Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31994D0561

    Id-Dećiźjoni tal-Kummissjoni tas-27 ta' Lulju 1994 li temenda d-Deċiżjonijiet tal-Kunsill 79/542/KEE, 92/260/KEE, 93/195/KEE u 93/197/KEE, rigward il-kondizzjonijiet tas-saħħa ta' l-annimali għall-importazzjoni, id-dħul temporanju u d-dħul mill-ġdid taż-żwiemel irreġistrati mill-Makaw, il-Malasja (il-peniżola) u Singapore

    ĠU L 214, 19.8.1994, p. 17–18 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (FI, SV, CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 30/09/2018; Impliċitament imħassar minn 32018R0659

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/1994/561/oj

    31994D0561



    Official Journal L 214 , 19/08/1994 P. 0017 - 0018
    Finnish special edition: Chapter 3 Volume 60 P. 0167
    Swedish special edition: Chapter 3 Volume 60 P. 0167


    Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni

    tas-27 ta' Lulju 1994

    li temenda d-Deċiżjonijiet tal-Kunsill 79/542/KEE, 92/260/KEE, 93/195/KEE u 93/197/KEE, rigward il-kondizzjonijiet tas-saħħa ta' l-annimali għall-importazzjoni, id-dħul temporanju u d-dħul mill-ġdid taż-żwiemel irreġistrati mill-Makaw, il-Malasja (il-peniżola) u Singapor

    (94/561/KE)

    IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

    Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 90/426/KEE tas-26 ta' Ġunju 1990 dwar il-kondizzjonijiet li jirregolaw il-moviment u l-importazzjonijiet ta' l-ekwidi minn pajjiżi terzi [1], kif emendata bid-Direttiva 92/36/KEE [2], u b' mod partikolari l-Artikoli 12, 13, 15 u 16 u l-punt (ii) ta' l-Artikolu 19 tagħha,

    Billi bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 79/452/KEE [3], kif l-aħħar emendata bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 94/310/KEE [4], ġiet stabbilita lista tal-pajjiżi terzi li minnhom l-Istati Membri jawtoriżżaw l-importazzjonijiet tal-bhejjem ta' l-ifrat, il-ħnieżer, l-ekwidi, in-nagħaġ u l-mogħoż, il-laħam frisk u l-prodotti mil-laħam;

    Billi l-kondizzjonijiet tas-saħħa u ċ-ċertifikazzjoni veterinarja għad-dħul temporanju taż-żwiemel irreġistrati, għad-dħul mill-ġdid tagħhom wara l-esportazzjoni temporanja, u l-importazzjonijiet ta' dawn huma stabbiliti rispettivament fid-Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni 92/260/KEE [5], 93/195/KEE [6], 93/197/KEE [7], kollha kif l-aħħar emendati bid-Deċiżjoni 94/453/KE [8];

    Billi, wara missjoni veterinarja Komunitarja għall-Makaw, il-Malasja (il-peniżola) u Singapor jidher illi s-sitwazzjoni tas-saħħa tal-bhejjem f'dawn il-pajjiżi hija sodisfaċenti rigward il-mard ta' l-ekwidi u kkontrollat mis-servizzi strutturati u organizzati tajjeb;

    Billi l-Makaw, il-Malasja (il-peniżola) u Singapor ilhom ħielsa mill-mard glanders taż-żwiemel, mill-marda dourine u mill-istomatite vesikulari għal aktar minn sitt xhur, il-marda taż-żwiemel Afrikana u l-enċefalomjelite ta' l-ekwini tal-Veneżwela qatt ma feġġu u mhux ipprattikat it-tilqim kontra dan il-mard;

    Billi l-awtoritajiet veterinarji responsabbli tal-Makaw, il-Malasja (il-peniżola) u Singapor indaħlu sabiex jinnotifikaw lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri bit-telex, bit-telefax, jew bit-telegramm fi żmien 24 siegħa dwar il-konferma ta' l-okkorrenza ta' kull marda msemmija fl-Anness A mad-Direttiva 90/426/KEE jew l-adozzjoni tal-politika tat-tilqim kontra tagħhom jew il-bidla f'din il-politika u fiż-żmien approprjat tal-bidliet fil-politika ta' l-importazzjoni rigward l-ekwidi;

