EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31997R2469

Ir-Regolament tal-Kummissijoni (KEE) Nru 2469/97 tal-11 ta’ Diċembru 1997 li jemenda r-Regolamenti (KEE) Nru 1964/82 li jistabbilixxi l-kondizzjonijiet għall-għoti ta’ rifużjonijiet speċjali fuq l-esportazzjoni ta’ ċerti qatgħat ta’ laħam bl-għadma ta' l-annimali bovina, (KEE) Nru 3846/87 li jistabbilixxi nomenklatura ta’ prodotti agrikoli għal rifondi fuq l-esportazzjoni u (KE) Nru 1445/95 dwar regoli għall-applikazzjoni ta’ liċenzji għall-importazzjoni u l-esportazzjoni fis-settur tal-laħam taċ-ċanga u tal-vitella

ĠU L 341, 12.12.1997, p. 8–20 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

Legal status of the document No longer in force

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/1997/2469/oj

31997R2469



Official Journal L 341 , 12/12/1997 P. 0008 - 0020


Ir-Regolament tal-Kummissijoni (KEE) Nru 2469/97

tal-11 ta’ Diċembru 1997

li jemenda r-Regolamenti (KEE) Nru 1964/82 li jistabbilixxi l-kondizzjonijiet għall-għoti ta’ rifużjonijiet speċjali fuq l-esportazzjoni ta’ ċerti qatgħat ta’ laħam bl-għadma ta' l-annimali bovina, (KEE) Nru 3846/87 li jistabbilixxi nomenklatura ta’ prodotti agrikoli għal rifondi fuq l-esportazzjoni u (KE) Nru 1445/95 dwar regoli għall-applikazzjoni ta’ liċenzji għall-importazzjoni u l-esportazzjoni fis-settur tal-laħam taċ-ċanga u tal-vitella

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 805/68 tas-27 ta’ Ġunju 1968 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq taċ-ċanga u l-vitella [1], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 2321/97 [2], u partikolarment l-Artikolu 13 (12) tiegħu,

Billi r-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 1964/82 [3], kif emendat bir-Regolament (KEE) Nru 3169/87 [4], jistabbilixxi l-kondizzjonijiet għall-għoti ta’ rifondi speċjali ta’ l-esportazzjoni fuq ċerti qatgħat ta’ laħam bl-għadam mill-kwarti ta' wara qobla maskili adulti;

Billi, b'segwiment ta' l-implimentazzjoni tal-Ftehim dwar l-Agrikoltura konkluż matul il-Laqgħa ta’ l-Urugwaj ta’ Negozjati ta’ Kummerċ Multilaterali, arranġamenti għandhom jiddaħħlu li jippermettu miri aħjar għall-prodotti taċ-ċanga u l-vitella li dwarhom għandha tingħata preferenza għall-esportazzjoni lejn pajjiżi terzi; billi l-introduzzjoni ta’ rifondi speċjali għal qatgħat bl-għadam mill-kwarti ta’ quddiem ta’ qobla maskili adulti għandhom iwasslu biex jintlaħaq dak l-objettiv; billi l-arranġamenti li hemm provvediment dwarhom fir-Regolament (KEE) Nru 1964/82 għandhom għalhekk jiġu estiżi għal dawk il-prodotti;

Billi l-kontenut minimu ta’ laħam tad-dgħif japplika għall-medja tal-qatgħat kollha bl-għadam; billi dak il-kontenut minimu għandu għalhekk ikun stabbilit għal 55 %;

Billi l-esperjenza uriet li ċertu emendi tekniċi huma meħtieġa, inter alia n-numru massimu ta’ kustilji fil-kwarti ta' wara għandhom jitnaqqsu minn disgħa għal tmienja u l-operaturi għandhom jitħallew jinnegozjaw il-flett minn dawk il-kwarti ta' wara fil-Komunita;

Billi d-derogi li hemm provvediment dwarhom fl-Artikolu 7 (1) m’għadhomx aktar mogħtija mill-Istati Membri; billi għalhekk għandhom ikunu mħassra;

Billi, mill-implimentazzjoni tal-Ftehim dwar l-Agrikoltura konkluż matul il-Laqgħa ta’ l-Urugwaj tan-Negozjati tal-Kummerċ Multilaterali, il-Kummissjoni tista’ tikkontrolla, permezz ta’ liċenzji ta’ l-esportazzjoni, il-kwantitajiet li għalihom jingħataw rifondi speċjali; billi l-komunikazzjonijiet mill-Istati Membri li hemm referenza dwarhom fl-Artikolu 9 jistgħu għalhekk ikunu mħassra;

