Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31991D0361

    Id-Deċiżjoni Tal-Kummissjoni ta’-14 ta’ Ġunju 1991 li temenda d-Deċiżjoni tal-Kunsill 79/542/KEE li tħejji lista ta’ pajjiżi terzi li minnhom l-Istati Membri jawtorizzaw l-importazzjoni ta’ l-annimali tal-fart, majjali u laħam frisk, u li tissupplementa l-lista f’dak li jirrigwarda l-prodotti tal-laħam

    ĠU L 195, 18.7.1991, p. 43–45 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (FI, SV, CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 08/04/2010; Impliċitament imħassar minn 32010D0477

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/1991/361/oj

    31991D0361



    Official Journal L 195 , 18/07/1991 P. 0043 - 0045
    Finnish special edition: Chapter 3 Volume 38 P. 0065
    Swedish special edition: Chapter 3 Volume 38 P. 0065


    Id-Deċiżjoni Tal-Kummissjoni

    ta’ l-14 ta’ Ġunju 1991

    li temenda d-Deċiżjoni tal-Kunsill 79/542/KEE li tħejji lista ta’ pajjiżi terzi li minnhom l-Istati Membri jawtorizzaw l-importazzjoni ta’ l-annimali tal-fart, majjali u laħam frisk, u li tissupplementa l-lista f’dak li jirrigwarda l-prodotti tal-laħam

    (91/361/KEE)

    IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea,

    Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 72/462/KEE tat-12 ta’ Diċembru 1972 dwar il-problemi tas-saħħa u l-ispezzjoni veterinarja għall-importazzjoni ta’ l-annimali tal-fart, nagħaġ u mogħoż u majjali, laħam frisk u prodotti tal-laħam minn pajjiżi terzi [1], kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 91/69/KEE [2], u partikolarment l-Artikolu 3 tagħha,

    Billi d-Direttiva tal-Kunsill 89/227/KEE [3] estendiet l-iskop tad-Direttiva 72/462/KEE biex tinkludi l-importazzjoni tal-prodotti tal-laħam;

    Billi bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 79/542/KEE [4], kif l-aħħar emendata bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 90/485/KEE [5], il-Kunsill stabbilixxa lista ta’ pajjiżi terzi li minnhom l-Istati Membri jawtorizzaw l-importazzjoni ta’ l-annimali tal-fart, majjali u laħam frisk;

    Billi dik id-Deċiżjoni issa għandha tkun emendata biex tinkludi l-importazzjoni tal-prodotti tal-laħam;

    Billi l-miżuri applikabbli għall-importazzjoni tal-laħam frisk għandhom ikunu kkunsidrati meta tkun awtorizzata l-importazzjoni tal-prodotti tal-laħam; billi xi prodotti tal-laħam jistgħu jiġu importati biss wara li jkunu soġġetti għal trattament partikolari ta’ tisħin;

    Billi l-miżuri li hemm provvediment dwarhom f’din id-Deċiżjoni huma bi qbil ma’-opinjoni tal-Kumitat Veterinarju Permanenti,

    ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

    L-Artikolu 1

    Id-Deċiżjoni 79/542/KEE hi hawn emendata kif ġej:

    1. it-titolu hu mibdul b’dan li ġej:

    "Id-Deċiżjoni tal-Kunsill tal-21 ta’ Diċembru 1976 li tistabbilixxi lista ta’ pajjiżi terzi li minnhom l-Istati Membri jawtorizzaw l-importazzjoni ta’ l-annimali tal-fart, majjali, laħam frisk u prodotti tal-laħam"

    ;

    2. dan il-paragrafu huwa miżjud ma’ l-Artikolu 1:

    "2. Mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 1, l-Istati Membri għandhom jimportaw prodotti tal-laħam mill-ispeċi domestiċi kollha li joriġinaw mil-pajjiżi terzi li jidhru fl-Anness.

    Fil-każ ta’ l-importazzjoni tal-laħam frisk minn ċerti pajjiżi terzi jew partijiet minnhom mhux awtorizzati bi qbil mal-paragrafu 1, l-Istati Membri jistgħu, b’ dana kollu, jimportaw prodotti tal-laħam magħmula minn laħam frisk bħal dan basta li l-prodotti tal-laħam ikunu għaddew minn trattament speċjali kif stabbilit fl-Anness";

    3. l-Anness hu mibdul bl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni.

