Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31996L0096

    Id-Direttiva tal-Kunsill 96/96/KE ta' l-20 ta' Diċembru 1996 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri li għandhom x'jaqsmu mat-testijiet dwar jekk il-vetturi u l-karrijiet tagħhom humiex tajba għat-triq

    ĠU L 46, 17.2.1997, p. 1–19 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 25/06/2009; Imħassar b' 32009L0040

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/1996/96/oj

    31996L0096



    Official Journal L 046 , 17/02/1997 P. 0001 - 0019


    Id-Direttiva tal-Kunsill 96/96/KE

    ta' l-20 ta' Diċembru 1996

    dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri li għandhom x'jaqsmu mat-testijiet dwar jekk il-vetturi u l-karrijiet tagħhom humiex tajba għat-triq

    IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 75 tiegħu,

    Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni [1],

    Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali [2],

    skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 189ċ tat-Trattat [3],

    (1) Filwaqt li d-Direttiva tal-Kunsill 77/143/KEE tad-29 ta' Diċembru 1976 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri li għandhom x'jaqsmu ma' testijiet dwar il-kondizzjoni tajba ta' vetturi għas-sewqan u l-karrijiet tagħhom [4] ġiet sostanzjalment emendata f'numru ta' okkażjonijiet; filwaqt li, issa li trid tiġi iktar emendata, id-Direttiva għandha, għal raġunijiet ta' ċarezza, tiġi konsolidata f'test wieħed;

    (2) Filwaqt li, fil-qafas tal-politika tat-trasport komuni, ċertu traffiku tat-triq fi ħdan il-Komunità għandu jopera taħt l-iktar ċirkostanzi favorevoli fejn għandha x'taqsam kemm is-sigurtà u kemm il-kondizzjonijiet kompetittivi li japplikaw għal trasportaturi fl-Istati Membri;

    (3) Filwaqt li ż-żieda tat-traffiku tat-triq u ż-żieda riżultanti f'perikolu u sikkaturi jippreżentaw l-Istati Membri kollha bi problemi ta' sigurtà ta' xorta u serjetà simili;

    (4) Filwaqt li l-istandards u l-metodi preżenti ta' testing ivarjaw minn Stat Membru wieħed għall-ieħor u din is-sitwazzjoni taffettwa l-ekwivalenza tas-sigurtà u l-livelli ta' prestazzjoni ambjentali ta' vetturi eżaminati li joperaw fl-Istati Membri; filwaqt li, barra minn hekk, dan l-istat ta' ċirkostanzi x'aktarx jiddisturba l-kondizzjonijiet li jiggvernaw il-kompetizzjoni bejn impriżi ta' trasport ta' l-Istati Membri varji.

    (5) Filwaqt li huwa għalhekk neċessarju li tkun armonizzata sa fejn hu prattikabbli l-frekwenza ta' testijiet u l-oġġetti li jkunu eżaminati ta' bilfors.

    (6) Filwaqt li t-testing tul iċ-ċiklu ta' ħajja tal-vettura għandu jkun relattivament sempliċi, ta' malajr u mhux għali;

    (7) Filwaqt li l-istandards minimi Komunitarji u l-metodi li għandhom jintużaw għat-testing ta' l-oġġetti mniżżla fl-Anness II għandhom għalhekk ikunu definiti f'Direttivi separati;

    (8) Filwaqt li, bħala miżura transitorja, l-istandards nazzjonali jibqgħu applikabbli fejn għandhom x'jaqsmu oġġetti mhux koperti mid-Direttivi separati;

    (9) Filwaqt li hu neċessarju li jkun hemm adattament rapidu mal-progress tekniku ta' l-istandards u l-metodi stabbiliti fid-Direttivi separati u, sabiex ikun hemm faċilitazzjoni tal-miżuri meħtieġa għal dan l-iskop, li tkun stabbilita proċedura għal kooperazzjoni mill-qrib bejn l-Istati Membri u l-Kummissjoni fi ħdan kumitat dwar l-adattament għall-progress tekniku tat-testijiet tal-kondizzjoini tajba tal-vetturi għas-sewqan.

    (10) Filwaqt li fejn għandhom x'jaqsmu s-sistemi tal-brejkijiet ikun prematur li jiġu stabbiliti valuri għas-settings tal-pressjoni ta' l-arja u l-ħinijiet ta' akkrexximent, eċċ. minħabba d-differenza fit-tagħmir u l-metodi fi ħdan il-Komunità;

    (11) Filwaqt li hija l-intenzjoni li din id-Direttiva tkun emendata iktar sabiex tinkludi metodoloġija armonjuża u ta' eżami aħjar;

    (12) Filwaqt li, sa dak iż-żmien li jkun hemm proċeduri u prattiċi ta' test armonjuż, l-Istati Membri jistgħu jużaw il-ġudizzju tagħhom dwar il-proċedura tat-test li jużaw sabiex jistabbilixxu jekk il-vetturi konċernati jilħqu l-ħtiġiet ta' brejkijiet;

    (13) Filwaqt li kull Stat Membru għandu jassigura, fi ħdan l-arja tiegħu ta' ġurisdizzjoni, li t-testijiet dwar il-kondizzjoni tajba tal-vetturi għas-sewqan huma mmexxija metodikament u jkunu ta' standard għoli;

    (14) Filwaqt li l-Kummissjoni għandha tivverifika l-applikazzjoni prattika ta' din id-Direttiva u tirrapporta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill f'intervalli regolari dwar is-sejbiet tagħha;

    (15) Filwaqt li hu magħruf minn dawk kollha kkonċernati bit-testing tal-vetturi li l-metodu ta' testing u, b'mod partikolari, jekk il-vettura hi eżaminata f'kondizzjoni mgħobbija, parzjalment mgħobbija jew mhux mgħobbija, jistgħu jinfluwenzaw il-grad ta' kunfidenza li t-testers għandhom fejn għandha x'taqsam il-kondizzjoni tajba tas-sistema tal-brejkijiet;

    (16) Filwaqt li l-preskrizzjoni tal-valuri ta' referenza tal-forza tal-brejkijiet għal kondizzjonijiet varji ta' tagħbija għal kull mudell ta' vettura għandha tgħin biex tinġieb lura dik il-kunfidenza; filwaqt li din id-Direttiva tagħmel possibbli t-testing taħt dan ir-reġim bħala alternattiva għat-testing kontra l-valuri minimi ta' prestazzjoni għal kull kategorija ta' vettura;

    (17) Filwaqt li fejn għandhom x'jaqsmu s-sistemi ta' brejkijiet l-iskop ta' din id-Direttiva għandu x'jaqsam l-aktar mal-vetturi li ngħataw l-approvazzjoni tat-tip ta' komponent skond id-Direttiva 71/320/KEE [5] għalkemm hu magħruf li ċerti tipi ta' vettura ngħataw din l-approvazzjoni skond l-istandards nazzjonali li jistgħu jvarjaw mill-ħtiġiet ta' din id-Direttiva;

    (18) Filwaqt li l-Istati Membri jistgħu jestendu l-iskop tat-test tal- brejkijiet biex jinkludu vetturi jew oġġetti ta' test barra l-iskop ta' din id-Direttiva;

    (19) Filwaqt li l-Istati Membri jistgħu jagħmlu t-test ta' brejkijiet iktar iebes jew iżidu l-frekwenza tat-testing;

    (20) Filwaqt li din id-Direttiva hi intenzjonata żżomm l-emissjonijiet f'livell baxx tul il-ħajja utli ta' vettura permezz ta' testijiet regolari ta' l-emissjonijiet ta' l-exhaust u tassigura li l-vetturi li jniġġsu ħafna jkunu rtirati mis-servizz sakemm jinġabu fi stat tajjeb ta' manutenzjoni;

    (21) Filwaqt li l-intunar ħażin u l-manutenzjoni inadegwata huma ta' detriment mhux biss għall-magna imma wkoll għall-ambjent ladarba jikkawżaw żieda fit-tniġġiż u fil-konsum tal-karburant; filwaqt li hu importanti li trasport favorevoli għall-ambjent jiġi żviluppat;

