal-pajjiż terz li lesta d-dokument jew awtorizza t-tlestija tiegħu minn produttur.

    3. Il-persuni kollha jew korpi li lestew id-dokumenti li jakkumpanjaw għat-trasport ta' prodott ta' l-inbid u persuni li żammew tali prodotti għandhom iżżommu kopja ta' tali dokumenti.

    Artikolu 6

    1. Id-dokument li jakkumpanja għandu jkun ikkunsidrat lest meta jinkludi l-informazzjoni stabbilita fl-Artikolu 3(1) ta' dan ir-Regolament. Fejn dokument jikkonforma mar-Regolament (KEE) Nru 2719/92 jew Regolament (KEE) Nru 3649/92 huwa użat, għandu, flimkien, ikun fih l-informazzjoni kollha stabbilita fl-Artikolu 3(1) ta' dan ir-Regolament. Madankollu, għat-trasport ta' distillerija ta' inbid imsaħħaħ għad-distillazzjoni, id-dokument amministrattiv li jakkumpanja jew id-dokument simplifikat li jakkumpanja jew id-dokumenti kummerċjali minflok l-aħħar żewġ dokumenti għandhom jissoddisfaw il-ħtiġijiet ta' l-Artikoli 68(2)(a) u 70(2)(e) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1623/2000 tal-25 ta' Lulju ta' l-2000 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1493/1999 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq ta' l-inbid għal dak li jirrigwarda l-mekkaniżmi tas-suq [11].

    2. Id-dokument li jakkumpanja jista' jkun użat biss għal operazzjoni waħda ta' trasport.

    Dokument wieħed li jakkumpanja jista' jkun lest sabiex jakkumpanja t-trasport f'kunsinna waħda mill-istess wieħed li jibgħat il-kunsinna u l-istess wieħed li jirċievi l-kunsinna ta':

    - tnejn jew iktar mazez ta' l-istess kategorija ta' prodott; jew

    - tnejn jew iktar mazez ta' kategoriji differenti ta' prodotti sakemm dawn ikunu fuq kontenituri mmarkati ta' volum nominali ta' 60 litru jew inqas u mwaħħla f'apparat rikonoxxut li jagħlaq u li ma jistax jerġa' jintuża li fih indikazzjoni li jippermetti lil min jibbottilja li jidentifikah.

    3. Id-dokumenti li jakkumpanjaw il-kunsinna tal-prodotti ta' l-inbid għandhom jindikaw id-data meta t-trasport jibda.

    Fil-każ imsemmi fl-Artikolu 5(1) jew fejn id-dokument li jakkumpanja l-kunsinna jitlesta mill-awtorità kompetenti, id-dokument għandu jkun validu biss jekk it-trasport jibda mhux iktar tard mill-ħames jum ta' xogħol mid-data ta' validità jew id-data meta hija lesta, kif adegwat.

    4. Meta prodotti huma trasportati f'oqsma separati ta' l-istess kontenitur ta' trasport jew huma imħallta matul il-ġarr, dokument għandu jkun lest sabiex jakkumpanja kull porzjon, sew jekk huwa trasportat separatament jew bħala taħlita. Tali dokumenti għandhom isemmu, f'konformità mar-regoli stabbiliti minn kull Stat Membru, l-użu tal-prodott tat-taħlita.

    Iżda, min jibgħat il-kunsinni jew persuni li għandhom dak il-poter jistgħu jkunu awtorizzati mill-Istati Membri sabiex ilestu dokument wieħed li jakkumpanja għall-prodott kollu tat-taħlita. F'tali każijiet l-awtorità kompetenti għandhom jagħti struzzjonijiet adegwati għal kif il-prova għandha tkun fornita fir-rigward tal-kategorija, oriġini u kwantità tat-tagħbiji varji.

    5. Fejn huwa misjub li kunsinna li għandha tkun akkumpanjata b'dokument qiegħda tkun trasportata mingħajr tali dokument jew taħt koperta ta' dokument li fih dettalji foloz, żbaljati jew mhux imdaħħla kollha, l-awtorità kompetenti ta' l-Istat Membru fejn dan huwa misjub jew kwalunkwe aġenzija oħra li hija responsabbli sabiex tassigura konformità mar-regoli tal-Komunità u dawk nazzjonali fis-settur ta' l-inbid għandhom jieħdu l-miżuri neċessarji:

    - sabiex jirregolarizzaw tali trasport, jew billi jikkoreġu kwalunkwe żbalji materjali jew permezz tat-tlestija ta' dokument ġdid,

    - fejn adegwat, jippenalizzaw kwalunkwe irregolaritajiet f'proporzjoni mas-serjetà tagħhom, b'mod partikolari bl-applikazzjoni ta' l-Artikolu 5(1).

    L-awtorità kompetenti jew aġenzija oħra msemmija fl-ewwel subparagrafu għandha tittimbra dokumenti korreġġuti jew lesti taħt dik id-disposizzjoni. Regolarità ta' irregolaritajiet jistgħu ma jdewmux l-operazzjoni tat-trasport in kwistjoni għal iktar minn kemm huwa strettament neċessarju.

    Fl-eventwalità ta' irregolaritajiet serji jew ripetuti, l-awtorità kompetenti reġjonali jew lokali għall-post tat-tneħħija tat-tagħbija għandha tinforma lill-awtorità kompetenti reġjonali jew lokali tal-post tat-tagħbija. Fil-każ ta' trasport fil-Komunità, tali informazzjoni għandha tkun mibgħuta f'konformità mar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2729/2000 ta' l-14 ta' Diċembru ta' l-2000 li jistabbilixxi regoli dettaljati li jimplimentaw regoli fuq kontrolli fis-settur ta' l-inbid [12].

    6. Fejn huwa impossibbli li jkunu regolati l-operazzjonijiet ta' trasport fit-tifsira ta' l-ewwel subparagrafu ta' paragrafu 5, l-awtorità kompetenti jew l-aġenzija li skopriet l-irregolarità għandha twaqqaf it-trasport. Għandha tinforma lil min bagħat il-kunsinna li t-trasport qiegħed ikun miżmum u bil-konsegwenza li ġarrab. Dawn il-miżuri jistgħu jinkludu t-twaqqif tar-reklamar tal-prodott.

    7. Fejn parti mill-prodott jew il-prodott kollu taħt koperta ta' dokument li jakkumpanja huwa rifjutat minn min jirċievi l-kunsinna, dak ta' l-aħħar għandu jikteb il-kliem 'rifjutat minn min jirċievi l-kunsinna' fuq wara tad-dokument, flimkien mad-data u l-firma ta' min jirċievi l-kunsinna, u, fejn adegwat, indikazzjoni tal-kwantità rifjutata, f'litri jew kilogrammi.

    F'dak il-każ il-prodott jista' jkun ritornat lil min bagħat il-kunsinna taħt koperta ta' l-istess dokument li jakkumpanja jew jista' jkun miżmum fil-bini ta' min qiegħed iġorrhom sakemm dokument ġdid huwa lest sabiex jakkumpanja d-dokument meta huwa mibgħut mill-ġdid.

    Artikolu 7

    1. Dokumenti li jakkumpanjaw għandhom ikunu ttrattati bħala li jiċċertifikaw l-għażla ta' l-oriġini ta' l-inbejjed ta' kwalità psr jew il-provenjenza ta' l-inbejjed ta' fuq il-mejda intitolati għall-indikazzjoni ġeografika meta tkun lesta kif suppost:

    - minn min jibgħat il-kunsinni li huma il-produttur ta' l-inbid trasportat u li la jakkwistaw u lanqas ibigħu prodotti ta' l-inbid miġjub minn għeneb imkabbar f'oqsma fejn jitkabbar l-inbid ħlief dawk li isimhom jużaw sabiex jagħżlu inbid miġjub mill-produzzjoni tagħhom stess,

    - minn min jibgħat il-kunsinna mhux koperti mill-ewwel daħla, sakemm l-eżattezza tad-dettalji ġew ċertifikati fuq id-dokument li jakkumpanja mill-awtorità kompetenti fuq il-bażi ta' l-informazzjoni misjuba fid-dokumenti li jakkumpanjaw il-kunsinni ta' qabel tal-prodotti in kwistjoni,

    - taħt l-Artikolu 5(1), sakemm il-ħtiġijiet segwenti huma milħuqa:

    (a) (i) id-dokument li jakkumpanja huwa lest in konformità mal-mudell stabbilit għal:

    - id-dokument simplifikat li jakkumpanja mogħti fl-Anness għar-Regolament (KEE) Nru 2719/92, jew

    - id-dokument simplifikat li jakkumpanja mogħti fl-Anness għar-Regolament (KEE) Nru 3649/92, jew

