EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32001L0107

Id-Direttiva 2001/107/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Jannar 2002 li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 85/611/KEE dwar il-kordinazzjoni ta' liġijiet, regolamenti u disposizzjonijiet amministrattivi li jirrigwardaw l-impriżi ta' investiment kollettiv f'titoli trasferibbli (UCITS) bl-iskop li jiġu rregolati kumpanniji ta' amministrazzjoni u prospectuses simplifikati

ĠU L 41, 13.2.2002, p. 20–34 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 01/07/2011

ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2001/107/oj

32001L0107



Official Journal L 041 , 13/02/2002 P. 0020 - 0034


Id-Direttiva 2001/107/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

tal-21 ta' Jannar 2002

li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 85/611/KEE dwar il-kordinazzjoni ta' liġijiet, regolamenti u disposizzjonijiet amministrattivi li jirrigwardaw l-impriżi ta' investiment kollettiv f'titoli trasferibbli (UCITS) bl-iskop li jiġu rregolati kumpanniji ta' amministrazzjoni u prospectuses simplifikati

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 47(2) tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni [1],

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali [2],

Filwaqt li jaġixxu skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 251 tat-Trattat [3],

Billi:

(1) Id-Direttiva tal-Kunsill 85/611/KEE ta' l-20 ta' Diċembru 1985 dwar impriżi għal investiment kollettiv f titoli trasferibbli (UCITS) [4], diġà kkontribwiet b' mod sinifikanti biex jintlaħaq Suq Wieħed f' dan il-qasam, li jistabbilixxi - għall-ewwel darba fis-settur tas-servizzi finanzjarji - il-prinċipju ta' rikonoxximent reċiproku ta' awtorizzazzjoni u disposizzjoniiet oħra li jiffaċilitaw iċ-ċirkolazzjoni libera fl-Unjoni Ewropea ta' l-unitajiet ta' impriżi ta' investiment kollettiv (unit trusts/fondi komuni jew bħala kumpanniji ta' investiment) koperti b'dik id-Direttiva.

(2) Madankollu, d-Direttiva 85/611/KEE ma tirregolax daqshekk il-kumpanniji li jamministraw impriżi ta' investiment kollettiv (hekk imsejħa "kumpanniji amministrattivi"). B'mod partikolari, d-Direttiva 85/611/KEE ma tistabbilixxix disposizzjonijiet li jassiguraw fl-Istati Membri kollha regoli u kondizzjonijiet ta' operazzjoni ekwivalenti għal aċċess tas-suq għal dawn il-kumpanniji. Id-Direttiva 85/611/KEE ma tistabbilix disposizzjonijiet li jirregolaw l-istabbiliment ta' fergħat u d-disposizzjoni libera ta' servizzi minn dawn il-kumpanniji fi Stati Membri barra mill-Istat Membru tal-post tagħhom.

(3) Awtorizzazzjoni mogħtija fl-Istat Membru tal-post tal-kumpannija ta' amministrazzjoni għandha tassigura protezzjoni għall-investitur u likwidazzjoni ta' kumpanniji ta' investiment, bl-iskop ta' kontribuzzjoni għall-istabbilità tas-sistema finanzjarja. L-approċ adottat għandu jassigura l-armonizzazzjoni essenzjali neċessarja u biżżejjed biex tassigura r-rikonoxximent reċiproku ta' awtorizzazzjoni u ta' sistemi prudenti ta' sorveljanza, biex ikun possibbli li tingħata awtorizzazzjoni waħda valida fl-Unjoni Ewropea u l-applikazzjoni tas-sorveljanza ta' l-Istat Membru tal-post.

(4) Huwa neċessarju, għall-protezzjoni ta' investituri, li tingħata overview interna ta' kull kumpannija ta' amministrazzjoni b' mod partikolari permezz ta' amministrazzjoni ta' tnejn min-nies u b' mekkaniżmi adegwati ta' kontroll intern.

(5) Sabiex jiġi assigurat li l-amministrazzjoni tal-kumpannija tkun tista' tissodisfa l-obbligi li joriġinaw mill-attivitajiet tagħha u hekk tassigura l-istabbilità tagħha huma meħtieġa kapital inizjali u ammont addizzjonali ta' fondi proprji. Sabiex jittieħed kont ta' żviluppi, partikolarment dawk li jappartjenu għal piżijiet ta' kapital dwar riskju operazzjonali fl-Unjoni Ewropea u fora oħra internazzjonali, dawn il-ħtiġiet, inkluż l-użu ta' garanziji, jkollhom jiġu riveduti fi żmien tlett snin.

(6) Għall-iskop ta' rikonoxximent reċiproku, kumpanniji ta' amministrazzjoni awtorizzati fl-Istat Membru tal-post tagħhom għandhom jitħallew iwettqu servizzi li jkunu rċevew awtorizzazzjoni għalihom fl-Unjoni Ewropea billi jiġu stabbiliti fergħat jew taħt il-libertà li jiġu provduti servizzi. L-approvazzjoni tar-regoli tal-fondi ta' fondi komuni/unit trusts taqa' taħt il-kompetenza ta' l-Istat Membru tal-post ta' amministrazzjoni tal-kumpannija.

(7) Fir-rigward ta' amministrazzjoni ta' portfolio kollettiv (amministrazzjoni ta' unit trusts/fondi komuni u kumpanniji ta' investiment), l-awtorizzazzjoni mogħtija lil kumpannija ta' amministrazzjoni awtorizzata fl-Istat Membru tal-post għandha tippermetti li l-kumpannija twettaq fl-Istati Membri ospitanti l-attivitajiet li ġejjin: li jiġu distribwiti l-unitajiet tal-unit trusts/fondi komuni armonizzati amministrati mill-kumpannija fl-Istat Membru tal-post tagħha; li jiġu distribwiti l-ishma tal-kumpanniji ta' investiment armonizzati, amministrati minn din il-kumpannija; li jitwettqu l-funzjonijiet u l-kompiti l-oħra kollha inklużi fl-attività ta' l-amministrazzjoni ta' portfolio kollettiv; li jiġu amministrati l-assi ta' kumpanniji ta' investiment inkorporati fi Stati Membri barra mill-Istat Membru tal-post tagħha; li jitwettqu, abbażi ta' mandati, għan-nom ta' kumpanniji ta' amministrazzjoni inkorporati fi Stati Membri barra mill-Istat Membru tal-post tagħha, il-funzjonijiet inklużi fl-attività ta' amministrazzjoni ta' portfolio kollettiv.

(8) Il-prinċipji ta' rikonoxximent reċiproku ta' l-Istat Membru tal-post jeħtieġu li l-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istati Membri m' għandhomx jagħtu jew għandhom jirtiraw awtorizzazzjoni meta fatturi, bħall-kontenut ta' programmi ta' operazzjonijiet, id-distribuzzjoni ġeografika jew l-attivitajiet attwalment imwettqa jindikaw b' mod ċar li kumpannija ta' amministrazzjoni tkun għażlet is-sistema legali ta' Stat Membru wieħed għall-iskop li tevadi l-istandards aktar stretti fis-seħħ fi Stat Membru ieħor li fit-territorju tiegħu jkollha l-intenzjoni li twettaq jew fil-fatt twettaq il-parti l-kbira ta' l-attivitajiet tagħha. Għall-iskop ta' din id-Direttiva, kumpannija ta' amministrazzjoni għandha tkun awtorizzata fl-Istat Membru li fih ikollha l-uffiċċju rreġistrat tagħha. Skond il-prinċipju tal-kontroll tal-pajjiż tal-post, biss l-Istat Membru li fih il-kumpannija ta' amministrazzjoni jkollha l-uffiċċju rreġistrat tagħha jista' jiġi kkunsidrat kompetenti biex japprova r-regoli tal-fond ta' unit trusts/fondi komuni stabbiliti minn din il-kumpannija u l-għażla tad-depożitarju. Sabiex jiġi pprevenut arbitraġġ ta' sorveljanza u sabiex tiġi promossa kunfidenza fl-effettività ta' sorveljanza mill-awtoritajiet ta' l-Istat Membru tal-post, għandu jkun hemm ħtieġa għal awtorizzazzjoni ta' UCITS li m' għandiex tkun ipprevenuta fi kwalunkwe mod milli titqiegħed fis-suq fl-Istat Membru tal-post tagħha. Dan m'għandux jaffettwa d-deċiżjoni libera, ladarba l-UCITS tkun ġiet awtorizzata, biex jintagħżel l-Istat Membru (i) meta l-unitajiet ta' l-UCITS għandhom jitqiegħdu fis-suq skond din id-Direttiva.

(9) Id-Direttiva 85/611/KEE tqiegħed limitu fuq il-qasam ta' applikazzjoni ta' kumpanniji ta' amministrazzjoni għall-attività singolari ta' amministrazzjoni ta' unit trusts/fondi komuni u ta' kumpanniji ta' investiment (amministrazzjoni ta' portfolio kollettiv). Sabiex jittieħed kont ta' l-iżviluppi riċenti fil-leġislazzjoni nazzjonali ta' Stati Membri u sabiex dawn il-kumpanniji jkunu jistgħu jiksbu ekonomiji ta' skala importanti, huwa mixtieq li din ir-restrizzjoni tiġi riveduta. Huwa għalhekk mixtieq li dawn il-kumpanniji jkunu jistgħu wkoll iwettqu l-attività ta' amministrazzjoni ta' portfolios ta' investimenti fuq bażi ta' skond il-klijent (amministrazzjoni individwali ta' portfolio) inkluża l-amministrazzjoni ta' fondi ta' pensjoni kif ukoll xi attivitajiet speċifiċi non-core marbuta man-negozju ewlieni. Din l-estensjoni tal-qasam ta' applikazzjoni ta' l-attività tal-kumpannija ta' amministrazzjoni ma tippreġudikax l-istabbilità ta' dawn il-kumpanniji. Madankollu, għandhom jiġu ntrodotti regoli speċifiċi li jipprevjenu kunflitti ta' interess meta kumpanniji ta' amministrazzjoni huma awtorizzati li jwettqu kemm in-negozju ta' amministrazzjoni kollettiva u kemm kemm dik individwali ta' portfolio.

(10) L-attività ta' amministrazzjoni ta' portfolios ta' investimenti hija servizz ta' investiment diġà kopert bid-Direttiva tal-Kunsill 93/22/KEE ta' l-10 ta' Mejju 1993 dwar servizzi ta' investiment fil-qasam ta' titoli [5]. Sabiex jiġi assigurat kwadru omoġenu regolatorju f'dan il-qasam, huwa mixtieq li kumpanniji ta' amministrazzjoni, li l-awtorizzazzjoni tagħhom tkopri wkoll dak is-servizz, ikunu soġġetti għall-kondizzjonijiet ta' operazzjoni stabbiliti f' dik id-Direttiva.

(11) Stat Membru tal-post jista', bħala regola ġenerali, jistabbilixxi regoli iktar stretti minn dawk stabbiliti f'din id-Direttiva, b' mod partikolari fir-rigward ta' kondizzjonijiet ta' awtorizzazzjoni, ħtiġiet prudenti u r-regoli dwar ir-rappurtar u l-prospectus sħiħ.

