Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32001D0080

    Id-Deċiżjoni tal-Kunsill tat-22 ta’ Jannar 2001 fuq l-istabbiliment ta’ l-Istaff Militari ta’ l-Unjoni Ewropea

    ĠU L 27, 30.1.2001, p. 7–11 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

    Legal status of the document In force: This act has been changed. Current consolidated version: 07/04/2008

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2001/80(1)/oj

    32001D0080



    Official Journal L 027 , 30/01/2001 P. 0007 - 0011


    Id-Deċiżjoni tal-kunsill

    tat-22 ta’ Jannar 2001

    fuq l-istabbiliment ta’ l-Istaff Militari ta’ l-Unjoni Ewropea

    (2001/80/CFSP)

    IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidraw it-Trattat ta’ l-Unjoni Ewropea, b’mod partikolari l-Artikolu 28(1) tieghu,

    Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 207(2) tieghu,

    Billi:

    (1) Fil-qafas tar-rinforzar tal-politika barranija u ta’ sigurtà komuni (CFSP) u b’mod partikolari fuq il-politika komuni Ewropea fuq is-sigurtà u d-difiza prevista fl-Artikolu 17 tat-Trattat ta’ l-Unjoni Ewropea, il-laqgha ta’ Kunsill Ewropew f’Nizza mis-7 – 11 ta’ Dicembru 2000 waslet fi ftehim fuq l-istabbiliment ta’ l-Istaff Militari ta’ l-Unjoni Ewropea, li jistabbilixxi l-ghanijiet u l-funzjonijiet tieghu.

    (2) Abbazi tal-linji gwida tal-Kunsill Ewropew il-Istaff Militari ghandu jkun lest sabiex jibda bix-xoghol,

    IDDECIDEW DAN LI GEJ:

    Artikolu 1

    1. l-Istaff militari għandu jkun sekondat mill-Isati Membri lis-Segretarjat tal-Kunsill sabiex jinħoloq l-Istaff Militari ta’ l-Unjoni Ewropea (EUMS).

    2. L-Istaff Militari ghandu jifforma parti mis-Segretarjat Generali tal-Kunsill.

    Artikolu 2

    L-ghanijiet u l-funzjonijiet tal-Istaff Militari huma miktuba fl-Anness V tar-rapport Presidenzali li gie approvat mill-Kunsill Ewropew ta’ Nizza, il qed jigi riprodott fl-Anness ta’ din id-Decizjoni.

    Artikolu 3

    Il-membri kollha tal-Istaff Militari ghandhom ikunu cittadini ta’ l-Istati Membri ta’ l-Unjoni Ewropea.

    Artikolu 4

    1. Il-membri tal-Istaff Militari ghandhom jkunu regolati li ser jigu stabbiliti f’Decizjoni tal-Kunsill.

    2. Sa ma tigi fis-sehh d-Decizjoni msemmija fil-paragrafu 1, id-Decizjoni tal-Kunsill 2000/178/CFSP tat-28 ta’Frar 2000 fuq ir-regoli applikabbli lill-esperti fil-qasam militari li jigu sekondati lis-Segretarjat Generali tal-Kunsill, fil-perjodu transitorju [1] ghandha tibqa’ fis-sehh.

    Artikolu 5

    Din id- DecizjonI ghandha tigi fis-sehh minn meta tigi adottata.

    Ghandha tapplika mid-data stabbilita mill-SG/HR wara konsultazzjoni tal-PSC u tal-iMB/Kumitat Militari u fil-principju dan ikun qabel l-ahhar ta’ Gunju 2001.

    Sa meta din id-Decizjoni tkun applikabbli, id-Direttur Generali tal-Istaff Militari (DGEUMS), u li ser jibda jiffunzjona mill-1 ta’ Marzu 2001 [2], ghandu jservi bhala l-Kap ta’ l-esperti militari sekondati mill-Istati Membri lis-Segretarjat tal-Kunsill [3].

    Artikolu 6

    Din id-Decizjoni ghandha tigi ppubblikata fil-Gurnal Ufficjali.

    Maghmul fi Brussell, 22 ta’ Jannar 2001.

    Għall-Kunsill

    Il-President

    A. Lindh

    [1] ĠU L 57, tat-2.3.2000, p. 1.

    [2] Decizjoni tal-Kunsill tat-22 Dicembru 2000.

    [3] Decizjoni tal-Kunsill 2000/145/CFSP ta’ l-14 Frar 2000 fuq is-sekondament ta’ l-esperti mill-Istati Membri fil-qasam militari ghas-Segreterija Generali tal-Kunsill waqt perjodu transitorju (ĠU L 49, tat-22.2.2000, p. 3).