    - id-dokument stabbilit fl-Anness III għal dan ir-Regolament; jew

    (ii) fejn trasport ma jaqsamx it-territorju ta' Stat Membru ieħor, wieħed mid-dokumenti msemmija fl-Artikolu 3(2)(b);

    (b) is-segwenti huwa mdaħħal fil-post adegwat fid-dokument li jakkumpanja:

    - għall-inbejjed ta' kwalità psr: 'Dan id-dokument jiċċertifika l-oriġini ta' l-inbejjed ta' kwalità psr stabbiliti hawnhekk',

    - għall-inbejjed ta' fuq il-mejda intitolati għal indikazzjoni ġeografika: 'Dan id-dokument jiċċertifika l-provenjenza ta' l-inbejjed ta' fuq il-mejda stabbiliti hawnhekk';

    (ċ) id-daħliet imsemmija f'(b) huma validi mill-awtorità kompetenti permezz ta' timbru, id-data u l-frima tal-persuna responsabbli, kif applikabbli:

    - fuq kopji 1 u 2 fejn il-mudell imsemmi fl-ewwel u t-tieni daħliet ta' (a)(i) huwa użat, jew

    - fuq l-oriġinal tad-dokument li jakkumpanja u fuq kopja fejn il-mudell stabbilit fl-Anness III jew dokument ieħor kif imsemmi fl-Artikolu 3(2)(b) huwa użat;

    (d) in-numru ta' referenza tad-dokuemnt li jakkumpanja ġie assenjat mill-awtorità kompetenti;

    (e) fil-każ ta' kunsinni minn Stat Membru li m'huwiex il-produttur ta' l-Istat Membru, id-dokument li jakkumpanja taħt koperta ta' liema l-prodott huwa mibgħut għandu jiċċertifika l-għażla ta' l-oriġini jew l-indikazzjoni ġeografika fejn jindika:

    - in-numru ta' referenza,

    - id-data meta kien lest;

    - l-isem u l-indirizz ta' l-awtorità msemmija fid-dokumenti taħt koperta ta' liema l-prodott kien trasportat qabel kien mibgħut mill-ġdid u f'liema l-għażla ta' oriġini jew l-indikazzjoni ġeografika kienet indikata.

    Stat Membru jista' jagħmel iċ-ċertifikazzjoni ta' l-għażla ta' l-oriġini ta' inbejjed ta' kwalità psr u l-provenjenza ta' l-inbejjed ta' fuq il-medja fit-territorju tagħhom ta' bil-fors.

    2. L-awtoritajiet kompetenti ta' kull Stat Membru jistgħu jippermettu lil min jibgħat il-kunsinni sabiex jissoddisfaw il-kondizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 3 sabiex jimlewhom huma stess, jew ikunu ttimbrati minn qabel, iċ-ċertifikazzjoni ta' l-għażla ta' l-oriġini jew ta' provenjenza fuq id-dokument li jakkumpanja, sakemm tali ċertifikazzjoni:

    (a) hija validitata minn qabel permezz ta' timbru ta' l-awtorità kompetenti, il-firma tal-persuna responsabbli u d-data, jew

    (b) hija validitata minn min jibgħat il-kunsinni nnfushom permezz ta' timbru speċjali awtorizzat mill-awtorità kompetenti u li tikkonforma mal-mudell stabbilit fl-Anness IV; it-timbru jista' jsir minn min qabel fuq il-forom sakemm dawn ikunu mitbugħa fi stamperija approvata għal dak il-għan.

    3. L-awtorizzazzjoni msemmija fil-paragrafu 2 għandha tkun mogħtija biss lil min jibgħat il-kunsinna:

    - li regolarment jibagħtu nbejjed ta' kwalità psr u/jew inbejjed ta' fuq il-mejda intitolati għall-indikazzjoni ġeografika, u

    - wara li huwa aċċertat, wara talba inizzjali, li r-reġistri ta' ġewwa u ta' barra huma miżmuma f'konformità ma' Lista II u hekk jassiguraw li l-eżattezza tal-partikolaritajiet fid-dokumenti li jkunu jidu jiġu verifikati.

    L-awtoritajiet kompetenti jistgħu jirrifjutaw li jawtorizzaw lil min jibgħat il-kunsinni li ma joffrux tali garanziji bħal dawk li l-awtoritajiet jikkunsidraw adegwati. Jistgħu jikkanċellaw l-awtorizzazzjoni, b'mod partikolari fejn min jibgħat il-kunsinni ma jlaħħaqx aktar mal-ħtiġijiet stabbiliti fl-ewwel subparagrafu jew ma joffrux iktar il-garanziji meħtieġa.

    4. Dawk li jibagħtu l-kunsinni li l-awtorizzazzjoni msemmija fil-paragrafu 2 hija mogħtija għandhom ikunu obbligati sabiex jieħdu l-passi kollha neċessarji sabiex jissalvagwardaw it-timbru speċjali jew il-forom li għandhom it-timbru ta' l-awtorità kompetenti jew it-timbru speċjali.

    5. Fin-negozju ma' pajjiżi, dokumenti li jakkumpanjaw lesti biss f'konformità ma' paragrafu 1 dwar esportazzjoni minn Stat Membru ta' produzzjoni għandu jiċċertifika:

    - għall-inbejjed ta' kwalità psr, li l-għażla ta' l-oriġini tal-prodott jikkonforma mad-disposizzjonijiet relevanti tal-Komunità u dawk nazzjonali,

    - għall-inbejjed ta' fuq il-mejda magħżula taħt l-Artikolu 51(2) u (3) tar-Regolament (KE) Nru 1493/1999, li l-indikazzjoni ġeografika tal-prodott tikkonforma mad-disposizzjonijiet relevanti tal-Komunità u dawk nazzjonali.

    Iżda, fil-każ ta' esportazzjonijiet minn Stat Membru li ma huwiex produttur ta' l-Istat Membru, id-dokument li jakkumpanja lest f'konformità ma' paragrafu 1 taħt koperta ta' liema l-prodott huwa esportat għandu jkun ikkunsidrat li jiċċertifika l-għażla ta' l-oriġini jew l-indikazzjoni ġeografika fejn jindika:

    - in-numru ta' referenza,

    - id-data meta kien lest, u

    - l-isem u indirizz ta' l-awtorità msemmija fil-paragrafu 1 indikati fuq id-dokumenti li taħt il-koperta tagħhom kien trasportat il-prodott qabel ma kien esportat u li fuqhom l-għażla ta' l-oriġini jew l-indikazzjoni ġeografika kienu ċċertifikati.

    6. Id-dokument li jakkumpanja għandu jitqies li jiċċertifika l-għażla ta' l-oriġini ta' inbid importat fejn dak id-dokument huwa lest f'konformità ma' l-Artikolu 5(2) permezz ta' l-użu tal-mudelli msemmija f'punt (a) ta' l-ewwel subparagrafu ta' paragrafu 1.

    Artikolu 8

    1. Fejn min jirċievi l-kunsinna fit-territorju tal-Komunità, ir-regoli segwenti għandhom japplikaw għall-użu tad-dokument li jakkumpanja:

    (a) fejn il-prodott trasportat huwa eżenti mid-dazju (punt 1.5, rimarki ġenerali, tan-noti li jispjegaw annessi mar-Regolament (KEE) Nru 2719/92);

    (b) fejn il-prodott trasportat fil-Komunità huwa soġġett għad-dazju u diġà kien rilaxxat għall-konsum fl-Istat Membru tat-tluq (punt 1.5, rimarki ġenerali, tan-noti li jispjegaw annessi mar-Regolament (KEE) Nru 3649/92);

    (ċ) fil-każijiet mhux koperti b'(a) jew (b):

    (i) fejn dokument li jakkumpanja kif meħtieġ għat-trasport kif imfisser taħt (a) u (b) huwa użat;

    - kopja Nru 1 għandha tkun miżmuma minn min jirċievi l-kunsinna,

    - kopja Nru 2 għandha takkumpanja l-prodott mill-post tat-tagħbija sal-post tat-tneħħija tat-tagħbija u tkun mogħtija lil min jirċievi l-kunsinna jew ir-rappreżentant tiegħu;

    (ii) fejn dokument li jakkumpanja ieħor huwa użat:

    - l-oriġinal tad-dokument li jakkumpanja għandu jakkumpanja l-prodott mill-post tat-tagħbija u jkun mogħti lil min jirċievi l-kunsinna jew ir-rappreżentant tiegħu,

    - kopja għandha tkun miżmuma minn min jibgħat il-kunsinna.