Billi r-Regolamenti tal-Kummissjoni (KEE) Nru 798/80 [5], kif l-aħħar emendati bir-Regolamenti (KEE) Nru 471/87 [6], u (KEE) Nru 2730/79 [7], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KEE) Nru 1180/97 [8], kienu mħassra permezz tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 3665/87 tas-27 ta’ Novembru 1987 li jistabbilixxi regoli dettaljati komuni għall-applikazzjoni tas-sistema ta’ rifondi għall-esportazzjoni fuq prodotti agrikoli [9], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 815/97 [10]; billi r-referenzi għandhom jiġu aġġornati b’dan ir-Regolament;

Billi l-introduzzjoni ta’ rifondi speċjali għal qatgħat bla għadam mill-kwarti ta’ quddiem ta’ qobla maskili adulti jinvolvi emenda tan-nomenklatura tar-rifondi u tal-kategoriji taċ-ċanga u l-vitella eleġibbli għal rifondi; billi s-settur 5 ta’ l-Anness għar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 3846/87 [11], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 2333/97 [12], u l-Anness III għar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1445/95 [13], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 2284/97 [14], għandu għalhekk ikun mibdul;

Billi l-miżuri li hemm provvediment dwarhom f’dan ir-Regolament huma bi qbil ma’ l-opinjoni tal-Kumitat Amministrattiv għaċ-Ċanga u l-Vitella,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament (KEE) Nru 1964/82 huwa emendat kif ġej:

1. L-Artikolu 1 hu mibdul b'dan li ġej:

"Artikolu 1

Qatgħat bla għadam mill-kwarti ta’ quddiem u l-kwarti ta' wara ta’ qobla maskili adulti b'medja ta' kontenut ta' dgħif tal-laħam ta' 55 % jew aktar għandu, permezz tal-kondizzjonijiet stabbiliti f’dan ir-Regolament, jikkwalifikaw għal rifondi speċjali ta’ l-esportazzjoni.

Għall-iskopijiet ta’ dan ir-Regolament:

- il-kwarti ta’ quddiem għandha tfisser il-parti ta’ quddiem mhux separata, kif definiti fin-Noti Addizzjonali 1.A (d) u (e) tal-Kapitolu 2 tan-nomenklatura magħquda, qatgħat dritti jew qatgħat Pistola,

- il-kwarti ta' wara għandha tfisser il-kwarti ta' wara separati jew mhux separati, kif definiti fin-Noti Addizzjonali 1.A (f) u (ġ) tal-Kapitolu 2 tan-nomenklatura magħquda, b’massimu ta’ tmien kustilji jew tmien pari ta’ kustilji, ta’ qatgħa dritta jew ta’ qatgħa Pistola."

2. L-Artikolu 2 (1) hu mibdul b'dan li ġej:

"1. L-operatur għandu jippreżenta lejn l-awtoritajiet kompetenti indikati mill-Istati Membri dikjarazzjoni li tistqarr l-intenzjoni tiegħu li jneħħi l-għadam jew tal-kwarti ta’ quddiem jew tal-kwarti ta' wara kif definit fl-Artikolu 1 permezz tat-termini ta’ dan ir-Regolament u li jesporta, suġġett għall-Artikolu 6, il-kwantità sħiħa ta’ qatgħat bla għadam miksuba, b’kull qatgħa ppakkjata individwalment. Il-medja tal-kontenut tad-dgħif tal-laħam tal-kwantità kollha ta’ qatgħat bla għadam għandha tkun ta’ 55 % jew aktar."

3. Fl-Artikoli 2 (3), 3 u 4 (2), il-kelma ‘kwarti ta' wara’ hija mibdulha bi ‘kwarti’.

4. L-Artikolu 4 (1) hu mibdul b'dan li ġej:

"1. Wara t-tneħħija ta’ l-għadam, l-operatur għandu jissottometti għall-awtorizzazzjoni lejn l-awtorità kompetenti wieħed jew aktar "ċertifikati ta’ laħam bla għadam", li mudelli dwarhom huma mogħtija fl-Annessi I u II u fuqhom in-numru taċ-ċertifikat li hemm referenza dwaru fl-Artikolu 2 (2) għandu jinkiteb fil-kaxxa 7."