(12) Huwa mixtieq li jiġu stabbiliti regoli li jiddefinixxu l-prekondizzjonijiet li taħthom kumpannija ta' amministrazzjoni tista' tiddelega, abbażi ta' mandati, kompiti u funzjonijiet speċifiċi lil partijiet terzi sabiex tiżdied l-effiċjenza tat-tmexxija tan-negozju tagħha. Sabiex jiġi assigurat il-funzjonament korrett tal-prinċipji ta' rikonoxximent reċiproku ta' l-awtorizzazzjoni u tal-kontroll tal-pajjiż tal-post, Stati Membri li jippermettu dawn id-delegazzjonijiet għandhom jassiguraw li l-kumpannija ta' amministrazzjoni li lilha taw l-awtorizzazzjoni ma tiddelegax globalment il-funzjonijiet tagħha lil-parti terza waħda jew iktar, sabiex issir entità ta' kaxxa tra' l-ittri, u l-eżistenza ta' mandati ma timpedix sorveljanza effettiva fuq il-kumpannija ta' amministrazzjoni. Madankollu, il-fatt li l-kumpannija ta' amministrazzjoni tkun iddelegat il-funzjonijiet proprji tagħha m' għandu b'ebda mod jaffettwa r-responsabbiltajiet ta' dik il-kumpannija u tad-depositarju vis-à-vis it-titolari ta' l-unità u l-awtoritajiet kompetenti.

(13) Sabiex jiġu salvagwardjati l-interessi tat-titolari ta' l-ishma u sabiex jiġi assigurat kamp livell fis-suq għal imprizi armonizzati ta' investiment kollettiv, hu meħtieġ kapital inizjali għal kumpanniji ta' investiment. Madankollu, kumpanniji ta' investiment li nnominaw kumpannija amministrattiva jkunu koperti permezz ta' l-ammont addizzjonali ta' fondi proprji tal-kumpannija ta' amministrazzjoni.

(14) Il-kumpanniji ta' investiment awtorizzati, jew il-kumpannija direttament skond l-Artikolu 13b jew indirettament, għandhom dejjem ikunu konformi ma' l-Artikoli 5g u 5h, minħabba l-fatt li jekk kumpannija awtorizzata ta' investiment tagħżel li tinnomina kumpannija ta' amministrazzjoni, dik il-kumpannija ta' amministrazzjoni għandha tkun awtorizzata skond id-Direttiva u hekk tkun obbligata tikkonforma ma' l-Artikoli 5g u 5h.

(15) Sabiex jittieħed kont ta' l-iżviluppi ta' tekniċi ta' informazzjoni, huwa mixtieq li jiġi rivedut kwadru ta' informazzjoni kurrenti previst fid-Direttiva 85/611/KEE. B'mod partikolari, huwa mixtieq li jiġi introdott, b'addizzjoni għall-prospectus sħiħ eżistenti, tip ġdid ta' prospectus għal UCITS (prospectus simplifikat). Dan il-prospectus għandu jkun maħsub biex ikun faċli għal investituri u għandu għalhekk jirrappreżenta fonti ta' informazzjoni ta' valur għall-investitur medju. Dan il-prospectus għandu jagħti informazzjoni kjavi dwar l-UCITS b' mod ċar, konċiż u li jinftiehem faċilment. Madankollu, l-investitur dejjem għandu jkun infurmat, b' dikjarazzjoni approprjata li għandha tiġi inkluża fil-prospectus simplifikat, li informazzjoni iktar dettaljata tinstab fil-prospectus komplet u fir-rapport tas-sena u ta' nofs is-sena ta' l-UCITS, li jista' jinkiseb b'xejn fuq it-talba tiegħu/tagħha. Il-prospectus simplifikat għandu dejjem jiġi offert b' xejn lis-sottoskritti qabel il-konklużjoni tal-kuntratt. Dan għandu jkun prekondizzjoni suffiċjenti biex jissodisfa l-obbligu legali taħt din id-Direttiva sabiex tingħata informazzjoni lis-sottoskritti qabel il-konklużjoni tal-kuntratt.

(16) Hemm bżonn li kondizzjonijiet ugwali jiġu assigurati għall-intermedjarji fil-kamp tas-servizzi finanzjarji meta jiġu pprovduti l-istess servizzi u li jiġi assigurat grad minimu armonizzat ta' protezzjoni għall-investitur. Grad minimu armonizzat ta' armonizzazzjoni tal-kondizzjonijiet biex jinbdew negozju u kondizzjonijiet ta' operazzjoni jirrappreżenta l-prekondizzjoni essenzjali biex jintlaħaq is-suq intern għal dawn l-operaturi. Għalhekk, biss Direttiva Komunitarja vinkolanti li tistabbilixxi standards minimi miftiehma f'dan ir-rigward tista' tissodisfa l-objettivi mixtieqa. Din id-Direttiva taffettwa biss l-armonizzazzjoni minima meħtieġa, u ma tmurx lil hinn minn dak li hu neċessarju sabiex jintlaħqu l-miri mwettqa skond it-tielet paragrafu ta' l-Artikolu 5 tat-Trattat.

(17) Il-Kummissjoni tista' tikkunsidra li tipproponi kodifikazzjoni fi żmien dovut wara l-adozzjoni tal-proposti,

ADOTTAW DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

Id-Direttiva 85/611/KEE hija hawnhekk emendata kif ġej:

1. l-Artikolu 1a li ġej għandu jiddaħħal:

"Artikolu 1a

Għall-iskopijiet ta' din il-Direttiva:

1. "depositarju"; għandu jfisser kull istituzzjoni li tingħata l-kompiti msemmija fl-Artikoli 7 u 14 u soġġetta għad-disposizzjonijiet l-oħra stabbiliti fit-Taqsimiet IIIa u IVa;

2. "kumpannija ta' amministrazzjoni"; għandha tfisser kull kumpannija, li n-negozju regolari tagħha huwa l-amministrazzjoni ta' UCITS fil-forma ta' unit trusts/fondi komuni u/jew ta' kumpanniji ta' investiment (amministrazzjoni kollettiva ta' portfolio ta' UCITS); dan jinkludi l-funzjonijiet imsemmija fl-Anness II;

3. L-Istat Membru tal-post ta' kumpannija ta' l-amministrazzjoni għandu jfisser l-Istat Membru li fih l-uffiċċju rreġistrat tal-kumpannija ta' amministrazzjoni jinstab;

4. "L-Istat Membru ospitanti ta' kumpannija ta' l-amministrazzjoni"; għandu jfisser l-Istat Membru, barra mill-Istat Membru tal-post, li fit-territorju tiegħu kumpannija ta' amministrazzjoni jkollha fergħa jew tipprovdi servizzi;

5. "Stat Membru tal-post ta' UCITS"; għandu jfisser:

(a) fir-rigward ta' UCITS ikkostitwita bħala unit trust/fond komuni, l-Istat Membru li fih jinstab l-uffiċċju rreġistrat tal-kumpannija ta' amministrazzjoni,

(b) fir-rigward ta' UCITS ikkostitwita bħala kumpannija ta' investiment, l-Istat Membru li fih jinstab l-uffiċċju rreġistrat ta' kumpannija ta' investiment;

6. "Stat Membru ospitanti ta' UCITS"; għandu jfisser l-Istat Membru, barra mill-Istat Membru tal-post ta' UCITS, li fih l-unitajiet tal-fond komuni/unit trust jew tal-kumpannija ta' investiment jitqiegħdu fis-suq;

7. "fergħa"; għandha tfisser post ta' negozju li huwa parti mill-kumpannija ta' amministrazzjoni, li ma għandha ebda personalità ġuridika u li tipprovdi s-servizzi li għalihom il-kumpannija ta' amministrazzjoni tkun ġiet awtorizzata; il-postijiet kollha tan-negozju stabbiliti fl-istess Stat Membru minn kumpannija ta' amministrazzjoni b' kwartieri fi Stat Membru ieħor għandhom jitqiesu bħala fergħa waħda;

8. "awtoritajiet kompetenti"; għandhom ifissru l-awtoritajiet li kull Stat Membru jinnomina taħt l-Artikolu 49 ta' din id-Direttiva;

9. "irbit mill-qrib"; għandha tfisser sitwazzjoni kif definita fl-Artikolu 2(1) tad-Direttiva 92/26/KE [6];

10. "holdings li jikkwalifikaw"; għandhom ifissru kull holding diretta jew indiretta f' kumpannija ta' amministrazzjoni li tirrappreżenta 10 % jew iktar tal-kapital jew tad-drittijiet tal-vot jew li tippermetti li tiġi eżerċitata influwenza sinifikanti fuq l-amministrazzjoni tal-kumpannija ta' amministrazzjoni li tkun fiha dik il-holding.

Għall-iskop ta' din id-definizzjoni, id-drittijiet tal-vot imsemmija fl-Artikolu 7 tad-Direttiva 88/627/KEE [7] għandhom jitqiesu;

11. "ISD"; għandha tfisser id-Direttiva tal-Kunsill 93/22/KEE ta' l-10 ta' Mejju 1993 dwar servizzi ta' investiment fil-qasam tat-titoli [8];

12. "impriża prinċipali"; għandha tfisser impriża prinċipali kif definit fl-Artikoli 1 u 2 tad-Direttiva 83/349/KEE [9];

13. "sussidjarja"; għandha tfisser impriża sussidjarja kif definit fl-Artikoli 1 u 2 tad-Direttiva 83/349/KEE; kull sussidjarja ta' impriża sussidjarja għandha wkoll titqies bħala sussidjarja ta' l-impriża prinċipali li tkun il-prinċipal ulterjuri ta' dawk l-impriżi;

14. "kapital inizjali"; għandu jfisser kapital; kif definit fil-partiti 1 u 2 ta' l-Artikolu 34(2) tad-Direttiva 2000/12/KE [10];

15. "fondi proprji"; għandha tfisser fondi proprji kif definit fit-Titolu V, il-Kapitolu 2, it-Taqsima 1 tad-Direttiva 2000/12/KE; din id-definizzjoni tista', madanakollu, tiġi emendata fiċ-ċirkostanzi deskritti fl-Anness V tad-Direttiva 93/6/KEE [11].";

2. L-Artikolu 4(3) għandu jinbidel b'dan li ġej:

"3. L-awtoritajiet kompetenti ma jistgħux jawtorizzaw UCITS jekk il-kumpannija ta' amministrazzjoni jew il-kumpannija ta' investiment ma jikkonformawx mal-prekondizzjonijiet stabbiliti f' din id-Direttiva, fit-Taqsimiet III u IV rispettivament.

Barra minn hekk l-awtoritajiet kompetenti ma jistgħux jawtorizzaw UCITS jekk id-diretturi tad-depositarju mhumiex ta' reputazzjoni tajba biżżejjed jew m'għandhomx esperjenza biżżejjed ukoll fir-rigward tat-tip ta' UCITS li għandha tiġi amministrata. Għal dak l-iskop, l-ismijiet tad-diretturi tad-depożitarju u ta' kull persuna li tiġi warajhom fil-kariga għandhom jiġu kkomunikati minnufih lill-awtoritajiet kompetenti.

Diretturi għandhom ifissru dawk il-persuni li, taħt il-liġi jew l-istrumenti ta' inkorporazzjoni, jirrappreżentaw id-depożitarju, jew li jiddeterminaw effettivament il-politika tad-depożitarju.

3a. L-awtoritajiet kompetenti m'għandhomx jagħtu awtorizzazzjoni jekk l-UCITS hija legalment ipprevenuta (eż. permezz ta' disposizzjoni fir-regoli tal-fondi jew l-istrumenti ta' inkorporazzjoni) milli tqiegħed fis-suq l-unitajiet jew l-ishma tagħha fl-Istat Membru tal-post tagħha";

3. it-titolu tat-Taqsima III u l-Artikoli 5 u 6 għandhom jinbidlu b'dan li ġej:

"TAQSIMA III

Obbligi li jirrigwardaw kumpanniji ta' l-amministrazzjoni

Titolu A

Kondizzjonijiet għal bidu ta' negozju

Artikolu 5

1. L-aċċess għan-negozju ta' kumpanniji ta' l-amministrazzjoni hu soġġett għal awtorizzazzjoni uffiċjali minn qabel li għandha tingħata mill-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istat Membru tal-post. L-Awtorizzazzjoni mogħtija taħt din id-Direttiva lil kumpannija ta' l-amministrazzjoni għandha tkun valida għall-Istati Membri kollha.