    --------------------------------------------------

    L-ANNESS

    Organizzazzjonijiet TA’ L-ISTAFF MILITARI TA’ L-UNJONI EWROPEA (EUMS)

    1. Daħla

    F’Helsinki, L-Istati Membri ta’ l-Unjoni Ewropea ftehemu li jistabbilixxu korpi politici u militari godda fi hdan il-Kunsill li jkunu jistgħu jassumu r-responsabbilitajiet kollha sabiex jipprevjenu l-konflitti u l-amministrazzjoni tal-konflitti kif definiti mit-Trattat ta’ l_UE, il-kompiti ta’ Petersberg. Kif provdut fir-rappoert ta’ Helsinki, il-EUMS, "Jipprovdi l-ħila militari u s-sostenn lill-CESDP fi ħdan l-istrutturi tal-Kunsill, inkluża l-kondotta ta’ operazzjonijiet ta’ amministrazzjoni tal-konflitti mmexxija mill-UE".

    Għal dan l-għan, it-termini ta’ referenza ta’ l-Istaff Militari ta’ l-Unjoni Ewropea (EUMS) huma kif ġej:

    2. Missjoni

    L-Istaff Militari għandu jahħmel "twissija preliminary, eżami tas-sitwazzjoni u pjan strateġiku għall-kompiti ta’ Petersberg, kif ukoll jidentifika Forzi nazzjonali Ewropej u forzi" u l-implimentar ta’ politika u deċiżjonijiet kif mogħtija mill-Kumitat Militari ta’ l-Unjoni Ewropea (EUMC).

    3. Għan u kompiti

    - Huwa l-egħjun tal-ħila militari ta’ l_UE.

    - Jassigura kuntatt bejn l-EUMC min-naħa l-waħda u r-riżorsi militari għad-dispożizzjoni ta’ l-UE min-naħa l-oħra, kif ukoll jipprovdi l-pariri esperti militari lill-korpi ta’ l-UE, kif immexxija mill-EUMC.

    - Jipprovdi abiltà ta’ twissija preliminari. Tippjana, tistima, u tagħmel rakkomandazzjinijiet għal amminstrazzjoni ta’ kriżi u l-istrateġija ġenerali kif ukoll timplimenta d-deċiżjonijiet u l-pariri tal-EUMC.

    Jappoġġa l-EUMC fuq l-eżami tas-sitwazzjonijiet u ippjanar strateġiku ta’ aspetti militari [1] fuq il-kopiti kollha ta’ Petersberg, fuq il-każijiet kollha ta’ l-operazzjonijiet mmexxija mill-UE, kemm jekk l-UE tieħu mill-kapaċitajiet u l-assi tan-NATO u kemm jekk le.

    Tikkontribwixxi għall-proċess ta’ elaborazzjoni, stima u rieżami tal-għanijiet ta’ kapaċità, filwaqt li tħares lejn il-bżonn, għall-Istati Membri kkonċernati, li jassiguraw koerenza mal-proċess ta’ difiża tan-NATO (DPP) u tippjana il-proċess ta’ rieżaminazzjoni (PARP) tal-partnership for peace (PfP) skond il-proċeduri mifthiema.

    Għandha r-responsabbilità sabiex tikkontrolla, teżamina u tagħmel rakkomandazzjonijiet fuq il-forzi u l-kapaċitajiet mogħtija lill-UE mill-Istati Membri, fuq bażi ta’ taħriġ, eżercizzji u interoperabilità.

    4. Funzjonijiet

    - Għandha tlett funzjonijiet priċipali: twissija preliminari, eżami tas-sitwazzjoni u ppjanar strateġiku.

    - Taħt id-direzzjoni ta’ l-EUMC għandha tipprrovdi pariri esperti lill-korpi ta’ l-UE u, b’mod partikolari, lis-Segretarju Ġenerali/Rapprezentant għoli.

    - Tikkontrolla kriżijiet potenzali billi toqgħod fuq informazzjoni miġbura minn intelliġenza nazzjonali jew multinazzjonali.

    - Tissupplixxi liċ-entru li jeżamina s-sitwazzjonijiet b’informazzjoni militari u tkun riċevitur ta’ dan ic-entru.- Ġġib fis-seħħ l-apetti strateġiċi militari avvanzati tal-missjonijiet ta’ Petersberg.

    - Tidentifika u tikkompila lista ta’ forzi nazzjonali u multinazzjonali Ewropej għal operazzjonijiet mmexxija mill-UE, b’koordinament man-NATO.

    - Tikkontribwixxi għall-iżvilupp u għal-preparazzjoni (inkluż it-taħriġ u l-eżerċizzju) ta’ forzi nazzjonali u multinazzjonali li l-Istati Membri poġġew għad-dispożizzjoni ta’ l-UE. Il-modalitajiet tar-relazzjoni man-NATO huma definiti fid-dokumenti relattivi.