5. L-Artikolu 5 hu mibdul b'dan li ġej:

"Artikolu 5

1. Il-formalitajiet doganali għall-esportazzjoni mill-Komunità, għal fornimenti koperti permezz tat-termini ta’ l-Artikolu 34 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 3665/87 [15] jew għal prodotti miġjuba taħt il-proċedura kif hemm ipprovdut dwar dan fl-Artikolu 5 tar-Regolament (KEE) Nru 565/80 għandhom jitwettqu fl-Istat Membru li fih id-dikjarazzjoni li hemm referenza dwarha fl-Artikolu 2 kienet ġiet aċċettata.

2. L-awtoritajiet doganali għandhom jiktbu fil-kaxxa 11 taċ- "ċertifika tal-laħam bla għadam" in-numri tar-referenza u d-dati tad-dikjarazzjonijiet li hemm referenza dwarhom fl-Artikolu 3 (5) tar-Regolament (KEE) Nru 3665/87.

Jekk ikun hemm rikors għad-disposizzjonijiet ta' l-Artikolu 5 tar-Regolament (KEE) Nru 565/80, l-awtoritajiet doganali għandhom jiktbu n-numri tar-referenza u d-dati tad-dikjarazzjoni tal-ħlas li hemm referenza dwarhom fl-Artikolu 25 (1) tar-Regolament (KEE) Nru 3665/87.

Meta meħtieġ, din l-informazzjoni tista’ tinkiteb fuq in-naħa ta’ wara taċ-ċertifikat u tkun iċċertifikata mill-awtoritajiet doganali.

3. Wara t-tlestija tal-formalitajiet doganali għall-kwantità sħiħa ta’ qatgħat ipproduċuti bit-tneħħija ta' l-għadam kif hemm referenza dwar dan fuq "iċ-ċertifikat ta’ laħam bla għadam", dan ta’ l-aħħar għandu jintbagħat permezz tal-kanali amministrattivi lejn l-aġenzija responsabbli għall-ħlas ta’ rifondi ta’ l-esportazzjoni."

6. In-Nota 1 fil-qiegħ tal-paġna hija mħassra.

7. L-Artikolu 6 hu mibdul b'dan li ġej:

"Artikolu 6

1. Mingħajr preġudizzju għall-applikazzjoni tar-Regolament (KEE) Nru 3665/87 u suġġett għall-paragrafu 2, l-għoti ta’ rifondi speċjali għandu jkun ikkondizzjonat, bl-eċċezzjoni f’ċirkostanzi ta’ forza maġġuri, fuq l-esportazzjoni tal-kwantità totali ta’ qatgħat ipproduċuti permezz tat-tneħħija ta’ l-għadam koperti bis-superviżjoni msemmija hawn fuq.

2. l-operatur jista’, b'danakollu, jbiegħ fi ħdan il-Komunità flett, bil, jew mingħajr il-muskoli, l-għadam, l-għeruq il-kbar, il-qrieqeċ, il-biċċiet tax-xaħam u l-fdalijiet oħra li jibqa’ mid-dissussar. Jekk l-operatur ikun jixtieq li jinnegozja l-flett fi ħdan il-Komunità, għandu jindika dan fid-dikjarazzjoni li hemm referenza dwarha fl-Artikolu 2 (1). B'żieda ma’ dan, il-kliem "MINGĦAJR FLETT" għandu jinkiteb fil-kaxxa 4 "taċ-ċertifikat tal-laħam iddissussat (tal-kwarti ta' wara)"."

8. L-Artikolu 7 (1) u l-ewwel inċiż ta’ l-Artikolu 7 (2) huma mħassra. L-Artikolu 7 (2) isir l-Artikolu 7 (1).

9. It-tielet subparagrafu li ġej huwa miżjud ma’ l-Artikolu 8:

"It-tneħħija ta’ l-għadam tal-kwarti ta’ quddiem u tal-kwarti ta' wara fl-istess ħin u fl-istess kamra tad-dissussar għandu jkun ipprojbit."

10. L-Artikolu 9 huwa mħassar.

11. L-Anness huwa mibdul bl-Annessi I u II t'hawnhekk.

Artikolu 2

Is-Settur 5 ta’ l-Anness tar-Regolament (KEE) Nru 3846/87 huwa b'hekk mibdul bl-Anness III t'hawnhekk.

Artikolu 3

L-Anness III tar-Regolament (KEE) Nru 1445/95 huwa b'hekk mibdul bl-Anness IV t'hawnhekk.

Artikolu 4

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fid-19 ta’ Jannar 1998.

