Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32000L0025

    Id-Direttiva 2000/25/KE tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill tat-22 ta' Mejju 2000 dwar l-azzjoni li għandha tittieħed kontra l-emissjonijiet ta' inkwinanti ta' gass u partikolati minn magni għat-tmexxija ta' tratturi għall-agrikoltura jew għall-forestrija u li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 74/150/KEE

    ĠU L 173, 12.7.2000, p. 1–34 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 31/12/2015; Imħassar b' 32013R0167

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2000/25/oj

    32000L0025



    Official Journal L 173 , 12/07/2000 P. 0001 - 0034


    Id-Direttiva 2000/25/KE tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill

    tat-22 ta' Mejju 2000

    dwar l-azzjoni li għandha tittieħed kontra l-emissjonijiet ta' inkwinanti ta' gass u partikolati minn magni għat-tmexxija ta' tratturi għall-agrikoltura jew għall-forestrija u li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 74/150/KEE

    IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 95 tiegħu,

    Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni [1],

    Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali [2],

    Filwaqt li jaġixxu skond il-proċedura stabbilità fl-Artikolu 251 tat-Trattat [3],

    Billi:

    (1) Biex ikun assigurat il-funzjonament kif suppost tas-suq intern, id-Direttiva tal-Kunsill 74/150/KEE ta' l-4 ta' Marzu 1974 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri li jirrigwardaw l-approvazzjoni tat-tip ta' tratturi bir-roti għall-agrikoltura jew għall-forestrija [4] u t-22 Direttivi speċifiċi adottati bejn l-1974 u l-1989 li armonizzaw l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi f'dan il-qasam;

    (2) Billi biex ikun salvagwardat aktar l-ambjent, huwa meħtieġ li l-miżuri diġa adottati jkunu supplimentati bid-Direttiva tal-Kunsill 77/537/KEE tat-28 ta' Ġunju 1977 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri li jirrigwardaw il-miżuri li għandhom jittieħdu kontra l-emissjonijiet ta' inkwinanti minn magni diesel għall-użu fi tratturi bir-roti, għall-agrikoltura jew għall-forestrija [5], (opaċità ta' gass ta' l-exhaust) ma' miżuri oħra li jirrigwardaw, b'mod partikolari, mal-emissjonijiet fiżjokimiċi. B'referenza għad-disposizzjonijiet tad-Direttiva 97/68/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Diċembru 1997 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri fir-rigward tal-miżuri kontra l-emissjonijiet ta' inkwinanti ta' gass u partikolati minn magni bil-kombustjoni interna li għandhom ikunu stallati f'makkinarju mobbli mhux għas-sewqan fit-triq [6], din id-Direttiva tipprovdi l-limiti tal-valuri għall-emissjonijiet ta' inkwinanti ta' gass u partikolati li għandhom jiġu applikati fi stadji suċċessivi, u l-proċedura tat-test tal-magni bil-kombustjoni interna intiżi biex imexxu tratturi għall-agrikoltura u għall-forestrija. Konformità mad-disposizzjonijiet tad-Direttiva tal-Kunsill 88/77/KEE tat-3 ta' Diċembru 1987 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri li jirrigwardaw il-miżuri li għandhom jittieħdu kontra l-emissjoni ta' inkwinanti fil-forma ta' gass minn magni diesel f'vetturi [7], tista' tkun aċċettata bħala konformità mal-ħtiġiet ta' din id-Direttiva.

    (3) Biex ikun iffaċilitat l-aċċess għal swieq ta' pajjiżi terzi, huwa meħtieġ li tkun stabbilita ekwivalenza bejn il-ħtiġiet ta' din id-Direttiva għall-ewwel stadju l-ħtiġiet stabbiliti fir-Regolament Nru 96 tal-Kummissjoni Ekonomika tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Ewropa (UN/KEE) dwar l-approvazzjoni tat-tip tal-komponenti ta' magni bil-compression ignition intiża biex tkun immuntata fuq tratturi għall-agrikoltura u għall-forestrija skond l-emissjonijiet tagħhom ta' inkwinanti.

    (4) Biex ikunu massimizzati l-benefiċċji għall-ambjent Ewropew u, fl-istess waqt biex tkun assigurata l-unità fis-suq, huwa meħtieġ li jiġu adottati standards mandatorji stretti f'intervalli regolari. Kull tnaqqis ieħor fil-limiti tal-valuri u kull tibdiliet fil-proċedura tat-test jistgħu jiġu adottati biss fuq il-bażi ta' studji u riċerka li għandhom ikunu mwettqa fil-potenzjal teknoloġiku eżistenti prevedibbli u fl-effettività skond in-nefqa tiegħu, biex tkun permissibbli l-produzzjoni fuq skala industrijali ta' tratturi għall-agrikoltura u għall-forestrija li jistgħu jkunu konformi ma' dawn il-limiti aktar ibsin.