2. Ebda kumpannija ta' l-amministrazzjoni ma tista' tidħol għal attivitajiet ta' xort' oħra mill-amministrazzjoni ta' l-UCITS awtorizzata skond din id-Direttiva ħlief l-amministrazzjoni addizzjonali ta' impriżi kollettivi oħrajn ta' l-investiment li mhumiex koperti b' din id-Direttiva u li għalihom il-kumpannija ta' amministrazzjoni hi soġġetta għal sorveljanza prudenti imma li ma tistax titqiegħed fis-suq fi Stati Membri oħra taħt din id-Direttiva.

L-attività ta' amministrazzjoni ta' unit trusts/fondi komuni u ta' kumpanniji ta' investiment tinkludi għall-iskop ta' din id-Direttiva, il-funzjonijiet imsemmija fl-Anness II li mhumiex kompleti.

3. B'deroga mill-paragrafu 2, Stati Membri jistgħu jawtorizzaw kumpanniji ta' l-amministrazzjoni biex jipprovdu, minbarra l-amministrazzjoni ta' unit trusts/fondi komuni u ta' kumpanniji ta' investiment, s-servizzi li ġejjin:

(a) l-amministrazzjoni ta' portfolios ta' investmenti, inklużi dawk fil-pussess ta' fondi ta' pensjoni, skond il-mandati mogħtija minn investituri fuq bażi ta' diskrezzjoni, u klijent bi klijent, meta dawn il-portfolios jinkludu strument wieħed jew iktar elenkati fit-Taqsima B ta' l-Anness ma' l-ISD,

(b) bħala servizzi non-core:

- konsultazzjoni fuq investimenti li tikkonċerna strument wieħed jew iktar elenkati fit-Taqsima B ta' l-Anness ma' l-ISD,

- salvagwardja u amministrazzjoni fir-rigward ta' unitajiet ta' impriżi ta' investiment kollettiv.

Kumpanniji ta' amministrazzjoni ma jistgħu f'ebda każ jiġu awtorizzati taħt din id-Direttiva sabiex jipprovdu biss is-servizzi msemmija f' dan il-paragrafu jew biex jipprovdu servizzi non-core mingħajr ma jiġu awtorizzati għas-servizz imsemmi fil-punt (a).

4. L-Artikolu 2(4), l-Artikolu 8(2), l-Artikoli 10,11 u 13 ta' l-ISD għandhom japplikaw għad-disposizzjoni tas-servizzi msemmija fil-paragrafu 3 ta' dan l-Artikolu minn kumpanniji ta' l-amministrazzjoni.

Artikolu 5a

1. Mingħajr preġudizzju għall-kondizzjonijiet l-oħrajn ta' applikazzjoni ġenerali stabbiliti bil-liġi nazzjonali, l-awtoritajiet kompetenti m' għandhomx jagħtu awtorizzazzjoni lil kumpannija ta' amministrazzjoni sakemm:

(a) il-kumpannija ta' amninistrazzjoni jkollha kapital inizjali ta' mill-inqas EUR 125000:

- Meta l-valur tal-portfolios tal-kumpanniji ta' amministrazzjoni, jeċċedi EUR 250000000, il-kumpannija ta' amministrazzjoni għandha tkun meħtieġa tipprovdi ammont addizzjonali ta' fondi proprji. Dan l-ammont addizzjonali ta' fondi proprji għandu jkun ugwali għal 0,02 % ta' l-ammont li bih il-valur tal-portfolios tal-kumpannija ta' amministrazzjoni jeċċedi EUR 250000000. It-total meħtieġ tal-kapital inizjali u l-ammont addizzjonali m'għandux, madankollu, jeċċedi il-EUR 10000000.

- Għall-iskop ta' dan il-paragrafu, il-portfolios li ġejjin għandhom jitqiesu bħala l-portfolios tal-kumpanniji ta' amministrazzjoni:

(i) unit trusts/fondi komuni amministrati mill-kumpannija ta' amministrazzjoni inklużi portfolios li għalihom tkun iddelegat il-funzjoni ta' l-amministrazzjoni imma esklużi portfolios li qed tamministra taħt delegazzjoni;

(ii) kumpanniji ta' investiment li għalihom il-kumpannija ta' amministrazzjoni hija l-kumpannija ta' amministrazzjoni nnominata;

(iii) impriżi oħrajn ta' investiment kollettiv amministrati mill-kumpannija ta' amministrazzjoni inklużi portfolios li għalihom tkun delegat il-funzjoni amministrattiva imma esklużi portfolios li qed tamministra taħt delegazzjoni.

- Irrispettivament mill-ammont ta' dawn il-ħtiġiet, il-fondi proprji tal-kumpannija ta' amministrazzjoni m' għandhom qatt ikunu inqas mill-ammont preskritt fl-Anness IV tad-Direttiva 93/6/KEE.

- L-Istati Membri jistgħu jawtorizzaw lil kumpanniji ta' amministrazzjoni biex ma jipprovdux sa 50 % ta' l-ammont addizzjonali tal-fondi proprji msemmija fl-ewwel inċiż jekk jibbenefikaw minn garanzija ta' l-istess ammont mogħtija minn istituzzjoni ta' kreditu jew impriża ta' assigurazzjoni. L-istituzzjoni ta' kreditu jew l-impriża ta' assigurazzjoni għandu jkollha l-uffiċċju rreġistrat tagħha fi Stat Membru, jew fi Stat mhux Membru sakemm tkun soġġetta għal regoli prudenti ikkunsidrati mill-awtoritajiet kompetenti bħala mhux ekwivalenti għal dawk stabbiliti fil-liġi Komunitarja.

- Sa mhux iktar tard mit-13 ta' Frar 2005, il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-applikazzjoni ta' din il-ħtieġa ta' kapital, akkumpanjati meta approprjat minn proposti għar-reviżjoni tagħha;

(b) il-persuni li jikkonduċu effettivament in-negozju ta' kumpannija ta' amministrazzjoni jkunu ta' reputazzjoni tajba biżżejjed u esperjenzati biżżejjed ukoll fir-rigward tat-tip ta' UCITS amministrati mill-kumpannija ta' amministrazzjoni. Għal dak l-iskop, l-ismijiet ta' dawn il-persuni u ta' kull persuna li tiġi warajhom fil-kariga għandhom jiġu kkomunikati minnufih lill-awtoritajiet kompetenti. It-tmexxija ta' negozju ta' kumpannija ta' l-amministrazzjoni għandha tiġi deċiża minn mill-inqas żewġ persuni li jissodisfaw dawn il-kondizzjonijiet;

(ċ) l-applikazzjoni għal awtorizzazzjoni jkollha magħha programm ta' attività li tistabbilixxi, inter alia, l-istruttura organizzazzjonali tal-kumpannija ta' amministrazzjoni;

(d) kemm l-uffiċċju prinċipali u l-uffiċċju rreġistrat tagħha jkunu jinstabu fl-istess Stat Membru

2. Madanakollu meta jeżistu rabtiet mill-qrib bejn il-kumpannija ta' amministrazzjoni u kull persuna fiżika jew ġuridika oħra, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jagħtu awtorizzazzjoni biss jekk dawk ma jipprevenux l-eżerċizzju effettiv tal-funzjonijiet tagħhom ta' sorveljanza.

L-awtoritajiet kompetenti għandhom ukoll jirrifjutaw awtorizzazzjoni jekk il-liġijiet, ir-regolamenti jew id-disposizzjonijiet amministrattivi ta' pajjiż li mhux membru li jirregolaw persuna fiżika jew ġuridika waħda jew iktar li magħha l-kumpannija ta' amministrazzjoni jkollha rabtiet mill-qrib, jew diffikultajiet involuti fl-applikazzjoni tagħhom, jipprevjenu l-eżerċizzju effettiv tal-funzjonijiet tagħhom ta' sorveljanza.

L-awtoritajiet kompetenti għandhom jeħtieġu kumpanniji ta' amministrazzjoni biex jipprovduhom bl-informazzjoni li jeħtieġu sabiex ikun hemm monitoraġġ ta' konformità mal-kondizzjonijiet imsemmija f' dan il-paragrafu fuq bażi kontinwa.

3. Applikant għandu jiġi infurmat, fi żmien sitt xhur mis-sottomissjoni ta' applikazzjoni kompleta kemm jekk tkun ingħatat awtorizzazzjoni u kemm jekk le. Għandhom jingħataw raġunijiet kull meta tiġi rifjutata awtorizzazzjoni.

4. Kumpannija ta' l-amministrazzjoni tista' tibda negozju kif tingħata awtorizzazzjoni.

5. L-awtoritajiet kompetenti jistgħu jirtiraw l-awtorizzazzjoni maħruġa lil kumpannija ta' l-amministrazzjoni soġġetta għal din id-Direttiva biss meta dik il-kumpannija:

(a) ma tagħmilx użu mill-awtorizzazzjoni fi żmien 12-il xahar, tirrinunzja espressament l-awtorizzazzjoni jew tkun waqqfet l-attività koperta b' din id-Direttiva iktar minn sitt xhur qabel, sakemm l-Istat Membru kkonċernat ma jkunx ipprovda biex taqa' din l-awtorizzazzjoni f' dawn il-każijiet;

(b) tkun ottenniet l-awtorizzazzjoni billi tagħmel dikjarazzjonijiet foloz jew permezz ta' kull mezz irregolari ieħor;

(ċ) ma tissodisfax aktar il-kondizzjonijiet li taħthom ingħatat l-awtorizzazzjoni;

(d) ma tikkonformax mad-Direttiva 93/6/KEE jekk l-awtorizzazzjoni tagħha tkopri wkoll is-servizz ta' diskrezzjoni ta' amministrazzjoni ta' portfolio imsemmi fl-Artikolu 5(3)(a) ta' din id-Direttiva;

(e) tkun serjament u/jew sistematikament kisret id-disposizzjonijiet adottati skond din id-Direttiva; jew

(f) taqa' taħt kwalunkwe każ meta l-liġi nazzjonali tipprovdi għal irtirar.

Artikolu 5b

1. L-awtoritajiet kompetenti m'għandhomx jagħtu awtorizzazzjoni sabiex jinbeda negozju ta' kumpanniji ta' amministrazzjoni sakemm ikunu ġew infurmati bl-identitajiet tat-titolari ta' l-ishma jew tal-membri, kemm diretti jew indiretti, persuni morali u naturali, li għandhom ażjendi li jikkwalifikaw u ta' l-ammonti ta' dawk l-ażjendi.

L-awtoritajiet kompetenti għandhom jirrifjutaw awtorizzazzjoni jekk, b'kont meħud tal-bżonn li tiġi assigurata amministrazzjoni tajba u prudenti ta' kumpannija ta' amministrazzjoni, ma jkunux sodisfatti bl-adattabilità tat-titolari ta' l-ishma jew tal-membri msemmija qabel.

2. Fil-każ ta' fergħat ta' kumpanniji ta' amministrazzjoni li għandhom uffiċċji rreġistrati barra l-Unjoni Ewropea u qegħdin jibdew jew iwettqu negozju, l-Istati membri m'għandhomx japplikaw disposizzjonijiet li jirriżultaw f' trattament iktar favorevoli minn dak mogħti lil fergħat ta' kumpanniji ta' amministrazzjoni li għandhom uffiċċji rreġistrati fi Stati Membri.