Għandu japplika għal operazzjonijiet li dwarhom id-dikjarazzjoni li hemm referenza dwarha fl-Artikolu 3 (1) jew dik li hemm referenza dwarha fl-Artikolu 25 (1) tar-Regolament (KEE) Nru 3665/87, akkumpanjata b’liċenzja ta’ l-esportazzjoni maħruġa mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament, ikun aċċettat.

Dan ir-Regolament għandu jkun jorbot fl-intier tiegħu u applikabbli direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, 16 ta’ Diċembru 1997.

Għall-Kummissjoni

Franz Fischler

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 148, tat-28.6.1968, p. 24.

[2] ĠU L 322, tal-25.11.1997, p. 25.

[3] ĠU L 212, tal-21.7.1982, p. 48.

[4] ĠU L 301, ta’ l-24.10.1987, p. 21

[5] ĠU L 87, ta’ l-1.4.1980, p. 42.

[6] ĠU L 48, tas-17.2.1987, p. 10.

[7] ĠU L 317, tat-12.12.1979, p. 1.

[8] ĠU L 193, tat-30.4.1987, p. 27.

[9] ĠU L 351, ta’ l-14.12.1987, p. 1.

[10] ĠU L 116, tas-6.5.1997, p. 22.

[11] ĠU L 366, ta’ l-24.12.1987, p. 1.

[12] ĠU L 323, tas-26.11.1997, p. 25.

[13] ĠU L 143, tas-27.6.1995, p. 35.

[14] ĠU L 314, tat-18.11.199

[15] ĠU L 351, ta’ l-14.12.1987, p. 1.

--------------------------------------------------

ANNESS I

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

--------------------------------------------------

ANNESS II

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

--------------------------------------------------

ANNESS III

5. ĊANGA U VITELLA

NB:

L-Artikolu 13 (10) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 805/68 (ĠU L 148, tat-28.6.1968, p.24), kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 2321/97 (ĠU L 322, tal-25.11.1997, p. 25), jipprovdi li ma jingħatawx rifondi ta' l-esportazzjoni fuq prodotti importati minn pajjiżi terzi u esportati mill-ġdid lejn pajjiżi terzi.

Kodiċi NM | Deskrizzjoni ta' l-oġġetti | Kodiċi tal-Prodott |

ex0102 | Annimali bovina ħajjin: | |

ex010210 | – Annimali ta' razza pura għat-trobbija: | |

ex01021010 | – – Għoġġiela (femminili bovina li qatt ma ferrgħu): | |

– – – B'piż ħajjin ta' anqas minn 250 kg | |

– – – – Sa l-età ta' 36 xhur | 010210109120 |

– – – – – Oħrajn | 010210109130 |

ex01021030 | – – Baqar: | |

– – – B'piż ħajjin egwali għal, jew aktar minn 250 kg | |

– – – – Sa l-età ta' 60 xahar | 010210309120 |

– – – – Oħrajn: | 010210309130 |

ex01021090 | – – Oħrajn: | |

– – – B'piż ħajjin egwali għal, jew aktar minn 300 kg | 010210909120 |

ex010290 | – Oħrajn: | |

– – Speċi domestika: | |

– – – Ta' piż li jeċċedi 160 kg, imma li ma jeċċedux il-300 kg: | |

ex01029041 | – – – – Għall-qatla: | |

– – – – – Ta' piż li jeċċedi 220 kg | 010290419100 |

– – – Ta' piż li jeċċedi 30 kg | |

– – – – Għoġġiela (annimali bovina femminili li qatt ma jkunu ferrgħu) | |

01029051 | – – – – – Għall-qatla: | 010290519000 |

01029059 | – – – – Oħrajn | 010290599000 |

– – – – Baqar: | |

01029061 | – – – – – Għal qatla | 010290619000 |

01029069 | – – – – – Oħrajn | 010290699000 |

– – – – Oħrajn: | |

01029071 | – – – – – Għal qatla | 010290719000 |

01029079 | – – – – – Oħrajn | 010290799000 |

0201 | Laħam ta' l-annimali bovina, frisk jew imkessaħ: | |

02011000 | – Karkassi jew nofs karkassi: | |

– – Il-parti ta' quddiem tal-karkassa jew tan-nofs karkassa li jkun fihom l-għadam u l-parti mgħaddma, l-għonq u l-ispalla iżda b'aktar minn 10 kustilji: | |