    (22) Filwaqt li fil-każ ta' magni li jaqbdu bil-kompressjoni (diżil) il-kejl ta' l-opaċità tad-dħaħen ta' l-exhaust hu meqjus li jkun indikatur adegwat tal-kondizzjoni ta' l-istat ta' manutenzjoni tal-vettura, fejn għandhom x'jaqsmu l-emissjonijiet;

    (23) Filwaqt li għall-magni ta' taqbid pożittiv (petrol) il-kejl ta' l-emissjonijiet tal-monossidu tal-carbon mill-pajp ta' l-exhaust meta l-magna tkun imqabbda huma meqjusa li jkunu indikatur adegwat ta' l-istat tal-manutenzjoni tal-vettura, fejn għandhom x'jaqsmu l-emissjonijiet;

    (24) Filwaqt li r-rata ta' falliment fit-testijiet ta' l-emissjoni ta' l-exhaust għall-vetturi li ma ġewx mantnuti b'mod regolari tista' tkun għolja;

    (25) Filwaqt li fil-każ ta' vetturi b'magna tal-petrol li l-istandards ta' l-approvazzjoni tat-tip tagħhom jispeċifikaw li għandhom ikunu mgħammra b'sistemi avvanzati tal-kontroll ta' l-emissjonijiet bħal konvertituri katalitiċi three-way li huma kkontrollati b'lambda-probe, l-istandards tat-test ta' l-emissjoni regolari għandhom ikunu iktar iebsa mill-vetturi konvenzjonali;

    (26) Filwaqt li l-Istati Membri jistgħu, jekk xieraq, jeskludu mill-iskop ta' din id-Direttiva ċerti vetturi li huma kkunsidrati ta' interess storiku; filwaqt li jistgħu ukoll jistabbilixxu l-istandards ta' testing tagħhom stess għal dawn il-vetturi; filwaqt li madanakollu, dan id-dritt m'għandux iwassal għall-applikazzjoni ta' standards iktar iebsa minn dawk li l-vetturi kkonċernati kienu orġinarjament iddisinjati li jilħqu;

    (27) Filwaqt li għandu jkun possibbli li din id-Direttiva tiġi adattata minn żmien għal żmien biex tieħu kont ta' l-iżviluppi fil-kostruzzjoni tal-vettura li jiffaċilitaw testing in-service u tal-metodi tat-test li jirriflettu iktar mill-qrib il-kondizzjonijiet attwali li fihom tintuża vettura;

    (28) Filwaqt li d-Direttiva tal-Kunsill 92/6/KEE [6] teħtieġ l-installazzjoni u l-użu ta' strumenti ta' limitazzjoni ta' veloċità f'ċerti kategoriji ta' vetturi tat-triq;

    (29) Filwaqt li bi żviluppi pendenti fit-teknoloġija ta' strumenti ta' limitazzjoni ta' veloċità li jagħmluha iktar faċli li jkun hemm monitoraġġ tagħhom, ċerti partijiet ta' dawn l-istrumenti jistgħu madanakollu diġà jgħaddu minn serje ta' eżaminijiet fit-test tal-kondizzjoni tajba għas-sewqan meta dan hu possibbli;

    (30) Filwaqt li l-funzjonament tajjeb ta' l-istrumenti ta' limitazzjoni ta' veloċità hu bħalissa mħolli għall-Istati Menbri li jiddeterminaw l-użu ta' kull mezz li jikkunsidraw xieraq; filwaqt li hi l-intenzjoni li jarmonizzaw il-metodi u l-istandards tat-test kif dovut;

    (31) Filwaqt li l-Kummissjoni għandha tivvaluta eżamijiet in-service dwar il-funzjonament korrett ta' strumenti ta' limitazzjoni ta' veloċità u tissottometti rapport lill-Kunsill; filwaqt li l-konklużjonijiet ta' dak ir-rapport jiffurmaw il-bażi ta' xi proposti oħra għal bidliet fir-regoli applikabbli għal strumenti li jillimitaw il-veloċità;

    (32) Filwaqt li l-ħtiġiet tekniċi li għandhom x'jaqsmu mat-taxis u l-ambulanzi huma simili għal dawk ta' karrozzi privati; filwaqt li l-oġġetti li għandhom ikunu eżaminati jistgħu għalhekk ikunu simili, għalkemm il-frekwenza tat-testijiet hija differenti;

    (33) Filwaqt li bil-għan ta' l-impatt mistenni ta' din id-Direttiva fuq is-settur konċernat u fid-dawl tal-prinċipju ta' sussidjarjetà, il-miżuri Komunitarji previsti f'din id-Direttiva huma neċessarji biex tkun akkwistata l-armonizzazzjoni tar-regoli dwar testijiet tal-kondizzjoni tal-vetturi għas-sewqan, biex tkun ipprevenuta d-distorzjoni tal-kompetizzjoni bejn il-hauliers tat-triq u jkun garantit l-eżami kif suppost u l-manutenzjoni tal-vetturi; filwaqt li dawn il-miri ma jistgħux jinkisbu kompletament mill-Istati Membri li jaġixxu individwalment;

    (34) Filwaqt li din id-Direttiva ma tagħmel ebda differenza għall-obbligi ta' l-Istati Membri li jikkonċernaw l-iskadenzi għat-trasportazzjoni fil-liġi nazzjonali u għall-implimentazzjoni tad-Direttivi li ġew imħassra,

    ADOTTA DIN ID-DIRETTIVA:

    IL-KAPITOLU I

    Dispożizzjonijiet ġenerali

    L-Artikolu 1

    1. F'kull Stat Membru, il-vetturi bil-mutur irreġistrati f'dak l-Istat u l-karrijiet u s-semikarrijiet tagħhom għandhom jgħaddu minn testijiet perjodiċi tal-kondizzjoni tajba għas-sewqan skond din id-Direttiva u b'mod partikolari l-Annessi I u II tagħha.

    2. Il-kategoriji tal-vetturi li għandhom jiġu ttestjati, il-frekwenza tat-testijiet tal-kondizzjoni tajba għas-sewqan u l-oġġetti li għandhom jiġu ttestjati huma mniżżla fl-Annessi I u II.

    L-Artikolu 2

    It-testijiet tal-kondizzjoni tajba għas-sewqan previsti f'din id-Direttiva għandhom jitwettqu mill-Istat, jew minn korp pubbliku mogħti x-xogħol mill-Istat jew minn korpi jew stabbilimenti maħtura u direttament immexxija mill-Istat, inklużi korpi privati awtorizzati kif dovut. B'mod partikolari, meta stabbilimenti maħtura bħala ċentri ta' testing tal-vetturi jistgħu ukoll iwettqu tiswijiet fuq vetturi bil-mutur, l-Istati Membri għandhom jagħmlu kull sforz biex jassiguraw l-objettività u l-kwalità għolja tat-testing tal-vettura.

    L-Artikolu 3

    1. L-Istati Membri għandhom jieħdu dawk il-miżuri li jqisu neċessarji biex ikun possibbli li jippruvaw li vettura għaddiet mit-test ta' kondizzjoni tajba għas-sewqan li jikkonforma ma' mill-inqas id-dispożizzjonijiet ta' din id-Direttiva.

    Dawn il-miżuri għandhom jiġu kkomunikati lill-Istati Membri l-oħra u lill-Kummssjoni.

    2. Kull Stat Membru għandu, fuq l-istess bażi daqs li kieku hu stess ħareġ il-prova, jagħraf il-prova maħruġa fi Stat Membru ieħor li turi vettura bil-mutur irreġistrata fit-territorju ta' dak l-Istat l-ieħor flimkien mal-karru jew is-semi karru tiegħu, li jkunu għaddew it-test ta' kondizzjoni tajba għas-sewqan li jikkonforma ma' mill-inqas id-dispożizzjonijiet ta' din id-Direttiva.