    - Torganizza u tikoordina l-proċeduri ma’ HQ nazzjonali u multinazzjonali inklużi l-KĠ tan-NATO li huma għad-dispożizzjoni ta’l –UE, biex jassiguraw, sa fejn hu possibli, kompattibilità mal-proċeduri tan-NATO.

    - Tipprogramma, tippjana tmexxi u tevalwa l-aspett militari ta’ l-amministrazzjoni ta’ kriżi l-UE, inklużi l-proċeduri eżerċitati ta’ l-UE/NATO.

    - Tipparteċipa fl-estimi finanzjarji ta’ l-operazzjonijiet u ta’ l-eżerċitazzjonijiet.

    - Żżomm il-kuntatt mal-KĠ nazzjonali u l-KĠ multinazzjonali tal-forzi multinazzjonali.

    - Tistabbilixxi relazzjonijiet permanenti ma’ NATO skond "Arranġamenti Permanenti EU/NATO" u relazzjonijiet tajbin ma korrispondenti idetifikati f’NU u l-OSCE, b’kondizzjoni ta’ ftehim ma dawn l-organizzazzjonijiet.

    (a) Funzjonijiet addizjonali fl-amministrazzjoni ta’ l-amminstrazzjoni tal-kunflitti.

    - Titlob u tipproċessa informazzjoni speċifika mill-informazzjoni miġbura mill-organizzazzjonijiet ta’ intelliġenza u informazzjoni relevanti minn-egħjun oħra.

    - Tappoġġja l-EUMC fil-kontribuzzjoniet tagħha għal-Gwida ta’ Ippjanar inizjali u d-Direttivi ta’ l-Ippjanar tal-Kumitat Politiku u tas-Sigurtà (PSC).

    - Tiżviluppa u telenka l-prioritajiet fil-għazliet fl-istrateġiji militari bħala bażi tal-pariri militari tal-EUMC lill-PSC billi:

    - Tiddefinixxi l-għażliet wiesgħa inizjali;

    - tikkonkludi kif xieraq fuq sostenn ippjanat minn sorsi esterni li għandhom janaliżżaw dawn l-għażliet f’iktar dettal,

    - tevalwa r-riżultati ta’ dan ix-xogħol iżjed dettaljat u tikkummisjona xogħol li jkun neċessarju,

    - tipperżenta stima ġenerali, b’indikazzjoni tal-prioritajiet u r-rakkomandazzjonijiet, fejn xieraq, lill-EUMC.

    - Tista’ tikkontribwixxi għall-aspetti non-militari ta’ l-għażliet militari.

    - Tidentifika flimkien ma’ l-Istaff nazzjonali ta’ l-ippjanar u, fejn xeieraq, NATO, il-forzi li jistgħu jipparteċipaw f’missjonijiet mmexxija mill-UE.

    - Tassisti l-mexxej tal-missjoni fi skambji tekniċi ma’ terzi pajjiżi li joffru kontribuzzjonijiet militari għal missjoni mmexxija mill-UE, u fil-preparazzjoni tal-konforenza għall-ġenerazzjoni tal-forza.

    - Tkompli tikkontrolla sitwazzjonijiet ta’ kriżi.

    (b) Funzjonijiet ulterjuri waqt il-missjonijiet

    - Il-EUMS, taħt id-direzzjoni tal-EUMC, tikkontrolla kontinwament l-aspetti militari tal-missjonijiet. Tmexxi analiżi strateġika f’komunikazzjoni mal-mexxej tal-missjonijiet sabiex issostni l-EUMC fir-rwol bħala konsultattriċi għall-PSC f’responsabbiltà għad-direzzjoni strateġika.

    - Fid-dawl ta’ żviluppi politiċi u operazzjonali, tipporovdi għażliet ġodda lill-EUMC bħala bażi tal-pariri militari għall-PSC.

    5. Organizzazzjonijiet

    - Taħdem taħt id-direzzjoni militari tal-EUMC, fejn għandha wkoll tirrapporta.

    - Il-EUMS huwa dipartiment tas-Segretarjat tal-Kunsill li għandu direttament x’jaqsam ma’ SG/HR; huwa magħmul l-Istaff issekondat mill-Istati Membri f’kapaċità internazzjonali li għandha tkun mogħtija mill-istatut li jiġi stabbilit mill-Kunsill.

    - EUMS huwa mmexxi minn DGEUMS, tal-bandiera bi tlett stilel, u jaħdem taħt it-tmexxija tal-EUMC.

    - Sabiex jintlaħaq l-ispektrum wiesgħa tal-kompiti ta’ Petersberg, kemm jekk l-UE tirreferi għar-riżorsi tan-NATO jew le, il–EUMS hi organizzata kif miktub fl-Anness "A".

