Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31997R2600

    Ir-Regolament tal-Kunsill(KEE) Nru 2600/97 tad-19 ta' Diċembru 1997 li jemenda ir-Regolament (KEE) Nru 3094/89 dwar l-għajnuna għall-bini tal-bastimenti

    ĠU L 351, 23.12.1997, p. 18–18 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 31/12/1998; Impliċitament imħassar minn 31998R1540

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/1997/2600/oj

    31997R2600



    Official Journal L 351 , 23/12/1997 P. 0018 - 0018


    Ir-Regolament tal-Kunsill(KEE) Nru 2600/97

    tad-19 ta' Diċembru 1997

    li jemenda ir-Regolament (KEE) Nru 3094/89 dwar l-għajnuna għall-bini tal-bastimenti

    IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidra it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u partikolarment l-Artikoli 92(3)(ċ), 94 u 113 ta' dan it-Trattat,

    Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni,

    Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew [1],

    Billi ftehim li jirrispetta l-kondizzjonijiet normali ta' kompetizzjoni fil-bini kummerċjali tal-bastimenti u l-industrija tat-tiswijja, magħmul bejn il-Komunità Ewropea u ċerti pajjiżi mhux membri skond il-qafas tal-Organizzazzjoni għall-Koperazzjoni u Żvilupp ekonomiku (OECD) [2], għadu ma' daħalx fis-seħħ;

    Billi għalhekk ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 3094/95 tat-22 ta' Diċembru 1995 dwar l-għajnuna għall-bini tal-bastimenti [3] għadu ma' daħalx fis-seħħ;

    Billi, skond l-Artikolu 10 tar-Regolament (KE) Nru 3094/95, r-regoli rilevanti tad-Direttiva tal-Kunsill 90/684/KEE tal-21 ta' Diċembru 1990 dwar l-għajnuna għall-bini tal-bastimenti [4] jibqgħu japplikaw ad interim, sakemm jidħol fis-seħħ il-fthieim OECD u sa mhux aktar tard mill-31 ta' Diċembru 1997;

    Billi, minħabba l-inċertezzi kontinwi dwar id-dħul fis-seħħ tal-ftheim ta' l-OECD, li jista' jkun ittardjat aktar mill-31 ta' Diċembru 1997, il-Kunsill għandu bżonn jieħu passi xieraq sakemm ikun hemm deċiżjonijiet dwar il- possibbiltà ta' ftehim ġodda dwar l-għajnuna għall-bini tal-bastimenti;

    Billi r-Regolament (KE) Nru 3094/95 għandu għalhekk jiġi emendat;

    Adotta dan ir-Regolament:

    Artikolu 1

    "Sakemm jidħol fis-seħħ l-imsemmi ftehim, d-dispożizzjonijiet relevanti tad-Direttiva 90/684/KEE għandhom japplikaw sakemm il-Ftehim jidħol fis-seħħ u sa mhux aktar tard mill-31 ta' Diċembru 1998.'"

    Artikolu 2

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazjzoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul f'Brussel, fid-19 ta' Diċembru 1997.

    F'isem il-Kunsill

    Il-President

    F. Boden

    [1] Opinjoni mogħtija fis-17 ta' Diċembru 1997 (għadha mhux pubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).

    [2] ĠU C 375, tat-30.12.1994, p. 3.

    [3] ĠU L 332, tal-31.12.1995, p. 1. Regolament kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 1904/96 (ĠU L 251, tat-3.10.1996, p. 5).

    [4] ĠU L 380, tal-31.12.1990, p. 27.

    --------------------------------------------------

    Top