    3. L-Istati Membri għandhom japplikaw proċeduri xierqa biex jistabbilixxu, sa fejn hu prattikabbli, li l-performance tal-brejkijiet tal-vetturi rreġistrati fit-territorju tagħhom tilħaq il-ħtiġiet speċifikati f'din id-Direttiva.

    IL-KAPITOLU II

    Eċċezzjonijiet u derogi

    L-Artikolu 4

    1. L-Istati Membri għandhom ikollhom id-dritt li jeskludu mill-iskop ta' din id-Direttiva vetturi li jappartjenu għall-forzi armati, għall-forzi tal-liġi u ta' l-ordni u għas-servizz kontra n-nar.

    2. L-Istati Membri jistgħu, wara li jikkonsulktaw lill-Kummissjoni, jeskludu mill-iskop ta' din id-Direttiva jew soġġett għad-dispożizzjonijiet speċjali, ċerti vetturi operati jew użati f'kondizzjonijiet eċċezzjonali u vetturi li qatt, jew bil-kemm huma użati fuq highways pubbliċi, inklużi vetturi ta' interess storiku ffabbrikati qabel l-1 ta' Jannar 1960 jew li huma temporanjament irtirati miċ-ċirkolazzjoni.

    3. L-Istati Membri jistgħu, wara li jikkonsultaw lill-Kummissjoni, jistabilixxu l-istandards ta' testing tagħhom għal vetturi kkunsidrati li huma ta' interess storiku.

    L-Artikolu 5

    Minkejja d-dispożizzjonijiet ta' l-Annessi I u II, l-Istati Membri jistgħu:

    - iġibu 'l quddiem id-data għall-ewwel test ta' bilfors dwar il-kondizzjoni tajba għas-sewqan u, meta approprjat, jissottomettu l-vettura għal testing qabel ir-reġistrazzjoni.

    - iqassru l-intervall bejn żewġ testijiet suċċessivi ta' bilfors,

    - jagħmlu t-testing tat-tagħmir mhux obbligatorju ta' bilfors.

    - iżidu n-numru ta' oġġetti li għandhom ikunu ttestjati,

    - jestendu l-ħtieġa tat-test perjodiku għal kategoriji oħra ta' vetturi.

    - jippreskrivu testijiet speċjali addizzjonali,

    - jeħtieġu għal vetturi rreġistrati fit-territorju tagħhom standards minimi ogħla għall-effiċjenza tal-brejkijiet minn dawk speċifikati fl-Anness II u jistgħu jinkludu test fuq vetturi b'tagħbijiet itqal sakemm dawn il-ħtiġiet ma jeċċedux dawk ta' l-approvazzjoni tat-tip oriġinali tal-vettura.

    L-Artikolu 6

    1. B'deroga mid-dispożizzjonijiet ta' l-Annessi I u II, u sa l-1 ta' Jannar 1993, l-Istati Membri jistgħu:

    - jipposponu d-data ta' l-ewwel test ta' bilfors ta' kondizzjoni tajba għas-sewqan,

    - jestendu l-intervall bejn iż-żewġ testijiet suċċessivi ta' kondizzjoni tajba għas-sewqan,

    - inaqqsu n-numru ta' oġġetti li għandhom ikunu ttestjati,

    - jemendaw il-kategoriji ta' vetturi soġġetti għal testijiet ta' bilfors dwar il-kondizzjoni tajba għas-sewqan,

    sakemm il-vetturi kummerċjali ħfief kollha msemmija fit-taqsima 5 ta' l-Anness I huma meħtieġa jgħaddu minn testijiet ta' kondizzjoni tajba għas-sewqan skond din id-Direttiva qabel dik id-data.

    Madanakollu, fl-Istati Membri fejn ma kien hemm ebda sistema ta' testing regolari ta' kondizzjoni tajba għas-sewqan paragunabbli għal dak intenzjonat minn din id-Direttiva għal din il-kategorija ta' vetturi fit-28 ta' Lulju 1988, il-paragrafu 1 għandu japplika sa fl-1 ta' Jannar 1995

    2. Fejn għandhom x'jaqsmu karrozzi privati msemmija fit-taqsima 6 ta' l-Anness I, il-paragrafu 1 għandu japplika sa fl-1 ta' Jannar 1994.

    Madanakollu, fl-Istati Membri fejn ma kien hemm ebda sistema ta' testing regolari tal-kondizzjoni tajba għas-sewqan paragunabbli għal dak intenzjonat minn din id-Direttiva għal din il-kategorija ta' vetturi fil-31 ta' Diċembru 1991, il-paragrafu 1 għandu japplika sa fl-1 ta' Jannar 1998.

    IL-KAPITOLU III

    Dispożizzjonijiet finali

    L-Artikolu 7

    1. Il-Kunsill, f'azzjoni fuq maġġoranza kkwalifikata fuq proposta mill-Kummissjoni, għandu jadotta d-Direttivi separati neċessarji biex jiġu definiti l-istandards minimi u l-metodi għat-testing ta' l-oġġetti mniżżla fl-Anness II.

    2. Kull emenda neċessarja biex jiġu adattati l-istandards u l-metodi definiti fid-Direttivi separati għall-progress tekniku għandha tiġi adotatat skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 8.

    L-Artikolu 8

    1. Il-Kummissjoni għandha tkun assistita minn kumitat dwar l-adattament għall-progress tekniku tad-Direttiva dwar testijiet dwar il-kondizzjoni għal fuq it-triq ta' vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom, hawnhekk iżjed il quddiem magħrufa bħala "l-Kumitat" li għandu jikkonsisti f'rappreżentanti ta' l-Istati Membri b'rappreżentant tal-Kummissjoni li jippresjedi.

    2. Il-Kumitat għandu jadotta r-regoli tiegħu ta' proċedura.

    3. Ir-rappreżentant tal-Kumissjoni għandu jissottometti lill-Kumitat abbozz tal-miżuri li għandhom jittieħdu. Il-Kumitat għandu jikkonsenja l-opinjoni tiegħu dwar l-abbozz fi limitu ta' żmien li l-President jista' jqiegħed skond l-urġenza tal-kwistjoni. L-opinjoni għandha tiġi kkonsenjata mill-maġġoranza stabbilita fl-Artikolu 148(2) tat-Trattat fil-każ ta' deċiżjonijiet li l-Kunsill hu meħtieġ li jaddotta fuq proposta mill-Kummissjoni. Il-voti tar-rappreżentanti ta' l-Istati Membri fi ħdan il-Kumitat għandhom ikunu peżati bil-mod stabbilit fl-Artikolu msemmi fuq. Il-President m'għandux jivvota.

    4. (a) Il-Kummissjoni għandha tadotta l-miżuri previsti jekk huma skond l-opinjoni tal-Kumitat.

    (b) Jekk il-miżuri previsti mhumiex skond l-opinjoni tal-Kumitat, jew jekk ebda opinjoni ma hi kkonsenjata, il-Kummissjoni għandha mingħajr dewmien, tissottometti lill-Kunsill proposta li għandha x'taqsam mal-miżuri li għandhom jittieħdu. Il-Kunsill għandu jaġixxi fuq maġġoranza kkwalifikata.

    Jekk, fi żmien tliet xhur mis-sottomissjoni tal-proposta lill-Kunsill, il-Kunsill ma jkunx aġixxa, il-miżuri proposti għandhom ikunu adottati mill-Kummissjoni.

    L-Artikolu 9

    1. Il-Kummissjoni għandha, mhux aktar tard mill-31 ta' Diċembru 1998, tissottometti rapport lill-Kunsill dwar l-implimentazzjoni tat-testing tal-kondizzjoni tajba għas-sewqan ta' karrozzi privati, akkumpanjata minn proposta meqjusa neċessarja, b'referenza partikolari għall-frekwenza u l-kontenut tat-testijiet.