    2. Fejn min jirċievi l-kunsinna huwa stabbilit barra t-territorju tad-dwana tal-Komunità, l-oriġinal u kopja jew, fejn adegwat, kopji Nru 1 u Nru 2, tad-dokument li jakkumpanja l-kunsinna għandhom ikunu preżentati flimkien mad-dikjarazzjoni ta' l-esportazzjoni fl-uffiċċju kompetenti tad-dwana ta' l-Istat Membru ta' esportazzjoni. L-uffiċċju tad-dwana għandu jassigura li t-tip, data u numru tad-dokument preżentati huma indikati fuq l-oriġinal tad-dokument li jakkumpanja u fil-kopja, jew, fejn adegwat, kopju Nru 1 u 2 tad-dokument li jakkumpanja.

    L-uffiċċju tad-dwana fil-punt ta' ħruġ mit-territorju tad-dwana tal-komunità għandu jdaħħal wieħed mis-segwenti żewġ kopji tad-dokument ta' l-aħħar u jittimbrah bħala awtentiku:

    ,

    ,

    ,

    ,

    ,

    ,

    ,

    ,

    ,

    ,

    u għandu jagħti l-kopji stampati bil-kliem ta' hawn fuq lill-esportatur jew ir-rappreżentant tiegħu. Dan ta' l-aħħar għandu jassigura li kopja waħda takkumpanja l-ġarr tal-prodott esportat.

    3. Ir-referenzi msemmija fl-ewwel subparagrafu ta' paragrafu 2 għandhom jispeċifikaw għall-inqas it-tip, data u numru tad-dokument u, għal dak li jirrigwarda d-dikjarazzjoni ta' esportazzjoni, l-isem u indirizz ta' l-awtorità kompetenti fir-rigward ta' l-esportazzjonijiet.

    4. Prodotti ta' l-inbid li huma temporanjament esportati taħt l-arranġamenti ta' proċessar ta' barra provduti fir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 913/92 [13] u Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93 [14] għal wieħed mill-Istati Membri ta' l-Assoċjazzjoni Ħielsa tan-negozju Ewropea (EFTA) sabiex igħaddu minn operazzjonijiet ta' ħżin, tkabbir u/jew pakkeġġjar, għandhom ikunu akkumpanjati bil-paġna ta' l-informazzjoni stabbilita permezz tar-rakkomandazzjoni tal-Kunsill ta' Koperazzjoni tad-Dwana tat-3 ta' Diċembru ta' l-1963. Din il-paġna għandha turi fil-kaxex riservati għad-deskrizzjoni tal-prodott, id-deskrizzjoni f'konformità mar-regoli tal-Komunità u dawk nazzjonali u l-kwantitajiet ta' inbid miġbur.

    Din l-informazzjoni għandha tkun meħuda mill-oriġinal tad-dokument li jakkumpanja li taħt il-koperta tiegħu l-inbid kien trasportat għall-uffiċċju tad-dwana fejn il-paġna ta' informazzjoni hija maħruġa. It-tip, data u numru tad-dokument imsemmi hawn fuq li akkumpanja l-kunsinna ta' qabel għandha tkun notata fuq il-paġna ta' informazzjoni.

    Fejn il-paġna ta' informazzjoni hija hekk imtella' mill-uffiċċju tad-dwana kompetenti ta' l-EFTA għal prodott imsemmi fl-ewwel subparagrafu li nġib lura fit-territorju tad-dwana tal-Komunità, dak id-dokument għandu jkun ikkunsidrat bħala ekwivalenti għad-dokument li jakkumpanja għat-trasport sakemm l-uffiċċju tad-dwana jew tad-destinazzjoni fil-Komunità jew tar-rilaxx għall-użu fid-dar, sakemm dak id-dokument fih, fil-kaxxa 'Deskrizzjoni ta' oġġetti', l-informazzjoni speċfikata fl-ewwel subparagrafu.

    L-uffiċċju relevanti tad-dwana fil-Komunità għandha tistampa kopja jew fotokopja tad-dokument distribwit minn min jirċievi l-kunsinna jew ir-rappreżentant tiegħu u jirritornalu lura għall-għanijiet ta' dan ir-Regolament.

    5. Għall-inbejjed ta' kwalità psr jew inbejjed ta' fuq il-mejda intitolati għal indikazzjoni ġeografika esportati lejn pajjiżi terzi taħt koperta ta' dokument li jakkumpanja f'konformità ma' dan ir-Regolament, id-dokument imsemmi, ekwivalenti għal ċertifikat ta' oriġini jew provenjenza tal-prodotti, għandu jkun ippreżentat bl-għajnuna ta' kwalunkwe dokumenti oħra, meta tali inbejjed huma mqiegħda f'ċirkulazzjoni ħielsa fil-Komunità, fejn l-inbid in kwistjoni ma jilħaqx il-kondizzjonijiet fil-paragrafu 2 jew jikkostitwixxi oġġetti ritornati skond it-tifsira ta' Regolament (KEE) Nru 2913/92 u d-disposizzjonijiet tiegħu ta' implimentazzjoni. Sakemm id-dokumenti li jgħinu huma meqjusa sodisfaċenti l-uffiċċju tad-dwana konċernat għandu jiffirma kopja jew fotokopja taċ-ċertifikat ta' għażla ta' l-oriġini fornit minn min jirċievi l-kunsinna jew ir-rappreżentant tiegħu u jirritornahielu għall-għanijiet ta' dan ir-Regolament.

    Artikolu 9

    Jekk matul it-trasport, minħabba force majeure jew inċident ieħor li ma kienx previst, kunsinna li għaliha dokument li jakkumpanja huwa meħtieġ għandha tkun maqsuma jew tintilef kollha jew parti minnha, min iġorrha għandu jiltob lill-awtorità kompetenti fejn l-inċident jew il-każ force majeur seħħ li jagħmel stqarrija tal-fatt.

    Fejn possibbli, min iġorr għandu javvża wkoll lill-awtorità kompetenti l-iżjed qrib fejn l-inċident jew il-każ force majeur seħħ sabiex tippermettilu li jieħu l-passi neċessarji sabiex jirregolarizza l-operazzjoni tat-trasport in kwistjoni.Tali miżuri jistgħu jdewmu l-operazzjoni tat-trasport in kwistjoni biss għall-ħin meħtieġ biex tkun regolarizzata.

    Artikolu 10

    Għall-ġarr ta' kwantità ta' iktar minn 60 litru ta' wieħed mill-prodotti ta' l-inbid mhux pakkeġġjati mniżżla hawn isfel, id-dokument speċifikat għall-kunsinna u kopja tiegħu permezz ta' l-użu ta' NCR jew karta saħħara jew kwalunkwe forma ta' kopja oħra awtorizzata mill-awtorità kompetenti għandha tkun meħtieġa:

    (a) prodotti ta' orġini tal-Komunità:

    - inbid addattat għal produzzjoni ta' inbid ta' fuq il-mejda,

    - inbid maħsub li jkun proċessat f'inbid ta' kwalità psr,

    - grape must għall-fermentazzjoni,

    - grape must konċentrat, ikkoreġut jew le,

    - grape must frisk b'fermentazzjoni mwaqqfa biż-żieda ta' alkoħol,

    - juice ta' l-għeneb,

    - juice ta' l-għeneb ikkonċentrat,

    - għeneb ta' fuq il-mejda maħsuba għal proċessar f'prodotti ħlief dawk imsemmija fl-Artikolu 42(5) tar-Regolament (KE) Nru 1493/1999;

    (b) prodotti li ma joriġinawx fil-Komunità:

    - għeneb frisk, ħlief għeneb ta' fuq il-mejda,

    - grape must,

    - grape must konċentrat,

    - grape must li qiegħed jiffermenta,

    - grape must konċentrat, ikkorreġut jew le,

    - grape must frisk b'fermentazzjoni mwaqqfa biż-żieda ta' l-alkoħol,

    - juice ta' l-għeneb,

    - juice ta' l-għeneb konċentrat,

    - inbid liqueur għall-preparazzjoni ta' prodotti li ma jaqawx taħt kodiċi NM 2204.

    L-istess jista' japplika għall-prodotti segwenti, irrespettivament mill-oriġini tagħhom u l-kwantità trasportata, mingħajr preġudizzju għall-eċċezzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 4:

    - wine lees,

    - grape marc maħsub għad-distillazzjoni jew forma oħra ta' proċessar industrijali,

    - piquette,

    - inbid imsaħħaħ għad-distillazzjoni,

    - inbid minn għeneb ta' varjetajiet mhux imniżżla bħala varjetajiet ta' inbid ta' l-għeneb fil-klassifikazzjoni stabbilita mill-Istati Membri taħt l-Artikolu 19 tar-Regolament (KE) Nru 1493/1999 għall-unit amministrattiv fejn huma mkabbra,

    - prodotti li jistgħu ma jkunux offruti jew distribwiti għall-konsum dirett uman.