    (5) Il-progress tekniku jeħtieġ adattabilità rapida għall-ħtiġiet tekniċi stabbiliti fl-Annessi li jinsabu ma' din id-Direttiva. Il-Kummissjoni hija mpenjata li tallinja mingħajr dewmien il-limiti tal-valuri u dati f'din id-Direttiva għall-bidliet fil-futur fid-Direttiva 97/68/KE. F'kull każ meta l-Parlament Ewropew u l-Kunsill jagħtu s-setgħa lill-Kummissjoni li timplimenta r-regoli imħejjija għat-tratturi għall-agrikoltura u għall-forestrija, proċedura ta' konsultazzjoni bil-quddiem li tinvolvi l-Kummissjoni u l-Istati Membri li jiltaqg]u f'kumitat għandha tkun introdotta.

    (6) Il-ħtiġiet ta' din id-Direttiva jissupplimentaw dawk tad-Direttiva 77/537/KEE, li għaliha hemm referenza fid-Dettall 2.8.1 ta' l-Anness II li jinsab mad-Direttiva 74/150/KEE; id-Direttiva 74/150/KEE għalhekk għandha l-ħtieġa li tkun emendata biex iżżid Dettall ġdid 2.8.2 fl-Anness II li jkopri s-suġġett trattat minn din id-Direttiva flimkien mar-referenza SD (Direttiva Speċifika).

    (7) L-għan tat-tnaqqis tal-livell ta' emissjonijiet ta' inkwinanti minn tratturi għall-agrikoltura u għall-forestrija u l-iffunzjonar xieraq tas-suq intern għal dawk il-vetturi ma jistax jinkiseb suffiċjentement mill-Istati Membri individwali u jista' għalhekk jinkiseb aħjar bl-approssimazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri li jirrigwardjaw il-miżuri li għandhom jittieħdu kontra l-inkwinanti ta' l-arja minn dawk il-vetturi. Il-miżuri li jinsabu f'din id-Direttiva ma jmorrux 'l hinn minn dak li huwa meħtieġ biex jinkisbu l-għanijiet tat-Trattat,

    ADOTTAW DIN ID-DIRETTIVA:

    Artikolu 1

    Definizzjonijiet

    Għall-għanijiet ta' din il-Direttiva:

    - "trattur għall-agrikoltura jew għall-forestrija" (hawnhekk iżjed 'il quddiem imsemmi bħala "trattur") tfisser kull vettura kif definita fl-Artikolu 1(1) tad-Direttiva 74/150/KEE,

    - "magna" tfisser kull magna b'kombustjoni interna intiża biex tħaddem it-tratturi kif definiti fl-Anness I,

    - "approvazzjoni tat-tip ta' tip jew familja ta' magna bħala unità teknika separata dwar l-emissjonijiet ta' inkwinanti" tfisser l-istrument li bih Stat Membru jiċċertifika li tip jew familja ta' magni intiżi biex iħaddmu tratturi jkunu konformi mal-ħtiġiet tekniċi ta' din id-Direttiva,

    - "approvazzjoni tat-tip ta' tip ta' trattur fir-rigward ta' l-emissjonijiet ta' inkwinanti" tfisser l-istrument li bih Stat Membru jiċċertifika li tip ta' trattur mgħammar b'magna jkun konformi mal-ħtiġiet tekniċi ta' din id-Direttiva,

    - "familja ta' magni" tfisser żewġ tipi jew aktar ta' magni li huma simili fid-disinn u li, għalhekk, ikollhom karatteristiċi li huma komparabbli f'termini ta' emissjonijiet ta' inkwinanti.

    Artikolu 2

    Proċedura ta' l-approvazzjoni tat-tip

    Il-proċedura għall-għoti ta' l-approvazzjoni tat-tip għal tip jew familja ta' magna dwar emissjonijiet ta' inkwinanti, il-proċedura għall-għoti ta' l-approvazzjoni tat-tip għal tratturi dwar l-emissjonijiet ta' l-inkwinanti, u l-kundizzjonijiet tat-tqegħid mhux ristrett fis-suq ta' dawk il-magni u tratturi, huma kif stabbiliti fid-Direttiva 74/150/KEE.

