This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32001R0382
Council Regulation (EC) No 382/2001 of 26 February 2001 concerning the implementation of projects promoting cooperation and commercial relations between the European Union and the industrialised countries of North America, the Far East and Australasia and repealing Regulation (EC) No 1035/1999
Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 382/2001 tas-26 ta' Frar 2001 rigward l-implimentazzjoni ta' proġetti li jippromwovu koperazzjoni u relazzjonijiet kummerċjali bejn l-Unjoni Ewropea u l-pajjiżi industrijalizzati ta' l-Amerka ta' Fuq, il-Lvant Imbiegħed u l-Awstralasja u r-Regolament abrogat (KE) Nru 1035/1999
Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 382/2001 tas-26 ta' Frar 2001 rigward l-implimentazzjoni ta' proġetti li jippromwovu koperazzjoni u relazzjonijiet kummerċjali bejn l-Unjoni Ewropea u l-pajjiżi industrijalizzati ta' l-Amerka ta' Fuq, il-Lvant Imbiegħed u l-Awstralasja u r-Regolament abrogat (KE) Nru 1035/1999
ĠU L 57, 27.2.2001, p. 10–13
(ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL)
No longer in force, Date of end of validity: 31/12/2006; Imħassar b' 32006R1934
Official Journal L 057 , 27/02/2001 P. 0010 - 0013
Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 382/2001 tas-26 ta' Frar 2001 rigward l-implimentazzjoni ta' proġetti li jippromwovu koperazzjoni u relazzjonijiet kummerċjali bejn l-Unjoni Ewropea u l-pajjiżi industrijalizzati ta' l-Amerka ta' Fuq, il-Lvant Imbiegħed u l-Awstralasja u r-Regolament abrogat (KE) Nru 1035/1999 IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA, Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 133 u l-Artikolu 308 tiegħu, Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni, Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew [1], Billi: (1) Il-promozzjoni ta' koperazzjoni u relazzjonijiet kummercjali ma' pajjiżi industrijalizzati għandhom jitkomplew għall-interess reċiproku tal-Komunità u l-pajjiż sħab ikkonċernat. (2) Il-Parlament Ewropew adotta diversi riżoluzzjonijiet dwar ir-relazzjonijiet bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Uniti ta' l-Amerka fl-1994, fl-1998 u fl-1999. L-Unjoni Ewropea u l-Istati Uniti ta' l-Amerka ftehmu li jsaħħu r-relazzjonjiet ta' bejniethom fid-Dikjarazzjoni Transatlantika ta' l-1990, fl-Aġenda Transatlantika Ġdida ta' l-1995, fil-Partnership Transatlantiku Ekonomiku ta' l-1998 u fid-Dikjarazzjoni ta' Bonn fl-1999. Il-politika kummerċjali komuni għandha tkun kompluta minn tixrid ulterjuri ta' għarfien ġenerali bi djalogu iktar intensiv bejn il-parteċipanti fir-relazzjonijiet bejn l-Unjoni Ewropew u l-Istati Uniti ta' l-Amerka. (3) Fl-1996, il-Parlament Ewropew adotta riżoluzzjoni u l-Kumitat Soċjali u Ekonomiku adotta opinjoni dwar ir-relazzjonijiet bejn l-Unjoni Ewropea u l-Kanada, b'sejħa għal relazzjonijiet eqreb mal-Kanada. Il-Komunitajiet Ewropej u l-Kanada ffirmaw Ftehim Kwadru għall-koperazzjoni kummerċjali u ekonomika [2] fl-1976 u ffirmaw Dikjarazzjoni fuq ir-relazzjonijiet bejn il-KE u l-Kanada fl-1990, u qablu li jsaħħu r-relazzjoni ta' bejniethom fid-Dikjarazzjoni Politika Konġunta ta' l-1996. Ir-relazzjonijiet bejn l-Unjoni Ewropea u l-Kanada saru aktar varjati u l-Kanada hi sieħba prinċipali fl-oqsma tal-kummerċ multilaterali u f'kwistjonijiet dwar sfidi globali u dwar il-politika barranija