3. L-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istat Membru l-ieħor involut għandhom jiġu kkonsultati minn qabel dwar l-awtorizzazzjoni ta' kull kumpannija ta' aministrazzjoni li hi:

(a) sussidjarja ta' kumpannija oħra ta' amministrazzjoni, ditta ta' investiment, istituzzjoni ta' kreditu jew impriża ta' l-assigurazzjoni awtorizzata fi Stat Membru ieħor,

(b) sussidjarja ta' l-impriża prinċipali ta' kumpannija oħra ta' l-amministrazzjoni, ditta ta' investiment, istituzzjoni ta' kreditu jew impriża ta' l-assigurazzjoni awtorizzata fi Stat Membru ieħor, jew

(ċ) ikkontrollata mill-istess persuni fiżiċi jew ġuridiċi li jikkontrollaw kumpannija oħra ta' l-amministrazzjoni, ditta ta' investiment, istituzzjoni ta' kreditu jew impriża ta' l-assigurazzjoni awtorizzata fi Stat Membru ieħor.

Titolu B

Relazzjonijiet ma' pajjiżi terzi

Artikolu 5ċ

1. Relazzjonijiet ma' pajjiżi terzi għandhom ikunu rregolati skond ir-regoli rilevanti stabbiliti fl-Artikolu 7 ta' l-ISD.

Għall-iskop ta' din id-Direttiva, l-espressjonijiet "ditta/ditta ta' investiment" u "ditti ta' investiment" li jinsabu fl-Artikolu 7 ta' l-ISD għandhom jinftehmu rispettivament bħala "kumpannija ta' l-amministrazzjoni" u "kumpanniji ta' l-amministrazzjoni"; l-espressjoni "li jipprovdu servizzi ta' investiment" fl-Artikolu 7(2) ta' l-ISD għandha tinftiehem bħala "li jipprovdu servizzi".

2. L-Istati Membri għandhom ukoll jinfurmaw lill-Kummissjoni b'kull diffikutà ġenerali li l-UCITS jiltaqgħu magħha fit-tqegħid fis-suq ta' l-unitajiet tagħhom f' kull pajjiż terz.

Titolu Ċ

Kondizzjonijiet ta' ħidma

Artikolu 5d

1. L-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istat Membru tal-post tal-kumpannija ta' amministrazzjoni għandhom jeħtieġu li l-kumpannija ta' amministrazzjoni li huma awtorizzaw tikkonforma l-ħin kollu mal-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 5 u l-Artikolu 5a(1) u (2) ta' din id-Direttiva. Il-fondi proprja ta' kumpannija ta' l-amministrazzjoni ma jistgħux jaqgħu taħt il-livell speċifikat fl-Artikolu 5a(1)(a). Jekk jiġri hekk, madanakollu, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu, meta ċ-ċirkostanzi jiġġustifikaw hekk, jippermettu lil dawn id-ditti perjodu limitat biex fih jiġu rettifikati s-sitwazzjonijiet tagħhom jew biex fih jieqfu mill-attivitajiet tagħhom.

2. Is-sorveljanza prudenti ta' kumpannija ta' l-amministrazzjoni għandha tkun ir-responsabbiltà ta' l-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istat Membru tal-post, kemm jekk il-kumpannija ta' amministrazzjoni tistabbilixxi fergħa jew tipprovdi servizzi fi Stat Membru ieħor u kemm jekk le, mingħajr preġudizzju għal dawk id-disposizzjonijiet ta' din id-Direttiva li jagħtu r-responsabbiltà lill-awtoritajiet tal-pajjiż ospitanti.

Artikolu 5e

1. Holdings li jikkwalifikaw f'kumpanniji ta' amministrazzjoni għandhom ikunu soġġetti għall-istess regoli bħal dawk stabbiliti fl-Artikolu 9 ta' l-ISD.

2. Għall-iskop ta' din id-Direttiva, l-espressjonijiet "ditta/ditta ta' investiment" u "ditti ta' investiment" li jinsabu fl-Artikolu 9 ta' l-ISD għandhom jinftehmu rispettivament bħala "kumpannija ta' l-amministrazzjoni" u "kumpanniji ta' l-amministrazzjoni"

Artikolu 5f

1. Kull Stat Membru tal-post għandu jfassal regoli prudenti li kumpanniji ta' l-amministrazzjoni, b'qies għall-attività ta' l-amministrazzjoni ta' UCITS awtorizzata skond din id-Direttiva, għandhom josservaw f' kull ħin.

B'mod partikolari, l-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istat Membru tal-post b'qies ukoll għan-natura ta' l-UCITS amministrata minn kumpannija ta' amministrazzjoni, għandhom jeħtieġu li kull kumpannija ta' din ix-xorta:

(a) jkollha proċeduri tajbin amministrattivi u ta' kontabilità, arranġamenti ta' kontroll u salvagwardji għal ipproċessar elettroniku tad-data u mekkaniżmi adegwati ta' kontroll intern, b'mod partikolari, regoli għal operazzjonijiet personali mill-impjegati tagħha jew għall-holding jew l-amministrazzjoni ta' investimenti fi strumenti finanzjarji sabiex ikun hemm investiment ta' fondi proprji u l-assigurazzjoni, inter alia¸ li kull operazzjoni li tinvolvi l-fond tista' tinftiehem skond l-oriġini tagħha, il-partijiet għaliha, in-natura tagħha, u l-ħin u l-post li fih saret u li l-assi tal-unit trusts/fondi komuni jew tal-kumpanniji ta' investiment amministrati minn dik il-kumpannija ta' amministrazzjoni huma investiti skond ir-regoli tal-fondi jew l-istrumenti ta' inkorporazzjoni u d-disposizzjonijiet legali fis-seħħ;

(b) hija strutturata u organizzata b'tali mod li jiġi minimizzat ir-riskju li l-interessi ta' l-UCITS jew tal-klijenti jkun ippreġudikat minn kunflitti ta' interess bejn il-kumpannija u l-klijenti tagħha, bejn klijent wieħed u ieħor tagħha, bejn klijent tagħha u UCITS jew bejn żewġ UCITS. Madanakollu, meta tiġi stabbilita fergħa, l-arranġamenti organizzazzjonali ma jistgħux ikunu f' kunflitt mar-regoli ta' kondotta stabbiliti mill-Istat Membru ospitanti biex ikopri kunflitti ta' interess.

2. Kull kumpannija ta' amministrazzjoni li l-awtorizzazzjoni tagħha tkopri wkoll is-servizz amministrattiv portfolio ta' diskrezzjoni msemmi fl-Artikolu 5(3)(a):

- m'għandhiex ikollha l-permess tinvesti l-portfolio ta' l-investitur kollu jew parti minnu f' unitajiet ta' unit trusts/fondi komuni jew ta' kumpanniji ta' investiment li tamministra, sakemm ma tirċeviex approvazzjoni ġenerali minn qabel mill-kijent,

- għandha tkun soġġetta fir-rigward tas-servizzi msemmija fl-Artikolu 5(3) għad-disposizzjonijiet stabbiliti fid-Direttiva 97/9/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-3 ta' Marzu 1997 dwar skemi ta' kumpens lill-investitur [12].

Artikolu 5g

1. Jekk l-Istati Membri jippermettu lill-kumpanniji ta' l-amministrazzjoni jiddelegaw lil partijiet terzi għall-iskop ta' kondotta iktar effiċjenti tan-negozju ta' kumpanniji li jwettqu għan-nom tagħhom funzjoni proprja waħda jew iktar għandu jkun hemm konformità mal-prekondizzjonijiet li ġejjin:

(a) l-awtorità kompetenti għandha tiġi informata b'mod approprjat;

(b) il-mandat m'għandux jipprevjeni l-effettività ta' sorveljanza fuq il-kumpannija ta' amministrazzjoni u b'mod partikolari m'għandux jipprevjeni lill-kumpannija ta' l-amministrazzjoni milli taġixxi, jew lill-UCITS milli tiġi amministrata, fl-aħjar interessi ta' l-investituri tagħha;

(ċ) meta d-delegazzjoni tikkonċerna l-amministrazzjoni ta' investiment, il-mandat jista' jingħata biss lil impriżi li huma awtorizzati jew irreġistrati għall-iskop ta' amministrazzjoni ta' assi u soġġett għal sorveljanza prudenti; id-delegazzjoni għandha tkun skond kriterji ta' allokazzjoni ta' investiment stabbiliti perjodikament minn kumpanniji ta' amministrazzjoni;

(d) meta l-mandat jikkonċerna l-amministrazzjoni ta' investiment u jingħata lil impriża ta' pajjiż terz, għandha tiġi assigurata koperazzjoni bejn l-awtoritajiet ta' sorveljanza kkonċernati;

(e) mandat b'rigward għall-funzjoni ċentrali ta' amministrazzjoni ta' investiment m'għandux jingħata lid-depositarju jew lil kwalunkwe impriża oħra li l-interessi tagħha jistgħu ikunu f' kunflitt ma' dawk tal-kumpannija ta' amministrazzjoni jew mat-titolari ta' l-unitajiet;

(f) għandhom jeżistu miżuri li jippermettu lil persuni li jikkonduċu n-negozju tal-kumpannija ta' amministrazzjoni sabiex ikun hemm monitoraġġ effettiv fi kwalunkwe ħin ta' l-attività ta' l-impriża li lilha jingħata l-mandat;

(g) il-mandat m'għandux jipprevjeni lill-persuni li jikkonduċu n-negozju tal-kumpannija ta' amministrazzjoni li jagħtu, fi kwalunkwe ħin iktar istruzzjonijiet lill-impriża li lilha huma delegati funzjonijiet u li jiġi rtirat il-mandat b'effett immedjat meta dan ikun fl-interess ta' l-investituri.

(h) b'qies għan-natura tal-funzjonijiet li għandhom jiġu delegati, l-impriża li lilha għandhom jiġu delegati funzjonijiet għandha tkun kwalifikata u kapaċi li tieħu fuqha l-funzjonijiet in kwistjoni, u

(i) l-prospectuses ta' l-UCITS jelenkaw il-funzjonijiet li l-kumpannija ta' l-amministrazzjoni kellha l-permess tiddelega.

2. F' ebda każ m'għandhom il-kumpannija ta' l-amministrazzjoni u r-responsabbiltà tad-depositarju jiġu effettwati bil-fatt li l-kumpannija ta' l-amministrazzjoni ddelegat kwalunkwe funzjoni lil partijiet terzi, u lanqas ma għandha l-kumpannija ta' amministrazzjoni tiddelega l-funzjonijiet tagħha sal-limitu li ssir entità ta' kaxxa ta' l-ittri

Artikolu 5h

Kull Stat Membru għandu jfassal regoli ta' kondotta li kumpannija ta' amministrazzjoni awtorizzati f' dak l-Istat Membru għandhom josservaw f' kull ħin. Dawn ir-regoli għandhom jimplimentaw mill-inqas il-prinċipji stabbiliti fl-inċiżi li ġejjin. Dawn il-prinċipji għandhom jassiguraw li kumpannija ta' amministrazzjoni:

(a) taġixxi b'mod onest u ġust fil kondotta ta' l-attivitajiet tan-negozju tagħha fl-aħjar interessi ta' l-UCITS li tamministra u l-integrità tas-suq;

(b) taġixxi b'kapaċità, kura u diliġenza dovuta, fl-aħjar interessi ta' l-UCITS li tamministra u l-integrità tas-suq;

(ċ) għandha u timpjega effettivament ir-riżorsi u l-proċeduri li huma neċessarji għat-twettieq sewwa ta' l-attivitajiet tan-negozju tagħha;

(d) tipprova tevita kunflitti ta' interessi u, meta dawn ma jistgħux jiġu evitati, tassigura li l-UCITS li tamministra huma ttrattati b'mod ġust, u

(e) tikkonforma mal-ħtiġiet regolatorji kollha applikabbli għall-kondotta ta' l-attivitajiet tan-negozju tagħha sabiex tippromwovi l-aħjar interessi ta' l-investituri tagħha u l-integrità tas-suq.