– – – Minn annimali bovina maskili adulti | 020110009110 |

– – – Oħrajn | 020110009120 |

– – Oħrajn: | |

– – – Minn annimali bovina maskili adulti | 020110009130 |

– – – Oħrajn | 020110009140 |

020120 | – Qatgħat oħra bl-għadam fihom: | |

02012020 | – – Kwarti "kkumpensati": | |

– – – Minn annimali bovina maskili adulti | 020120009110 |

– – – Oħrajn | 020120009120 |

02012030 | – – Il-kwarti ta' quddiem separati jew mhux separati: | |

– – – Minn annimali bovina maskili adulti | 020120309110 |

– – – Oħrajn | 020120309120 |

02012050 | – – Il-kwarti ta' wara separati jew mhux separati: | |

– – – B'massimu ta' tmien kustilji jew tmien pari ta' kustilji: | |

– – – Minn annimali bovina maskili adulti | 020120509110 |

– – – Oħrajn | 020120509120 |

– – – B'aktar minn tmien kustilji jew tmien pari ta' kustilji: | |

– – – –Minn annimali bovina maskili | 020120509130 |

– – – – Oħrajn | 020120509140 |

ex02012090 | – – Oħrajn | |

– – – Li l-piż ta' l-għadam ma jeċċedix terz tal-piż tal-qatgħa | 020120909700 |

ex02013000 | – Bla għadam: | |

– – Qatgħat bl-għadam esportati lejn l-Amerika skond il-kondizzjonijiet stabbiliti fir-Regolamenti tal-Komunità (KEE) Nru 2973/79 (4) jew fil-Kanada skond il-kondizzjonijiet stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 2051/96 | 020130009050 |

– – Qatgħat bl-għadam, kull waħda individwalment imgeżwra, b'medja tal-kontenut ta' laħam tal-flett mill-bhejjem bovina (eskluż ix-xaħam) ta' 55 % jew aktar | |

– – – Minn naħa ta' wara ta' l-Annimali bovina maskili adulti b'massimu ta' tmien kustilji jew tmien pari kustilji, qatgħat dritti jew maqtugħa "Pistola", | 020130009100 |

– – – mill-kwarti ta' quddiem, mhux separati jew separati ta' annimali maskili bovina adulti qatgħat dritti jew maqtugħa "Pistola", | 020130009120 |

– – – Qatgħat oħra, bl-għadam | 020130009150 |

– – Oħrajn, jinkludu laħam kapuljat, bi ftit xaħam (teskudi xaħam) ta' 78 % jew aktar | 020130009190 |

ex0202 | Laħam ta' l-annimali bovina, friżat: | |

02011000 | – Karkassi jew nofs karkassi: | |

– Il-parti ta' quddiem tal-karkassa jew tan-nofs karkassa li fihom l-għadam r-raċanċ kollu, l-għonq u l-spalla iżda b'aktar minn 10 kustilji | 020210009100 |

– Oħrajn | 020210009900 |

ex020220 | – Qatgħat oħra, bl-għadam fihom: | |

02022010 | – – Kwarti "Kkumpensati" | 020220109000 |

02022030 | – – Separati jew mhux separati, il-kwarti ta' quddiem | 020220309000 |

02022050 | – – Separati jew mhux separati, il-kwarti ta' wara: | |

– – – B'massimu ta' disa' kustilji jew pari ta' kustilji | 020220509100 |

– – – B'aktar minn disa' kustilji jew pari ta' kustilji | 020220509900 |

ex02022090 | – – Oħrajn: | |

– – – Il-piż ta' l-għadam mhux aktar minn terz tal-piż tal-qatgħa | 020120909100 |

020230 | – Bla għadam: | |

02023090 | – – Oħrajn: | |

– – – Qatgħat mgħaddma esportati lejn l-Istati Uniti ta' l-Amerika permezz tal-kondizzjonijiet stabbiliti fir-Regolament (KEE) Nru 2973/70 jew lejn il-Kanada permezz tal-kondizzjonijiet stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 2051/96 | 020230909100 |

– – – Qatgħat bl-għadam, kull biċċa separatament mgeżżwra, b'laħam dgħif mill-annimali bovina (teskludi x-xaħam) ta' 50 % jew aktar | 020230909400 |

– – – Oħrajn, jinkludu laħam ikkapuljat, mingħajr xaħam (teskludi xaħam) ta' 78 % jew aktar | 020230909500 |

– – – Oħrajn | 020230909900 |

0206 | Raċanċ tal-laħam tajjeb għall-ikel ta' l-annimali bovina, ħnieżer, nagħaġ, żwiemel, ħmir, bgħawla jew bagħal minn ħmar u żiemel, frisk, kiesaħ jew friżat: | |