u ta' sigurtà komuni. Hu għalhekk neċessarju li jitkomplew jissaħħu dawn ir-relazzjonijet permezz ta' proċess intensifikat ta' konsultazzjoni u koperazzjoni fuq numru dejjem jikber ta' kwistjonijiet. (4) L-attivitajiet koperti minn strumenti speċifiċi, bħall-Ftehim bejn il-Komunità u l-Istati Uniti ta' l-Amerika u bejn il-Komunità u l-Kanada li jistabbilixxu programmi għall-koperazzjoni f'edukazzjoni għola u taħriġ, għandhom jiġu kompluti u mhux effettwati minn dan ir-Regolament. (5) L-Unjoni Ewropea u l-Ġappun iddeċiedew li jintensifikaw id-djalogu tagħhom u li jsaħħu l-koperazzjoni u s-sħubija tagħhom fid-Dikjarazzjoni Konġunta ta' l-1991. Il-Parlament Ewropew adotta Risoluzzjoni fuq il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Kunsill bit-tema "Ewropa u Ġappun: il-passi li jmiss" [3]. Il-konklużjonijiet tal-Kunsill fuq il-komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar il-Ġappun jirrikonoxxu l-problemi distinti u speċifiċi ta' l-aċċess għas-suq fil-Ġappun. Il-Kunsill ikkunsidra li għandha tingħata prijorità lit-titjib ta' l-aċċess għas-suq Ġappuniż. Fid-dawl ta' dan, il-Kunsill adotta ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1035/1999 tal-11 ta' Mejju 1999 dwar l-implimentazzjoni mill-Kummissjoni ta' programm ta' miżuri u azzjonijiet speċifiċi biex jittejjeb l-aċċess tal-merkanzija u tas-servizzi tul il-fruntieri ta' l-Unjoni Ewropea fil-Ġappun [4]. Dan ir-Regolament se jiskadi fil-31 ta' Diċembru 2001. Ir-riżultati li jevalwaw il-programm tal-Kummissjoni deskritt hawn fuq urew l-utilità u l-effikaċja tal-programm. Hu għalhekk meqjus neċessarju li titkompla l-implimentazzjoni tal-programmi tal-Kummissjoni deskritti fl-imsemmi Regolament. Dan ir-Regolament hu mingħajr preġudizzju għad-Deċiżjoni tal-Kunsill 92/278/KEE tat-18 ta' Mejju 1992 dwar il-konsolidament taċ-Ċentru Ewro-Ġappuniż għall-Koperazzjoni Industrijali [5] li jibqa' validu. Ir-Regolament (KE) Nru 1035/1999 għandu jitħassar u sostitwit minn dan ir-Regolament. (6) Il-koperazzjoni bilaterali mar-Repubblika tal-Korea f'oqsma ekonomiċi u f'setturi oħrajn għandha tiġi msaħħa skond il-prinċipji tal-Ftehim Kwadru fuq il-Kummerċ u l-Koperazzjoni mal-Korea, skond l-opinjoni tal-Parlament Ewropew, u skond il-Konklużjonijiet tal-Kunsill dwar il-Peninsula Koreana. L-Unjoni Ewropea għandha tappoġġa l-prinċipji tas-suq fil-Korea u tippromwovi t-tneħħija ta' tfixkil eżistenti lill-kummerċ u lill-investiment. (7) Fid-Dikjarazzjoni Konġunta ta' l-1997, l-Unjoni Ewropea u l-Awstralja qablu li jsaħħu r-relazzjoni ta' bejniethom u jikkoperaw fid-diversi setturi li fihom jaqsmu interessi komuni. Bil-għan li jissaħħew aktar dawn ir-relazzjonijiet, hu neċessarju proċess intensifikat ta' konsultazzjoni u koperazzjoni fuq numru dejjem jikber ta' kwistjonijiet bilaterali u internazzjonali. (8) Fid-Dikjarazzjoni Konġunta ta' l-1999, l-Unjoni Ewropea u n-New Zealand qablu li jsaħħu r-relazzjonijiet u l-koperazzjoni ta' bejniethom ibbażati fuq interess komuni għall-benefiċċju reċiproku tal-popli tagħhom, u biex jattribwixxu għar-relazzjonijiet reċiproċi perspettiva għal terminu fit-tul. (9) Attwalment hemm numru ta' linji żgħar ta' bilanċ għall-finanzjament tad-diversi azzjonijiet tal-Komunità fir-rigward tal-promozzjoni tal-koperazzjoni u tar-relazzjonijiet kummerċjali mal-pajjiżi industrijalizzati msemmija f'dan ir-Regolament. Ċerti approprjazzjonijiet