Titolu D

Id-dritt ta' stabbiliment u l-libertà li jiġu pprovduti servizzi

Artikolu 6

1. L-Istati Membri għandhom jassiguraw li kumpannija ta' l-amministrazzjoni, awtorizzata skond din id-Direttiva mill-awtoritajiet kompetenti ta' Stat Membru ieħor, tista' twettaq fit-territorji tagħhom l-attività li kienet awtorizzata għaliha, jew mill-istabbiliment ta' fergħa jew taħt il-libertà li jiġu provduti servizzi.

2. L-Istati Membri ma jistgħux jagħmlu l-istabbiliment ta' fergħa jew id-disposizzjoni tas-servizzi soġġetta għal kwalunkwe ħtieġa ta' awtorizzazzjoni, għal kwalunkwe ħtieġa li jiġi pprovdut kapital ta' dotazzjoni jew għal kwalunkwe miżura oħra li jkollha effett ekwivalenti.

Artikolu 6a

1. Barra milli tissodisfa l-kondizzjonijiet imposti fl-Artikoli 5 u 5a, kull kumpannija ta' amministrazzjoni li tixtieq tistabbilixxi fergħa fit-territorju ta' Stat Membru ieħor għandha tinnotifika lill-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istat Membru tal-post tagħha.

2. L-Istati Membri għandhom jeħtieġu lil kumpannija ta' l-amministrazzjoni li tixtieq tistabbilixxi fergħa fit-territorju ta' Stat Membru ieħor biex tipprovdi l-informazzjoni u d-dokumenti li ġejjin, meta tiġi effettwata n-notifika prevista fil-paragrafu 1:

(a) l-Istat Membri li fit-territorju tiegħu il-kumpannija ta' amministrazzjoni tippjana li tistabbilixxi fergħa;

(b) programm ta' operazzjonijiet li jistabbilixxi l-attivitajiet u s-servizzi skond l-Artikolu 5(2) u (3) maħsuba u l-istruttura organizzazzjonali tal-fergħa;

(ċ) l-indirizz ta' l-Istat Membru ospitanti li minnu jistgħu jiġu akkwistati id-dokumenti;

(d) l-ismijiet ta' dawk responsabbli għall-amministrazzjoni tal-fergħa.

3. Sakemm l-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istat Membru tal-post ma jkollhomx raġuni jiddubitaw l-adekwatezza ta' l-istruttura amministrattiva jew is-sitwazzjoni finanzjarja ta' kumpannija ta' amministrazzjoni, b'kont meħud ta' l-attivitajiet previsti, għandhom, fi żmien tlett xhur minn meta jirċievu l-informazzjoni kollha msemmija fil-paragrafu 2, jikkomunikaw dik l-informazzjoni lill-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istat Membru ospitanti u għandhom jinfurmaw il-kumpannija amministrattiva kif dovut. Għandhom ukoll jikkomunikaw dettalji ta' kwalunkwe skema ta' kumpens maħsuba biex tipproteġi lill-investituri

Meta l-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istat Membru tal-post jirrifjutaw li jikkomunikaw l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 2 lill-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istat Membru ospitanti, għandhom jagħtu raġunijiet għar-rifjut tagħhom lill-kumpannija amministrattiva kkonċernata fi żmien xahrejn minn meta jirċievu l-informazzjoni kollha. Dak ir-rifjut jew nuqqas li tingħata tweġiba għandhom ikunu soġġetti għad-dritt li wieħed jirrikorri għall-qrati fl-Istat Membru tal-post.

4. Qabel ma l-fergħa ta' kumpannija amministrattiva tibda n-negozju, l-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istat Membru ospitanti għandhom, fi żmien xahrejn minn meta jirċievu l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 2, jippreparaw għas-sorveljanza tal-kumpannija ta' amministrazzjoni, u, jekk neċessarju, jindikaw il-kondizzjonijiet, inklużi r-regoli msemmija fl-Artikoli 44 u 45 fis-seħħ fl-Istat Membru ospitanti u r-regoli ta' kondotta li għandhom jiġu rispettati fil-każ ta' disposizzjoni tas-servizz ta' amministrazzjoni portfolio imsemmi fl-Artikolu 5(3) u ta' servizzi konsultattivi ta' investiment u kustodja, li taħthom, fl-interess tal-bene ġenerali, dak in-negozju għandu jitwettaq fl-Istat Membru ospitanti.

5. Meta tiġi riċevuta komunikazzjoni mill-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istat Membru ospitanti jew meta jiskadi l-perjodu previst fil-paragrafu 4 mingħajr riċevuta ta' kwalunkwe komunikazzjoni minn dawk l-awtoritajiet, il-fergħa tista' tiġi stabbilita u tibda n-negozju. Minn dak il-mument il-kumpannija ta' amministrazzjoni tista' wkoll tibda tqassam l-unitajiet tal-unit trusts/fondi komuni u tal-kumpanniji ta' investiment soġġetti għal din id-Direttiva li tamministra, sakemm l-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istat Membru ospitanti ma jistabbilixxux, f' deċizjoni raġjonata meħuda qabel ma jiskadi dak il-perjodu ta' xahrejn – li għandu jiġi kkomunikat lill-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istat Membru tal-post - li l-arranġamenti magħmula biex jitqiegħdu fis-suq l-unitajiet ma jikkonformawx mad-disposizzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 44(1) u l-Artikolu 45.

6. Fil-każ ta' bidla ta' xi dettalji kkomunikati skond il-paragrafi 2(b), (ċ) jew (d), kumpannija ta' amministrazzjoni għandha tagħti notifika bil-miktub ta' dik il-bidla lill-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istat Membru tal-post u dak ospitanti mill-inqas xahar qabel ma tiġi implimentata l-bidla sabiex l-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istat Membru tal-post jkunu jistgħu jieħdu deċiżjoni dwar il-bidla taħt il-paragrafu 3 u l-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istat Membru ospitanti jistgħu jagħmlu hekk taħt il-paragrafu 4.

7. Fil-każ ta' bidla fid-dettalji kkomunikati skond l-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 3, l-awtoritajiet ta' l-Istat Membru tal-post għandhom jinfurmaw l-awtoritajiet ta' l-Istat Membru ospitanti kif suppost.

Artikolu 6b

1. Kull kumpannija ta' amministrazzjoni li tixtieq twettaq negozju fit-territorju ta' Stat Membru ieħor għall-ewwel darba taħt il-libertà li jiġu provduti servizzi għandha tikkomunika l-informazzjoni li ġejja lill-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istat Membru tal-post tagħha:

(a) l-Istat Membru li fit-territorju tiegħu il-kumpannija ta' amministrazzjoni għandha intenzjoni li topera;

(b) programm ta' operazzjonijiet li jsemmi l-attivitajiet u s-servizzi msemmija fl-Artikolu 5(2) u (3) previsti.

2. L-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istat Membru tal-post għandhom, fi żmien xahar minn meta jirċievu n-notifika msemmija fil-paragrafu 1, jgħadduha lill-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istat Membru ospitanti.

Għandhom ukoll jikkomunikaw id-dettalji ta' kull skema ta' kumpens applikabbli maħsuba biex tipproteġi lill-investituri.

3. Il-kumpannija ta' amministrazzjoni tista' mbagħad tibda negozju fl-Istat Membru ospitanti minkejja d-disposizzjonijiet ta' l-Artikolu 46.

Meta approprjat, l-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istat Membru ospitanti, għandhom, ma' l-irċevuta ta' l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1, jindikaw lill-kumpannija ta' amministrazzjoni l-kondizzjonijiet, inklużi r-regoli ta' kondotta li għandhom jiġu rispettati fil-każ ta' disposizzjoni tas-servizz ta' amminstrazzjoni portfolio imsemmi fl-Artikolu 5(3) u tas-servizzi konsultattivi ta' investiment u kustodja li, fl-interess tal-bene ġenerali, il-kumpannija ta' amministrazzjoni għandha tikkonforma magħhom fl-Istat Membru ospitanti.

4. Jekk il-kontenut ta' l-informazzjoni kkomunikata skond il-paragrafu 1(b) jiġi emendat, il-kumpannija ta' amministrazzjoni għandha tagħti notifika ta' l-emenda bil-miktub lill-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istat Membru tal-post u ta' l-Istat Membru ospitanti qabel ma timplimenta l-bidla, sabiex l-awtoritajiet komeptenti ta' l-Istat Membru ospitanti jistgħu, jekk neċessarju, jinfurmaw lill-kumpannija b'kull bidla jew addizzjoni li għandha ssir lill-informazzjoni kkomunikata taħt il-paragrafu 3.

5. Kumpannija ta' l-amministrazzjoni għandha wkoll tkun soġġetta għall-proċedura ta' notifika stabbilita f' dan l-Artikolu f' każijiet meta tafda t-tqegħid fis-suq ta' l-unitajiet fl-Istat Membru ospitanti lil parti terza.

Artikolu 6ċ

1. Stati Membri ospitanti jistgħu, għal raġunijiet ta' statistika, jeħtieġu lill-kumpanniji kollha ta' l-amministrazzjoni b'fergħat fit-territorji tagħhom biex jirrappurtaw perjodikament dwar l-attivitajiet tagħhom f'dawk l-Istati Membri ospitanti lill-awtoritajiet kompetenti ta' dawk l-Istati Membri ospitanti.

2. Meta jiskarikaw ir-responsabbiltajiet tagħhom taħt din id-Direttiva, Stati Membri ospitanti jistgħu jeħtieġu li fergħat ta' kumpanniji ta' amministrazzjoni jipprovdu l-istess dettalji bħal kumpanniji nazzjonali ta' amministrazzjoni għal dak l-iskop.

Stati Membri ospitanti jistgħu jeħtieġu lil kumpanniji ta' amministrazzjoni, li jwettqu negozju fit-territorji tagħhom taħt il-libertà li jipprovdu servizzi, li jipprovdu l-informazzjoni neċessarja għal monitoragg tal-konformità tagħhom ma' l-istandards stabbiliti mill-Istat Membru ospitanti li japplikaw għalihom, għalkemm dawk il-ħtiġiet ma jistgħux ikunu iktar stretti minn dawk li l-istess Stat Membru jimponi fuq kumpanniji ta' l-amministrazzjoni stabbiliti għall-monitoraġġ tal-konformità tagħhom ma' l-istess standards.

3. Meta l-awtoritajiet kompetenti ta' Stat Membru ospitanti jaċċertaw li kumpannija ta' amministrazzjoni li jkollha fergħa li tipprovdi servizzi fit-territorju tiegħu qiegħda tikser id-disposizzjonijiet ġuridiċi jew regolatorji adotatti f' dak l-Istat skond dawk id-disposizzjonijiet ta' din id-Direttiva li jagħtu poteri lill-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istati Membri ospitanti, dawk l-awtoritajiet għandhom jeħtieġu li l-kumpannija ta' amministrazzjoni kkonċernata twaqqaf din is-sitwazzjoni irregolari.