020610 | – Ta' annimali bovina, friski jew mkessħin: | |

– – Oħrajn: | |

02061095 | – – – Il-falda l-irqiqa jew il-falda l-ħoxna | 020610959000 |

– Ta' annimali bovina, iffriżat: |

020629 | – – Oħrajn: | |

– – – Oħrajn: | |

02062991 | – – – – Il-falda l-irqiqa jew il-falda l-ħoxna | 021629919000 |

ex0210 | Laħam u raċanċ ieħor tal-laħam tajjeb għall-ikel, immelħa, fis-salmura, imqadda jew ittrattati bid-duħħan; kapuljat fin u kapuljat oħxon tal-laħam jew raċanċ ieħor ta' laħam: | |

ex021020 | – Laħam ta' l-annimali bovina: | |

ex02102090 | – – Bla għadam: | |

– – – Immellaħ u mqadded | 021020909100 |

– – – Immellaħ, imqadded u mdaħħan | 021020909300 |

– – – Fis-salmura | 021020909500 |

ex1602 | Laħam ieħor ippreparat jew ippreservat, raċanċ tal-laħam jew demm: | |

ex160250 | – Ta' l-annimali bovina: | |

ex16025010 | – – Mhux imsajjar; taħlita ta' laħam imsajjar jew raċanċ tal-laħam u laħam mhux imsajjar jew raċanċ tal-laħam: | |

– – – Mhux imsajjar; ma fihx laħam apparti minn dak ta' l-annimali ta' l-ispeċi bovina: | |

– – – – Fih bil-piż dawn il-persentaġġi ta' laħam bovina (teskludi r-raċanċ u xaħam): | |

– – – – – Immaniffaturat skond l-arranġament li hemm provvediment dwarhom fl-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 565/80: | |

– – – – – – 90 % jew iktar | 160250109120 |

– – – – – – 80 % jew aktar, iżda anqas minn 90 % | 160250109140 |

– – – – – – 60 % jew aktar, iżda anqas minn 80 % | 160250109160 |

– – – – – – 40 % jew aktar, iżda anqas minn 60 % | 160250109170 |

– – – – – Oħrajn: | |

– – – – – – 40 % jew aktar | 160250109190 |

– – – Oħrajn: | |

– – – – Fih bil-piż 80 % jew aktar ta' laħam jew raċanċ tal-laħam, ta' kull tip, u tinkludi xaħam ta' kull tip jew oriġini | 160250109240 |

– – – – Fih bil-piż 40 % jew iktar iżda anqas minn 80 % ta' laħam jew raċanċ tal-laħam, ta' kull tip, u fih xaħmijiet ta' kull tip jew oriġini | 160250109260 |

– – – – Fih bil-piż anqas minn 40 % ta' laħam jew raċanċ tal-laħam, ta' kull tip, u jinkludi xaħmijiet ta' kull tip jew oriġni | 160250109280 |

– – Oħrajn: | |

– – – F'kontenituri ermatikament issiġġillati: | |

ex16025031 | – – – – "corned beef": Ma fihx laħam ħlief dak ta' l-annimali ta' l-ispeċi bovina: | |

– – – – – B'medja ta' kollagen/proteini ta' mhux aktar minn 0,35 u fih bil-piż dawn il-presentaġġi ta' laħam bovina (teskludi r-raċanċ u xaħam) | |

– – – – – – 90 % jew aktar: | |

– – – – – – Prodotti li huma konformi mal-kondizzjonijiet kif stabbiliti fir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2388/84 | 160250319125 |

– – – – – – – Immaniffaturat skond l-aranġamenti li hemm provvediment dwarhom fl-Artikolu 4 tar-Regolament (KEE) Nru 565/80 | 160250319135 |

– – – – – – – Oħrajn | 160250319195 |

– – – – – – 80 % jew iktar, iżda anqas minn 90 %: | |

– – – – – – – Prodotti li huma konformi mal-kondizzjonijiet kif stabbiliti fir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2388/84 | 160250319325 |

– – – – – – – Immaniffaturat skond l-arranġamenti li hemm provvediment dwarhom fl-Artikolu 4 tar-Regolament (KEE) Nru 565/80 | 160250319335 |

– – – – – – – Oħrajn | 160250319395 |

ex16025039 | – – – – Oħrajn | |

– – – – – Li ma jkunx fihom laħam apparti minn dak ta' l-annimali ta' l-ispeċi tal-bovini | |