    Billi l-kondizzjonijiet tas-saħħa tal-bhejjem u ċ-ċertifikazzjoni veterinarja jridu jiġu adottati skond is-sitwazzjoni tal-pajjiżi mhux membri interessati; billi l-każ preżenti għandu x' jaqsam biss maż-żwiemel irreġistrati;

    Billi d-Deċiżjonijiet 79/542/KEE, 92/260/KEE, 93/195/KEE u 93/197/KEE iridu jiġu emendati kif jixraq;

    Billi l-miżuri pprovduti f'din id-Deċiżjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Veterinarju Permanenti,

    ADOTTAT DIN ID- DEĊIŻJONI:

    L-Artikolu 1

    Fil-Parti 2, il-kolonna speċjali għall-ekwidi, ta' l-Anness mad-Deċiżjoni 79/542/KEE, jiddaħħlu l-vrus li ġejjin skond l-ordni alfabetiku tal-kodiċi ta' l-ISO:

    "MO | Il-Makaw | x" | |

    "MY | Il-Malasja (il-peniżola) | x" | |

    "SG | Singapor | x" | |

    L-Artikolu 2

    Id-Deċiżjoni 92/260/KEE hija emendata kif ġej:

    1. "Il-Makaw", "Il-Malasja (il-peniżola)" u "Singapor" jiġu miżjuda mal-lista tal-pajjiżi terzi fil-Grupp Ċ ta' l-Anness I;

    2. Jiġu miżjuda "il-Makaw", "il-Malasja (il-peniżola)" u "Singapor" mal-lista tal-pajjiżi terzi fit-titolu taċ-ċertifikat tas-saħħa ddikjarat fl-Anness II Ċ.

    Fin-nota fil-qiegħ tal-paġna (6) ta' l-Anness II Ċ, "Hong Kong u l-Ġappun" jiġu mibdula bi "Hong Kong, il-Ġappun, il-Makaw, il-Malasja (il-peniżola) u Singapor";

    3. Jiġu miżjuda "il-Makaw", "il-Malasja (il-peniżola)" u "Singapor" mat-tielet indent tal-punt (d) tal-Kapitolu III ta' l-Annessi II A, B, Ċ, D u E.

    L-Artikolu 3

    Id-Deċiżjoni 93/195/KEE hija emendata kif ġej:

    1. Jiżdiedu "il-Makaw", "il-Malasja (il-peniżola)" u "Singapor" mal-lista tal-pajjiżi terzi fil-Grupp Ċ ta' l-Anness I;

    2. Jiżdiedu "il-Makaw", "il-Malasja (il-peniżola)" u "Singapor" mal-lista tal-pajjiżi terzi fit-titolu taċ-ċertifikat tas-saħħa ddikjarat fl-Anness II Ċ.

    L-Artikolu 4

    Id-Deċiżjoni 93/197/KEE hija emendata kif ġej:

    1. Jiżdiedu "il-Makaw", "il-Malasja (il-peniżola)" u "Singapor" mal-lista tal-pajjiżi terzi fil-Grupp Ċ ta' l-Anness I;

    2. Fit-titolu taċ-ċertifikat tas-saħħa ddikjarat fl-Anness II Ċ, "Hong Kong u l-Ġappun" jiġu mibdula bi "Hong Kong, il-Ġappun, il-Makaw, il-Malasja (il-peniżola) u Singapor";

    Fin-nota fil-qiegħ tal-paġna (5) ta' l-Anness II Ċ, "Hong Kong u l-Ġappun" jiġu mibdula bi "Hong Kong, il-Ġappun, il-Makaw, il-Malasja (il-peniżola) u Singapor".

    L-Artikolu 5

    Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

    Magħmula fi Brussel, fis-27 ta' Lulju 1994.

    Għall-Kummissjoni

    René Steichen

    Membru tal-Kummissjoni

    [1] GU L 224, tat-18.8.1990, p. 42.

    [2] ĠU L 157, tal-10.6.1992, p. 28.

    [3] ĠU L 146, ta' l-14.6.1979, p. 15.

    [4] ĠU L 137, ta' l-1.6.1994, p. 72.

    [5] ĠU L 130, tal-15.5.1992, p. 67.

    [6] ĠU L 86, tas-6.4.1993, p. 1.

    [7] ĠU L 86, tas-6.4.1993, p. 16.

    [8] ĠU L 187, tat-22.7.1994, p. 11.

    --------------------------------------------------

    Top