    2. Sa mhux iktar tard minn tliet snin wara l-introduzzjoni tat-testing regolari ta' strumenti għal-limitazzjoni tal-veloċità, il-Kummissjoni għandha teżamina jekk, fuq il-bażi ta' l-esperjenza akkwistata, it-testijiet stabbiliti huma suffiċjenti biex jgħarrfu strumenti tal-limitazzjoni tal-veloċità difettużi jew manipulati jew jekk ir-regoli jeħtieġ li jkunu emendati.

    L-Artikolu 10

    Id-Direttivi mniżżla fl-Anness III, il-parti A huma hawnhekk imħassra mid-data indikata fl-Artikolu 11, mingħajr preġudizzju għall-obbligi ta' l-Istati Membri li jikkonċernaw l-iskadenzi għat-traspożizzjoni u l-implimentazzjoni stabbilita fl-Anness III, il-Parti B.

    Referenzi għad-Direttivi mħassra għandhom jinftiehmu bħala referenza għal din id-Direttiva u għandhom jinqraw skond it-tabelli ta' korrelazzjoni stabbiliti fl-Anness IV.

    L-Artikolu 11

    1. L-Istati Membri għandhom iġibu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji biex jikkonformaw ma' din id-Direttiva sa mhux iktar tard mid-9 ta' Marzu 1998. Għandhom minnufih jinfurmaw lill-Kummissjoni bihom.

    Meta l-Istati Membri jadottaw dawn id-dispożizzjonijiet, għandu jkollhom referenza għal din id-Direttiva jew ikollhom magħhom din ir-referenza fil-ħin tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. Il-metodi biex issir din ir-referenza għandhom ikunu stabbiliti mill-Istati Membri.

    2. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-testi tad-dispożizzjonijiet tal-liġi nazzjonali li huma jadottaw fis-settur iggvernat minn din id-Direttiva.

    3. L-Istati Membri għandhom jadottaw il-miżuri neċessarja biex jimplimentaw is-sistema ta' testijiet stabbilita f'din id-Direttiva. Il-miżuri addotati għandhom ikunu effettivi, proporzjonali u disswasivi..

    L-Artikolu 12

    Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-20 jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha fil- Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

    L-Artikolu 13

    Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

    Magħmula fi Brussel, fl-20 ta' Diċembru 1996.

    Għall-Kunsill

    Il-President

    S. Barrett

    [1] ĠU C 193, ta' l-4.7.1996, p. 5 u 31.

    [2] ĠU C 39, tat-12.2.1996, p. 24.

    [3] L-opinjoni tal-Parlament Ewropew tad-29 ta' Frar 1996 (ĠU C 78, tat-18.3.1996, p. 27), Il-pożizzjoni komuni tal-Kunsill tat-18 ta' Ġunju 1996 (ĠU C 248, tas-26.8.1996, p. 49) u d-Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew ta' l-24 Ottubru 1996 (ĠU C 347, tat-18.11.1996).

    [4] ĠU L 47, tat- 18.2.1977, p. 47. Id-Direttiva kif l-aħħar emendata mid-Direttiva tal-Kummissjoni 94/23/KE (ĠU L 147, ta' l-14.6.1994, p. 6).

    [5] Id-Direttiva tal-Kunsill 71/320/KEE tas-26 ta' Lulju 1971 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri li għandhom x'jaqsmu ma' l-istrumenti tal-brejkijiet ta' ċerti kategoriji ta' vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom (ĠU L 202, tas- 6.9.1971, p. 37). Id-Direttiva kif l-aħħar emendata mid-Direttiva 91/442/KEE (ĠU L 233, tat-22.8.1991, p. 21).

    [6] Id-Direttiva tal-Kunsill 92/6/KEE ta' l-10 ta' Frar 1992 dwar l-installazzjoni u l-użu ta' strumenti għal-limitazzjoni ta' veloċità għal ċerti kategoriji ta' vetturi bil-mutur fil-Komunità (ĠU L 57, tat-2.3.1992, p. 27).

    --------------------------------------------------

    L-ANNESS I

    IL-KATEGORIJI TA' VETTURI SOĠĠETTI GĦAL TESTIJIET TA' KONDIZZJONI TAJBA GĦAT-TRIQ U L-FREKWENZA TAT-TESTIJIET

    Il-Kategoriji tal-vettura | Il-Frekwenza tat-testijiet |

    1.Vetturi bil-mutur użati għat-trasport ta' passiġġieri u b'iktar minn tmien siġġijiet, bl-esklużjoni tas-siġġu tax-xufier | Sena wara d-data li fiha l-vettura kienet l-ewwel użata, imbagħad wara kull sena |

    2.Vetturi bil-mutur użati għat-trasport tal-merkanzija u li jkollhom massa massima permessibbli li teċċedi 3500 kg | Sena wara d-data li fiha l-vettura kienet l-ewwel użata, imbagħad wara kull sena |

    3.Karrijiet u semi-karrijiet b'massa massima permissibbli li teċċedi 3500 kg | Sena wara d-data li fiha l-vettura kienet l-ewwel użata, imbagħad wara kull sena |

    4.Taxis, ambulanzi | Sena wara d-data li fiha l-vettura kienet l-ewwel użata, imbagħad wara kull sena |

    5.Vetturi bil-mutur li jkollhom mill-inqas erba' roti, normalment użati għat-trasport bit-triq ta' merkanzija u b'massa massima permissibbli li ma teċċedix 3500 kg, bl-esklużjoni ta' tratturi u makkinarju agrikolu | Erba' snin wara d-data li fiha l-vettura kienet l-ewwel użata imbagħad wara kull sentejn |

    6.Vetturi bil-mutur li jkollhom mill-inqas erba' roti, użati għat-trasport ta' passiġġieri u b'mhux iktar minn tmien siġġijiet, bl-esklużjoni tas-siġġu tax-xufier | Erba' snin wara d-data li fiha l-vettura kienet l-ewwel użata mbagħad wara kull sentejn |

    --------------------------------------------------

    L-ANNESS II

    OĠĠETTI LI GĦANDHOM JIĠU TTESTJATI TA' BILFORS

    It-test għandu jkopri mill-inqas l-oġġetti mniżżla hawn taħt, sakemm dawn huma relatati mat-tagħmir obbligatorju tal-vettura li qed tiġi ttestjata fl-Istat Membru kkonċernat.

    It-testijiet koperti minn dan l-Anness jistgħu jitwettqu viżwalment mingħajr disassemblaġġ tal-partijiet tal-vettura.

    Meta jinstab li l-vettura hi difettuża fejn għandhom x'jaqsmu l-oġġetti tat-test hawn taħt, l-awtoritajiet kompetenti fl-Istati Membri għandhom jadottaw proċedura biex jiġu stabbiliti l-kondizzjonijiet li taħthom il-vettura tista' tintuża qabel ma tgħaddi test ieħor ta' kondizzjoni tajba għat-triq.

    VETTURI F'KATEGORIJI 1, 2, 3, 4, 5 U 6 |

    1.Sistemi ta' ibbrekjarL-oġġetti li ġejjin għandhom ikunu inklużi fit-test ta' kondizzjoni tajba għat-triq tas-sistemi ta' ibbrejkjar tal-vettura. Ir-riżultati ġodda miksuba waqt l-iċċekkjar fuq is-sistemi ta' ibbrejkjar għandhom ikunu ekwivalenti sa fejn hu possibbli għar-rekwiżiti tekniċi tad-Direttiva 71/320/EEC. |

    Oġġetti li għandhom jiġu eżaminati/ttestjati | Raġunijiet għall-falliment |

    1.1.Il-kondizzjoni mekkanika u l-operazzjoni | |

    1.1.1.Il-fus tal-pedala tal-brejkijiet tas-saqajn | issikkat wisqil-bearing użat ħafnautilizz/użu eċċessiv |

    1.1.2.Il-kondizzjoni tal-pedala u t-travel ta' l-istrument li jopera l-brejkijiet | travel ta' riserva eċċessiva jew insuffiċjentiil-kontroll tal-brejkijiet li ma jirrillaxxax kif suppostid-dispożizzjoni kontra ż-żliq nieqsa minn fuq il-pedala tal-brejkijiet, maħlula jew lixxa daqs kemm użata |