– – – – – – B'medja ta' kollaġen/proteini ta' mhux aktar minn 0,35 u lijkun fih fil-piż il-presentaġġi segwenti tal-laħam bovina (esklużi r-raċanċ u x-xaħam) | |

– – – – – – – 90 % jew aktar: | |

– – – – – – – – Prodotti li huma konformi mal-kondizzjonijiet stabbiliti fir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2388/84 | 160250399125 |

– – – – – – – – Immanifatturat permezz ta' l-aranġamenti li hemm provvediment dwarhom fl-Artikolu 4 tar-Regolament (KEE) Nru 565/80 | 160250399135 |

– – – – – – – – Oħrajn | 160250399195 |

– – – – – – – bi 80 % jew aktar, imma anqas minn 90 % | |

– – – – – – – – Prodotti li huma konformi mal-kondizzjonijiet stabbiliti fir-Regolament (KEE) Nru 2388/84 | 160250399325 |

– – – – – – – – Immanifatturat permezz ta' l-arranġamenti li hemm provvediment dwarhom fl-Artikolu 4 tar-Regolament (KEE) Nru 565/80 | 160250399335 |

– – – – – – – – Oħrajn | 160250399395 |

– – – – – – – 60 % jew iktar, iżda anqas minn 80 %: | |

– – – – – – – – Prodotti li huma konformi mal-kondizzjonijiet stabbiliti fir-Regolament (KEE) Nru 2388/84 | 160250399425 |

– – – – – – – – Immaniffaturat skond l-arranġamenti li hemm provvediment dwarhom fl-Artikolu 4 tar-Regolament (KEE) Nru 565/80 | 160250399435 |

– – – – – – – – Oħrajn | 160250399495 |

– – – – – – – – 40 % jew aktar, iżda anqas minn 60 % | 160250399505 |

– – – – – – – – B'relattività ta' kollagen/proteini ta' aktar minn 0,35 iżda mhux aktar minn 0,45 u fih bil-piż dawn il-perċentwali ta' laħam ta' l-annimali bovina (teskludi r-raċanċ u x-xaħam): | |

– – – – – – – – 60 % jew aktar: | |

– – – – – – – – Prodotti li huma konformi mal-kondizzjonijiet kif stabbiliti fir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2388/84 | 160250399525 |

– – – – – – – – Immaniffaturat skond l-arranġament li hemm provvediment dwarhom fl-Artikolu 4 tar-Regolament (KEE) Nru 565/80 | 160250399535 |

– – – – – – – – Oħrajn | 160250399595 |

– – – – – – – 40 % jew iktar, iżda anqas minn 60 % | 160250399615 |

– – – – – – – 20 % jew iktar, iżda anqas minn 40 % | 160250399625 |

– – – – – Oħrajn: | |

– – – – – – B'relattività ta' kollagen/proteini ta' mhux aktar minn 0,45: | |

– – – – – – – Fih bil-piż 80 % jew aktar ta' laħam jew raċanċ tal-laħam, ta' kull tip, u tinkludi x-xaħam ta' kull tip jew oriġini | 160250399705 |

– – – – – – – Fih bil-piż 40 % jew iktar iżda anqas minn 80 % ta' laħam jew raċanċ tal-laħam, ta' kull tip, u li fih xaħmijiet ta' kull tip jew oriġini | 160250399805 |

– – – – – – – Fih bil-piż anqas minn 40 % ta' laħam jew raċanċ tal-laħam, ta' kull tip, u jinkludi x-xaħmijiet ta' kull tip jew oriġni | 160250399905 |

ex16025080 | – – – – Oħrajn: | |

– – – – Ma fihx laħam ħlief dak ta' l-annimali ta' l-ispeċi bovina: | |

– – – – – B'relattività ta' kollagen/proteini ta' mhux aktar minn 0,35 u fih bil-piż dawn il-presentaġġi ta' laħam bovina (teskludi raċanċ u xaħam) | |

– – – – – – 90 % jew aktar: | |

– – – – – – – Immaniffaturat skond l-arranġamenti li hemm provvediment dwarhom fl-Artikolu 4 tar-Regolament (KEE) Nru 565/80 | 160250809135 |

– – – – – – – Oħrajn | 160250809195 |

– – – – – – 80 % jew iktar, iżda anqas minn 90 %: | |

– – – – – – – Immaniffaturat skond l-arranġamenti li hemm provvediment dwarhom fl-Artikolu 4 tar-Regolament (KEE) Nru 565/80 | 160250809335 |

