This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 31996R0205
Commission Regulation (EC) No 205/96 of 2 February 1996 amending Regulation (EEC) No 1538/91 introducing detailed rules for implementing Regulation (EEC) No 1906/90 on certain marketing standards for poultrymeat
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 205/96 tat-2 ta’ Frar 1996 li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 1538/91 li jintroduċi regoli dettaljati għall-implimentazjoni tar-Regolament (KEE) Nru 1906/90 dwar ċerti standards ta’ marketing tal-laħam tat-tjur
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 205/96 tat-2 ta’ Frar 1996 li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 1538/91 li jintroduċi regoli dettaljati għall-implimentazjoni tar-Regolament (KEE) Nru 1906/90 dwar ċerti standards ta’ marketing tal-laħam tat-tjur
ĠU L 27, 3.2.1996, p. 6–6
(ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO)
No longer in force, Date of end of validity: 30/06/2008; Impliċitament imħassar minn 32008R0543
Official Journal L 027 , 03/02/1996 P. 0006 - 0006
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 205/96 tat-2 ta’ Frar 1996 li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 1538/91 li jintroduċi regoli dettaljati għall-implimentazjoni tar-Regolament (KEE) Nru 1906/90 dwar ċerti standards ta’ marketing tal-laħam tat-tjur IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1906/90 tas-26 ta’ Ġunju 1990 dwar ċerti standards ta’ marketing tal-laħam tat-tjur [1], kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 3204/93 [2], u b’mod partikolari l-Artikolu 9 tiegħu, Billi r-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 1538/91 [3], kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 2390/95 [4], jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni ta’ l-istandards ta’ marketing fis-settur tal-laħam tat-tjur; Billi d-dispożizzjonijiet dwar il-kontroll tal-kontenut ta’ l-ilma ta’ tiġieg iffriżati jew iffriżati malajr għandhom jiġu addattati malajr fir-rigward tal-frekwenza tal-kontrolli mwettqa minn jew taħt ir-responsabbilità ta’ l-awtoritajiet kompetenti u l-ħlas ta’ l-ispejjeż mill-industrija f’ċerti każijiet; billi r-riżultati ta’ dawn il-kontrolli għandhom ikunu disponibbli għal-laboratorji ta’ referenza nazzjonali u tal-Komunità għal iżjed stħarriġ, u għandhom jiġu eżaminati mill-Kumitat ta’Ġestjoni; Billi l-miżuri li għalihom hemm provduti f’dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat ta’ Tmexxija għal-Laħam tat-Tjur u l-Bajd, ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT: L-Artikolu 1 L-Artikolu 14(a) tar-Regolament (KEE) Nru 1538/91 huwa b’dan il-mezz emendat kif ġej: 1. fil-paragrafu 4 il-kliem ‘ħmistax-il ġurnata’ huma mibdula b’’kull xahrejn’; 2. fil-paragrafu 5, huwa miżjud is-sub-paragrafu li ġej: "F’kull każ, huma għandhom, fejn lott tiġieġ iffriżat jew iffriżat malajr jitqies mhux konformi ma’ dan ir-Regolament, ikomplu jeżaminaw fil-frekwenza minima ta’ kontrolli li hemm referenza għaliha fil-paragrafu 4 biss wara tliet kontrolli suċċessivi skond l-Annessi V jew VI, li għandhom isiru permezz ta’ teħid ta’ kampjuni minn tliet ġranet differenti ta’ produzzjoni fi żmien massimu ta’ erba’ ġimgħat, u juru riżultati negativi. L-ispejjeż għal dawn il-kontrolli għandhom jitħallsu mill-biċċerija konċernata." 3. Il-paragrafu 12 (a) li ġej huwa mdaħħal wara l-paragrafu 12: "12 (a) L-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati Membri għandhom jinformaw lil-laboratorju ta’ referenza nazzjonali rispettiv mingħajr dewmien bir-riżultati tal-kontrolli li huma wettqu jew li twettqu taħt ir-responsabbilità tagħhom. Il-laboratorji ta’ referenza nazzjonali għandhom jgħaddu din id-data kull sitt xhur lil-Laboratorju ta’ referenza tal-Komunità għal iżjed stħarriġ u diskussjoni mal-laboratorji ta’ referenza nazzjonali mill-inqas darba fis-sena. Ir-riżultati għandhom jiġu ppreżentati lill-Kumitat ta’ Tmexxija għal konsiderazzjoni skond l-Artikolu 18 tar-Regolament (KEE) Nru 2777/75." L-Artikolu 2 Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussel, fit-2 ta’ Frar 1996. Għall-Kummissjoni Franz Fischler Membru tal-Kummissjoni [1] ĠU L 173, tas-6.7.1990, p. 1. [2] ĠU L 289, ta’ l-24.11.1993, p. 3. [3] ĠU L 143, tas-7.6.1991, p. 11. [4] ĠU L 244, tat-12.10.1995, p. 60. --------------------------------------------------