Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31985R3795

    Ir-Regolament Tal-Kunsill (KEE) Nru 3795/85 tal-20 ta’ Diċembru, 1985 li jadatta, minħabba l-adeżjoni ta’ Spanja u l-Portugall, ir-Regolament (KEE) Nru 1647/72 li jistabilixxi regoli ġenerali għall-għoti u l-finanzjament ta’ għajnuna għaż-żrieragħ

    ĠU L 367, 31.12.1985, p. 21–21 (DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (ES, PT, FI, SV, CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 31/12/2005

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/1985/3795/oj

    31985R3795



    Official Journal L 367 , 31/12/1985 P. 0021 - 0021
    Finnish special edition: Chapter 3 Volume 20 P. 0039
    Spanish special edition: Chapter 03 Volume 40 P. 0023
    Swedish special edition: Chapter 3 Volume 20 P. 0039
    Portuguese special edition Chapter 03 Volume 40 P. 0023


    Ir-Regolament Tal-Kunsill (KEE) Nru 3795/85

    tal-20 ta’ Diċembru, 1985

    li jadatta, minħabba l-adeżjoni ta’ Spanja u l-Portugall, ir-Regolament (KEE) Nru 1647/72 li jistabilixxi regoli ġenerali għall-għoti u l-finanzjament ta’ għajnuna għaż-żrieragħ

    IL-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kkunsidra t-Trattat ta’ Adeżjoni ta’ Spanja u l-Portugall, u partikolarment Artikolu 396 ta’ dan,

    Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,

    Billi, minħabba l-adeżjoni ta’ Spanja u l-Portugall, għandhom isiru adattamenti, bi qbil ma’ Artikolu 396 ta’ l-Att ta’ Adeżjoni, għar-Regolament (KEE) Nru 1674/72 [1], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KEE) Nru 1659/81 [2];

    Billi, skond Artikolu 2(3) tat-Trattat ta’ Adeżjoni ta’ Spanja u l-Portugall, l-istituzzjonijiet tal-Komunitajiet jistgħu jadottaw, qabel l-adeżjoni, il-miżuri għalihom jirreferi Artikolu 396 ta’ l-Att ta’ Adeżjoni,

    ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    Il-paragrafu li ġej jiżdied ma’ Artikolu 1 tar-Regolament (KEE) Nru 1674/72:

    "3. Matul it-tul kollu taż-żmien tad-derogi li għalihom jirreferi Artikolu 344(1) ta’ l-Att ta’ Adeżjoni, tingħata għajnuna wkoll għal żrieragħ bażiċi u ċertifikati li huma prodotti fil-Portugall u li dwarhom tittieħed deċiżjoni skond Artikolu 344(3) ta’ dan il-Att."

    Artikolu 2

    Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-1 ta’ Marzu, 1986, bla ħsara għad-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta’ Adeżjoni ta’ Spanja u l-Portugall.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussel, fil-20 ta’ Diċembru, 1985.

    Għall-Kunsill

    Il-President

    R. Steichen

    [1] ĠU L 177, ta’ l-4.8.1972, p. 1

    [2] ĠU L 166, ta’ l-24.6.1981, p. 1.

    --------------------------------------------------

    Top