    Min jibgħat il-kunsinna għandu jibgħat il-kopja msemmija fl-ewwel subparagrafu bl-iktar mod mgħaġġel, mhux iktar tard mill-ewwel jum ta' xogħol wara li l-oġġetti jkunu telqu l-post ta' tagħbija, lill-awtorità kompetenti fejn it-territorju tal-post tat-tagħbija huwa misjub. L-awtorità kompetenti għandha tibgħat il-kopja bl-iktar mod mgħaġġel, mhux iktar tard mill-ewwel jum ta' xogħol minn meta tiġi preżentata, jew maħruġa jekk l-awtorità kompetenti tlestiha, lill-awtorità kompetenti li fit-territorju tagħha jinstab il-post tat-tneħħija tat-tagħbija.

    TITOLU II

    Reġistri

    Artikolu 11

    1. Persuni naturali jew legali u gruppi ta' persuni li jżommu prodotti ta' l-inbid, għal kwalunkwe raġunijiet professjonali jew kummerċjali, għandhom ikunu mitluba sabiex iżommu reġistri ta' ġewwa jew ta' barra għal dawk il-prodotti, minn hawn 'il quddiem imsejħa 'reġistri'.

    Iżda:

    (a) reġistri ma għandhomx għalfejn jinżammu minn:

    - bejjiegħa bl-imnut,

    - dawk li jbigħu xorb għall-konsum fil-bini biss;

    (b) reġistri ma għandhomx ikunu meħtieġa għall-ħall ta' l-inbid.

    2. Stati Membri jistgħu jipprovdu li:

    (a) negozjanti li ma jżommux provvisti għandhom ikunu mitluba li jżommu reġistri f' konformità mar-regoli u proċeduri li għandhom jispeċfikaw;

    (b) persuni naturali u legali u gruppi ta' persuni li jżommu provvisti ta' jew joffru għall-bejgħ prodotti ta' l-inbid f'kontenituri żgħar biss li jilħqu l-ħtiġijiet ta' preżentazzjoni msemmija fl-Artikoli 4(2)(a) ma għandhomx ikunu meħtieġa li jżommu reġistri, sakemm id-daħliet, l-irtirar u provvisti jistgħu jkunu verifikati f'kwalunkwe ħin fuq il-bażi ta' dokumenti li jgħinu oħra, b'mod partikolari dokumenti kummerċjali użati għall-kontijiet finanzjarji.

    3. Persuni mitluba li jżommu reġistri għandhom jirreġistraw id-dħul u l-irtirar ta' kull mazz ta' prodotti kif imfissra fil-paragrafu 1 għal jew mill-bini tagħhom u tali minn dawn l-operazzjonijiet speċfikati fl-Artikolu 14(1) kif inhuma maħruġa. Dawk il-persuni għandhom ukoll ikunu kapaċi li jippreżentaw, għal kull annotazzjoni fir-reġistri ta' dħul u irtirar ta' prodotti, dokument li akkumpanja l-kunsinna relevanti jew kwalunkwe dokument ieħor li jgħin, b'mod partikolari dokument kummerċjali.

    Artikolu 12

    1. Reġistri għandhom jikkonsistu:

    - jew f'folji fissati numerati konsekuttivament,

    - jew ta' sistema moderna ta' kontijiet, approvata mill-awtoritajiet kompetenti, sakemm id-dettalji li għandhom ikunu mdaħħla fir-reġistri jidhru hemmhekk.

    Iżda Stati Membri jistgħu jipprovdu li:

    (a) ir-reġistri miżmuma min-negozjanti li ma jesegwixxux kwalunkwe mill-operazzjonijiet speċifikati fl-Artikolu 14(1) jew li ma jwettqux kwalunkwe prassi enoloġiċi jistgħu jieħdu l-forma tad-dokumenti kollha li jakkumpanjaw it-trasport tal-prodotti ta' l-inbid;

    (b) ir-reġistri miżmuma mill-produtturi jistgħu jieħdu l-forma ta' annotazzjonijiet fuq in-naħa l-oħra tal-ħażna, dikjarazzjonijiet ta' produzzjoni jew ta' provvisti provduti fir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1294/96 ta' l-4 ta' Lulju ta' l-1996 [15].

    2. Ir-reġistri għandhom ikunu miżmuma separatament għal kull negozju, fil-bini fejn il-prodotti huma miżmuma.

    Iżda, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jagħtu awtorizzazzoni, fejn adegwat, permezz ta' l-għotja ta' struzzjonijiet:

    (a) fejn prodotti huma miżmuma f'ħażniet varji li jappartjenu lill-istess negozju fl-istess unit amministrattiv lokali jew f'tali unit fil-viċinanza immedjat, sabiex ir-reġistri jkunu miżmuma f'post ta' negozju reġistrat ta' l-impriża,

    (b) għar-reġistri li jkunu miżmuma f'negozju speċjalizzat,

    b'kondizzjoni li daħliet, irtirar u provvisti jistgħu jkunu verifikati f'kwalunkwe ħin fil-post attwali fejn il-prodotti huma miżmuma fuq bażi ta' dokumenti oħra li jgħinu.

    Fejn bejjiegħa ta' l-imnut jbigħu direttament lill-konsumaturi li jappartjenu għal negozju wieħed u huma provduti fi maħżen ċentrali wieħed jew aktar li jappartjenu lil dak in-negozju, tali mħażen ċentrali għandhom, mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 11(2)(b), ikunu obbligati sabiex iżommu reġistri; distribuzzjonijiet lil tali bejjiegħa bl-imnut għandhom ikunu mdaħħla f'tali reġistri bħala rtirati.

    3. Għal prodotti mdaħħla fir-reġistri tal-kontijiet separati għandhom ikunu mdaħħla għal:

    - kull wieħed mill-kategoriji stabbiliti jew fl-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 1493/1999 jew fl-Artikolu 34 tar-Regolament (KE) Nru 883/2001,

    - kull wieħed mill-prodotti ta' inbid ta' kwalità psr għall-ipproċessar f'inbejjed ta' kwalità psr magħmula minn għeneb imkabbra fl-istess reġjun speċifikat,

    - kull inbid ta' fuq il-mejda magħżul bl-isem tal-qasam ġeografiku u prodotti għall-ipproċessar f'tali inbid ta' fuq il-mejda magħmul minn għeneb imkabbar fl-istess qasam tat-tkabbir ta' l-inbid.

    Inbejjed ta' kwalità ta' oriġini differenti imqiegħda f'kontenituri ta' mhux iktar minn 60 litri mmarkati f'konformità mad-disposizzjonijiet tal-Komunità, li huma akkwistati minn parti terza u miżmuma għal skop ta' bejgħ, jistgħu jkunu mdaħħla fl-istess kont sakemm l-awtorità kompetenti jew aġenzija jew korp mogħti s-setgħa minn dik l-awtorità tat il-ftehim tagħha u li daħliet u rtirar ta' kull inbid ta' kwalità psr jidher hemmhekk individwalment; dan għandu japplika wkoll għall-inbejjed ta' fuq il-mejda magħżula skond l-indikazzjoni ġeografika.

    Fejn inbid ta' kwalità psr huwa mogħti grad inqas, dan għandu jkun imsemmi fir-reġistri.

    4. Stati Membri għandhom jiddeterminaw il-perċentaġġi massimi aċċettabbli għat-telf mill-evaporazzjoni matul it-tqegħid fil-maħżen, operazzjonijiet ta' proċessar jew tibdiliet fil-kategorija tal-prodott.

    Fejn telf attwali jiskorri:

    - matul it-trasport, it-tolleranzi msemmija fl-Anness II.B.1.2, u

    - fil-każijiet imsemmija fl-ewwel subparagrafu, il-perċentaġġi massimi fissati mill-Istati Membri,

    min iżomm ir-reġistri għandu jirrapporta dan bil-miktub, f'perjodu stabbilit mill-Istati Membri, lill-awtorità kompetenti għat-territorju in kwistjoni, li għandu jieħu l-miżuri neċessarji.

    Stati Membri għandhom jispeċifikaw kif daħliet għandhom ikunu magħmula fir-reġistri li jikkonċernaw:

    - il-konsum personali tal-produttur u l-familja tiegħu,

    - kwalunkwe tibdiliet aċċidentali fil-volum tal-prodotti.

    Artikolu 13

    1. Għal kull daħla jew irtirar ta' prodotti r-reġistru għandu jagħti:

    - in-numru ta' kontroll tal-prodott fejn tali numru huwa meħtieġ taħt id-disposizzjonijiet tal-komunità u dawk nazzjonali,

    - id-data ta' l-operazzjoni,

    - il-kwantità attwali mdaħħla jew irtirata,

    - il-prodott ikkonċernat, deskritt f' konformità mad-disposizzjonijiet relevanti tal-Komunità u dawk nazzjonali,

    - referenza għad-dokument li jakkumpanja jew li akkumpanja l-kunsinna in kwistjoni.