    - Fl-amministrazzjoni ta’ sitwazzjonijiet ta’ kriżi jew eżerċiatzjonijiet, l-EUMS tista’ tifforma Timijiet ta’ Azzjoni fi Kriżi (CAT), taħdem fuq il-pariri ta’ l-esperti,l-istaff u infrastruttura tagħha stess. Tista’ wkoll, jekk meħtieġ, timpjega nies li majkunux fi ħdanha temporanjament fuq talba tal-EUMC lill-Istati Membri ta’ l-UE.

    6. Relazzjonijiet ma’ pajjiżi terzi

    - Ir-relazzjonijiet ta’ l-EUMS ma’ membri tan-NATO li m’humiex Stati Membri ta’ l-UE u pajjiżi oħrajn, I huma kandidati għall-adeżjoni ma’ l-UE għandhom jiġu definiti fid-dokument tar-relazzjonijiet ta’ l-UE ma pajjiżi terzi.

    [1] Definizzjonijiet preliminari:

    - Ippjanar strateġiku: l-ippjanar ta’ attivitajiet li jidħlu fis-seħħ hekk kif iżviluppa kriżi u li jispiċċaw hekk kif l-awtoritajiet politiċi ta’ l-UE japprovaw għażla jew għażliet militari strateġiċi. Il-proċess strateġiku għandu fiħ eżami tas-sitwazzjoni militari, definizzjoni ta’ qafas tal-POL/MIL u żvilupp ta’ l-għażliet strateġiċi militari.

    - Għażla strateġika militari: azzjoni militari possibbli maħsuba sabiex twassal l-għanijiet tal-POL/MIL kif msemmija fil-qafas tal-POL/MIL. Għażla strateġika militari għandha tiddeskrivi s-soluzzjoni militari bażika, ir-riżorsi meħtieġa u l-limitazzjonijiet kif ukoll rakkomandazzjonijiet fuq l-għażla tal-mexxej tal-operazzjoni u OHQ.

    --------------------------------------------------

    L-ANNESS A

    PJANTA TA’ L-ORGANIZZAZZJONIJIET TA’ L-EUMS

    +++++ TIFF +++++

    ABBREVJAZZJONIJIET

    A

    ADMIN | Il-Qasam Amministrattiv |

    C

    CEUMC | President tal-Kumitat Militari ta’ l-Unjoni Ewropea |

    CIO | CIMIC u l-Qasam ta’ l-Operazzjonijiet ta’ l-Informazzjoni |

    CIS | Diviżjoni tal-Komunikazzjoni u Sistemi ta’ Informazzjoni |

    CMC SPT | Sostenn għall-President tal-Kumitat Militari ta’ l-Unjoni Ewropea |

    CON | Il-Qasam tal-Kunċettu |

    CRM/COP | Amministrazzjoni tal-Kriżi/Qasam ta’ l-Operazzjonijiet Attwali |

    D

    DDG/COS | Deputat Direttur Ġenerali u Kap ta’ L-Istaff Militari ta’ L-Unjoni Ewropea |

    DGEUMS | Direttur Ġenerali ta’ l-Istaff Militari ta’ l-Unjoni Ewropea |

    E

    EUMC | Kumitat Militari ta’ l-Unjoni Ewropea |

    EUMS | L-Istaff Militari ta’ L-Unjoni Ewropea |

    EXE | Qasam ta’ l-eżerċitazzjonijiet |

    EX OFFICE | Uffiċċjal Eżekuttiv |

    F

    FOR | Qasam għall-preparazzjoni tal-Forzi |

    I

    INT | Diviżjoni ta’ l-Informazzjoni miġbura minn Intelliġenza |

    INT POL | Qasam ta’ Politika fuq l-Informazzjoni miġbura minn Intelliġenza |

    ITS | Qasam ta’ l-Informatiaka u s-sigurtà |

    L

    LEGAL | Konsulent Legali |

    LOG | Qasam tal-Loġistika |

    LOG/RES | Qasam tal-Loġistika u Riżorsi |

    O

    OPS/EXE | Qasam ta’ l-operazzjonijiet u Eżerċitazzjonijiet |

    P

    PER | Saff Personali |

    POL | Qasam tal-Politika |

    POL/PLS | Qasam tal-politika u l-Ippjanar |

    POL/REQ | Qasam tal-Politika u tar-Rekwiżiti |

    PRD | Qasam tal-produttività |

    R

    REQ | Qasam ta-rekwiżiti |

    RES/SPT | Qasam tas-Sostenn tar-Riżorsi |

    Leonard Caruana

    --------------------------------------------------

    Top