    Artikolu 3

    Obbligazzjonijiet

    1. Bla ħsara għall-Artikolu 5, kull tip jew familja ta' magna għandha tkun konformi mal-ħtiġiet ta' l-Anness I.

    2. Kull tip ta' trattur għandu jkun konformi mal-ħtiġiet ta' l-Anness II. F'dan ir-rigward l-approvazzjonijiet tat-tip ta' tip jew familji ta' magna li jkunu ġew approvati skond l-Anness I jew id-disposizzjonijiet imsemmija fl-Anness III għandhom jiġu rikonnoxuti.

    Artikolu 4

    Programm

    1. L-Istati Membri m'għandhomx wara t-30 ta' Settembru 2000:

    - jiċħdu li jagħtu l-approvazzjoni tat-tip KE jew l-approvazzjoni tat-tip nazzjonali dwar xi tip jew familja ta' magna, jew

    - jipprojbixxu l-bejgħ, it-tqegħid fis-servizz jew l-użu ta' xi magna ġdida, jew

    - jiċħdu li jagħtu l-approvazzjoni tat-tip KE jew l-approvazzjoni tat-tip nazzjonali ta' tratturi, jew,

    - jipprojbixxi l-użu, l-bejgħ jew dħul inizjali fis-servizz ta' tipi ta' tratturi,

    fuq il-bażi li tirrigwarda l-inkwinanti ta' l-arja jekk l-inkwinanti li joħorġu minn dawk il-magni jew il-magni immuntati ma' dawk it-tratturi jkunu konformi mal-ħtiġiet ta' din id-Direttiva.

    2. L-Istati Membri jistgħu ma jagħtux aktar approvazzjoni tat-tip KE jew approvazzjoni tat-tip nazzjonali għal tip jew familja ta' magni jew tip ta' trattur meta l-inkwinanti li joħroġ mill-magna ma jkunx konformi mal-ħtiġiet ta' din id-Direttiva:

    (a) fl-istadju I

    - wara l-31 ta' Diċembru 2000 għall-magni tal-kategoriji B u Ċ (firxa ta' saħħa kif definita fl-Artikolu 9(2) tad-Direttiva 97/68/KE);

    (b) fl-istadju II

    - wara l-31 ta' Diċembru 2000 għall-magni tal-kategoriji D u E (firxa ta' saħħa kif definita fl-Artikolu 9(3) tad-Direttiva 97/68/KE);

    - wara l-31 ta' Diċembru 2001 għall-magni tal-kategorija F (firxa ta' saħħa kif definita fl-Artikolu 9(3) tad-Direttiva 97/68/KE);

    - wara l-31 ta' Diċembru 2002 għall-magni tal-kategorija G (firxa ta' saħħa kif definita fl-Artikolu 9(3) tad-Direttiva 97/68/KE);

    3. L-Istati Membri għandhom jipprojbixxu d-dħul fis-servizz ta' magni u tratturi meta l-inkwinanti li joħorġu mill-magni ma jkunux konformi mal-ħtiġiet ta' din id-Direttiva:

    - wara t-30 ta' Ġunju 2001 għall-magni fil-kategoriji A, B u Ċ,

    - wara l-31 ta' Diċembru 2001 għall-magni fil-kategoriji D u E,

    - wara l-31 ta' Diċembru 2002 għall-magni fil-kategorija F,

    - wara l-31 ta' Diċembru 2002 għall-magni fil-kategorija G,

    B'dana kollu, għal tratturi mgħammra b'magni tal-kategorija E jew F, id-dati ta' hawn fuq għandhom jiġu posposti b'sitt xhur.

    4. Il-ħtiġiet tal-paragrafu 3 ma japplikawx għall-magni ntiżi biex ikunu stallati f'tipi ta' tratturi għall-esportazzjoni lejn pajjiżi terzi u għall-bdil ta' magni għall-tratturi fis-servizz.

    5. L-Istati Membri għandhom jipposponu d-dati msemmija fil-paragrafu 3 għal sentejn dwar magni b'data ta' produzzjoni qabel l-imsemmija data. Jistgħu jagħtu eċċezzjonijiet oħra permezz tal-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 10 tad-Direttiva 97/68/KE.

    Artikolu 5

    Rikonoxximent ta' ekwivalenza u konformità

    L-awtoritajiet ta' l-Istati Membri li jagħtu l-approvazzjoni tat-tip KE għal tip jew familja ta' magni għandhom jagħrfu l-approvazzjoni tat-tip mogħtija skond id-disposizzjonijiet ta' l-Anness III u l-marki ta' l-approvazzjoni korrispondenti bħala li jkunu f'konformità ma' din id-Direttiva.