    Fil-każijiet imsemmija fl-Artikolu 7(5), referenza għad-dokument li taħt il-koperta tiegħu l-prodott kien trasportat qabel għandu jkun imdaħħal fir-reġistru ta' irtirar.

    2. Darba fis-sena, f'data li tista' tkun iffissata mill-Istati Membri, ir-reġistri tad-dħul u irtirar ta' prodotti għandhom ikunu magħluqa. Inventarju ta' provvisti għandhom ikunu magħmula fil-kuntest ta' rendikont tal-bilanċ annwali. Provvisti eżistenti għandhom ikunu reġistrati bħala dħul fir-reġistri f'data wara r-rendikont tal-bilanċ annwali. Jekk ir-rendikont tal-bilanċ annwali juri differenzi bejn il-provvisti teoretiċi u l-provvisti attwali, dan għandu jkun innotat fil-kotba magħluqa.

    Artikolu 14

    1. Ir-reġistri għandhom isemmu l-operazzjonijiet segwenti:

    - saħħa mkabbra alkoħolika,

    - aċidità,

    - tneħħija ta' aċidità,

    - ħlewwiet,

    - taħlit,

    - ibbottiljar,

    - distillazzjoni,

    - il-produzzjoni ta' inbid spumanti u inbid kważi-spumanti aerated,

    - il-produzzjoni ta' inbid liqueur,

    - il-produzzjoni ta' grape must konċentrat, ikorreġut jew le,

    - trattament ta' karbon enoloġiku,

    - trattament ta' potassium ferrocyanide,

    - inbid imsaħħaħ għad-distillazzjoni,

    - proċessi oħra li jinvolvu ż-żieda ta' alkoħol,

    - proċessar f'prodott ta' kwalunkwe kategorija oħra, b'mod partikolari f'inbid aromatizzat,

    - trattament bl-elettrodialisi.

    Fejn negozju huwa awtorizzat sabiex iżomm reġistri simplifikati kif imsemmija fit-tieni subparagrafu ta' l-Artikolu 12(1) l-awtorità kompetenti tista' taċċetta notifikazzjonijiet doppji kif provduti fl-Anness V.G.5 għar-Regolament (KE) Nru 1439/1999 magħmul taħt l-Artikoli 22 sa 29 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1622/2000 ta' l-24 ta' Lulju ta' l-2000 li jistabbilixxi ċerti regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1493/1999 dwar l-organizzazzjoni tas-suq ta' l-inbid u jistabbilixxi kodiċi tal-Komunità ta' prassi enoloġiċi u proċessi [16] bħal ekwivalenti għad-daħliet fir-reġistri għall-operazzjonijiet ta' saħħa alkoħolika li qiegħda tikber, aċidità u tneħħija ta' aċidità.

    2. Għal kull waħda mill-operazzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1, reġistri ħlief dawk imsemmija fil-paragrafu 3 għandhom isemmu:

    - l-operazzjoni esegwita u d-data,

    - in-natura u l-kwantitajiet tal-prodotti użati,

    - il-kwantità tal-prodott miġjub permezz ta' l-operazzjoni,

    - il-kwantità ta' prodott użat fit-tkabbir tas-saħħa alkoħolika, aċidità u tneħħija ta' aċidità, ħlewwiet u saħħa għad-distillazzjoni,

    - id-deskrizzjoni tal-prodotti qabel u wara l-operazzjoni, f'konformità mar-regoli relevanti tal-Komunità u dawk nazzjonali,

    - l-immarkar fuq il-kontenituri fejn il-prodotti huma mdaħħla fir-reġistri kienu miġjuba qabel l-operazzjoni u huma miżmuma wara l-operazzjoni,

    - fil-każ ta' bbottiljar bil-kuntratt,

    - l-isem u l-indirizz ta' min qiegħed jibbottilja.

    Fejn prodott jibdel il-kategorija mingħajr ma' jgħaddi minn waħda mill-operazzjonijiet imsemmija fl-ewwel subparagrafu ta' paragrafu 1, b'mod partikolari fil-każ ta' fermentazzjoni ta' grape must, il-kwantitajiet u t-tip ta' prodott miġjub wara l-bidla għandu jkun innotat fir-reġistri.

    Fejn inbid huwa msaħħaħ għad-distillazzjoni, l-informazzjoni speċfikata fl-Artikolu 68(2)(a) u l-Artikolu 70(2)(e) tar-Regolament (KE) Nru 1623/2000 għandha tkun imdaħħla wkoll fir-reġistri.

    3. Għall-produzzjoni ta' inbid spumanti, ir-reġistri għandhom juru, għal kull cuvee ppreparat:

    - id-data ta' preparazzjoni,

    - id-data ta' l-ibbottiljar għall-inbejjed spumanti ta' kwalità u inbejjed spumanti ta' kwalità psr,

    - il-volum tal-cuvée u d-deskrizzjoni, volum u saħħa alkoħolika attwali u potenzjali ta' kull wieħed mill-kostitwenti,

    - kull waħda mill-prassi mniżżla fl-Artikolu 24 tar-Regolament (KE) Nru 1622/2000,

    - l-ammont ta' triage liqueur użat,

    - l-ammont ta' liqueur expedition,

    - in-numru ta' flixken miġjuba, li jispeċifika fejn adegwat it-tip ta' nbid spumanti, permezz ta' terminu li jirrigwarda l-kontenut ta' zokkor li jibqa' sakemm it-terminu jidher fuq it-tikketta.

    4. Għall-produzzjoni ta' inbid liqueur, ir-reġistri għandhom juru għal kull mazz:

    - id-data ta' żieda ta' kwalunkwe mill-prodotti mniżżla f'punt 14 ta' l-Anness I.B.b għar-Regolament (KE) Nru 1493/1999,

    - in-natura u l-volum tal-prodott miżjud.

    Artikolu 15

    1. Min iżomm reġistri għandu jkun meħtieġ li jżomm reġistri jew kontijiet individwali tad-dħul u rtirar tal-prodotti u materjali miżmuma minnhom għal kwalunkwe bżonn, inkluż użu fil-bini tiegħu stess:

    - zukkarina,

    - grape must konċentrat,

    - grape must konċentrat ikkoreġut,

    - prodotti użati għall-aċidità,

    - prodotti użati għat-tneħħija ta' l-aċidità,

    - spirti distillati mill-inbid.

    Iż-żamma ta' reġistri individwali jew kontijiet ma għandhomx jipprovdu eżenzjoni min-notifikazzjonijiet imsemmija fl-Anness V.G.5 tar-Regolament (KE) Nru 1493/1999.

    2. Ir-reġistri individwali jew kontijiet imsemmija fil-paragrafu 1 għandhom juru separatament għal kull prodott:

    (a) fil-każ ta' daħliet:

    - l-isem jew isem tan-negozju u indirizz ta' min jipprovdi l-kunsinna, isemmi fejn adegwat id-dokument li akkumpanja t-trasport tal-prodott,

    - il-kwantità konċernata,

    - id-data tad-dħul;

    (b) fil-każ ta' rtirar:

    - il-kwantità konċernata,

    - id-data ta' użu jew irtirar,

    - fejn adegwat, l-isem jew isem tan-negozju u indirizz ta' min jirċievi l-kunsinna.

    Artikolu 16

    1. Id-daħliet fir-reġistri individwali jew kontijiet:

    - kif imsemmi fl-Artikolu 11, 12 u 13, għandu jkun magħmul, fil-każ ta' daħliet, mhux iktat tard mill-jum ta' xogħol wara li jkun irċevut u, fil-każ ta' rtirar, mhux iktar tard mit-tielet jum ta' xogħol wara d-dispaċċ,

    - kif imsemmi fl-Artikolu 14, għandu jkun magħmul mhux iktar tard mill-ewwel jum ta' xogħol wara l-operazzjoni u, fil-każ ta' arrikkiment, fil-jum innifsu,

    - kif imsemmi fl-Artikolu 15, għandu jkun magħmul, fil-każ ta' daħliet u rtirar, mhux iktar tard mill-jum ta' xogħol wara li jkun irċevut jew mid-dispaċċ u, fil-każ ta' użu, fil-jum ta' l-użu.

