Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31997D0245

    Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni ta' l-20 ta Marzu 1997 li tippreskrivi l-arranġamenti għat-trażmissjoni ta' informazzjoni lill-Kummissjoni mill-Istati Membri taħt is-sistema tar-riżorsi tagħhom tal-Kummissjoni

    ĠU L 97, 12.4.1997, p. 12–26 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 21/12/2016; Imħassar b' 32016D2366

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/1997/245/oj

    31997D0245



    Official Journal L 097 , 12/04/1997 P. 0012 - 0026


    Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni

    ta' l-20 ta Marzu 1997

    li tippreskrivi l-arranġamenti għat-trażmissjoni ta' informazzjoni lill-Kummissjoni mill-Istati Membri taħt is-sistema tar-riżorsi tagħhom tal-Kummissjoni

    (97/245/KE, Euratom)

    IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

    Wara li kkunsidrat id-Deċiżjoni tal-Kunsill 94/728/KE, Euratom tal-31 ta'Ottubru 1994 dwar is-sistema tar-riżorsi tagħhom tal-Komunitajiet Ewropej [1], u partikolarment l-Artikolu 8(2) ta' l-istess,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE, Euratom) Nru 1552/89 tad-29 ta' Mejju 1989 li jimplimenta d-Deċiżjoni 88/376/KEE, Euratom dwar is-sistema tar-riżorsi tal-Komunitajiet infushom [2], kif l-aħħar emendata bir-Regolament (Euratom, KE) Nru 1355/96 [3], u partikolarment l-Artikoli 6 u 17 ta' l-istess,

    Wara li kkonsultat lill-Kumitat ta' Pariri dwar Riżorsi Tagħhom,

    Billi, fir-Regolament (Euratom, KE) Nru 1355/96, il-Kunsill adotta dispożizzjonijiet iddisinjati biex itejbu ċerti partijiet ta' l-arranġamenti għall-Istati Membri biex jirrapportaw lill-Kummissjoni dwar azzjoni li jkunu ħadu biex jirkupraw riżorsi tagħhom, partikolarment fejn ikunu involuti frodi u irregolaritajiet;

    Billi dan it-titjib jikkonċerna prinċipalment il-produzzjoni ta' kull xahar u ta' kull tliet xhur tas-sena ta'prospetti tal-kontijiet ta' riżorsi tagħhom, id-deskrizzjoni ta' każijiet ta' frodi u irregolaritajiet diġa mikxufa li jinvolvu intitolament ta' iktar minn 10000 ECU u l-kontenut tar-rapport ta' kull sena;

    Billi d-dettalji ta' dawn il-proċeduri ta' rappurtaġġ għandhom ikunu stipulati mill-Kummissjoni wara li jkun ġie kkonsultat il-Kumitat Ta' Pariri dwar Riżorsi Tagħhom;

    Billi l-Istati Membri għandhom jingħataw tul ta' żmien adattat biex japplikaw il-proċeduri ta' rappurtaġġ;

    ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    1. L-Istati Membri għandhom jużaw il-mudelli li jinsabu fl-Annessi I, II u III biex isiru r-rapporti ta' kull xahar u ta' kull tliet xhur prospett tal-kontijiet ta' riżorsi tagħhom li hemm referenza għalihom fl-Artikolu 6(3)(a) u (3) (b) tar-Regolament (KEE, Euratom) Nru 1552/89.

    2. L-ewwel prospetti prodotti bl-użu ta' mudelli li hemm referenza għalihom fil-paragrafu 1 għandhom ikunu dawk għal April 1997 għall-prospett ta' kull xahar u għat-tieni tliet xhur ta' l-1997 għall-prospettat ta' kull tliet xhur.

    Artikolu 2

    1. L-Istati Membri għandhom jużaw il-formula mudell tal-frodi u jaġġornaw il-formula fl-Annessi IV u V għad-deskrizzjonijiet tal-każijiet ta' frodi u irregolaritajiet misjuba li jinvolvu intitolamenti għal iktar minn 10000 ECU u dettalji tal-pożizzjoni rigward każijiet ta' frodi u irregolaritajiet diġa rrappurtati lill-Kummissjoni fejn ma kinux indikati iktar kmieni l-irkupru, il-kanċellazzjoni jew in-nuqqas ta'irkupru, kif msemmi fl-Artikolu 6(4) tar-Regolament (KEE, Euratom) Nru 1552/89.

    2. L-ewwel formula tal-frodi u aġġornamenti li għandhom ikunu prodotti bl-użu tal-mudelli li hemm referenza għalihom fil-paragrafu 1 għandhom jintbagħtu f'April 1997.

    Artikolu 3

    1. Il-mudell fl-Anness VI għandu jkun użat għar-rapport annwali fuq il-problemi l-iktar importanti li jinqalgħu mill-applikazzjoni tar-Regolament (KEE, Euratom) Nru 1552/89, kif hemm referenza għalih fl-Artikolu 17(3) ta' dak ir-Regolament.