għall-finanzjament tqiegħdu għad-disposizzjoni fil-qafas ta' dawn il-linji ta' bilanċ għall-finanzjament ta' proġetti pilota u ta' azzjonijiet preparatorji. Wara sentejn esperjenza f'dawn il-proġetti pilota u f'azzjonijiet preparatorji, il-miżuri implimentati s'issa wrew l-utilità tagħħhom u wrew il-ħtieġa għal kontinwazzjoni bħala attivitajiet regolari. Il-Komunità għandu jkollha l-mezzi neċessarji għad-disposizzjoni tagħha fuq bażi regolari sabiex tkun tista' timplimenta t-tali miżuri fil-futur. Hu għalhekk meqjus neċessarju, għal effikaċja maġġuri, għar-razzjonaliżmu u għall-kontinwazzjoni, biex tiġi stabbilita linja ta' bilanċ għall-finanzjament ta' l-attivitajiet imsemmija f'dan ir-Regolament. Dan m'għandux, madankollu, jaffettwa t-trasparenza ta' l-utilizzazzjoni ta' dawn il-linji ta' bilanċ neċessarji għall-proċeduri ta' kontroll tal-Parlament Ewropew. (10) Il-miżuri neċessarji għall-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament għandhom jiġu adottati skond id-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE tat-28 ta' Ġunju 1999 li tistabbilixxi l-proċeduri għall-eżerċizzju tal-poteri ta' implimentazzjoni mogħtija lill-Kummissjoni [6]. (11) Hi r-responsabbiltà primarja ta' l-Istati Membri li jelaboraw u jimplimentaw programmi ta' miżuri u azzjonijiet biex jappoġġaw l-isforzi ta' l-esportaturi tagħhom biex jibnu preżenza kummerċjali fi swieq barranin. (12) Dan ir-Regolament m'għandux jaffettwa l-attivitajiet ta' l-Istati Membri fil-promozzjoni ta' l-esportazzjoni tagħhom tal-merkanzija u tas-servizzi tul il-fruntieri lejn swieq ta' terzi pajjiżi. (13) Il-Kummissjoni għandha tikkopera ma' l-Istati Membri biex timplimenta programm speċifiku, koerenti u mmirat ta' miżuri u azzjonijiet li jikkompleta u jżid il-valur lill-isforzi meħuda mill-Istati Membri fis-suq Ġappuniż. (14) Parti mill-attivitajiet li jidħlu fl-iskop ta' dan ir-Regolament huma koperti mill-Artikolu 133 tat-Trattat; għall-attivitajiet l-oħra, it-Trattat ma jipprevedix poteri għajr dawk li hemm fl-Artikolu 308 tiegħu. (15) Dan ir-Regolament għandu jiskadi fil-31 ta' Diċembru 2005, ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT: Artikolu 1 Il-Komunità għandha tkompli timplimenta azzjonijiet biex tippromwovi l-koperazzjoni u r-relazzjonijiet kummerċjali bejn il-Komunità u l-pajjiżi industrijalizzati ta' l-Amerika ta' Fuq, tal-Lvant Imbiegħed u ta' l-Awstralasja. Għall-iskop ta' dan ir-Regolament, il-pajjiżi industrijalizzati ta' l-Amerika ta' Fuq, tal-Lvant Imbiegħed u ta' l-Awstralasja għandhom jinkludu l-Istati Uniti, il-Kanada, il-Ġappun, ir-Repubblika tal-Korea (hawnhekk iżjed ‘il quddiem imsejħa "Korea"), l-Awstralja u n-New Zealand, hawnhekk iżjed ‘il quddiem imsejħa "il-pajjiżi sħab". Artikolu 2 L-ammont tal-kontribut tal-Komunità meqjus neċessarju għall-implimentazzjoni ta' l-azzjonijiet identifikati f'dan ir-Regolament għandu jiġi stabbilit mill-awtorità tal-budget fuq bażi annwali. Artikolu 3 Koperazzjoni L-azzjonijiet għall-promozzjoni tal-koperazzjoni għandhom jintużaw biex jappoġġaw l-għanijiet stabbiliti fid-diversi strumenti bilaterali f'dan il-qasam bejn l-Unjoni Ewropea u l-pajjiżi sħab, sabiex jiġi maħluq ambjent aktar favorevoli għat-twettiq u għal żvilupp aktar tar-relazzjonijiet bejn l-Unjoni Ewropea u l-pajjiżi sħab. Artikolu 4 Il-finanzjament tal-Komunità fil-qasam tal-koperazzjoni għandu