Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32001D0731

    Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-16 ta’ Ottubru 2001 li temenda d-Deċiżjoni tal-Kunsill 79/542/KEE li tfassal lista ta’ pajjiżi terzi li minnhom l-Istati Membri jistgħu jawtorizzaw l-importazzjoni tal-bhejjem tal-fart, il-ħnieżer, l-ekwidi, in-nagħaġ u l-mogħoż, il-laħam frisk u l-prodotti mil-laħam, b’mod partikolari fejn għandhom x’jaqsmu n-New Caledonia u l-Gżejjer ta’ St Pierre u Miquelon (innotifikata fid-dokument bin-numru K (2001) 3080)Test b’relevanza għaż-ŻEE

    ĠU L 274, 17.10.2001, p. 22–27 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 08/04/2010; Impliċitament imħassar minn 32010D0477

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2001/731/oj

    32001D0731



    Official Journal L 274 , 17/10/2001 P. 0022 - 0027


    Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni

    tas-16 ta’ Ottubru 2001

    li temenda d-Deċiżjoni tal-Kunsill 79/542/KEE li tfassal lista ta’ pajjiżi terzi li minnhom l-Istati Membri jistgħu jawtorizzaw l-importazzjoni tal-bhejjem tal-fart, il-ħnieżer, l-ekwidi, in-nagħaġ u l-mogħoż, il-laħam frisk u l-prodotti mil-laħam, b’mod partikolari fejn għandhom x’jaqsmu n-New Caledonia u l-Gżejjer ta’ St Pierre u Miquelon

    (innotifikata fid-dokument bin-numru K (2001) 3080)

    (Test b’relevanza għaż-ŻEE)

    (2001/731/KE)

    IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

    Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 72/462/KEE tat-12 ta’ Diċembru 1972 dwar il-problemi tas-saħħa u l-ispezzjonijiet veterinarji dwar l-importazzjoni ta’ bhejjem bovini, ovini u kaprini u u l-ħnieżer, il-laħam frisk jew il-prodotti mil-laħam minn pajjiżi terzi [1], kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 97/79/KE [2], u partikolarment l-Artikolu 3 miġjub fiha,

    Billi:

    (1) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 79/542/KEE [3], kif l-aħħar emendata bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2001/117/KE [4], tfassal lista ta’ pajjiżi terzi li minnhom l-Istati Membri jistgħu jawtorizzaw l-importazzjoni ta’ bhejjem bovini, ħnieżer, ekwidi, nagħaġ u mogħoż, il-laħam frisk u l-prodotti mil-laħam.

    (2) Huwa opportun li jiġi ċċarat, rigward il-lista tal-pajjiżi li għandhom x’jaqsmu ma’ l-ispeċji differenti tal-bhejjem ħajjin koperti b’din id-Deċiżjoni, illi l-awtorizzazzjoni għall-importazzjoni hija waħda kondizzjonali għall-eżistenza, f’dawn il-pajjiżi u għal dawn l-bhejjem ħajjin tal-kondizzjonijiet armonizzati Komunitarji dwar is-saħħa u ċ-ċertifikazzjoni veterinarja, stabbiliti fil-leġislazzjoni Komunitarja fid-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikoli 8 u 11 tad-Direttiva tal-Kunsill 72/462/KEE. Għalhekk, huwa meħtieġ għat-trasparenza illi l-importazzjonijiet biss minn dawk il-pajjiżi fejn ġew stabbiliti r-regoli armonzzati għandhom jissemmew fil-Parti 1 ta’ l-Anness għad-Deċiżjoni 79/542/KEE bħala li huma awtorizzati.

    (3) Wara l-missjonijiet veterinarji Komunitarji, jidher illi n-New Caledonia u l-Gżejjer ta’ St Pierre u Miquelon huma koperti b’servizzi veterinarji stritturati u organizzati tajjeb.