    2. L-ewwel rapport li għandu jkun prodott bl-użu tal-mudell li hemm referenza għalih fil-paragrafu 1 għandu jintbagħat sat-30 ta' April 1997.

    Artikolu 4

    L-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni sal-31 ta' Marzu 1997 dwar id-dipartimenti u l-aġenziji responsabbli għall-produzzjoni ta' stqarrijiet, formuli u rapporti koperti b'din id-deċiżjoni.

    Artikolu 5

    Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

    Magħmula f'Brussels, fl-20 ta' Marzu 1997.

    Għall-Kummissjoni

    Erkki Liikanen

    Membru tal-Kummissjoni

    [1] ĠU L 293, tat-12.11.1994, p. 9.

    [2] ĠU L 175, tat-13.7.1996, p. 3.

    [3] ĠU L 155, tas-7.6.1989, p. 1.

    --------------------------------------------------

    ANNESS I

    +++++ TIFF +++++

    --------------------------------------------------

    ANNESS II

    +++++ TIFF +++++

    --------------------------------------------------

    ANNESS III

    +++++ TIFF +++++

    --------------------------------------------------

    ANNESS IV

    FORMULA TAL-FRODI

    formula ta' informazzjoni għandha tintbagħat lill-Kummissjoni (DG XIX) li tagħti deskrizzjoni tal-każijiet ta' frodi u irregolaritaliet diġa misjuba, li jinvolvu intitolament ta' iktar minn 10000 ECU

    IDENTIFIKAZZJONI TAL-FORMULA BAŻIKA:

    0 L-Istat Membru:

    0.0 Numru serjali tal-każ [1]:

    0.1 Ta' kull tliet xhur tas-sena perjodu ta' riferenza:

    0.2 Data tat-trażmissjoni:

    0.3 Dipartiment jew aġenzija li għamel/għamlet l-istabbiliment:

    DESKRIZZJONI TAL-KAŻ

    1 Oġġetti involuti:

    1.0 Deskrizzjoni kummerċjali:

    1.1. Tariffa ta' l-intestatura [2]:

    1.1.1 iddikkjarata:

    1.1.2 stabbilita:

    1.1.3 meqjusa:

    1.2 Oriġini:

    1.2.1 iddikkjarat:

    1.2.2 stabbilit:

    1.2.3 meqjus:

    1.3 Ġej minn:

    1.3.1 iddikkjarat:

    1.3.2 stabbilit:

    1.3.3 meqjus:

    1.4 Kwantità:

    1.4.1 iddikkjarata:

    1.4.2 stabbilita:

    1.4.3 meqjusa:

    1.5 Valur:

    1.5.1 iddikkjarat:

    1.5.2 stabbilit:

    1.5.3 meqjus:

    2 Tip ta' frodi u/jew irregolarità:

    2.1 Indikazzjoni:

    2.2 Proċeduri tad-Dwana jew trattament konċernat:

    3 Deskrizzjoni konċiża tal-mekkaniżmu tad-dwana:

    4 Ordni preżunta ta' kobor ta' riżorsi tagħhom evażi jew ammont żatt:

    4.1 stmat:

    4.2 stabbilit:

    4.3 irkuprat:

    5 Tip ta' verifika li wassal għall-kxif:

    5.1 metodu:

    5.2 rimarki:

    6 Stadju milħuq fi proċedura u, fejn xieraq, dettalji ta' l-istabbiliment:

    - data ta' l-istabbiliment:

    - kodiċi amministrattiv:

    - Kodiċi finanzjarju:

    7 Każijiet diġa notifikati taħt arranġamenti ta' għajnuna reċiproka (Regolamenti (KEE) Nru 1468/81 u (KEE) Nru 945/87):

    Referenza MA:

    8 Miżuri meħuda jew ippjanati biex jevitaw ir-rikorrenza tal-każijiet ta' frodi u irregolaritajiet diġa misjuba:

    9 9.1 L-Istati Membri involuti:

    9.2 Operaturi konċernati (fakoltattiv):

    10 Informazzjoni oħra:

    10.1 Ħieles:

    10.2 Riservat:

    [1] Il-każijiet għandhom ikunu ennumerati mill-Istati Membri f'sekwenza annwali skond il-format li ġej: OR/MS/99/999999/0. Għall-Istati Membri li ma jipproduċux sekwenza annwali waħda imma sekwenzi għal dipartimenti reġjonali, l-ewwel tnejn mis-sitt ċifri jidentifikaw id-dipartiment reġjonali konċernat.

    [2] Skond in-nomenklatura kombinata pprovduta bir-Regolament (KEE) Nru 2658/87 (ĠU Nru L 256, tas-7.9.1987).

    --------------------------------------------------

    ANNESS V

    +++++ TIFF +++++

    --------------------------------------------------

    ANNESS VI

    +++++ TIFF +++++

    +++++ TIFF +++++

    +++++ TIFF +++++

    +++++ TIFF +++++

    +++++ TIFF +++++

    +++++ TIFF +++++

    +++++ TIFF +++++

    --------------------------------------------------

    Top