4. Jekk il-kumpannija ta' amministrazzjoni kkonċernata tonqos li tieħu l-passi neċessarji, l-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istat Membru ospitanti għandhom jinfurmaw lill-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istat Membru tal-post kif xieraq. Dan ta' l-aħħar għandu, fl-iktar opportunità kmieni, jieħu l-miżuri kollha approprjati sabiex jassigura li l-kumpannija ta' aministrazzjoni kkonċernata twaqqaf din is-sitwazzjoni irregolari. In-natura ta' dawk il-miżuri għandha tkun ikkomunikata lill-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istat Membru ospitanti.

5. Jekk, minkejja l-miżuri meħuda mill-Istat Membru tal-post jew minħabba li dawn il-miżuri huma inadegwati jew mhumiex disponibbli fl-Istat Membru in kwistjoni, il-kumpannija ta' amministrazzjoni tippersisti fil-ksur tad-disposizzjonijiet ġuridiċi jew regolatorji msemmija fil-paragrafu 2 fis-seħħ fl-Istat Membru ospitanti, dan ta' l-aħħar jista', wara li jinforma lill-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istat Membru tal-post, jieħu miżuri approprjati sabiex jipprevjeni jew jippenalizza iktar irregolaritajiet u, sa fejn neċessarju, biex jipprevjeni lil dik il-kumpannija ta' amministrazzjoni milli tibda kull operazzjoni ulterjuri fit-territorju tiegħu. L-Istati Membri għandhom jiżguraw illi fit-territorji tagħhom huwa possibli li jiġu serviti id-dokumenti legali li jirrigwardaw il-miżuri dwar il-kumpanniji ta' l-amministrazzjoni

6. Id-disposizzjonijiet ta' qabel m'għandhomx jaffettwaw il-poteri ta' Stati Membri ospitanti biex jieħdu miżuri approprjati għall-prevenzjoni jew biex jiġu ppenalizzati irregolaritajiet kommessi fit-territorji tagħhom li huma kuntrarji għal disposizzjonijiet legali jew regolatorji adottati fl-interess tal-benessri ġenerali. Dan għandu jinkludi il-possibilità li kumpanniji ta' l-amministrazzjoni li qed jaġixxu irregolarment jiġu pprevenuti milli jibdew negozji oħra fit-territorji tagħhom.

7. Kull miżura adottata skond il-paragrafi 4, 5 jew 6 li tinvolvi penalitajiet jew restrizzjonijiet dwar l-attivitajiet ta' kumpannija ta' l-amministrazzjoni għandha tkun ġustifikata kif dovut u kkomunikata lill-kumpannija ta' amministrazzjoni kkonċernata. Kull miżura ta' dan it-tip għandha tkun soġġetta għad-dritt ta' appell fil-qrati ta' l-Istati Membri li jkunu addottawha.

8. Qabel ma tiġi segwita l-proċedura stabbilita fil-paragrafi 3, 4 jew 5, l-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istat Membru ospitanti jistgħu, f'emerġenzi, jieħdu l-miżuri ta' prekawzjoni neċessarji għall-protezzjoni ta' l-interessi ta' l-investituri u oħrajn li għalihom huma pprovduti is-servizzi. Il-Kummissjoni u l-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istati Membri l-oħra kkonċernati għandhom ikunu infurmati b'dawn il-miżuri fl-aktar opportunità kmieni.

Il-Kummissjoni tista', wara li tikkonsulta lill-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istati Membri kkonċernati, tiddeċiedi li l-Istat Membru f'dak il-każ għandu jemenda jew jabolixxi dawk il-miżuri.

9. Fil-każ ta' l-irtirar ta' awtorizzazzjoni, l-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istati Membri ospitanti għandhom ikunu nfurmati u għandhom jieħdu miżuri approprjati sabiex jipprevjenu lill-kumpannija ta' amministrazzjoni kkonċernata milli tibda xi operazzjonijiet ulterjuri fit-territorju tagħhom u jissalvagwardjaw l-interessi ta' l-investituri. Kull sentejn il-Kummissjoni għandha tissottometti rapport dwar dawn il-każijiet lill-Kumitat ta' Kuntatt stabbilit taħt l-Artikolu 53.

10. L-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni bin-numru u t-tip ta' każijiet li fihom kien hemm rifjuti skond l-Artikolu 6a jew miżuri li ttieħdu skond il-paragrafu 5. Kull sentejn il-Kummissjoni għandha tissottometti rapport dwar dawn il-każijiet lill-Kumitat Konsultattiv stabbilit taħt l-Artikolu 53."

;

4. dan li ġej għandu jiddaħħal qabel l-Artikolu 7:

"TAQSIMA IIIa

Obbligi li jirrigwardaw id-depositarju";

5. it-titolu tat-Taqsima IV u l-Artikolu 12 għandu jinbidel b'dan li ġej:

"TAQSIMA IV

Obbligi li jirrigwardaw kumpanniji ta' investiment

Titolu A

Kondizzjonijiet għal bidu ta' negozju

Artikolu 12

Aċċess għan-negozju ta' kumpanniji ta' investiment għandu jkun soġġett għal awtorizzazzjoni uffiċjali minn qabel li għandha tingħata mill-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istati Membri tal-post.

L-Istati Membri għandhom jiddeterminaw il-forma legali li kumpannija ta' investiment għandha tieħu."

;

6. l-Artikoli li ġejjin għandhom jiddaħħlu wara l-Artikolu 13:

"Artikolu 13a

1. Mingħajr preġudizzju għal kondizzjonijiet oħrajn ta' applikazzjoni ġenerali stabbiliti bil-liġi nazzjonali, l-awtoritajiet kompetenti m'għandhomx jagħtu awtorizzazzjoni lil kumpannija ta' investiment li ma tkunx innominat kumpannija ta' amministrazzjoni sakemm il-kumpannija ta' investiment jkollha kapital inizjali bizzejjed ta' mill-inqas 300000 EUR.

Barra minn hekk, meta kumpannija ta' investiment ma tkunx innominat kumpannija ta' amministrazzjoni awtorizzata skond din id-Direttiva:

- l-awtorizzazzjoni m'għandhiex tingħata sakemm l-applikazzjoni għal awtorizzazzjoni ma jkollhiex magħha programm ta' attività li jistabbilixxi, inter alia, l-istruttura organizzazzjonali tal-kumpannija ta' investiment;

- id-diretturi tal-kumpannija ta' investiment għandhom ikunu ta' reputazzjoni tajba biżżejjed u ta' esperjenza biżżejjed ukoll fir-rigward tat-tip ta' negozju mwettaq mill-kumpannija ta' investiment.. Għal dak l-iskop, l-ismijiet tad-diretturi u ta' kull persuna li tiġi warajhom fil-kariga għandhom jiġu kkomunikati mill-ewwel lill-awtoritajiet kompetenti. Il-kondotta tan-negozju ta' kumpannija ta' investiment għandha tiġi deċiża minn għall-inqas żewġ persuni li jissodisfaw dawn il-kondizzjonijiet. Diretturi għandhom ifissru dawk il-persuni li, taħt il-liġi jew l-istrumenti ta' inkorporazzjoni, jirrappreżentaw il-kumpannija ta' investiment, jew li effettivament jiddeterminaw il-politika tal-kumpannija;

- barra minn hekk, meta jeżistu rabtiet mill-qrib bejn il-kumpannija ta' investiment u kull persuna oħra fiżika jew ġuridika, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jagħtu awtorizzazzjoni biss jekk dawk ma jipprevenux l-eżerċizzju effettiv tal-funzjonijiet tagħhom ta' sorveljanza.

L-awtoritajiet kompetenti għandhom ukoll jirrifjutaw awtorizzazzjoni jekk il-liġijiet, ir-regolamenti jew id-disposizzjonijiet amministrattivi ta' pajjiż mhux membru li jirregolaw persuna fiżika jew ġuridika waħda jew iktar li magħha kumpannija ta' investiment għandha rabtiet mill-qrib, jew diffikultajiet involuti fl-applikazzjoni tagħhom, jipprevjenu l-eżerċizzju effettiv tal-funzjonijiet tagħhom ta' sorveljanza.

L-awtoritajiet kompetenti għandhom jeħtieġu li kumpanniji ta' investiment jipprovduhom bl-informazzjoni li jeħtieġu.

2. Applikant għandu jkun informat, fi żmien sitt xhur mis-sottomissjoni ta' applikazzjoni kompleta jekk ingħatax l-awtorizzazzjoni jew le. Raġunijiet għandhom jingħataw kull meta tiġi rifjutata awtorizzazzjoni.

3. Kumpannija ta' investiment tista' tibda negozju malli tingħata l-awtorizzazzjoni.

4. L-awtoritajiet kompetenti jistgħu jirtiraw l-awtorizzazzjoni maħruġa lil kumpannija ta' investiment soġġett għal din id-Direttiva biss meta dik il-kumpannija:

(a) ma tagħmilx użu mill-awtorizzazzjoni fi żmien tnax-il xahar, tirrinunzja espressament l-awtorizzazzjoni jew tkun waqqfet l-attività koperta minn din id-Direttiva iktar minn sitt xhur qabel sakemm l-Istat Membru kkonċernat ma jkunx ipprovda biex f' dawn il-każijiet taqa' l-awtorizzazzjoni;

(b) tkun kisbet l-awtorizzazzjoni billi tagħmel dikjarazzjonijiet foloz jew permezz ta' xi mezzi irregolari oħra;

(ċ) ma tissodisfax aktar il-kondizzjonijiet li taħthom ingħatat l-awtorizzazzjoni;

(d) tkun serjament u/jew sistematikament kisret id-disposizzjonijiet adottati skond din id-Direttiva; jew

(e) taqa' taħt kwalunkwe mill-każijiet fejn il-liġi nazzjonali tipprovdi għal irtirar.

Titolu B

Kondizzjonijiet ta' ħidma

Artikolu 13b

L-Artikoli 5g u 5h għandhom japplikaw għal kumpanniji ta' investiment li ma nnominawx kumpannija ta' amministrazzjoni awtorizzata skond din id-Direttiva. Għall-iskop ta' dan l-Artikolu "kumpannija ta' amministrazzjoni"; għandha tinftiehem bħala "kumpannija ta' investiment";.

Kumpanniji ta' investiment jistgħu biss jamministraw assi tal-portfolio proprju tagħhom u ma jistgħu, taħt ebda ċirkostanza, jirċievu kwalunkwe mandat biex jamministraw assi għan-nom ta' parti terza.

Artikolu 13ċ

Kull Stat Membru tal-post għandu jfassal regoli prudenti li għandhom jiġu osservati f'kull ħin minn kumpanniji ta' investiment li ma nnominawx kumpannija ta' amministrazzjoni awtorizzata skond din id-Direttiva.

B'mod partikolari, l-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istat Membru tal-post, waqt li jieħdu kont ukoll tan-natura tal-kumpannija ta' investiment, għandhom jeħtieġu li l-kumpannija jkollha proċeduri tajbin ta' amministrazzjoni u kontabilità, arranġamenti ta' kontroll u salvagwardja għall-ipproċessar ta' data elettronika u mekkaniżmi adegwati interni ta' kontroll inklużi, b'mod partikolari, regoli għal operazzjonijiet personali mill-impjegati tagħha jew għall-holding jew l-amministrazzjoni ta' investimenti fi strumenti finanzjarji sabiex tinvesti l-kapital inizjali tagħha u tassigura, inter alia, li kull operazzjoni li tinvolvi l-kumpannija tista' tiġi rikostrutta skond l-oriġini tagħha, l-partijiet għaliha, n-natura tagħha, u l-ħin u l-post li fihom saret u li l-assi tal-kumpanija ta' investiment huma investiti skond l-istrumenti ta' inkorporazzjoni u d-disposizzjonijiet legali fis-seħħ.";

7. dan li ġej għandu jiddaħħal qabel l-Artikolu 14:

"TAQSIMA IVa

Obbligi li jirrigwardaw id-depositarju";

8. l-Artikolu 27(1) għandu jinbidel b'dan li ġej:

"1. Kumpannija ta' investiment u, għal kull waħda mill-unitajiet ta' trust u fondi komuni li tamministra, kumpannija ta' amministrazzjoni, għandha tippubblika:

- prospectus simplifikat,

- prospectus sħiħ,

- rapport annwali għal kull sena finanzjarja, u

- rapport kull sitt xhur li jkopri l-ewwel sitt xhur tas-sena finanzjarja";

9. l-Artikolu 28 għandu jinbidel b'dan li ġej:

"Artikolu 28

1. Kemm il-prospectuses simplifikati u kemm dawk kompleti għandhom jinkludu l-informazzjoni neċessarja biex investituri jkunu jistgħu jagħmlu ġudizzju infurmat ta' l-investiment propost lilhom, u, b'mod partikolari, tar-riskji annessi magħhom. Ta' l-aħħar għandhom jinkludu, indipendentement mill-istrumenti li hemm investiment fihom, spjegazzjoni ċara u li tinftiehem faċilment tal-profil ta' riskju tal-fondi.