    1.1.3.Il-pompa tal-vakwu jew il-kumpressur u d-depożitu | il-ħin użat għall-formazzjoni tal-pressjoni ta' l-arja/il-vakwu għall-operazzjoni effettiva tal-brejkijiet hu eċċessivpressjoni ta' l-arja insuffiċjenti/vakwu biex jassisti għal mill-inqas żewġ applikazzjonijiet tal-brejkijiet wara li l-istrument ta' avviż ikun opera (jew gauge li juri qari mhux ta' min joqgħod fuqu)leakage ta' l-arja li jikkawża waqa' notevoli fil-pressjoni jew leakages ta' l-arja li jinstemgħu |

    1.1.4.Indikatur jew gauge ta' avviż ta' pressjoni baxxa | indikatur tal-malfunzjoni jew li jindika pressjoni baxxa/gauge tal-pressjoni ta' l-arja |

    1.1.5.Il-valvola ta' kontroll tal-brejkijiet operata bl-idejn | kontroll imxaqqaq jew imħassar, użu eċċessivil-malfunzjoni tal-valvola ta' kontrollil-kontroll mhux sikur fuq il-fus tal-valvola jew l-unità tal-valvola mhix sikurakonnessjonijiet maħlula jew xaqq fis-sistemaoperazzjoni mhux sodisfaċenti |

    1.1.6.Il-brejk ta' l-ipparkjar, il-kontroll tal-lieva, ir-ratchet tal-brejk ta' l-ipparkjar | ir-ratchet tal-brejk ta' l-ipparkjar li ma jżommx kif suppostużu eċċessiv fil-fus tal-lieva jew fil-mekkaniżmu tar-ratchetmoviment eċċessiv tal-lieva li tindika aġġustament inkorrett |

    1.1.7.Il-valvoli tal-brejkijiet (il-valvoli tas-saqajn, unloaders, gvernaturi, eċċ.) | leakage ta' l-arja eċċessiva, mħassraskarika eċċessiva ta' żejt mill-kumpressurimmuntar mhux sikur/inadegwatskarika tal-fluwidu idrawliku tal-brejkijiet |

    1.1.8.Agganċjar għall-brejkijiet tal-karrijiet | tappijiet ta' isolament difettużi jew valvola għas-siġill tagħha stessimmuntar mhux sikur/inadegwatleakages eċċessivi |

    1.1.9.Depożitu ta' tank tal-pressjoni għall-irfigħ ta' l-enerġija | imħassra, imsadda, leakingl-istrument tad-drenaġġ inoperattivimmuntar mhux sikur/inadegwat |

    1.1.10.Unitajiet servo tal-brejk, il-mastruċilindru (sistemi idrawliċi) | l-unità servo hi difettuża jew mhux effettivail-mastruċilindru difettuż jew leakingil-mastruċilindru mhux sikurkwantità insuffiċjenti tal-fluwidu tal-brejkijietit-tapp tad-depożitu tal-mastruċilindru nieqesil-bozza ta' avviż tal-fluwidu tal-brejkijiet miżgħula jew difettużafunzjoni inkorretta ta' l-istrument ta' avviż tal-livell tal-fluwidu tal-brejkijiet |

    1.1.11.Pajpijiet riġidi tal-brejkijiet | riskju ta' falliment jew fratturaleaks minn pajpijiet jew konnessjonijiet għall-igganċjarimħassra jew imsadda eċċessivamentspustjati |

    1.1.12.Hoses flessibbli tal-brejkijiet | riskju ta' falliment jew fratturaimħassra, chafing, il-hoses tal-brejkijiet qosra wisq, mgħawġaleaks minn hoses jew l-agganċjarhose minfuħ taħt pressjoniil-porosità |

    1.1.13.Koperturi tal-brejkijiet (sponoż bħala nforra) | użu eċċessivikkontaminat (żejt, griż, eċċ.) |

    1.1.14.Drums tal-brejkijiet, diski tal-brejkijiet | użu żejjed, brix eċċessiv, xquq, mhux marbutin tajjeb jew maqsuminkontaminati (żejt, griż, eċċ)plejt ta' wara mhux marbut tajjeb |

    1.1.15.Kejbels tal-brejk, vireg u fejn jaqbad il-liver | kejbils mħassra, mgħaqqdamikula eċċessivament jew msaddaġonta tal-kejbil jew virga mhux marbuta sewil-gwida tal-kejbil difettużkull restrizzjoni għal-libertà taċ-ċaqlieq tas-sistema tal-brejkijiet. |

    1.1.16.Actuators tal-brejkijiet (inkluż brejkijiet bil-molla jew ċilindri idrawkiċi tar-rota) | maqsum jew imħassariqattarmhux marbut sew mhux biżżejjedimsaddad iżżejjedil-pistin operattiv jew il-mekkaniżmu tad-dijaframma jiċċaqlqu żżejjed |

    1.1.17.Valv li jħoss it-tagħbija | fejn jitqabbad ikun difettużaġġustament skorrettissijżjat, ma jaħdimxmhux f'postu |

    1.1.18.Slack adjusters awtomatiċi li jindikaw | moviment anormali jew issiżjat, użu żejjed jew aġġustament ħażindifettuż |

    1.1.19.Sistema ritardanti (meta mgħammra jew meħtieġa) | konnetturi jew mountings mhux siguridifettuża |

    1.2.Prestazzjoni u effiċjenza tas-service brejk | |

    1.2.1.Prestazzjoni (miżjuda progressivament għas-saħħa massima) | mhux biżżejjed saħħa fuq rota waħda jew iżjedsaħħa minn kull rota hija anqas minn 70 % ta' l-aktar saħħa rreġistrata minn rota oħra fuq l-istess assi. Fil-każ ta' testjar fit-triq, id-devjazzjoni minn linja dritta ta' vettura hija eċċessival-ebda varjazzjoni gradwali tas-saħħa ta' l-ibbrekjar (ħtif)żmien żejjed fl-operazjoni tal-brejk f'xi rotavarjazzjoni eċċessiva tas-saħħa tal-brejk minħabba diski mgħawġa jew drummijiet ovali |

    1.2.2.L-effiċjenza | proprzjon ta' brejkijiet li għandu x'jaqsam mal-massa massima awtorizzata jew, fil-każ ta' semi-karrijiet, mas-somma tat-tagħbijiet awtorizzati fuq il-fus meta prattikabbli, naqqas dawn li ġejjin:l-effiċjenza minima tal-brejkijietkategorija 1: 50 %kategorija 2: 43 %kategorija 3: 40 %kategorija 4: 50 %kategorija 5: 45 %kategorija 6: 50 %jewsforz ta' brejkijiet inqas mill-valuri ta' referenza jekk speċifikati mill-fabbrikant tal-vettura għall-fus tal-vettura |

    1.3.Il-performance sekondarju (ta' emerġenza) tal-brejk u l-effiċjenza (jekk milħuqa minn sistema separata) | |

    1.3.1.L-atteġġjament | l-brejk inoperattiv fuq naħa waħdal-isforz tal-brejk minn kull rota huwa inqas minn 70 % ta' l-ogħla sforz irreġistrat minn rota oħra fuq l-istess fusebda varjazzjoni gradwali ta' l-effiċjenza (ħtif)is-sistema awtomatika tal-brejkijiet mhix taħdem fil-każ ta' karrijiet |

    1.3.2.L-Effiċjenza | għall-kategoriji kollha tal-vetturi, proporzjon ta' brejkijiet inqas minn 50 %ta' l-atteġġament tas-servizz tal-brejkijiet definit fi 1.2.2. fejn għandha x'taqsam il-massa massima awtorizzata jew, fil-każ ta' semi-karrijiet, is-somma tat-tagħbijiet awtorizzati fuq il-fus |

