Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31991R2988

    Ir-Regolament Tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2988/91 tal-11 ta’ Ottubru 1991 li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 1538/91 li jintroduċi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KEE) Nru 1906/90 dwar ċerti standards ta’ marketing tal-laħam tat-tjur

    ĠU L 284, 12.10.1991, p. 26–26 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (FI, SV, CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 30/06/2008; Impliċitament imħassar minn 32008R0543

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/1991/2988/oj

    31991R2988



    Official Journal L 284 , 12/10/1991 P. 0026 - 0026
    Finnish special edition: Chapter 3 Volume 39 P. 0112
    Swedish special edition: Chapter 3 Volume 39 P. 0112


    Ir-Regolament Tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2988/91

    tal-11 ta’ Ottubru 1991

    li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 1538/91 li jintroduċi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KEE) Nru 1906/90 dwar ċerti standards ta’ marketing tal-laħam tat-tjur

    IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1906/90 tas-26 ta’ Ġunju 1990 dwar ċerti standards ta’ marketing tal-laħam tat-tjur [1] u b’mod partikolari Artikolu 9 tiegħu,

    Billi Artikolu 8 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 1538/91 [2] jistabbilixxi r-regoli dettaljati għall-klassifikazzjoni mhux obbligatorja ta’ laħam tat-tjur friżat, skond il-kategoriji tal-piż; billi l-applikazzjoni immedjata ta’ dawn id-dispożizzjonijiet kienet ta’ impediment għal importazzjoni minn pajjiżi terzi ta’ laħam tat-tjur ippakkjat qabel id-dħul fis-seħħ ta’ l-imsemmi Regolament; billi l-applikazzjoni ta’ Artikolu 8 tiegħu għandha għalhekk tkun posposta għall-1 ta’ Marzu 1992;

    Billi l-Kumitat ta’ Ġestjoni għal-Laħam tat-Tjur u Bajd għadu ma tax opinjoni fil-limitu ta’ żmien kif impost mill-President,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    Artikolu 15 tar-Regolament (KEE) Nru 1538/91 huwa mibdul b’dan li ġej:

    "Artikolu 15

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-20 ta’ Ġunju 1991.

    Għandu japplika mill-1 ta’ Lulju 1991.

    Artikolu 8 għandu japplika mill-1 ta’ Marzu 1992 fil-każ ta’ importazzjoni minn pajjiżi terzi.

    Madankollu, sal-31 ta’ Diċembru 1991, l-operaturi jistgħu jippakkjaw il-prodotti koperti b’dan ir-Regolament f’materjal tal-ippakkjar li juri l-indikazzjonijiet li għalihom hemm provdut fil-leġislazzjoni nazzjonali jew tal-Komunità applikabbli qabel id-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament. Dawn il-prodotti jistgħu imbagħad jitpoġġew fis-suq sal-31 ta’ Diċembru 1992"

    .

    Artikolu 2

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u jkun applikabbli direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussel, fil-11 ta’ Ottubru 1991.

    Għall-Kummissjoni

    Ray Mac Sharry

    Membru tal-Kummissjoni

    [1] ĠU L 173, tas-6.7.1990, p. 1.

    [2] ĠU L 143, tas-7.6.1991, p. 11.

    --------------------------------------------------

    Top