jkopri, b'mod partikolari, it-tipi ta' attivitajiet li ġejjin: (a) l-edukazzjoni u l-informazzjoni għall-pubbliku dwar ir-relazzjonijiet bilaterali bejn l-Unjoni Ewropea u l-pajjiżi sħab, b'referenza partikolari għall-operaturi politiċi, għal dawk li jsawru l-opinjoni u għal multiplikaturi oħrajn; (b) it-tisħiħ tar-rabtiet kulturali, akkademiċi u ta' persuni għal persuni; (ċ) il-promozzjoni tad-djalogu bejn is-sħab politiċi, ekonomiċi u soċjali u l-organizzazzjonijiet mhux governattivi (OMG) fid-diversi setturi rilevanti (d) ix-xogħol ta' riċerka u studji destinati biex jipprovdu input għax-xogħol tal-Kummissjoni, bil-għan ta' żvilupp ulterjuri tar-relazzjonijiet bilaterali; (e) il-proġetti ta' koperazzjoni fuq kwistjonijiet relattivi mas-setturi xjentifiku u teknoloġiku, ta' l-enerġija, tat-trasport u ta' l-ambjent; (f) il-promozzjoni tal-koperazzjoni doganali bejn l-Unjoni Ewropea u l-pajjiżi sħab; (g) il-promozzjoni tal-viżibilità ta' l-Unjoni Ewropea fil-pajjiżi sħab; (h) il-proġetti pilota, li sussegwentament jistgħu jwasslu għall-finanzjament ta' attivitajiet regolari ġodda. Artikolu 5 Il-finanzjament ta' proġetti ta' koperazzjoni jsir mill-budget tal-Komunità jew b'mod sħiħ jew fil-forma ta' ko-finanzjament ma' sorsi oħra fil-pajjiżi sħab u/jew ta' l-Unjoni Ewropea. Fl-implimentazzjoni ta' l-Artikolu 4, il-Kummissjoni għandha tiżgura li l-proġetti ta' koperazzjoni huma koerenti b'mod ġuridiku u sostanzjali ma' l-attivitajiet iffinanzjati fil-qafas ta' politika rilevanti oħra tal-Komunità. Artikolu 6 Relazzjonijiet kummerċjali 1. B'koperazzjoni ma' l-Istati Membri, li huma primarjament responsabbli għall-elaborazzjoni u għall-implimentazzjoni tal-programmi u ta' l-azzjonijiet biex jippromwovu l-esportazzjoni tal-merkanzija u tas-servizzi tul il-fruniteri tal-Komunità fi swieq ta' pajjiżi terzi, il-Komunità għandha timplimenta programmi speċifiċi, koerenti u mmirati ta' miżuri u azzjonijiet li jikkompletaw u jżidu l-valur lill-isforzi meħuda mill-Istati Membri u minn korpi pubbliċi oħra ta' l-Unjoni Ewropea fis-suq Ġappuniż. L-attivitajiet ta' l-Istati Membri fil-proġettazzjoni u fl-implimentazzjoni ta' politika, programmi u arranġamenti għall-promozzjoni ta' l-esportazzjoni tagħhom tal-merkanzija u tas-servizzi tul il-fruntiera lejn swieq ta' pajjiżi terzi m'għandhomx jiġu milquta minn dan ir-Regolament. 2. Il-finanzjament komunitarju f'dan il-qasam għandu jkopri, b'mod partikolari, ir-reklutaġġ, it-taħriġ, il-preparazzjoni ta' qabel il-missjoni u l-parteċipazzjoni ta' gruppi ta' diriġenti Ewropew, notevolment minn intrapriżi żgħar u ta' daqs medju (IŻM), biex jipparteċipaw f'azzjonijiet fil-Ġappun immirati għat-titjib tal-preżenza kummerċjali tagħhom fis-suq Ġappuniż (il-kampanja ta' "Aċċess għas-suq Ġappuniż"). 3. B'addizzjoni għall-miżura msemmija fil-paragrafu 2 jista' jingħata sostenn lill-azzjonijiet u lill-miżuri li ġejjin, fejn xieraq: (a) il-ġbir ta' informazzjoni u konsulenza strateġika fuq kwistjonijiet relatati mas-settur kummerċjali mal-Ġappun; (b) konferenzi u seminars għall-promozzjoni tar-relazzjonijiet kummerċjali u ta' investiment bejn l-Unjoni Ewropea u l-Ġappun; (ċ) missjonijiet ta' kummerċ ta' livell għoli biex jiġu ndirizzati kwistjonijiet speċifiċi għas-suq fil-Ġappun; (d) azzjonijiet speċjali li jiffaċilitaw l-aċċess lis-suq Ġappuniż minn impriżi tal-Komunità, notevolment l-IŻM. 4. Fl-implimentazzjoni