    1.4.L-atteġġament tal-brejk ta' l-ipparkjar u l-effiċjenza | |

    1.4.1.L-atteġġament | il-brejk inoperattiv fuq naħa waħda |

    1.4.2.L-effiċjenza | għall-kategoriji kollha tal-vettura, proporzjon tal-brejkijiet ta' inqas minn 16 % fejn għandha x'taqsam il-massa massima awtorizzata, jew, għal vetturi bil-mutur, inqas minn 12 % fejn għandha x'taqsam il-massa massima awtorizzata ta' kombinazzjoni tal-vettura, tkun liema tkun l-ikbar |

    1.5.Ir-Ritardatur jew l-atteġġament tas-sistema tal-brejk ta' l-exhaust | ebda varjazzjoni gradwali ta' effiċjenza (ritardatur)difettuż |

    1.6.Il-brejk kontra s-sokor | il-malfunzjoni ta' l-istrument ta' avviż kontra s-sokordifettuż |

    VETTURI FIL-KATEGORIJI 1, 2 U 3 | VETTURI FIL-KATEGORIJI 4, 5 U 6 |

    2.It-tmexxija u l-isteering | 2.It-tmexxija |

    2.1.Il-kondizzjoni mekkanika2.2.L-isteering2.3.It-tmexxija ta' l-isteering2.4.Il-bearings ta' l-isteering | 2.1.Il-kondizzjoni mekkanika2.2.It-tmexxija ta' l-isteering2.3.L-attachment tas-sistema ta' tmexxija |

    3.Il-Viżibilità | 3.Il-Viżibilità |

    3.1.L-ispazju tal-viżjoni3.2.Il-Kondizzjoni tal-ħġieġ3.3.Il-merja li juru wara3.4.Il-wajpers tal-windscreen3.5.Dawk li jaħslu l-windscreen | 3.1.L-ispazju tal-viżjoni3.2.Il-Kondizzjoni tal-ħġieġ3.3.Il-merja li juru wara3.4.Il-wajpers tal-windscreen3.5.Dawk li jaħslu l-windscreen |

    4.Fanali, rifletturi u tagħmir elettriku | 4.It-tagħmir tad-dawl |

    4.1.Fanali ta' dawl ewlieni u dawl baxx4.1.1.Il-Kondizzjoni u l-operazzjoni4.1.2.L-Allinjament4.1.3.L-Iswiċċijiet4.1.4.L-effiċjenza viżwali | 4.1.Fanali ta' dawl ewlieni u dawl baxx4.1.1.Il-Kondizzjoni u l-operazzjoni4.1.2.L-Allinjament4.1.3.L-Iswiċċijiet |

    4.2.Il-fanali tal-ġenb u l-fanali li jimmarkaw il-linja ta' barra4.2.1.Il-Kondizzjoni u l-operazzjoni4.2.2.Il-kulur u l-effiċjenza viżwali | 4.2.Il-kondizzjoni u l-operazzjoni, il-kondizzjoni tal-lenti, il-kulur u l-effiċjenza viżwali ta':4.2.1.L-fanali tal-ġenb u ta' wara4.2.2.Il-fanali tal-waqfien4.2.3.Il-fanali li jindikaw id-direzzjoni4.2.4.Il-fanali ta' riserva4.2.5.Il-fanali taċ-ċpar4.2.6.Il-fanali tal-pjanċa tar-reġistrazzjoni ta' wara4.2.7.Ir-Retro-rifletturi4.2.8.Il-fanali hazard ta' avviż |

    4.3.Il-fanali tal-waqfien4.3.1.Il-Kondizzjoni u l-operazzjoni4.3.2.Il-kulur u l-effiċjenza viżwali | |

    4.4.Il-fanali ta' indikazzjoni tad-direzzjoni4.4.1.Il-Kondizzjoni u l-operazzjoni4.4.2.Il-kulur u l-effiċjenza viżwali4.4.3.L-iswiċċijiet4.4.4.Il-frekwenza li biha jixegħlu u jitfu | |

    4.5.Il-fanali taċ-ċpar ta' quddiem u wara4.5.1.Il-Pożizzjoni4.5.2.Il-Kondizzjoni u l-operazzjoni4.5.3.Il-kulur u l-effiċjenza viżwali | |

    4.6.Il-fanali ta' wara4.6.1.Il-Kondizzjoni u l-operazzjoni4.6.2.Il-kulur u l-effiċjenza viżwali | |

    4.7.Il-fanali tal-pjanċa tar-reġistrazzjoni ta' wara | |

    4.8.Ir-Retro-rifletturiil-kondizzjoni u l-kulur | |

    4.9.It-Telltales | |

    4.10.Il-konnessjonijiet elettriċi bejn il-vettura li tiġbed u l-karru jew is-seni-karru | |

    4.11.Il-wiring elettriku | |

    5.Il-fusijiet, ir-roti, it-tyres, is-suspenxin | 5.Il-fusijiet, ir-roti, it-tyres, is-suspenxin |

    5.1.Il-fusijiet | 5.1.Il-fusijiet |

    5.2.Ir-roti u t-tyres | 5.2.Ir-roti u t-tyres |

    5.3.Is-suspenxin | 5.3.Is-suspenxin |

    6.Ix-Chassis u l-attachments tax-chassis | 6.Ix-Chassis u l-attachments tax-chassis |

    6.1.Ix-Chassis jew il-frejm u l-attachments6.1.1.Il-kondizzjoni ġenerali6.1.2.Il-pajpijiet ta' l-exhaust u s-silencers6.1.3.It-tank tal-karburant jew il-pajpijiet6.1.4.Il-proprjetajiet ġeometriċi u l-kondizzjoni ta' l-istrument ta' protezzjoni ta' wara, trakkijiet tqal6.1.5.It-trasportatur tar-rota żejda6.1.6.Il-mekkaniżmu ta' l-agganċjar fuq vetturi li jiġbdu, karrijiet u semi-karrijiet | 6.1.Ix-Chassis jew il-frejm u l-attachments6.1.1.Il-kondizzjoni ġenerali6.1.2.Il-pajpijiet ta' l-exhaust u s-silencers6.1.3.It-tank tal-karburant jew il-pajpijiet6.1.4.It-trasportatur tar-rota żejda6.1.5.Is-Sigurtà tal-mekkaniżmu ta' l-agganċjar (jekk imwaħħal) |

    6.2.Il-kabina u x-xogħol fuq il-korp6.2.1.Il-kondizzjoni ġenerali6.2.2.L-immuntar6.2.3.Il-bibien u s-serraturi6.2.4.L-Art6.2.5.Is-siġġu tax-xufier6.2.6.Ir-Running boards | 6.2.Ix-xogħol fuq il-korp6.2.1.Il-kondizzjoni strutturali6.2.2.Il-Bibien u s-serraturi |

    7.Tagħmir ieħor | 7.Tagħmir ieħor |

    7.1.Iċ-ċinturini ta' sigurtà | 7.1.L-immuntar tas-siġġu tax-xufier |

    7.2.L-estintur tan-nar | 7.2.L-Immuntar tal-batterija |

    7.3.Is-serraturi u strument kontra s-serq | 7.3.L-istrument ta' avviż li jinstama' |

    7.4.It-trianglu ta' avviż | 7.4.It-trianglu ta' avviż |

    7.5.Il-kit ta' l-ewwel għajnuna7.5.1.Is-sigurtà ta' l-immuntar7.5.3.L-Operazzjoni | 7.5.Iċ-ċinturini ta' sigurtà7.5.2.Il-Kondizzjoni taċ-ċinturini |

    7.6.Ic-chock(s) tar-roti | |

    7.7.L-istrument ta' avviż li jinstama' | |

    7.8.L-Ispidometru | |

    7.9.It-Takografu (il-preżenza ta', u l-integrità tas-siġilli)eżamina il-validità tal-pjanċa tat-takografu jekk meħtieġ mir-Regolament (KEE) Nru 3821/85eżamina, jekk f'dubju, jekk iċ-ċirkomferenza nominali tad-daqs tar-roti taqbel mad-data mogħtija fuq il-pjanċa tat-takografumeta prattiku, eżamina li s-siġilli tat-takografu u, meta approprjat, kull mezz ieħor ta' protezzjoni tal-konnessjonijiet kontra manipulazzjoni frawdolenti huma intatti | |