    Iżda, Stati Membri jistgħu jawtorizzaw limiti ta' żmien itwal li ma jiskorrux 30 jum, b'mod partikolari fejn reġistri kompjuterizzati huma użati, sakemm verifika tista' ssir xorta waħda fuq daħliet, irtirar u l-operazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 14 fi kwalunkwe żmien fuq il-bażi ta' dokumenti ta' appoġġ u li huma kunsidrati ta' min wieħed jistrieħ fuqhom mill-awtorità kompetenti jew minn aġenzija jew korp mogħti l-poteri minn dik l-awtorità.

    2. Minkejja l-ewwel subparagrafu ta' paragrafu 1 u soġġett għal kwalunkwe disposizzjonijiet adottati mill-Istati Membri taħt l-Artikolu 17, kunsinni ta' l-istess prodott jistgħu jkunu mdaħħla fir-reġistru ta' rtirirar bħala total ta' kull xahar fejn il-prodott huwa mqiegħed biss f'kontenituri kif imsemmija fl-Artikolu 4(2)(a).

    Artikolu 17

    1. Stati Membri jistgħu jawtorizzaw l-adattament ta' reġistri eżistenti u jistabbilixxu regoli addizzjonali jew ħtiġijiet iktar iebsa għaż-żamma u verifiki ta' reġistri. B'mod partikolari, jistgħu jeħtieġu kontijiet separati li jkunu miżmuma għal prodotti speċifiċi jew li reġistri separati jkunu miżmuma għal ċerti kategoriji ta' prodott jew għal ċerti operazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 14(1).

    2. Fejn l-Artikolu 5(2) huwa applikat, l-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu li r-reġistri jkunu miżmuma mill-awtorità kompetenti jew minn aġenzija jew korp mogħti l-poteri minn dik l-aġenzija.

    TITOLU III

    Disposizzjonijiet ġenerali u tranżitorji

    Artikolu 18

    1. Stati Membri jistgħu:

    (a) jipprovdu li jkunu miżmuma reġistri tal-provvisti ta' apparati li jagħlqu użati għat-tqegħid ta' prodotti ta' volum nominali ta' ħames litri jew inqas kif imfisser fl-Artikolu 4(2)(a) ikun rilaxxat fis-suq fit-territorju tagħhom, u għall-indikazzjoni ta' partikolaritajiet speċjali hemmhekk;

    (b) jeħtieġu informazzjoni addizzjonali fuq dokumenti li jakkumpanjaw kunsinni ta' prodotti ta' l-inbid magħmula fit-territorju tagħhom fejn tali informazzjoni hija neċessarja għal verifiki;

    (ċ) jistabbilixxu, fejn meħtieġ bl-applikazzjoni ta' sistema ta' reġistri kompjuterizzati ta' provvisti, il-post fejn ċerta informazzjoni obbligatorja għandha tkun imdaħħla fuq dokumenti li jakkumpanjaw kunsinni ta' prodotti ta' l-inbid fejn it-trasport jibda fit-territorju tagħhom, sakemm il-pjan tal-mudelli msemmija f'punt (a) ta' l-ewwel subparagrafu ta' l-Artikolu 7(1) ma huwiex mibdul;

    (d) jippermettu, għat-trasport li jibda u jispiċċa fit-territorju tagħhom mingħajr ma jgħaddu mit-territorju ta' Stat Membri ieħor jew minn pajjiż terz u għal perjodu tranżitorju li jiskadi fil-31 ta' Lulju ta' l-2002, id-dettalji tad-densità ta' l-għenba għandha tkun sostitwita bid-densità espressa fil-grad Oechsle;

    (e) jistabbilixxu li dokumenti li jakkumpanjaw it-tlestija fit-territorju tagħhom għandhom jindikaw mhux biss id-data iżda wkoll il-ħin fejn it-trasport beda;

    (f) jistabbilxxu, ma' l-Artikolu 4(1), li l-ebda dokument ma huwa meħtieġ fejn għeneb, mgħaffġin jew le, jew grape must huma trasportati mill-produtturi li jappartjenu għal grupp ta' produttur u produċew l-għeneb jew grape must infushom jew minn grupp ta' produttur li għandu l-prodott in kwistjoni fil-pussess tiegħu, jew fejn tali prodotti huma trasportati f'isem tali produtturi jew gruppi ta' produtturi għal punt ta' kollezzjoni jew għal stabbilimenti li jagħmlu l-inbid ta' dak il-grupp, sakemm tali trasport jibda u jispiċċa fl-istess żona tat-tkabbir ta' l-għeneb għall-inbid u, fejn il-prodott in kwistjoni huwa maħsub għal proċessar f'inbid ta' kwalita' psr, fir-reġjun speċifikat konċernat, inkluż qasam fl-immedjat tiegħu;

    (g) jistabbilixxu:

    - li min jibgħat il-kunsinna għandu jlesti kopja waħda jew iktar ta' dokumenti li jakkumpanjaw l-operazzjonijiet ta' trasport li jibdew fit-territorju tagħhom,

    - li min jirċievi l-kunsinna għandu jlesti kopja waħda jew iktar tad-dokumenti li jakkumpanjaw l-operazzjonijiet ta' transport li bdew fi stat Membri ieħor jew f'pajjiż terz u li spiċċaw fit-territorju tagħhom.

    F'tali każijiet, għandhom jiddeterminaw l-użu ta' tali kopji;

    (h) jistabbilixxu li d-deroga msemmija fl-Artikolu 4(1)(b) li tirrigwarda l-eżenzjoni mill-użu tad-dokument li jakkumpanja għal ċerti kunsinni ta' għeneb tista' ma jkunx applikata għat-trasport li jibda jew jispiċċa fuq it-territorju tagħhom;

    (i) jistabbilixxu li, fil-każ tat-trasport imsemmi fl-Artikolu 10 li jibda fit-territorju tagħhom u jispiċċa fuq dak ta' Stat Membri ieħor, min jibgħat il-kunsinna għandu jibgħat l-isem u l-indirizz ta' l-awtorità kompetenti tal-post tat-tneħħija tat-tagħbija flimkien mal-kopji magħmula taħt dak l-Artikolu.

    2. Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 21 tad-Direttiva 92/12/KEE, Stati Membri ma jistgħux jipprojbixxu jew itellfu l-moviment ta' prodotti mtella' f'kontenituri ta' kapaċità nominali ta' mhux iktar minn ħames litri kif imsemmija fl-Artikolu 4(2)(a) fuq bażi li jirrigwardaw l-apparati li jagħlqu użati, fejn l-apparat li jagħlaq jew tip ta' pakkett użat jidher fuq il-lista fl-Anness I.

    Iżda, għal prodotti mtella' fit-territorju tagħhom stess, Stati Membri jistgħu jipprojbixxu l-użu ta' ċerti apparati li jagħlqu jew tipi ta' pakkeġġjar li jidhru fil-listi fl-Anness I jew jagħmlu l-użu ta' tali apparati li jagħlqu soġġetti għal ċerta kondizzjonijiet.

    Artikolu 19

    1. Mingħajr preġudizzju għal disposizzjonijiet iktar iebsa li setgħu kienu adottati mill-Istati Membri għall-applikazzjoni tal-leġislazzjoni tagħhom jew proċeduri nazzjonali stabbiliti għall-għanijiet oħra, id-dokumenti li jakkumpanjaw u kopji meħtieġa taħt dan ir-Regolament għandhom ikunu miżmuma għal mill-inqas ħames snin mill-aħħar tas-sena kalendarja li matulha tlestew.

    2. Ir-reġistri u d-dokumenti li jikkonċernaw l-operazzjonijiet imdaħħla fihom għandhom ikunu miżmuma għal mill-inqas ħames snin wara l-għeluq tal-kontijiet li hemm referenza għalihom. Fejn kont jew aktar f'reġistru li jirrigwarda l-kwantitajiet insinifikanti ta' inbid għad ma humiex magħluqa, tali kontijiet jistgħu jkunu mressqa għal fuq reġistru ieħor, sakemm referenza hija magħmula għal tali tressiq fir-reġistru oriġinali. F'tali każ, il-perjodu ta' ħames snin imsemmi fl-ewwel subparagrafu għandu jibda fil-jum tat-tressiq.

    Artikolu 20

    1. Kull Stat Membru għandu jinnotifika l-Kummissjoni ta':

    - l-isem u indirizz ta' l-awtorità jew awtoritajiet responsabbli għall-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament,

    - fejn adegwat, l-isem u indirizz ta' kwalunkwe korpi li għandhom il-poter minn awtorità kompetenti għall-għanijiet ta' implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament.

    2. Kull Stat Membru għandu jinnotifika l-Kummissjoni bi:

    - kwalunkwe tibdiliet li jikkonċernaw l-awtoritajiet kompetenti u korpi msemmija fil-paragrafu 1,

    - il-miżuri li ħadu sabiex jimplimentaw dan ir-Regolament, fejn dawk il-miżuri huma ta' valur speċifiku għall-għanijiet ta' koperazzjoni bejn Stati Membri kif imfisser f'Regolament (KE) Nru 2729/2000.