– – – – – – – Oħrajn | 160250809395 |

– – – – – – 60 % jew iktar, iżda anqas minn 80 %: | |

– – – – – – – Immaniffaturat skond l-arranġamenti li hemm provvediment dwarhom fl-Artikolu 4 tar-Regolament (KEE) Nru 565/80 | 160250809435 |

– – – – – – – Oħrajn | 160250809495 |

– – – – – – 40 % jew iktar, iżda anqas minn 60 % | 160250809505 |

– – – – – – 20 % jew iktar, iżda anqas minn 40 % | 160250809515 |

– – – – – – – B'relattività ta' kollagen/proteini ta' aktar minn 0,35 iżda mhux aktar minn 0,45 u fih bil-piż dawn il-persentaġġi ta' laħam ta' l-annimali bovina (teskludi r-raċanċ u x-xaħam): | |

– – – – – – 60 % jew aktar: | |

– – – – – – – Maniffaturat taħt l-arranġament provdut taħt l-Artikolu 4 tar-Regolament (KEE) Nru 565/80 (7) | 160250809535 |

– – – – – – – Oħrajn | 160250809595 |

– – – – – – 40 % jew iktar, iżda anqas minn 60 % | 160250809615 |

– – – – – – 20 % jew iktar iżda anqas minn 40 % | 160250809625 |

– – – – Oħrajn: | |

– – – – – – – B'relattività ta' kollagen/proteini ta' mhux aktar minn 0,45(8): | |

– – – – – – – Fih bil-piż 80 % jew aktar ta' laħam jew raċanċ tal-laħam, ta' kull tip, u tinkludi xaħam ta' kull tip jew oriġini | 160250809705 |

– – – – – – – Fih bil-piż 40 % jew iktar iżda anqas minn 80 % ta' laħam jew raċanċ tal-laħam, ta' kull tip, u fih xaħmijiet ta' kull tip jew oriġini | 160250809805 |

– – – – – – – Fih bil-piż anqas minn 40 % ta' laħam jew raċanċ tal-laħam, ta' kull tip, u jinkludi xaħmijiet ta' kull tip jew oriġni | 160250809905 |

--------------------------------------------------

ANNESS IV

"

“ANNESS III

Lista indikata fl-Artikolu 8 (5)

Kategorija | Kodiċi tal-prodott |

000 | 010290599000 |

010 | 010210109120, 010210309120 u 010210909120 |

020 | 010210109130 u 010210309130 |

030 | 010290419100, 010290719000 u 010290799000 |

040 | 010290519000, 010290619000 u 010290699000 |

050 | 020110009110, 020120309110 u 020120509130 |

060 | 020110009120, 020120309120, 020120509140 u 020120909700 |

070 | 020110009130 u 020120209110 |

080 | 020110009140 u 020120209120 |

090 | 020120509110 |

100 | 020120509120 |

110 | 020130009050 |

120 | 020130009100 |

121 | 020130009120 |

130 | 020130009150 |

140 | 020130009190 |

150 | 020210009100, 020220309000, 020220509900 u 020220909100 |

160 | 020210009900 u 020220109000 |

170 | 020220509100 |

180 | 020230909100 |

190 | 020230909400 |

200 | 020230909500 |

210 | 020230909900 |

220 | 020610959000 u 020629919000 |

230 | 021020909100 |

240 | 021020909300 u 021020909500 |

250 | 160250109120 |

260 | 160250109140 |

270 | 160250109160 |

280 | 160250109170 u 160250109190 |

290 | 160250109240 |

300 | 160250109260 |

310 | 160250109280 |

320 | 160250319125 u 160250399125 |

330 | 160250319135 u 160250399135 |

340 | 160250319195 u 160250399195 |

350 | 160250319325 u 160250399325 |

360 | 160250319335 u 160250399335 |

370 | 160250319395 u 160250399395 |

380 | 160250399425 u 160250399525 |

390 | 160250399435 u 160250399535 |

400 | 160250399495, 160250399505, 160250399595 u 160250399615 |

410 | 160250399625 |

420 | 160250399705 u 160250809705 |

430 | 160250399805 u 160250809805 |

440 | 160250399905 u 160250809905 |

450 | 160250809135 |

460 | 160250809195 |

470 | 160250809335 |

480 | 160250809395 |

490 | 160250809435 u 160250809535 |

500 | 160250809495 u 160250809595 |

510 | 160250809505 u 160250809615 |

520 | 160250809515 u 160250809625 |

"

--------------------------------------------------

Top