    7.10.L-istrument tal-limitazzjoni tal-veloċitàmeta possibbli, eżamina jekk il-limitatur tal-veloċità hu mwaħħal kif meħtieġ mid-Direttiva 92/6/KEEeżamina l-validità tal-pjanċa tal-limitatur tal-veloċitàmeta prattiku, eżamina li s-siġilli tal-limitatur tal-veloċità u, meta approprjat, kull mezz ieħor ta' protezzjoni tal-konnessjonijiet kontra manipulazzjoni frawdolenti huma intatti | |

    8.Dwejjaq | 8.Dwejjaq |

    8.1.Storbju | 8.1.Storbju |

    VETTURI FIL-KATEGORIJI 1, 2, 3, 4, 5 U 6 |

    8.2.Emissjonijiet ta' l-exhaust8.2.1.Vetturi bil-mutur mgħammra b'magni bil-mutur li jaqbdu b'mod pożittiv (petrol)(a)Meta l-emissjonijiet ta' l-exhaust mhumiex ikkontrollati minn sistema ta' kontroll avvanzata ta' l-emissjoni bħal konvertitur katalitiku three-way li hu kkontrollat b'lambda probe:1.Ispezzjoni viżwali tas-sistema ta' exhaust sabiex jiġi eżaminat li ma hemm ebda leakages.2.Jekk xieraq, spezzjoni viżwali tas-sistema ta' kontroll ta' emissjoni sabiex ikun eżaminat li t-tagħmir meħtieġ ġie mqiegħed.Wara perjodu raġjonevoli tal-kondizzjonament tal-magna (wara li jitqiesu ir-rakkomandazzjonijiet tal-fabbrikant tal-vettura) il-kontenut tal-monossidju tal-carbon (CO) tal-gassijiet ta' l-exhaust hu mkejjel meta l-magna hi mqabbda (b'ebda tagħbija).Il-kontenut massimu permissibbli CO fil-gassijiet ta' l-exhaust hu dak dikjarat mill-fabbrikant tal-vettura Fejn din l-informazzjoni mhijiex disponibbli jew meta l-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istati Membri jiddeċiedu li ma jużawhiex bħala valur ta' referenza, il-kontenut CO m'għandux jeċċedi dan li ġej:għal vetturi rreġistrati jew imqiegħda fis-servizz għall-ewwel darba bejn id-data li minnha l-Istati Membri ħtieġu l-vetturi jikkonformaw mad-Direttiva 70/220/KEEu l-1 ta' Ottubru 1986: CO - 4,5 % vol,għal vetturi rreġistrati jew imqiegħda fis-servizz għall-ewwel darba wara l-1 ta' Ottubru 1986: CO - 3,5 % vol.(b)Meta l-emissjonijiet ta' l-exhaust huma kkontrollati minn sistema ta' kontroll ta' emissjoni avvanzata bħal konvertitur katalitiku three-way li hu kkontrollat b'lambda probe:1.pezzjoni viżwali tas-sistema ta' l-exhaust sabiex ikun eżaminat li ma hemm ebda leakages u li l-partijiet kollha huma kompluti.2.pezzjoni viżwali tas-sistema ta' l-emissjoni tal-kontroll sabiex ikun eżaminat li t-tagħmir meħtieġ ġie mqiegħed.3.Determinazzjoni ta' l-effiċjenza tas-sistema ta' kontroll ta' emissjoni tal-vettura bil-kejl tal-valur lambda u l-kontenut CO tal-gassijiet ta' l-exhaust skond it-taqsima 4 jew mal-proċeduri proposti mill-fabbrikanti u approvati fil-ħin ta' l-approvazzjoni tat-tip. Għal kull wieħed mit-testijiet il-magna hi kkondizzjonata skond ir-rakkomandazzjonijiet tal-fabbrikant tal-vettura.4.L-emissjonijiet ta' l-exhaust mill-pajp - valuri limitiKejl tal-veloċità tal-magna mqabbda:Il-kontenut massimu permissibbli CO fil-gassijiet tal-exhaust hu dak dikjarat mill-fabbrikant tal-vettura. Fejn din l-informazzjoniji mhijiex disponibbli, il-kontenut massimu CO m'għandux jeċċedi 0,5 % vol.Kejl tal-veloċità għolja tal-magna mqabbda, il-veloċità tal-magna għandha tkun mill-inqas 2000 min-1:il-kontenut CO: 0,3 % vol massimuLambda: 1 ± 0,03 skond l-ispeċifikazzjonijiet tal-fabbrikant.8.2.2.Vetturi bil-mutur mgħammra b'magni li jaqbdu bil-kompressjoni (diżil)Kejl ta' l-opaċità tal-gass ta' l-exhaust b'aċċelerazzjoni ħielsa (ebda tagħbija minn meta l-vettura titqabbad sal-veloċità cut-off). Il-livell ta' konċentrazzjoni m'għandux jeċċedi l-livell irreġistrat fuq il-pjanċa skond id-Direttiva 72/306/KEE. Meta din l-informazzjoni mhijiex disponibbli jew meta l-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istati Membri jiddeċiedu ma jużawhiex bħala referenza, il-valuri limiti tal-koeffiċjent ta' l-assorbiment huma kif ġej:Il-koeffiċjent massimu ta' l-assorbiment għal:magni tad-diżil aspirati b'mod naturali = 2,5 m-1,magni tad-diżil turbo = 3,0 m-1,jew valuri ekwivalenti meta jsir użu ta' tagħmir ta' tip differenti minn dak użat għall-approvazzjoni tat-tip KEVetturi rreġistrati jew imqiegħda fis-servizz għall-ewwel darba qabel l-1 ta' Jannar 1980 huma eżentati minn dawn il-ħtiġijiet.8.2.3.It-tagħmir tat-testL-emissjonijiet tal-vetturi huma ttestjati bl-użu ta' tagħmir iddisinjat biex jistabbilixxi b'mod eżatt jekk kienx hemm konformità mal-valuri limiti preskritti jew indikati mil-fabbrikant.8.2.4.Meta, tul l-approvazzjoni tat-tip KE, tip ta' vettura jinstab li ma ssodisfatx il-valuri limiti stabbiliti minn din id-Direttiva, l-Istati Membri jistgħu jqiegħdu valuri limiti għal dik it-tip ta' vettura fuq il-bażi ta' xhieda fornita mill-fabbrikant.. Għandhom imbagħad jinfurmaw lill-Kummissjoni bihom u hi imbagħad għandha tinforma l-Istati Membri l-oħra. |

    VETTURI FIL-KATEGORIJI 1, 2 U 3 | VETTURI FIL-KATEGORIJI 4, 5 U 6 |

    8.3.Is-soppressjoni ta' l-interferenza tar-radju | |

    9.Testijiet supplimentari għal vetturi tat-trasport pubbliku | |

    9.1.Ħruġ ta' emerġenza (inklużi mrietel għat-tkissir ta' twieqi), sinjali li jindikaw ħruġ ta' emerġenza | |

    9.2.Is-sistema tas-sħana | |

    9.3.Is-sistema ta' ventilazzjoni | |

    9.4.Id-distribuzzjoni tas-siġġijiet | |

    9.5.Id-dawl ta' ġewwa | |

    10.L-identifikazzjoni tal-vettura | 10.L-identifikazzjoni tal-vettura |

    10.1.Il-pjanċa ta' reġistrazzjoni | 10.1.Il-pjanċa ta' reġistrazzjoni |

    10.2.In-Numru tax-chassis | 10.2.In-Numru tax-chassis |

    --------------------------------------------------

    L-ANNESS III

    IL-PARTI A

    Direttivi Mħassra

    (imsemmija fl-Artikolu 10)

    Id-Direttiva tal-Kunsill 77/143/KEE tad-29 ta' Diċembru 1976 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri li għandhom x'jaqsmu ma' testijiet għall-kondizzjoni tajba għas-sewqan ta' vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom u d-Direttivi li jemendaw dik id-Direttiva:

    - id-Direttiva tal-Kunsill 88/449/KEE,

    - id-Direttiva tal-Kunsill 91/225/KEE,

    - id-Direttiva tal-Kunsill 91/328/KEE,

    - Direttiva tal-Kunsill 92/54/EEC,

    - Direttiva tal-Kunsill 92/55/EEC,

    - Id-Direttiva tal-Kummissjoni 94/23/KE.

