Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32000D0505

    Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-25 ta’ Lulju 2000 li temenda l-Anness IV tad-Direttiva tal-Kunsill 90/539/KEE dwar il-kondizzjonijiet tas-saħħa tal-bhejjem li jirregolaw il-kummerċ intra-Komunitaju ta’, u l-importazzjoni minn pajjiżi terzi ta’ tjur u bajd tat-tfaqqis u li temenda d-Deċiżjoni 96/482/KE li tistabbilixxi l-kondizzjonijiet tas-saħħa tal-bhejjem u ċ-ċertifikati veterinarji għall-importazzjoni ta’ tjur u bajd tat-tfaqqis minbarra dawk ta’ l-għasafar li ma jtirux u l-bajd tagħhom minn pajjiżi terzi li jinkludu l-miżuri tas-saħħa tal-bhejjem li għandhom jiġu applikati wara din l-importazzjoni (innotifikata permezz tad-dokument numru C(2000) 2261)Test b’rilevanza ŻEE

    ĠU L 201, 9.8.2000, p. 8–10 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 31/12/2009; Impliċitament imħassar minn 32009L0158

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2000/505/oj

    32000D0505



    Official Journal L 201 , 09/08/2000 P. 0008 - 0010


    Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni

    tal-25 ta’ Lulju 2000

    li temenda l-Anness IV tad-Direttiva tal-Kunsill 90/539/KEE dwar il-kondizzjonijiet tas-saħħa tal-bhejjem li jirregolaw il-kummerċ intra-Komunitaju ta’, u l-importazzjoni minn pajjiżi terzi ta’ tjur u bajd tat-tfaqqis u li temenda d-Deċiżjoni 96/482/KE li tistabbilixxi l-kondizzjonijiet tas-saħħa tal-bhejjem u ċ-ċertifikati veterinarji għall-importazzjoni ta’ tjur u bajd tat-tfaqqis minbarra dawk ta’ l-għasafar li ma jtirux u l-bajd tagħhom minn pajjiżi terzi li jinkludu l-miżuri tas-saħħa tal-bhejjem li għandhom jiġu applikati wara din l-importazzjoni

    (innotifikata permezz tad-dokument numru C(2000) 2261)

    (Test b’rilevanza ŻEE)

    (2000/505/KE)

    IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

    Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 90/539/KEE tal-15 ta’ Ottubru 1990 dwar il-kondizzjonijiet tas-saħħa ta’ bhejjem li jirregolaw il-kummerċ intra-Komunitarju, u l-importazzjoni minn pajjiżi terzi, tat-tjur u tal-bajd tat-tfaqqis [1], kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 1999/90/KE [2], u b’mod partikolari l-Artikolu 23(1), 24 u 26 (2), 27a u 34 tagħha,

    Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 91/496/KEE tal-15 ta’ Lulju 1991 li tistabbilixxi l-prinċipji li jirregolaw l-organizzazzjoni tal-kontrolli veterinarji fuq bhejjem li jidħlu fil-Komunità u li temenda d-Direttivi 89/662/KEE, 90/425/KEE u 90/675/KEE [3], kif l-aħħar emendati bid-Direttiva 96/43/KE [4], u b’mod partikolari l-Artikolu 10 tagħha,

    Billi:

    (1) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 96/482/KE [5], kif l-aħħar emendata bid-Deċiżjoni 1999/549/KE [6], tistabbilixxi l-kondizzjonijiet tas-saħħa tal-bhejjem u ċ-ċertifikati veterinarji għall-importazzjoni tat-tjur u tal-bajd tat-tfaqqis minbarra ta’ għasafar li ma jtirux u l-bajd tagħhom minn pajjiżi terzi li jinkludu l-miżuri tas-saħħa tal-bhejjem li għandhom ikunu applikati wara din l-importazzjoni

    (2) Meqjusa l-esperjenza miksuba matul l-applikazzjoni tal-miżuri li hemm provvediment dwarhom, il-kondizzjonijiet li permezz tagħhom, flieles ta’ ġurnata li joriġinaw minn bajd tat-tfaqqis li kienu ġew importati minn pajjiżi terzi jkunu kkommerċjalizzati fil-Komunita, għandhom ikunu mmodifikati. Il-modifika għandha tippermetti lill-Istati Membri sabiex jibagħtu flieles ta’ ġurnata lejn oqsma li jkunu jinsabu fi Stat Membru ieħor filwaqt li jassiguraw li jitwettaq l-iżolament ta’ wara l-importazzjoni.

    (3) Huwa ghalhekk meħtieġ li l-mudell taċ-ċertifikat ikun emendat kif stabbilit fl-Anness IV tad-Direttiva 90/539/KEE u d-Deċiżjoni 96/482/KE kif xieraq.

    (4) Huwa meħtieġ li l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ta’ dispaċċ tinforma lill-awtorità kompetenti tad-destinazzjoni finali tal-flieles ta’ ġurnata permezz tas-sistema Animo bil-ħtiġiet tas-saħħa ta’ l-animali li jikkonċernaw il-perjodu ta’ l-iżolament li għandu jkun applikat f’dawn il-każi.

    (5) Il-miżuri li hemm provvediment dwarhom f’din id-Deċiżjoni huma bi qbil ma’ l-opinjoni tal-Kumitat Veterinarju Permanenti,

    ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    Il-mudell 2 ta’ l-Anness IV tad-Direttiva 90/539/KEE huwa b’dan mibdul bl-Anness għal din id-Deċiżjoni.

    Artikolu 2

    "Jekk il-flieles ta’ ġurnata ma humiex imkabbra fl-istess Stat Membru li jkun importa l-bajd tat-tfaqqis, dawn għandhom ikunu ttrasportati direttament lejn u għandhom jinżammu fil-qasam tad-destinazzjoni li hemm referenza dwaru fil-punt 9.2, fil-mudell 2 taċ-ċertifikat dwar is-saħħa ta’ l-annimali ta’ l-Anness IV tad-Direttiva tal-Kunsill 90/539/KEE għal perjodu ta’ mill-anqas tliet ġimgħat mill-ġurnata ta’ tfaqqis."

    Artikolu 3

    Din id-Deċiżjoni għandha tapplika għal kunsinni ta’ flieles ta’ ġurnata iċċertifikati sa mill-1 ta’ Ottubru 2000.

    Artikolu 4

    Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

    Magħmula fi Brussel, fil-25 ta’ Lulju 2000.

    Għall-Kummissjoni

    David Byrne

    Membru tal-Kummissjoni

    [1] ĠU L 303, ta’ l-31.10.1990, p. 6.

    [2] ĠU L 300, tat-23.11.1999, p. 19.

    [3] ĠU L 268, ta’ l-24.9.1991, p. 56

    [4] ĠU L 162, ta’ l-1.7.1996, p. 1.

    [5] ĠU L 196, tas-7.8.1996, p. 13

    [6] ĠU L 209, tas-7.8.1999, p. 36.

    --------------------------------------------------

    ANNESS

    +++++ TIFF +++++

    --------------------------------------------------

    Top