    Artikolu 6

    Aktar tnaqqis fil-limiti tal-valuri ta' l-emissjoni

    Malli d-disposizzjonijiet imsemmijin fl-Artikolu 19 tad-Direttiva 97/68/KE jkunu adottati mill-Parlament Ewropew u mill-Kunsill, il-Kummissjoni għandha skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 13 tad-Direttiva 74/150/KEE, mingħajr dewmien tallinja l-limiti tal-valuri u d-dati li jinsabu f'din id-Direttiva ma' dawk adottati wara d-deċiżjonijiet meħuda skond l-Artikolu 19 imsemmi hawn fuq.

    Artikolu 7

    Adatazzjonijiet tekniċi

    Kull emendi meħtieġa biex jiġu adattati l-ħtiġiet ta' l-Annessi għall-progress tekniku għandhom jiġu adottati skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 13 tad-Direttiva 74/150/KEE.

    Artikolu 8

    Emenda tad-Direttiva 74/150/KEE

    Fl-Anness II li jinsab mad-Direttiva 74/150/KEE id-Dettall 2.8.2 li ġej għandu jiddaħħal: "2.8.2 Emissjonijiet ta' inkwinanti ta' gass u partikolati minn magni: SD":

    Artikolu 9

    Trasposizzjoni fil-liġi nazzjonali

    L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-disposizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex ikunu konformi ma' din id-Direttiva qabel id-29 ta' Settembru 2000. Għandhom jinfurmaw minnufih lill-Kummissjoni b'dan.

    Għandhom japplikaw dawn id-disposizzjonijiet mill-31 ta' Diċembru 2000.

    Meta l-Istati Membri jadottaw dawn il-miżuri, dawn għandhom ikun fihom referenza għal din id-Direttiva, jew ikunu akkumpanjati b'dik ir-referenza fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. Il-metodi ta' kif issir ir-referenza għandhom ikunu stabbiliti mill-Istati Membri.

    Artikolu 10

    Dħul fis-seħħ

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

    Artikolu 11

    Lil min hu indirizzata

    Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussel, fit-22 ta' Mejju 2000.

    Għall-Parlament Ewropew

    Il-President

    N. Fontaine

    Għall-Kunsill

    Il-President

    J. Gama

    [1] ĠU C 303, tat-2.10.98, p. 9.

    [2] ĠU C 101, tat-12.04.99, p. 13.

    [3] L-Opinjoni tal-Parlament Ewropew tal-5 ta' Mejju 1999 (ĠU C 279, ta' l-1.10.1999, p. 209), il-Posizzjoni komuni tal-Kunsill tat-22 ta' Novembru 1999 (ĠU C 17, ta' l-20.1.2000, p. 13) u d-Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tat-12 ta' April 2000 (għadha mhix ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).

    [4] ĠU L 84, tat-28.03.1974, p. 10. Id-Direttiva kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 97/54/KE (ĠU L 277, ta' l-10.10.97, p. 24).

    [5] ĠU L 220, tad-29.08.1977, p. 38. Id-Direttiva kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 97/54/KE.

    [6] ĠU L 59, tas-27.02.98, p. 1.

    [7] ĠU L 36, tad-9.02.88, p. 33. Id-Direttiva kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 96/1/KE (ĠU L 40, tas-17.2.1996, p. 1).

    --------------------------------------------------

    LISTA TA' L-ANNESSI

    Appendiċi 1: | Dokument ta' l-informazzjoni li jikkonċerna l-approvazzjoni tat-tip KE ta' tip ta' magna bħala kampjun għall-użu fi trattur bħala unità teknika separata, skond l-inkwinanti li jirrilaxxa |

    Appendiċi 2: | Approvazzjoni tat-tip KE għall-unità teknika separata |

    Appendiċi 3: | L-immarkar tal-magni |

    Appendiċi 4: | Numerazzjoni |

    Appendiċi 5: | Marka ta' l-approvazzjoni tat-tip KE |

    |

    Appendiċi 1: | Dokument ta' linformazzjoni |

    Appendiċi 2: | Ċertifikat ta' lapprovazzjoni tattip KE |

    |

    ANNESS III | Rikonoxximent ta' l-approvazzjonijiet ta' tip alternattiv |

    --------------------------------------------------

    Top