    (4) Għal dawn l-aħħar 12-il xahar in-New Caedonia kienet ħielsa mill-marda tal-lsien u d-dwiefer u dik magħrufa bħala r-rinderpest; billi ma twettaq l-ebda tilqim kontra dawn il-għaliet ta’ mard għal dawn l-aħħar 12-il xahar, u l-importazzjoni tal-bhejjem imlaqqma kontra l-marda tal-lsien u d-dwiefer hija pprojbita.

    (5) In-New Caledonia tista’ tiġi inkluża fil-lista tal-pajjiżi terzi li minnhom l-Istati Membri jistgħu jawtorizzaw l-importazzjoni tal-laħam minn bhejjem slavaġ u tista’ wkoll titniżżel fil-lista tal-laħam frisk u tal-prodotti mil-laħam tal-bhejjem ta’ l-ifrati.

    (6) Is-sitwazzjoni tas-saħħa taż-żwiemel hija kontrollata tajjeb bis-servizzi veterinarji ta’ St Pierre u Miquelon u, partikolarment, il-pajjiż kien ħieles mill-marda Afrikana taż-żwiemel u l-enċfalomjilite Veneżweljana taż-żwiemel għal aktar minn sentejn, u mid-dourine u l-glanders għall-aktar minn sitt xhur.

    (7) St Pierre u Miquelon jistgħu jiġu elenkati fil-lista ta’ l-ekwidi.

    (8) Mill-adozzjoni tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2001/611/KE tal-20 ta’ Lulju 2001 li temenda d-Deċiżjoni 92/160/KEE rigward ir-reġjonalizzazzjoni tal-Messiku, li temenda d-Deċiżjonijiet 92/260/KEE, 93/195/KEE, 93/196/KEE u 93/197/KEE dwar l-importazzjoni ta’ l-ekwidi mill-Messiku u tħassar id-Deċiżjonijiet 95/392/KE u 96/486/KE [5], l-Istati Membri jistgħu jawtorizzaw għal darb’oħra l-importazzjoni ta’ ċerti kategoriji ta’ ekwidi minn ċerti żoni fil-Messiku. Madankollu, kienet tħalliet barra referenza għar-reġjonalizzazzjoni u l-projbizzjoni fuq l-importazzjoni ta’ l-ekwidi għall-qatla mid-Deċiżjoni 79/542/KEE, u dan għandu jiġi ċċarat.

    (9) Il-pajjiżi li jidhru fil-lista li qiegħda tiġi identifikata skond il-kodiċi ta’ l-ISO wżata mil-leġislazzjoni Komunitarja għan-nomenklatura tal-pajjiżi u t-territorji għall-kummerċ estern, l-istatus proviżorju ta’ dan il-kodiċi għandu jkun speċifikat kulmeta jkun xieraq.

    (10) L-Anness mad-Deċiżjoni 79/542/KEE għandu jiġi emendat kif xieraq.

    (11) Il-miżuri pprovvduti f’din id-Deċiżjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Veterinarju Permanenti,

    ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    Il-Parti 1 ta’ l-Anness mad-Deċiżjoni 79/542/KEE għandha tinbidel bl-Anness ma’ din id-Deċiżjoni.

    Artikolu 2

    Din id-Deċiżjoni għandha tapplika mill-20 ta’ Ottubru 2001.

    Artikolu 3

    Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

    Magħmula fi Brussel, fis-16 ta’ Ottubru 2001.

    Għall-Kummissjoni

    David Byrne

    Membru tal-Kummissjoni

    [1] ĠU L 302, tal-31.12.1972, p. 28.

    [2] ĠU L 24, tat-30.1.1998, p. 31.

    [3] ĠU L 146, ta’ l-14.6.1979, p. 15.

    [4] ĠU L 43, ta’ l-14.2.2001, p. 38.

    [5] ĠU L 214, tat-8.8.2001, p. 49.

    --------------------------------------------------

    L-ANNESS

    ""

    --------------------------------------------------

    Top