Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31992L0036

    ID-DIRETTIVA TAL-KUNSILL 92/36/KEE tad-29 ta’ April 1992 li temenda, fir-rigward tal-marda Afrikana taż-żwiemel, id-Direttiva 90/426/KEE dwar il-kondizzjonijiet tas-saħħa ta’ l-annimal li jirregolaw il-moviment u l-importazzjoni ta’ equidae minn pajjizi terzi

    ĠU L 157, 10.6.1992, p. 28–29 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (FI, SV, CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 19/04/2016; Imħassar b' 32016R0429

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/1992/36/oj

    31992L0036



    Official Journal L 157 , 10/06/1992 P. 0028 - 0029
    Finnish special edition: Chapter 3 Volume 42 P. 0135
    Swedish special edition: Chapter 3 Volume 42 P. 0135


    Id-Direttiva Tal-Kunsill 92/36/KEE

    tad-29 ta’ April 1992

    li temenda, fir-rigward tal-marda Afrikana taż-żwiemel, id-Direttiva 90/426/KEE dwar il-kondizzjonijiet tas-saħħa ta’ l-annimal li jirregolaw il-moviment u l-importazzjoni ta’ equidae minn pajjizi terzi

    IL-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 43 tiegħu,

    Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni [1],

    Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew [2],

    Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali [3],

    Billi d-Direttiva 90/426/KEE [4] tistabbilixxi l-kondizzjonijiet tas-saħħa ta’ l-annimali li jirregolaw il-moviment u l-importazzjoni minn pajjizi terzi ta’ equidae; billi l-imsemmija Direttiva tindika l-limiti tat-territorju infettat bil-marda Afrikana taż-żwiemel u r-regoli applikabbli għall-Istati Membri li mhumiex ħielsa mill-marda;

    Billi d-Direttiva 92/35/KEE [5] stabbiliet ir-regoli ta’ kontroll; billi d-Direttiva 90/426/KEE għandha tkun emendata kif meħtieġ sabiex jittieħed rendikont ta’ dawn id-dispożizzjonijiet,

    ADOTTA DIN ID-DIRETTIVA:

    L-Artikolu 1

    L-Artikolu 5 tad-Direttiva 90/426/KEE għandu jiġi mibdul b’dan li ġej:

    "L-Artikolu 5

    1. Kull Stat Membru li mhuwiex ħieles mill-marda Afrikana taż-żwiemel fit-tifsira ta’ l-Artikolu 2(f) jista’ jibgħat equidae minn dik il-parti tat-territorju li hi kkunsidrata li hija nfettata fit-tifsira tal-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu biss taħt il-kondizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu.

    2. (a) Kull parti tat-territorju ta’ Stat Membru għandha tkun ikkunsidrat li hija infettata mill-marda Afrikana taż-żwiemel jekk:

    - l-evidenza klinika, seroloġika, (f’annimali mhux imlaqma) u/jew epidemoloġika tkun uriet il-preżenza tal-marda Afrikana taż-żwiemel fl-aħħar sentejn, jew

    - it-tilqim kontra l-marda Afrikana taż-żwiemel ikun ġie imwettaq matul l-aħħar 12-il xahar.

    (b) Il-parti tat-territorju kkunsidrat li hu infettat mill-marda Afrikana taż-żwiemel għandu jkun fih mill-inqas:

    - żona ta’ protezzjoni b’raġġ ta’ mill-anqas 100 km madwar kull ċentru ta’ l-infezzjoni,

    - żona ta’ sorveljanza ta’ mill-anqas 50 km li testendi lil hinn miż-żona ta’ protezzjoni li fiha l-ebda vaċċinazzjoni ma saret matul l-aħħar 12-il xahar.

    (ċ) Ir-regoli li jikkontrollaw il-miżuri tat-taqbida rrelatata mat-territorji u żoni li għalihom saret referenza fil-punti (a) u (b) u d-derogi relevanti kif speċifikati fid-Direttiva 92/35/KEE [6].

    (d) L-equidae kollha imlaqqma misjuba fiż-żona protetta għandhom ikunu rreġistrati u identifikati bi qbil ma’ l-Artikolu 6(1) tad-Direttiva 92/35/KEE.

    Id-dokument ta’ l-identifikazzjoni u/jew iċ-ċertifikat tas-saħħa għandu jkollu referenza ċara ta’ tilqim bħal dan.

