Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31988L0297

    Id-Direttiva Tal-Kunsill tat-3 ta’ Mejju 1988 li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 74/150/KEE ta’ l-4 ta’ Marzu 1974 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu ma’ l-approvazzjoni tat-tip ta’ tratturi bir-roti għall-agrikoltura jew għall-foresterija

    ĠU L 126, 20.5.1988, p. 52–52 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (FI, SV, CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 30/06/2005

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/1988/297/oj

    31988L0297



    Official Journal L 126 , 20/05/1988 P. 0052 - 0052
    Finnish special edition: Chapter 13 Volume 17 P. 0062
    Swedish special edition: Chapter 13 Volume 17 P. 0062


    Id-Direttiva Tal-Kunsill

    tat-3 ta’ Mejju 1988

    li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 74/150/KEE ta’ l-4 ta’ Marzu 1974 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu ma’ l-approvazzjoni tat-tip ta’ tratturi bir-roti għall-agrikoltura jew għall-foresterija

    (88/297/KEE)

    IL-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kkunsidra t-Trattat li jwaqqaf il-Komunità Ekonomika Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 100A tiegħu,

    Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni [1],

    B’kooperazzjoni mal-Parlament Ewropew [2],

    Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali [3],

    Billi huwa importanti li jiġu adottati miżuri bil-għan li jiġi stabbilit progressivament is-suq intern matul perjodu li jagħlaq fil-31 ta’ Diċembru 1992; billi s-suq intern għandu jkun fih żona mingħajr fruntieri interni li fiha l-moviment liberu ta’ merkanzija, persuni, servizzi u kapital jiġi żgurat;

    Billi l-Anness mad-Direttiva 74/150/KEE [4], kif l-aħħar emendat bid-Direttiva 82/890/KEE [5], fih lista tal-partijiet jew il-karatteristiċi bl-indikazzjoni "SD", li tfisser li Direttivi tal-Komunità kienu jew għandhom jiġu adottati għal dawk il-partijiet jew il-karatteristiċi; billi sar żejjed li jiġu adottati r-regoli Komunitarji għal xi wħud minn dawk il-partijiet jew il-karatteristiċi billi issa dawn qed jintużaw anqas u anqas ta’ spiss fil-manifattura tat-tratturi jew inbidlu b’apparati oħra li issa saru obbligatorji;

    Billi, fost ir-regoli tal-Komunità li jiggwidaw l-għoti ta’ l-approvazzjoni tat-tip KEE dwar it-tratturi, dawk li jikkonċernaw il-partijiet jew il-karatteristiċi in kwistjoni jistgħu jinbidlu bl-ispeċifika li dawn jikkonformaw mal-partikolaritajiet u t-tagħrif provdut mill-manifattur,

    ADDOTTA DIN ID-DIRETTIVA:

    L-Artikolu 1

    Fl-Anness II għad-Direttiva 74/150/KEE l-abbrevjazzjoni "SD" li tidher ħdejn l-artikoli 7.3.4, 7.5 u 7.6.3 qed tinbidel bl-abbrevjazzjoni "CONF".

    L-Artikolu 2

    1. L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ id-dispożizzjonijiet meħtieġa biex jikkonformaw ma’ din id-Direttiva mhux aktar tard mill-31 ta’ Diċembru 1988. Dawn għandhom minnufih javżaw lill-Kummissjoni bihom.

    2. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li t-test tad-dispożizzjonijiet prinċipali tal-liġi nazzjonali li jadottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva jiġu kkomunikati lill-Kummissjoni.

    L-Artikolu 3

    Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

    Magħmula fi Brussel, fit-3 ta’ Mejju 1988.

    Għall-Kunsill

    Il-President

    M. Bangemann

    [1] ĠU C 88, tat-3.4.1987, p. 10.

    [2] ĠU C 156, tal-15.6.1987, p. 190, u ĠU C 94, tal-11.4.1988, p. 66.

    [3] ĠU C 180, tat-8.7.1987, p. 15.

    [4] ĠU L 84, tat-28.3.1974, p. 10.

    [5] ĠU L 378, tal-31.12.1982, p. 45.

    --------------------------------------------------

    Top