    L-Artikolu 2

    Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

    Magħmula fi Brussel, fl-14 ta’ Ġunju 1991.

    Għall-Kummissjoni

    Ray Mac Sharry

    Membru tal-Kummissjoni

    [1] ĠU L 302, tal-31.12.1972, p. 28.

    [2] ĠU L 46, tad-19.2.1991, p. 37.

    [3] ĠU L 93, tas-6.4.1989, p. 25.

    [4] ĠU L 146, ta’ l-14.6.1979, p. 15.

    [5] ĠU L 267, tad-29.9.1990, p. 46.

    --------------------------------------------------

    L-ANNESS

    "

    L-ANNESS

    F : Tal-Fart (inkluż il-buflu)

    N/M : nagħaġ/mogħoż

    M : Majjal

    D/W : B’difer wieħed

    D/M : Bid-difer maqsum

    × : Awtorizzati

    Pajjiż | Laħam frisk u prodotti tal-laħam | Laħam Frisk | Annimali ħajjin | Rimarki Speċjali |

    Domestiċi | Ferjali | F | M | Laħam Frisk | Prodotti tal-laħam |

    F | N/M | M | D/W | D/M |

    L-Albanija | | × | × | × | |

    L-Arġentina | × | × | | × | | × | × | | |

    L-Awstralja | × | × | × | × | × | × | × | | |

    L-Awstrija | × | × | × | × | × | × | × | | |

    Il-Beliże | × | | | × | | | | | |

    Il-Botswana | × | × | | × | × | | | | |

    Il-Brażil | × | × | | × | | | | | |

    Il-Bulgarija | × | × | × | × | × | × | × | | |

    Il-Kanada | × | × | × | × | × | × | × | | |

    Iċ-Ċili | × | × | | × | × | | | | |

    Iċ-Ċina | | | × | × | × | | | | |

    Il-Kolumbja | × | | | × | | | | | |

    Il-Kosta Rika | × | | | × | | | | | |

    Il-Kuba | × | | | × | | | | | |

    Ċipru | × | × | × | × | × | × | | | |

    Ir-Repubblika Ċeka | × | × | × | × | × | × | | | |

    El Salvador | × | × | | × | | | | | |

    L-Etjopja | | | | | | | | | |

    Il-Finlandja | × | × | × | × | × | × | × | | |

    Greenland | × | × | | × | × | | | | |

    IL-Gwatemala | × | | | × | | | | | |

    Il-Ħonduras | × | | | × | | | | | |

    L-Ungerija | × | × | × | × | × | × | × | | |

    Hong Kong | | | | | | | | | |

    L-Islanda | × | × | × | × | × | × | × | | |

    L-Indja | | | | | | | | | |

    L-Iżrael | | | | × | | | | | |

    Il-Kenja | | | | | | | | | |

    Il-Madagaskar | × | × | | × | | | | | |

    Malta | × | | × | × | | × | × | | |

    Il-Mawrizjus | | | | | | | | | |

    Il-Messiku | × | | | × | | | | | |

    Il-Marokk | | | | × | | | | | |

    In-Namibja | × | × | | × | × | | | | |

    New Zealand | × | × | × | × | × | × | × | | |

    In-Norveġja | × | × | × | × | × | × | × | | |

    In-Nikaragwa | × | | | × | | | | | |

    Il-Panama | × | | | × | | | | | |

    Il-Paragwaj | × | × | | × | | | | | |

    Il-Polonja | × | × | × | × | × | × | × | | |

    Ir-Rumanija | × | × | × | × | × | × | × | | |

    L-Afrika t’Isfel | × | × | × | × | × | | | | |

    Singapore | | | | | | | | | |

    Is-Sważiland | × | | | × | × | | | | |

    L-Isvezja | × | × | × | × | × | × | × | | |

    L-Isvizzera | × | × | × | × | × | × | × | | |

    It-Tajlandja | | | | | | | | | |

    It-Turkija | | | | × | | | | | |

    L-Istati Uniti ta’ l-Amerika | × | × | × | × | × | × | × | | |

    L-Urugwaj | × | × | | × | | | | | |

    Ir-Russja | × | × | × | × | × | × | × | | |

    Il-Jugoslavja | × | × | × | × | × | × | × | | |

    Iż-Żimbabwe | × | | | | | | | | |

    "

    --------------------------------------------------

    Top