    Artikolu 21

    1. Regolament (KEE) Nru 2238/93 huwa hawnhekk imħassar.

    2. Referenzi għar-Regolament imħassar fil-paragrafu 1 għandhom jitqiesu bħala referenza għal dan ir-Regolament.

    3. Iżda, l-verżjoni Taljana ta' l-Artikolu 4(2) tar-Regolament (KEE) Nru 2238/93 għandha tibqa' fis-seħħ fl-Italja sat-30 ta' Settembru ta' l-2001.

    Artikolu 22

    L-Artikolu 4(2) ta' dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-Italja fl-1 ta' Ottubru ta' l-2001.

    Artikolu 23

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum mill-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

    Għandu japplika mill-1 ta' Mejju ta' l-2001.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul Brussel, 24 ta' April ta' l-2001.

    Għall-Kummissjoni

    Franz Fishler

    Membru tal-Kummissjoni

    [1] ĠU L 179, ta’ l-14.7.1999, pġ. 1.

    [2] ĠU L 328, tat-23.12.2000, pġ. 2.

    [3] ĠU L 76, tat-23.3.1992, pġ. 1.

    [4] ĠU L 193, tad-29.7.2000, pġ. 73.

    [5] ĠU L 276, tad-19.9.1992, pġ. 1.

    [6] ĠU L 198, tas-7.8.1993, pġ. 5.

    [7] ĠU L 369, tat-18.12.1992, pġ. 17.

    [8] ĠU L 200, ta’ l-10.8.1993, pġ. 10.

    [9] ĠU L 188, tal-21.7.1999, pġ. 33.

    [10] Ara paġna 1 ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali

    [11] ĠU L 194, tal-31.7.2000, pġ. 45.

    [12] ĠU L 316, tal-15.12.2000, pġ. 16.

    [13] ĠU L 179, ta’ l-14.7.1999, pġ. 1.

    [14] ĠU L 328, tat-23.12.2000, pġ. 2.

    [15] ĠU L 179, ta’ l-14.7.1999, pġ. 1.

    [16] ĠU L 179, ta’ l-14.7.1999, pġ. 1.

    --------------------------------------------------

    ANNESS I

    Lista ta' apparati li jagħlqu approvati fil-Komunità għal kontenituri żgħar mimlija bi prodotti ta' l-inbid kif imsemmija fl-Artikolu 2(h)

    1. Tappijiet ċilindriċi magħmula mis-sufri jew sustanza oħra li ma tiċċaqlaqx, koperta jew le minn struttura teknoloġika li tista' tieħu l-forma ta' kappa jew diska b'mod partikolari. Din l-istruttura teknoloġika għandha titqies mhux tajba għall-użu mill-ġdid ladarba tinfetaħ u tista' tkun magħmula minn:

    - aluminju,

    - liga tal-metall,

    - plastik li jinġibed,

    - PVC bit-tapp ta' l-aluminju,

    - Xema' food-grade, kopert jew le b'sustanzi li ma jiċċaqalqux oħra.

    2. Tappijiet flanged magħmula mis-sufri jew sustanza oħra li ma tiċċaqlaqx imdaħħla kollha fl-għonq tal-flixkun, mimli b'kapsula tal-metall jew tal-plastik li tkopri kemm l-għonq u t-tapp u li huwa distruġġit malli jinfetaħ.

    3. Tappijiet f'forma ta' faqqiegħ magħmul mis-sufri jew sustanza oħra li ma tiċċaqlaqx, marbut b'għoqiedi u qafliet li għandhom ikunu mkissra meta jinfetħu, b'dan kollu jkun xi drabi kopert b'folja tal-metall jew tal-plastik.

    4. Għotjien li jinvitaw ta' l-aluminju jew tal-landa, bil-ġewwieni mimlu b'diska tas-sufri jew materjal ieħor li ma jiċċaqlaqx u siġill ta' sigurtà li huwa maqtugħ jew distruġġit meta jinfetaħ (siġilli pilfer-proof).

    5. Kapsuli tal-plastik bl-għatu li jinvita.

    6. Għotjien li jitqatgħu magħmula minn:

    - aluminju,

    - plastik,

    - taħlita tat-tnejn.

    7. Għotjien bil-qoxra tal-metall imwaħħla minn ġewwa b'diska tas-sufra jew materjal ieħor li ma jiċċaqlaqx.

    8. Apparati li jagħlqu li jiffurmaw parti ta' pakketti li ma jistgħux ikunu użati darb'oħra wara li jkunu miftuħa, bħal:

    - bottijiet tal-landa,

    - bottijiet ta' l-aluminju,

    - kontenituri tal-kartonċin,

    - kontenituri tal-plastik,

    - kontenituri magħmula minn taħlita tal-materjali hawn fuq imsemmija,

    - boroż tal-plastik flessibbli,

    - boroż flessibbli mħallta bl-aluminju u l-plastik,

    - tetrahedrons fil-fojl ta' l-aluminju.

    --------------------------------------------------

    ANNESS II

    Struzzjonijiet addizzjonali kif isiru d-dokumenti li jakkumpanjaw

    A. Regoli ġenerali

    1. Id-dokument għandu preferibilment ikun mimli bit-typewriter. Jekk mimli bl-id, għandu jkun mimli b'mod li jinqara u li ma jitħassarx.

    2. Id-dokument ma għandux ikollu fih kwalunkwe taħsiriet jew kliem miktub fuq xulxin. Id-dokument li jakkumpanja ma għandux jintuża jew isiru żbalji waqt li jkun qiegħed jimtela.

    3. Kopji jridu jkunu jew fotokopji awtentikati jew magħmula permezz ta' l-użu ta' NCR jew karta saħħara. Kwalunkwe kopja preskritta ta' dokument li jakkumpanja għandu jkun immarkat 'kopja' jew għandu jkollu marka ekwivalenti.

    4. Fejn dokument jitlesta f'konformità mal-mudell mogħti fl-Anness għar-Regolament (KEE) Nru 2719/02 (dokument li jakkumpanja jew dokument kummerċjali) jew mal-mudell fl-Anness għar-Regolament (KEE) Nru 3649/92 (dokument simplifikat li jakkumpanja jew dokument kummerċjali) huwa użat sabiex jakkumpanja prodott ta' l-inbid mhux soġġett għall-formalitajiet tal-moviment ta' prodotti ta' l-inbid stabbiliti permezz tad-Direttiva 92/12/KEE msemmija fl-Artikolu 3(2)(b), linja dijagonali għandha tkun imdaħħla minn rokna sa rokna tal-kaxex li ma japplikawx.

    B. Regoli speċjali

    1. Indikazzjonijiet li jirreferu għad-deskrizzjoni tal-prodott:

    1.1. Kategorija tal-prodott

    Indika l-kategorija li fiha jaqgħu il-prodotti permezz ta' l-użu ta' l-espressjoni li tikkonforma mar-regoli tal-Komunità li tagħti l-iktar deskrizzjoni eżatta tal-prodott, eż:

    - inbid ta' fuq il-mejda,

    - inbid ta' kwalità psr,

    - grape must,

    - grape must għall-inbid ta' kwalita' psr,

    - inbid importat.

    1.2. Saħħa alkoħolika attwali u totali, densità.

    Meta d-dokument li jakkumpanja huwa mimli fi:

    (a) is-saħħa alkoħolika attwali ta' l-inbid, esklużi inbejjed ġodda li għadhom jiffermentaw, jew saħħa alkoħolika totali ta' inbid ġdid li għadu jiffermenta u grape must nofsu ffermentat għandu jkun espress bħala 1 % vol u għaxar partijiet ta' % vol.

    (b) L-indiċi rifrattiv tal-grape must għandu jkun miġjub permezz tal-metodu li jkejjel rikonoxxut mill-Komunità. Għandu jkun espress mis-saħħa alkoħolika potenzjali f' % vol. Dan jista' jkun sostitwit permezz tad-densità espressa fi grammi għal kull ċm3.

    (ċ) Id-densità tal-grape must frisk b'fermentazzjoni mwaqqfa permezz taż-żieda ta' alkoħol għandha tkun espressa fi grammi għal kull ċm3 u s-saħħa alkoħolika attwali ta' dak il-prodott għandu jkun espress f' % vol u għaxar partijiet ta' % vol.

    (d) Il-kontenut taz-zokkor ta' grape must konċentrat, rectified grape must u juice ta' l-għeneb konċentrat għandu jkun espress permezz tal-kontenut fi grammi għal kull litru u għal kull kilogramma, ta' zokkor totali;

    (e) Is-saħħa attwali alkoħolika tal-grape marc u tal-wine lees jistgħu jkunu wkoll indikati (mhux bil-fors) u espressi f'litri ta' alkoħol pur għal kull decitonne.

