Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32001D0728

    Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tad-9 ta’ Ottubru 2001 li tiġi emendata d-Deċiżjoni 92/452/KEE rigward il-listi ta’ kollezzjonijiet ta’ embrijoni u produzzjoni ta’ l-embrijuni approvata f’pajjizi terzi għall-esportazzjoni ta’ embrijuni taċ-ċanga lill-Komunità (notifikata bid-dokument Ċ(2001) 3001)Test b’rilevanza għaż-ŻEE

    ĠU L 273, 16.10.2001, p. 24–25 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 13/02/2008; Impliċitament imħassar minn 32008D0155

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2001/728/oj

    32001D0728



    Official Journal L 273 , 16/10/2001 P. 0024 - 0025


    Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni

    tad-9 ta’ Ottubru 2001

    li tiġi emendata d-Deċiżjoni 92/452/KEE rigward il-listi ta’ kollezzjonijiet ta’ embrijoni u produzzjoni ta’ l-embrijuni approvata f’pajjizi terzi għall-esportazzjoni ta’ embrijuni taċ-ċanga lill-Komunità

    (notifikata bid-dokument Ċ(2001) 3001)

    (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

    (2001/728/KE)

    IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

    Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 89/556/KEE tal-25 ta’ Settembru 1989 rigward il-kundizzjonijiet tas-saħħa ta’ l-annimali li jinfluwenzaw in-negozju intra-Komunitarju u importazzjoni minn pajjizi terzi ta’ embrijoni ta’ annimali domestiċi tat-tip ċanga [1], hekk kif ġie emendat l-aħħar bid-Deċiżjoni 94/113/KE [2], u b’mod partikolari Artiklu 8 tagħha,

    Billi:

    (1) Is-servizzi veterinarji kompetenti ta’ New Zealand ressqu talba għaż-żieda mal-lista, stabbilita mid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 92/452/KEE [3], hekk kif ġiet emendata bid-Deċiżjoni 2001/638/KE [4] ta’ timijiet uffiċċjalment approvati fit-territorji tagħhom għall-esportazzjoni ta’ embrijoni ta’ annimali domestiċi tar-razza bovina lill-Komunità.

    (2) Garanziji rigward kunsens għad-domanda li ġiet speċifikata f’Artiklu 8 tad-Direttiva 89/556/KEE ġew aċċettati mill-Kummissjoni.

    (3) F’dak li għandu x’jaqsam mal-Kanada, tim li ġie approvat minn qabel għall-ġbir biss għandu jiġi approvat għall-produzzjoni wkoll fuq domanda ta’ l-awtoritajiet Kanadiżi.

    (4) Bħala riżultat, id-Deċiżjoni 92/452/KEE għandha tiġi emendata.

    (5) Il-miżuri li ġew provduti f’din id-Deċiżjoni jaqblu ma’ l-opinjoni tal-Kumitat Veterinarju,

    ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    L-Anness tad-Deċiżjoni 92/452/KEE huwa emendat kif ġej:

    1. Il-linja ta’ hawn taħt hija miżjuda mal-linji li jikkonċernaw timijiet ta’ New Zealand:

    "NZ | | NZET 10 | | Marshall u Hicks Veterinary Surgeons 71 Main Street PO Box 77 Otautau | Daryl Peter John Marshall" |

    2. Il-linji li jikkonċernaw timijiet Kanadiżi No E 933 ġie mibdul b’dan li ġej:

    "CA | | E 933 | E 933(FIV) | E.T.E. Inc 3 700 boulevard de 1a Chaudiere suite 100 Ste-Foy, Quebec GIX 2K5 | Dr Louis Picard Dr Marc Dery" |

    Artikolu 2

    Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussel, id- 9 t’Ottubru 2001.

    Għall-Kummissjoni

    David Byrne

    Membru tal-Kummissjoni

    [1] ĠU L 302, tad-19.10.1989, p. 1.

    [2] ĠU L 53, ta’ l-24.2.1994, p. 23.

    [3] ĠU L 250, tad-29.8.1992, p. 40.

    [4] ĠU L 223, tat-18.8.2001, p. 24.

    --------------------------------------------------

    Top