Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31996R1000

    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1000/96 ta’ l-4 ta’ Ġunju 1996 Nru 1538/91 li jintroduċi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1906/90 dwar ċerti standards ta' marketing tat-tjur

    ĠU L 134, 5.6.1996, p. 9–9 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 30/06/2008; Impliċitament imħassar minn 32008R0543

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/1996/1000/oj

    31996R1000



    Official Journal L 134 , 05/06/1996 P. 0009 - 0009


    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1000/96

    ta’ l-4 ta’ Ġunju 1996

    Nru 1538/91 li jintroduċi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1906/90 dwar ċerti standards ta' marketing tat-tjur

    Il-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1906/90 tas-26 ta' Ġunju 1992 dwar ċerti standards ta' marketing tat-tjur [1], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 3204/93 [2], u b'mod partikolari l-Artikolu 9 tiegħu,

    Billi r-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 1538/91 [3], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 205/96 [4], jintroduċi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni ta' ċerti standards ta' marketing tat-tjur;

    Billi, fid-dawl ta' l-esperjenza miksuba, id-defenizzjoni ta' ħasi u l-kriterji li għandhom x'jaqsmu magħha fl-Anness IV tar-Regolament (KEE) Nru 1538/91 għandhom jiġu emendati;

    Billi l-miżuri li għalihom hemm provdut f'dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat ta' Ġestjoni għal-Laħam tat-Tjur u Bajd,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    L- Artikolu 1

    Regolament (KEE) Nru 1538/91 huwa emendat kif ġej:

    1. Fl-Artikolu 1 (1) (a) it-tielet inċiż huwa mibdul b'dan li ġej:

    "— ħasi: tajra raġel ikkastrat b'mod kirurġiku qabel ma jilħaq il-maturità sesswali u maqtul f'età minima ta' 140 ġurnata: wara li jiġi kkastrat il-ħasi għandu jiġi mħaxxen għal mill-inqas 77 ġurnata."

    2. L-Anness IV huwa emendat kif segwit:

    - it-tieni inċiż fit-tieni inċiż ta' punt (ċ) huwa mibdul b'dan li ġej:

    - "— 2 m2 għal kull papra jew għal kull ħasi,"

    - it-tieni inċiż fl-aħħar inċiż ta' punt (d) huwa mibdul b'dan li ġej:

    - "— għal ħasi: erba’ ġimgħat."

    L- Artikolu 2

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-seba' ġurnata wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fit-totalità tiegħu u jkun applikabbli direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussel, l-4 ta' Ġunju 1996.

    Għall-Kummissjoni

    Franz Fischler

    Membru tal-Kummissjoni

    [1] ĠU L 173, tas-6.7.1990, p. 1.

    [2] ĠU L 289, ta’ l-24.11.1993, p. 3.

    [3] ĠU L 143, tas-7.6.1991, p. 11.

    [4] ĠU L 27, tat-3.2.1996, p. 6.

    --------------------------------------------------

    Top