tal-paragrafu 3, il-Kummissjoni għandha tiżgura l-kompatibilità sħiħa ta' attivitajiet speċifiċi mal-politika tal-Komunità u l-Istati Membri. Artikolu 7 Il-finanzjament komunitarju jkompli jkopri l-programmi għall-formazzjoni għall-ħolqien ta' gruppi ta' diriġenti Ewropew kapaċi jikkomunikaw u joperaw fid-dinja tal-kummerċ tal-Ġappun u tal-Korea ("Programmi għal Taħriġ Eżekuttiv"). Artikolu 8 Il-miżuri neċessarji għall-implimentazzjoni ta' l-Artikoli 6 u 7 għandhom jiġu adottati skond il-proċedura ta' konsulenza stabbilita fl-Artikolu 9. Artikolu 9 Proċeduri ta' implimentazzjoni 1. Il-Kummissjoni għandha tiġi mgħejjuna minn Kumitat. 2. Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikoli 3 sa 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE. 3. Il-Kumitat għandu jadotta r-regoli tiegħu ta' proċedura. 4. Il-Parlament Ewropew għandu jingħata l-informazzjoni fuq bażi regolari mill-Kummissjoni dwar ix-xogħol tal-Kumitat. Għal dan l-iskop, hu għandu jirċievi l-aġendi tal-laqgħat tal-Kumitat, il-miżuri abbozzati mogħtija lill-Kumitat għall-implimentazzjoni tal-proġetti, ir-riżultati tal-voti u s-sommarji tad-diskussjonijiet fil-laqgħat. Artikolu 10 1. Il-Kummissjoni għandha tipprovdi, fuq talba ta' kwalunkwe parti interessata fil-Komunità u fil-pajjiżi sħab, dokumentazzjoni kompluta u l-informazzjoni kollha neċessarja fuq il-programmi u fuq il-kondizzjonijiet tal-parteċipazzjoni. 2. Ir-riżultati tas-sejħa għal offerti ta' xogħol inkluż l-informazzjoni fuq in-numru ta' sejħiet riċevuti, id-data ta' l-għotja tal-kuntratt, l-isem u l-indirizz ta' dawk li għamlu l-offerti li rnexxew għandhom jiġu ppubblikati fuq l-Internet. Dawn għandhom jiġu kkomunikati regolarment lill-Parlament Ewropew. Artikolu 11 Il-Kummissjoni għandha tippreżenta kull sentejn rapport fuq l-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. Ir-rapport għandu jistabbilixxi r-riżultati ta' l-implimentazzjoni tal-budget u jippreżenta l-azzjonijiet u l-programmi ffinanzjati matul is-sena. B'addizzjoni, il-Kummissjoni għandha tevalwa l-azzjonijiet u l-programmi ffinanzjati fil-qafas ta' dan ir-Regolament sabiex tistabbilixxi jekk dawn kisbux l-għanijiet tagħhom. Din l-evalwazzjoni għandha ssir fi żmien tliet snin mid-dħul fis-seħħ tar-Regolament. Fejn hu l-każ, ir-rapporti ta' evalwazzjoni għandhom iqisu wkoll l-obbligazzjonijiet kuntrattwali u l-prinċipji ta' ġestjoni ġusta u għandhom jinkludu r-riżultati ta' analiżi effettiva. Parti limitata tal-budget annwali għandha tintuża għall-finanzjament ta' studji ta' evalwazzjoni ta' l-azzjonijiet u tal-programmi meħuda fil-qafas ta' dan ir-Regolament. Artikolu 12 1. Ir-Regolament (KE) Nru. 1035/1999 huwa hawnhekk imħassar. 2. Kwalunkwe referenza magħmula għar-Regolament imħassar għandha titqies bħala referenza għal dan ir-Regolament. Artikolu 13 Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej. Għandu jiskadi fil-31 ta' Diċembru 2005. Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussel, fis-26 ta' Frar 2001. F'isem il-Kunsill Il-President A. Lindh [1] Opinjoni mogħtija fil-31 ta' Jannar (għadha mhux ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali). [2] ĠU L 260, ta' l-24.09.76, pġ. 2. [3] ĠU C 304, tas-06.10.97, pġ. 119. [4] ĠU L 127, tal-21.05.99, pġ. 1. [5] ĠU L 144, tas-26.05.92, pġ. 19. [6] ĠU L 184, tas-17.07.99, pġ. 3. --------------------------------------------------