    Din l-informazzjoni għandha tkun espressa permezz ta' l-użu ta' listi ta' ekwivalenza rikonoxxuti mill-Komunità, misjuba fir-regoli fuq il-metodi ta' l-analiżi.

    Mingħajr preġudizzju għad-disposizzjonijiet tal-Komunità li jistabbilixxu limiti għal ċerti prodotti ta' l-inbid, it-tolleranzi segwenti għandhom ikunu permessi:

    - għal dak li jirrigwarda s-saħħa totali jew attwali, tolleranza ta' ± 0,2 % vol,

    - għal dak li jirrigwarda densità, tolleranza ta' sitt units madwar ir-raba' post deċimali (± 0,0006),

    - għal dak li jirrigwarda l-kontenut taz-zokkor, ± 3 %.

    2. Indikazzjonijiet li jirreferu għall-kwantità netta:

    Il-kwantità netta:

    - ta' għeneb, grape must konċentrat, rectified grape must konċentrat, juice ta' l-għeneb konċentrat, grape marc u wine lees f'tunnellati jew kilogrammi għandhom ikunu espressi bis-simboli 't' jew 'kg',

    - ta' prodotti oħra f'ettalitri jew litri għandhom ikunu espressi bis-simboli 'hl' jew 'l'.

    Tolleranza ta' 1,5 % tal-kwantità netta totali tista' tkun permessa meta tkun indikata l-kwantità ta' prodotti miġjuba fi kwantità.

    3. Indikazzjonijiet oħra għall-ġarr ta' prodotti fil-balk:

    3.1. Żona fejn jitkabbar għeneb għall-inbid

    Agħti ż-żona fejn jitkabbar għeneb għall-inbid fejn il-prodott trasportat joriġina f'konformità ma' l-Anness III għar-Regolament (KE) Nru 1493/1999, permezz ta' l-użu tat-taqsiriet segwenti: A, B, CI(a), CI(b), CII, CIII(a) u CIII(b).

    3.2. Operazzjonijiet magħmula

    Indika wkoll l-operazzjonijiet fejn il-prodotti trasportati għaddew minnu, permezz ta' l-użu tal-figuri segwenti fil-parentisi:

    0 : il-prodott ma għadda minn l-ebda waħda mill-operazzjonijiet segwenti;

    1 : il-prodott mar għall-aħjar;

    2 : il-prodott ġie miżjud bl-aċidità;

    3 : il-prodott ġie mneħħi mill-aċidità;

    4 : il-prodott ġie iktar ħelu;

    5 : il-prodott ġie msaħħaħ għad-distillazzjoni;

    6 : prodott li joriġina f'unit ġeografiku ħlief dak indikat fid-deskrizzjoni ġie miżjud mall-prodott;

    7 : prodott li joriġina minn varjetà ta' dwieli ħlief dak indikat fid-deskrizzjoni ġie miżjud mal-prodott;

    8 : prodott li huwa mkabbar matul sena ħlief dak indikat fid-deskrizzjoni ġie miżjud mal-prodott;

    9 : operazzjonijiet oħra (speċifika).

    Eżempji:

    - għal inbid li joriġina f'żona B li ġie mtejjeb, indika B(1),

    - għal grape must li joriġina f'żona CIII(b) li ġie miżjud bl-aċidità, indika CIII(b)(2).

    Indikazzjonijiet li jirrigwardaw iż-żona tat-tkabbir ta' l-inbid u l-operazzjonijiet magħmula għandhom ikunu mogħtija flimkien ma' dawk li jirrigwardaw id-deskrizzjoni tal-prodott u fl-istess qasam ta' viżjoni.

    C. Informazzjoni meħtieġa għat-tlestija tad-dokument li jakkumpanja msemmi fl-Artikolu 3(3) ta' dan ir-Regolament (L-ANNESS III)

    Nota ta' introduzzjoni:

    Il-mudell għad-dokument li jakkumpanja mogħti fl-Anness III għandu jkun rispettat strettament. Iżda, id-daqs tal-kaxex immarkati bil-linji u maħsuba għall-informazzjoni stabbilita huma mogħtija bħala gwida biss.

    | Nru ta' kaxxa fil-mudell mogħti fl-Anness III |

    Min jibgħat il-kunsinna: isem sħiħ u indirizz inkluż kodiċi postali | 1 |

    Numru ta' referenza: numru ta' referenza li tidintefika l-kunsinna fir-reġistri ta' min jibgħat il-kunsinna (per eżempju, in-numru tal-fattura) | 2 |

    Min jirċievi l-kunsinna: isem sħiħ u indirizz inkluż il-kodiċi postali | 3 |

    Awtorità kompetenti fil-post ta' dispaċċ: l-isem u indirizz ta' l-awtorità kompetenti responsabbli għall-verifikar tad-dokument kummerċjali fil-post ta' dispaċċ. Dan huwa meħtieġ biss fil-każ ta' tagħbija fi Stat Membru ieħor jew għall-esportazzjoni barra l-Komunità. | 4 |

    Min iġorr: isem u indirizz tal-persuna responsabbli għall-organizzazzjoni ta' l-ewwel moviment (jekk differenti minn min jibgħat il-kunsinna) Dettalji oħra tat-trasport Indika: (a)it-tip ta' trasport użat (trakk, vann, tanker, karrozza, vagun tal-ferrovija, tanker tal-ferrovija, ajruplan)(b)numru ta' reġistrazzjoni jew, fil-każ ta' vapur, l-isem (mhux bil-fors) | 5 |

    Data ta' dispaċċ u, fejn hekk imniżżel mill-Istat Membru fuq liema territorju l-ġarr jibda, l-isem tad-dispaċċ. Fejn hemm bidla minn tip wieħed ta' trasport sa ieħor, ir-reffiegħ li qed igħabbi l-prodott għandu jindika fuq il-wara tad-dokument: l-isem tad-dispaċċ,it-tip ta' trasport użat u n-numru ta' reġistrazzjoni għal vetturi u l-isem għall-vapuri,ismu, kunjomu jew l-isem tal-kumpanija u l-indirizz inkluż il-kodiċi postali | 6 |

    Post ta' distribuzzjoni: il-post attwali tad-distribuzzjoni jekk il-merkanzija ma ġietx distribwita għall-indirizz mogħti għal min jirċievi l-kunsinna. Għall-merkanzija esportata, wieħed mill-kliem mogħtija fl-Artikolu 8(2) għandhom ikunu mdaħħla. | 7 |

    Deskrizzjoni tal-prodott esegwit f'konformità mar-Regolamenti (KEE) Nri 2392/89 u 3201/90 u kwalunkwe regoli nazzjonali li japplikaw, b'mod partikolari indikazzjonijiet ta' bil-fors. Pakketti u dekrizzjoni tal-merkanzija: numri ta' identifikazzjoni u numru tal-pakketti esterni, numru ta' pakketti interni | 8 |

    Id-deskrizzjoni tista' tkompli fuq folja separata mwaħħla ma' kull kopja. Lista tal-pakketti tista' tkun użata għal dan il-għan Għal tagħbija tal-balk: ta' inbid, is-saħħa alkoħolika attwali,ta' prodotti mhux fermentati, l-indiċi rifrattiv jew densità,ta' prodotti fil-fermentazzjoni, is-saħħa alkoħolika totali,ta' inbejjed f'kontenut ta' zokkor li baqa' ta' iktar minn erba' grammi għal kull litru, flimkien mas-saħħa alkoħolika netta, is-saħħa alkoħolika totali | 8 |

    Kwantità: għal prodotti bil-balk, il-kwantità netta totali,għal prodotti pakkeġġjati, in-numru u volum nominali tal-kontenituri użati | 9 |

    Informazzjoni addizzjonali stabbilita mill-Istati Membri ta' dispaċċ: fejn tali informazzjoni hija mniżżla, l-istruzzjonijiet ta' l-Istati Membri konċernati għandhom ikunu f'konformità magħhom; jekk le, daħħal linja dijagonali f'din il-kaxxa | 10 |

    Ċertifikat ta' oriġini magħżula jew ta' provenjenza: ara l-Artikolu 7 | 11 |

    --------------------------------------------------

    ANNESS III

    +++++ TIFF +++++

    --------------------------------------------------

    ANNESS IV

    +++++ TIFF +++++

    1. Apparat ta' Stat Membru.

    2. Awtorità kompetenti jew korp b'responsabbilita' territrojali.

    3. Awtentiċità.

    --------------------------------------------------

    Top