Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31996R0753

    Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 753/96 tat-22 ta' April 1996 li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 3906/89 bl-għan li jestendi l-għajnuna ekonomika lill-Bosnja u l-Ħerzegovina

    ĠU L 103, 26.4.1996, p. 5–5 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 31/12/2006

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/1996/753/oj

    31996R0753



    Official Journal L 103 , 26/04/1996 P. 0005 - 0005


    Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 753/96

    tat-22 ta' April 1996

    li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 3906/89 bl-għan li jestendi l-għajnuna ekonomika lill-Bosnja u l-Ħerzegovina

    IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunitajiet Ewropej, u partikolarment l-Artikolu 235 tiegħu,

    Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,

    Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew [1],

    Billi r-Regolament (KEE) Nru 3906/89 [2] jipprovdi ghall-għajnuna ekonomika biex jappoġġa l-proċess tar-riforma ekonomika u soċjali f'ċerti pajjiżi ta' l-Ewropa Ċentrali u tal-Lvant;

    Billi l-Anness għal dak ir-Regolament fih il-lista tal-pajjiżi li jistgħu jirċievu din l-għajnuna;

    Billi, wara l-ftehim tal-paċi ffirmat mill-Bosnja u l-Ħerzegovina f'Pariġi nhar l-14 ta' Diċembru 1995, dak l-Istat għandu jkun magħdud mal-lista tal-pajjiżi benefiċjarji biex b'hekk ikun jista' jirċievi l-għajnuna taħt dan l-imsemmi Regolament;

    Billi l-kundizzjonijiet li jippermettu lill-Bosnja u l-Ħerzegovina li jiġu inklużi fost il-pajjiżi benefiċjarji issa jistgħu jiġu kkunsidrati li ntlaħqu,

    ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    Il-pajjiż li ġej għandu jiġi magħdud mal-lista ta' l-Anness tar-Regolament (KEE) Nru 3906/89: "Il-Bosnja u l-Ħerzegovina".

    Artikolu 2

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara li jkun ġie ppubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u jkun japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fil-Lussemburgu, fit-22 ta' April 1996.

    Għall-Kunsill

    Il-President

    S. Agnelli

    [1] ĠU C 96, ta' l-1.4.1996.

    [2] ĠU L 375, tat-23.12.1989, p. 11. Ir-Regolament kif l-aħħar li ġie emendat bir-Regolament (KE) Nru 463/96 (ĠU L 65, tal-15.3.1996, p. 3).

    --------------------------------------------------

    Top