    IL-PARTI B

    Id-Direttiva | Skadenzi |

    għat-traspożizzjoni | għall-implimentazzjoni |

    77/143/KEE (ĠU L 47, tat- 18.2.1977, p. 47) | fil-31 ta' Diċembru 1977. | fil-31 ta' Diċembru 1977. |

    88/449/KEE (ĠU L 222, tat-12.8.1988, p. 10) | fit-28 ta' Lulju 1990. | fit-28 ta' Lulju 1990. |

    91/225/KEE (ĠU L 103, tat-23.4.1991, p. 3) | fl-1 ta' Jannar 1992 | fl-1 ta' Jannar 1992 |

    91/328/KEE (ĠU L 178, tas-6.7.1991, p. 29) | fl-1 ta' Lulju 1993 | fl-1 ta' Lulju 1993 |

    92/54/KEE (ĠU L 225, ta' l-10.8.1992, p. 63) | fit-22 ta' Ġunju 1993. | fit-22 ta' Ġunju 1993. |

    92/55/KEE (ĠU L 225, ta' l-10.8.1992, p. 68) | fit-22 ta' Ġunju 1993. | |

    għall-vetturi msemmija fit-taqsima 8.2.1(a) ta' l-Anness II: | | fl-1 ta' Jannar 1994 |

    għall-vetturi msemmija fit-taqsima 8.2.2 ta' l-Anness II | | fl-1 ta' Jannar 1996 |

    għall-vetturi msemmija fit-taqsima 8.2.1(b) ta' l-Anness II: | | fl-1 ta' Jannar 1997 |

    94/23/KE (ĠU L 147, ta' l-14.6.1994, p. 6) | fl-1 ta' Jannar 1997 | fl-1 ta' Jannar 1997 |

    --------------------------------------------------

    L-ANNESS IV

    TABELLA TA' KORRELAZZJONI Nru 1

    Din id-Direttiva | 77/143/KEE | 88/449/KEE | 91/225/KEE | 91/328/KEE | 92/54/KEE | 92/55/KEE | 94/23/KE |

    L-Artikolu 1(1) | L-Artikolu 1 | | | | | | |

    L-Artikolu 1(2) | L-Artikolu 2(1) | | | | | | |

    L-Artikolu 2 | L-Artikolu 4 | | | | | | |

    L-Artikolu 3(1)(1) | L-Artikolu 5(1) | | | | | | |

    L-Artikolu 3(1)(2) | L-Artikolu 5(2) | | | | | | |

    L-Artikolu 3(2) | L-Artikolu 5(3) | | | | | | |

    L-Artikolu 3(3) | | | | | | | L-Artikolu 2 |

    L-Artikolu 4(1) | L-Artikolu 2(2) | | | | | | |

    L-Artikolu 4(2) | L-Artikolu 2(3) | | | | | | |

    L-Artikolu 4(3) | | | | | | | L-Artikolu 4 |

    L-Artikolu 5 (inċiżi 1 sa 6) | L-Artikolu 3 | | | | | | |

    L-Artikolu 5 (inċiż 7) | | | | | | | L-Artikolu 3 |

    L-Artikolu 6(1) | L-Artikolu 7(1) | L-Artikolu 1(1) | | | | | |

    L-Artikolu 6(2) | | | | L-Artikolu 1(1) | | | |

    L-Artikolu 7(1) u (2) | | | L-Artikolu 1 | | | | |

    L-Artikolu 8(1) sa (4) | | | L-Artikolu 1 | | | | |

    L-Artikolu 9(1) | | | | L-Artikolu 3 | | | |

    L-Artikolu 9(2) | | | | | | | |

    L-Artikolu 10 | | | | | | | |

    L-Artikolu 11(1) | L-Artikolu 6 | L-Artikolu 2(1) | L-Artikolu 2(1) | L-Artikolu 2(1) | L-Artikolu 2(1) | L-Artikolu 2 (1 sa 3) | L-Artikolu 5(1) |

    L-Artikolu 11(2) | | L-Artikolu 2(2) | L-Artikolu 2(2) | L-Artikolu 2(2) | L-Artikolu 2(2) | | L-Artikolu 5(2) |

    L-Artikolu 11(3) | | | | | | | |

    L-Artikolu 12 | | | | | | L-Artikolu 2(4) | |

    L-Artikolu 13 | | | | | | | |

    TABELLA TA' KORRELAZZJONI Nru 2

    (kategoriji ta' vetturi suġġetti għal testijiet ta' kondizzjoni tajba għas-sewqan)

    Din id-Direttiva | 77/143/KEE | 88/449/KEE | 91/225/KEE | 91/328/KEE | 92/54/KEE | 92/55/KEE | 94/23/KE |

    L-Anness 1 | L-Anness 1 | | | | | | |

    Il-kategorija 1 | Il-kategorija 1 | | | | | | |

    Il-kategorija 2 | Il-kategorija 2 | | | | | | |

    Il-kategorija 3 | Il-kategorija 3 | | | | | | |

    Il-kategorija 4 | Il-kategorija 4 | | | | | | |

    Il-kategorija 5 | | L-Artikolu 1(2) | | | | | |

    Il-kategorija 6 | | | | L-Artikolu 1(2) | | | |

    TABELLA TA' KORRELAZZJONI Nru 3

    Din id-Direttiva | 77/143/KEE | 88/449/KEE | 91/225/KEE | 91/328/KEE | 92/54/KEE | 92/55/KEE | 94/23/KE |

    L-Anness II | L-Anness II | | | | | | |

    Nota introduttorja 1 | Nota introduttorja 1 | | | | | | |

    Nota introduttorja 2 | | | | | L-Artikolu 1(1) | | |

    Nota introduttorja 3 | | | | | L-Artikolu 1(1) | | |

    Il-Punt 1 | | | | | L-Artikolu 1(1) | | |

    Il-Punt 1.2 | | | | | | | |

    Il-Punt 1.2.1 | | | | | | | L-Artikolu 1 |

    Il-Punt 1.2.2 | | | | | | | |

    Il-Punt 1.3 | | | | | L-Artikolu 1(1) | | |

    Il-Punt 1.3.1 | | | | | | | |

    Il-Punt 1.3.2 | | | | | | | L-Artikolu 1 |

    Il-Punt 1.4 | | | | | L-Artikolu 1(1) | | |

    Il-Punt 1.4.1 | | | | | | | |

    Il-Punt 1.4.2 | | | | | | | L-Artikolu 1 |

    Il-Punt 1.5 | | | | | L-Artikolu 1(1) | | |

    Il-Punt 1.6 | | | | | | | |

    Il-Punt 2 | | L-Artikolu 1(3) | | | | | |

    Il-Punt 7.8 | | | | | | | |

    Il-Punt 7.9 (titolu) (inċiżi 1 sa 3) | L-Artikolu 1(3) | | | | | | |

    Il-Punt 7.10 (inċiżi 1 sa 3) | | | | | | | |

    Il-Punt 8 | | L-Artikolu 1(3) | | | | | |

    Il-Punt 8.1 | | | | | | | |

    Il-Punt 8.2 | | | | | | | |

    Il-Punt 8.2.4 | | | | | | L-Artikolu 1(1) | |

    Il-Punt 8.3 | | L-Artikolu 1(3) | | | | | |

    Il-Punt 10.2 | | | | | | | |

    --------------------------------------------------

    Top