2. Il-prospectus kollu għandu jkollu mill-inqas l-informazzjoni prevista fl-Iskeda A, l-Anness I ma' din id-Direttiva, sa fejn dik l-informazzjoni ma tidhirx diġà fir-regoli tal-fondi jew l-istrumenti ta' inkorporazzjoni annessi mal-prospectus sħiħ skond l-Artikolu 29(1).

3. Il-prospectus simplifikat għandu jkollu fil-qosor l-informazzjoni ewlenija prevista fl-Iskeda Ċ, l-Anness I ma' din id-Direttiva. Għandu jkun strutturat u miktub b'tali mod li jista' jinftiehem faċilment mill-investitur medju. L-Istati Membri jistgħu jippermettu li l-prospectus simplifikat jiġi anness mal-prospectus komplet bħala parti minnu li tista' titneħħa. Il-prospectus simplifikat jista' jintuża bħala għodda għat-tqegħid fis-suq iddiżinjat biex jintuża fl-Istati Membri kollha mingħajr alterazzjonijiet ħlief traduzzjoni. L-Istati Membri ma jistgħu għalhekk jeħtieġu li jiżdiedu ebda dokumenti ulterjuri jew informazzjoni addizzjonali.

4. Kemm il-prospectus komplet u kemm dak simplifikat jistgħu jiġu inkorporati f' dokument bil-miktub jew fi kwalunkwe medju durabbli li jkollu status ugwali approvat mill-awtoritajiet kompetenti.

5. Ir-rapport annwali għandu jinkludi balance sheet jew dikjarazzjoni ta' assi u responsabbiltajiet, kont dettaljat ta' dħul u infiq għas-sena finanzjarja, rapport dwar l-attivitajiet tas-sena finanzjarja u informazzjoni oħra prevista fl-Iskeda B, l-Anness I ma' din id-Direttiva, kif ukoll kull informazzjoni sinifikanti li tippermetti lil investituri biex jagħmlu ġudizzju infurmat dwar l-iżvilupp ta' l-attivitajiet ta' l-UCITS u r-riżultati tagħha.

6. Ir-rapport ta' nofs is-sena għandu jinkludi mill-inqas l-informazzjoni prevista fil-Kapitoli I sa IV ta' l-Iskeda B, l-Anness I ma' din id-Direttiva; meta UCITS titħallas jew tipproponi li tħallas interim dividend, il-figuri għandhom jindikaw ir-riżultati wara t-taxxa għas-sitt xhur ikkonċernati u interim dividend imħallas jew propost.";

10. l-Artikolu 29 għandu jinbidel b'dan li ġej:

"Artikolu 29

1. Ir-regoli tal-fond jew l-istrumenti ta' inkorporazzjoni ta' kumpannija ta' investiment għandhom jiffurmaw parti integrali tal-prospectus komplet u għandhom jiġu annessi miegħu.

2. Id-dokumenti msemmija fil-paragrafu 1 m' hemmx għalfejn, madanakollu, jiġu annessi mal-prospectus komplet sakemm it-titolari ta' l-unità jiġi infurmat li fuq talba hu jew hi jinbagħtu dawk id-dokumenti jew jiġu infurmati dwar il-post fejn, f'kull Stat Membru li fih l-unitajiet jitqiegħdu fis-suq, hu jew hi jistgħu jikkonsultawhom.";

11. l-Artikolu 30 għandu jinbidel b'dan li ġej:

"Artikolu 30

L-elementi essenzjali tal-prospectuses simplifikati u kompleti għandhom jinżammu aġġornati.";

12. l-Artikolu 32 għandu jinbidel b'dan li ġej:

"Artikolu 32

UCITS għandhom jibagħtu l-prospectuses simplifikati u kompleti tagħhom u kull emenda li ssirilhom, kif ukoll ir-rapporti annwali u ta' nofs is-sena tagħhom, lill-awtoritajiet kompetenti.";

13. l-Artikolu 33 għandu jinbidel b'dan li ġej:

"Artikolu 33

1. Il-prospectus simplifikat għandu jiġi offert lis-sottoskritti b'xejn qabel il-konklużjoni tal-kuntratt.

Barra minn hekk, il-prospectus komplet u r-rapporti annwali u ta' nofs is-sena ippubblikati l-iktar riċenti għandhom jiġu forniti lis-sottoskritti b'xejn fuq talba.

2. Ir-rapporti annwali u ta' nofs is-sena għandhom jiġu forniti lil titolari ta' l-unitajiet b'xejn fuq talba.

3. Ir-rapporti annwali u ta' nofs is-sena għandhom ikunu disponibbli lill-pubbliku fil-postijiet, jew permezz ta' mezzi oħrajn approvati mill-awtoritajiet kompetenti, speċifikati fil-prospectus komplet u simplifikat.";

14. l-Artikolu 35 għandu jinbidel b'dan li ġej:

"Artikolu 35

Il-pubbliċità kollha inkluża stedina biex jinxtraw l-unitajiet ta' UCITS għandha tindika li l-prospectuses jeżistu u l-postijiet fejn jistgħu jiġu akkwistati mill-pubbliku, jew kif il-pubbliku jista' jkollu aċċess għalihom";

15. l-Artikolu għandu jinbidel b'dan li ġej:

"Artikolu 46

Jekk UCITS tipproponi li tqiegħed fis-suq l-unitajiet tagħha fi Stat Membru ta' xort' oħra minn dak li fih tinstab, għandha l-ewwel tinforma lill-awtoritajiet kompetenti ta' dak l-Istat Membru l-ieħor kif xieraq. Għandha simultanjament tibgħat lill-awtoritajiet ta' l-aħħar:

- ċertifikat mill-awtoritajiet kompetenti għal dak l-iskop li jikkonforma mal-kondizzjonijiet imposti b'din id-Direttiva,

- ir-regoli tagħha tal-fond jew l-istrumenti ta' inkorporazzjoni tagħha,

- il-prospectus sħiħ u simplifikat tagħha,

- meta approprjat, ir-rapport annwali tagħha l-iktar riċenti u kull rapport ta' nofs is-sena sussegwenti, u

- dettalji dwar l-arranġamenti magħmula dwar it-tqegħid fis-suq ta' l-unitajiet tagħha f'dak l-Istat Membru l-ieħor.

Kumpannija ta' investiment jew kumpannija ta' amministrazzjoni tista' tibda tqiegħed fis-suq l-unitajiet tagħha f' dak l-Istat Membru l-ieħor xahrejn wara din il-komunikazzjoni, sakemm l-awtoritajiet ta' l-Istati Membri kkonċernati ma jistabbilixxux, f'deċiżjoni raġjunata meħuda qabel l-iskadenza ta' dak il-perjodu ta' xahrejn, li l-arranġamenti magħmula għat-tqegħid fis-suq ta' l-unitajiet ma jikkonformawx mad-disposizzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 44(1) u fl-Artikolu 45.";

16. l-Artikolu 47 għandu jinbidel b'dan li ġej:

"Artikolu 47

Jekk UCITS tqiegħed fis-suq l-unitajiet tagħha fi Stat Membru barra minn dak li fih tinstab, għandha tqassam f' dak l-Istat membru l-ieħor, skond l-istess proċeduri bħal dawk previsti fl-Istat Membru tal-post, il-prospectuses kompleti u simplifikati, ir-rapporti annwali u ta' nofs is-sena u l-informazzjoni l-oħra prevista fl-Artikoli 29 u 30.

Dawn id-dokumenti għandhom jiġu provduti fil-lingwa jew fil-lingwi uffiċjali ta' l-Istat Membru ospitanti jew fil-lingwa approvata mill-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istat Membru ospitanti.";

17. l-Artikoli li ġejjin għandhom jiżdiedu wara l-Artikolu 52:

"Artikolu 52a

1. Meta, permezz tal-provvista ta' servizzi jew bl-istabbiliment ta' fergħat, kumpannija ta' amministrazzjoni topera fi Stat Membru ospitanti wieħed jew iktar, l-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istati membri kollha kkonċernati għandhom jikkollaboraw mill-qrib.

Għandhom ifornu lil xulxin fuq talba bl-informazzjoni kollha li tikkonċerna l-amministrazzjoni u l-pussess ta' dawn il-kumpanniji ta' amministrazzjoni li x' aktarx tiffaċilita s-sorveljanza tagħhom u kull informazzjoni li x' aktarx tiffaċilita l-monitoraġġ ta' dawn il-kumpanniji. B'mod partikolari, l-awtoritajiet ta' l-Istat Membru tal-post għandhom jikkoperaw sabiex jassiguraw li l-awtoritajiet ta' l-Istat Membru ospitanti jiġbru d-dettalji msemmija fl-Artikolu 6ċ(2)..

2. Sa fejn huwa neċessarju għall iskop ta' l-eżerċizzju tal-poteri ta' sorveljanza tagħhom, l-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istat Membru tal-post għandhom jiġu infurmati mill-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istat Membru ospitanti b'kull miżura meħuda mil-Istat Mermbru ospitanti skond l-Artikolu 6ċ(6) li tinvolvi penalitajiet imposti fuq kumpannija ta' amministrazzjoni jew restrizzjonijiet fuq l-attivitajiet ta' kumpannija ta' l-amministrazzjoni.

Artikolu 52b

1. Kull Stat Membru ospitanti għandu jassigura li, meta kumpannija ta' amministrazzjoni awtorizzata fi Stat Membru ieħor twettaq negozju fit-territorju tiegħu permezz ta' fergħa, l-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istat Membru tal-post tal-kumpannija ta' amministrazzjoni jistgħu, wara li jinfurmaw l-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istat Membru ospitanti, personalment jew permezz ta' intermedjarju ta' persuni li jqabbdu għall-iskop, iwettqu verifika fuq il-post ta' l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 52a

2. L-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istat Membru tal-post ta' kumpannija ta' amministrazzjoni jistgħu ukoll isaqsu lill-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istat Membru ospitanti tal-kumpanija ta' amministrazzjoni biex titwettaq din il-verifika. L-Awtoritajiet li jirċievu dawn it-talbiet għandhom, fil-kwadru tal-poteri tagħhom, jaġixxu fuqhom billi jwettqu l-verifiki personalment, billi jippermettu lill-awtoritajiet li talbuhom biex iwettquhom jew billi jippermettu lill-awdituri jew lill-esperti biex jagħmlu dan.