    3. Stat Membru jista’ jibgħat mit-territorju li hemm referenza dwaru fil-paragrafu 2(b) equidae biss li jilħqu il-ħtiġijiet li ġejjin:

    (a) għandhom jintbagħtu biss matul ċertu perjodi tas-sena, wara li jkun ittieħed akkont ta’ l-attivita ta’ insetti vettorjali, li għandhom ikunu ddeterminati bi qbil mal-proċedura stabbilita fl-Artikolu 25;

    (b) m’għandhomx juru l-ebda sintomi kliniċi tal-marda Afrikana taż-żwiemel fil-jum ta’ l-ispezzjoni li saret referenza dwarha fl-Artikolu 4(1);

    (ċ) - jekk ma jkunux ġew imlaqqma kontra l-marda Afrikana taż-żwiemel, iridu jkunu għaddew minn u kellhom reazzjoni negattiva għal test ta’ fissassjoni kumplimentari għal marda Afrikana taż-żwiemel kif deskritta fl-Anness D, f’żewġ okkażjonijiet, b’intervall ta’ bejn 21 u 30 jum bejn iż-żewġ testijiet, it-tieni minn dawn għandhom ikunu mwettqa matul l-10t ijiem qabel id-dispaċċ,

    - jekk ikunu ġew imlaqqma, m’għandhomx ikunu ġew imlaqqma matul l-aħħar xahrejn u jridu jkunu għad dew mit-test deskritt fl-Anness D fl-imsemmija intervalli mingħajr ma tkun ġiet rreġistrata xi żieda fl-għadd ta’ l-antikorpi. Permezz tal-proċedura stabbilita fl-Artikolu 24, il-Kummissjoni tista’, b’segwiment ta’ l-opinjoni tal-Kumitat Veterinarju Xjentifiku, tirrikonoxxi metodi oħrajn ta’ monitoraġġ;

    (d) iridu jkunu ġew miżmuma fi stazzjon tal-kwarantina għal mill-anqas 40 jum qabel id-dispaċċ;

    (e) għandhom ikunu ġew imħarsa minn insetti vettorjali matul il-perjodu ta’ kwarantina u matul it-trasportazzjoni mill-istazzjon tal-kwarantina għal post tad-dispaċċ."

    L-Artikolu 2

    Id-Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni 90/552/KEE [7], 90/553/KEE [8], 91/93/KEE [9] u 92/101/KEE [10] għandhom jibqgħu japplikaw għall-iskop ta’ din id-Direttiva.

    Permezz tal-proċedura stabbilita fl-Artikolu 19 tad-Direttiva 92/35/KEE, id-Deċiżjonijiet imsemmija hawn fuq jistgħu jiġu emendati invista ta’ l-adottazjoni ta’ l-iskop tagħhom tad-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva jew invista ta’ l-adattazzjoni futura tagħhom għall-iżvillupi xjentifiċi u teknoloġiċi.

    L-Artikolu 3

    L-Istati Membri għandhom iġibu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex ikunu konformi ma’ din id-Direttiva mhux aktar tard mit-31 ta’ Diċembru 1992. Għandhom minnufih jinformaw lill-Kummissjoni dwar dan.

    Meta l-Istati Membri jadottaw il-miżuri, għandhom ikun fihom referenza għal din id-Direttiva jew ikunu akkumpanjati b’din ir-referenza fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. Il-metodi ta’ kif issir din ir-referenza għandha tkun stabbilita mill-Istati Membri.

    L-Artikolu 4

    Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

    Magħmula fil-Lussemburgu, fid-29 ta’ April 1992.

    Għall-Kunsill

    Il-President

    Arlindo Marques Cunha

    [1] ĠU C 312, tat-3.12.1991, p. 17.

    [2] L-opinjoni mogħtija fl-10 ta’ April 1992 (għadha mhix ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).

    [3] L-opinjoni mogħtija fit-22 ta’ April 1992 (għadha mhix ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).

    [4] ĠU L 224, tat-18.8.1990, p. 42.

    [5] ĠU L 157, ta’ l-10.6.1992, p. 19.

    [6] ĠU L 157, ta’ l-10.6.1992, p. 19.

    [7] Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 90/552/KEE tad-9 ta’ Novembru 1990 li tistabbilixxi l-limiti ta’ t-territorju infettat bil-marda Afrikana taż-żwiemel (ĠU L 313, tat-13.11.1990, p. 38). Id-Deċiżjoni emendata bid-Deċiżjoni 91/645/KEE (ĠU L 349, tat-18.12.1991, p. 43).

    [8] Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 90/553/KEE tad-9 ta’ Novembru 1990 li tistabbilixxi l-marka ta’ l-identifikazzjoni għall-equidae infettati bil-marda Afrikana taż-żwiemel (ĠU L 313, tat-13.11.1990, p. 40).

    [9] Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 91/93/KEE tal-11 ta’ Frar 1991 li tistabbilixxi l-perjodu tas-sena li matulu il-Portugall jista jibgħat ċerti equidae minn parti mit-territorju tiegħu kkunsidrat bħala infettat bil-marda Afrikana taż-żwiemel (ĠU L 50, tat-23.2.1991, p. 27).

    [10] Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 92/101/KEE tat-28 ta’ Jannar 1992 li tistabbilixxi l-perjodu tas-sena li fih Spanja tista’ tibgħat ċerti equidae minn parti mit-territorju tiegħu kkunsidrata bħala infettat bil-marda Afrikana taż-żwiemel (ĠU L 39, tal-15.2.1992, p. 46).

    --------------------------------------------------

    Top