3. Dan l-Artikolu m'għandux jeffettwa d-dritt ta' l-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istat Membru ospitanti, fl-iskarika tar-responsabbiltajiet tagħhom taħt din id-Direttiva, li jwettqu verifiki fuq il-post ta' fergħat stabbiliti fit-territorju tagħhom.";

18. l-Anness mad-Direttiva 85/611/KEE għandu jiġi enumerat mill-ġdid bħala l-Anness I;

19. l-Iskeda A ta' l-Anness I għandha tiġi emendata kif ġej:

1. Taħt il-kolonna

"Informazzjoni li tikkonċerna l-kumpannija ta' investiment"

, wara l-paragrafu 1.2, dan li ġej għandu jiżdied:

"1.3. Fil-każ ta' kumpanniji ta' investiment li jkollhom kompartimenti differenti ta' investiment, l-indikazzjoni tal-kompartimenti"

2. Taħt il-kolonna

"Informazzoni li tikkonċerna lill-kumpannija ta' investiment"

, fil-paragrafu 1.13 is-sentenza li gejja għandha tiżdied:

"Fil-każ ta' kumpanniji ta' investiment li jkollhom kompartimenti differenti ta' investiment, informazzjoni dwar kif it-titolari ta' l-unità jista' jgħaddi minn kompartiment għall-ieħor u l-piżijiet applikabbli f' dawn il-każijiet."

3. Il-paragrafi li ġejjin għandhom jiżdiedu wara l-paragrafu 4:

"5. Informazzjoni oħra dwar l-investiment

5.1. Twettieq storiku tal-unit trust/fond komuni jew tal-kumpannija ta' investiment (meta applikabbli)- din l-informazzjoni tista' jew tiġi inkluża fil-prospectus jew tiġi annessa miegħu;

5.2. Profil ta' l-investitur tipiku li għalih l-unit trust/il-fond komuni jew il-kumpannija ta' investiment huwa maħsub.

6. Informazzjoni ekonomika

6.1. Spejjeż jew piżijiet possibbli, barra mill-piżijiet imsemmija fil-paragrafu 1.17, li jiddistingwu bejn dawk li għandhom jitħallsu mit-titolari ta' l-unità u dawk li għandhom jitħallsu mill-assi tal-unit trusts/fondi komuni jew tal-kumpannija ta' investiment.";

20. it-test ta' l-Anness I ma' din id-Direttiva għandu jiżdied ma' l-Anness I mad-Direttiva 85/611/KEE;

21. L-Anness II ma' din id-Direttiva għandu jiżdied bħala l-Anness II mad-Direttiva 85/611/KEE.

Disposizzjonijiet tranżitorji u finali

Artikolu 2

1. Ditti ta' investiment, kif definiti fl-Artikolu 1(2) tad-Direttiva 93/22/KEE, awtorizzati biex iwettqu biss is-servizzi previsti fit-Taqsima A(3) u fit-Taqsima Ċ(1) u (6) ta' l-Anness ma' dik id-Direttiva, jistgħu jottjenu awtorizzazzjoni taħt din id-Direttiva sabiex jamministraw unit trusts/fondi komuni u kumpanniji ta' investiment sabiex jikkwalifikaw bħala "kumpanniji ta' amministrazzjoni". F'dak il-każ, dawn id-ditti ta' investiment għandhom iroddu lura l-awtorizzazzjoni miksuba taħt id-Direttiva 93/22/KEE.

2. Kumpanniji ta' amministrazzjoni diġà awtorizzati qabel it-13 ta' Frar 2004 fl-Istat Membru tal-post tagħhom taħt id-Direttiva 85/611/KEE sabiex jamministraw UCITS fil-forma ta' unit trusts/fondi komuni u kumpanniji ta' investiment għandhom jitqiesu li huma awotrizzati għall-iskopijiet ta' din id-Direttiva jekk il-liġijiet ta' dawk l-Istati Membri jipprovdu li sabiex tinbeda attività għandhom jikkonformaw mal-kondizzjonijiet ekwivalenti għal dawk imposti fl-Artikoli 5a u 5b.

3. Kumpanniji ta' amministrazzjoni, diġà awtorizzati qabel it-13 ta' Frar 2004, li mhumiex inklużi fost dawk imsemmija fil-paragrafu 2 jistgħu jibqgħu iwettqu din l-attività sakemm, sa mhux iktar tard mit-13 ta' Frar 2007 u skond id-disposizzjonijiet ta' l-Istat Membru tal-post tagħhom, jottjenu awtorizzazzjoni sabiex ikomplu jwettqu din l-attività skond id-disposizzjonijiet adattati fl-implimentazzjoni ta' din id-Direttiva.

Biss l-għoti ta' din l-awtorizzazzjoni għandha tippermetti lil dawn il-kumpanniji ta' amministrazzjoni sabiex jikkwalifikaw skond id-disposizzjonijiet ta' din id-Direttiva dwar id-dritt ta' stabbiliment u l-libertà li jiġu provduti servizzi.

Artikolu 3

1. Sa mhux iktar tard mit-13 ta' Awwissu 2003 l-Istati Membri għandhom jadottaw il-liġijiet, ir-regolamenti u d-disposizzjonijiet amministrattivi neċessarji biex jikkonformaw ma' din id-Direttiva. Għandhom jinfurmaw minnufih lill-Kummissjoni bihom.

Għandhom japplikaw dawn il-miżuri sa mhux iktar tard mit-13 ta' Frar 2004.

Meta l-Istati Membri jadottaw dawn il-miżuri, dawn għandu jkollhom referenza għal din id-Direttiva jew għandu jkollhom magħhom din ir-riferenza fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. Il-metodi li bihom issir din ir-referenza għandhom jiġu stabbiliti mill-Istati Membri.

Artikolu 4

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Artikolu 5

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussel, fil-21 ta' Jannar 2002.

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

P. Cox

Għall-Kunsill

Il-President

M. Arias Cañete

[1] ĠU C 272, ta' l-1.9.1998, p. 7 u ĠU C 311 E, 31.10 ;2000, p.273.

[2] ĠU C 116, tat-28.4.1999, p. 1.

[3] L-Opinjoni tal-Parlament Ewropew tas-17 ta' Frar 2000 (ĠU C 339, tad-29.11.2000, p. 228), il-Posizzjoni Komuni tal-Kunsill tal-5 ta' Ġunju 2001 (ĠU C 297, tat-23.10.2001, p. 10) u d-Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tat-23 ta' Ottubru 2001. Id-Deċiżjoni tal-Kunsill ta' l-4 ta' Diċembru 2001.

[4] ĠU L 375, tal-31.12.1985, p. 3. Id-Direttiva kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 2000/64/EC tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 290, tas-17.11.2000, p. 27).

[5] ĠU L 141, tal-11.6.1993, p. 27. Id-Direttiva kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 2000/64/KE.

[6] ĠU L 168, tat-18.07.1995, p. 7.

[7] ĠU L 348, tas-17.12.1988, p. 62.

[8] ĠU L 141, tal-11.06.1993, p. 27. Id-Direttiva kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 2000/64/KE. (ĠU L 290, tas-17.11.2000, p. 27).

[9] ĠU L 193, tat-18.07.1983, p. 1. Id-Direttiva kif l-aħħar emendata mill-Att ta' Adeżjoni ta' l-1994.

[10] ĠU L 126, tas-26.05.2000, p. 1. Id-Direttiva kif emendata bid-Direttiva 2000/28/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 275, tas-27.10.2000, p. 37).

[11] ĠU L 141, tal-11.06.1993, p. 1. Id-Direttiva kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 98/33/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 204, tal-21.7.1998, p. 29).

[12] ĠU L 84, tas-26.3.1997, p.22.

--------------------------------------------------

ANNESS I

"SKEDA Ċ

Il-kontenut tal-prospectus simplifikat

Presentazzjoni fil-qosor ta' l-UCITS

- meta l-unit trust/il-fond komuni jew il-kumpannija ta' investiment kienu kkreati u indikazzjoni ta' l-Istat Membru fejn il-unit trust/il-fond komuni jew il-kumpannija ta' investiment ġew irreġistrati/inkorporati,

- fil-każ ta' UCITS li jkollhom kompartimenti differenti ta' investiment, l-indikazzjoni ta' din iċ-ċirkostanza,

- kumpannija ta' amministrazzjoni (meta applikabbli),

- perjodu ta' eżistenza mistenni (meta applikabbli),

- id-depositarju,

- awdituri,

- grupp finanzjarju (eż. bank) li jippromwovi l-UCITS.

Informazzjoni dwar l-Investiment

- definizzjoni qasira dwar il-miri ta' l-UCITS,

- il-politika ta' investiment tal-unit trust/fond komuni jew tal-kumpannija ta' investiment u stima fil-qosor tal-profil ta' riskju tal-fond (inkluża, jekk applikabbli, informazzjoni skond l-Artikolu 24a u skond kompartiment ta' investiment),

- riżultati fil-passat tal-unit trust/fond komuni/kumpannija ta' investiment (meta applikabbli) u twissija li dawn mhumiex indikaturi ta' riżultati fil-futur – din l-informazzjoni tista' jew tiġi inkluża fil-prospectus jew tiġi annessa miegħu,

- profil ta' l-investitur tipiku li għalih huma ddiżinjati il-unit trust/il-fond komuni jew il-kumpannija ta' investiment.

Informazzjoni ekonomika

- reġim tat-taxxa,

- kummissjonijiet ta' dħul u ħruġ,

- spejjeż jew piżijiet oħrajn possibbli, li jiddistingwu bejn dawk li għandhom jitħallsu mit-titolari ta' l-unità u dawk li għandhom jitħallsu mill-assi tal-unit trust/fondi komuni jew tal-kumpannija ta' investiment.

Informazzjoni kummerċjali

- kif jinxtraw l-unitajiet,

- kif jinbiegħu l-unitajiet,

- fil-każ ta' UCITS li jkollhom kompartimenti differenti ta' investiment, kif jgħaddu minn kompartiment ta' investiment wieħed għal ieħor u l-piżijiet applikabbli f'dawn il-każijiet,

- meta u kif id-dividendi fuq unitajiet jew ishma ta' l-UCITS (jekk applikabbli) huma distribwiti,

- il-frekwenza u fejn/kif il-prezzijiet huma ppubblikati jew magħmula disponibbli.

Informazzjoni addizzjonali

- dikjarazzjoni li, fuq talba, il-prospectus komplet, ir-rapporti annwali u ta' nofs is-sena jistgħu jinkisbu b'xejn qabel il-konklużjoni tal-kuntratt u wara,

- l-awtorità kompetenti,

- indikazzjoni ta' punt ta' kuntatt (persuna/dipartiment, ħin, eċċ.) fejn jistgħu jinkisbu spjegazzjonijiet addizzjonali jekk meħtieġ,

- id-data ta' pubblikazzjoni tal-prospectus."

--------------------------------------------------

ANNESS II

"

ANNESS II

Funzjonijiet inklużi fl-attività ta' l-amministrazzjoni kollettiva tal-portfolio:

- Amministrazzjoni ta' investiment.

- Amministrazzjoni:

(a) servizzi ta' kontabilità legali u ta' amministrazzjoni ta' fond;

(b) inkjesti tal-klijenti;

(ċ) valutazzjoni u pprezzar (inklużi rifużjonijiet fuq it-taxxa);

(d) monitoraġġ regolatorju ta' konformità;

(e) manutenzjoni tar-reġistru tat-titolari ta' l-unità;

(f) distribuzzjoni tad-dħul;

(g) kwistjonijiet u fidi ta' unitajiet;

(h) riżoluzzjonijiet ta' kuntratti (inkluża l-kunsinna taċ-ċertifikat);

(i) iż-żamma ta' reġistri.

- it-Tqegħid fis-suq.

"

--------------------------------------------------

Top