This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 31980L0723
Commission Directive 80/723/EEC of 25 June 1980 on the transparency of financial relations between Member States and public undertakings
Id-Direttiva tal-Kummissjoni tal-25 ta' Ġunju 1980 fuq it-trasparenza tar-relazzjonijiet finanzjari bejn l-Istati Membri u l-impriżi pubbliċi
Id-Direttiva tal-Kummissjoni tal-25 ta' Ġunju 1980 fuq it-trasparenza tar-relazzjonijiet finanzjari bejn l-Istati Membri u l-impriżi pubbliċi
ĠU L 195, 29.7.1980, p. 35–37
(DA, DE, EN, FR, IT, NL) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(EL, ES, PT, FI, SV, CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL)
No longer in force, Date of end of validity: 19/12/2006; Imħassar b' 32006L0111
Official Journal L 195 , 29/07/1980 P. 0035 - 0037
Finnish special edition: Chapter 8 Volume 1 P. 0054
Greek special edition: Chapter 08 Volume 1 P. 0205
Swedish special edition: Chapter 8 Volume 1 P. 0054
Spanish special edition: Chapter 08 Volume 2 P. 0075
Portuguese special edition Chapter 08 Volume 2 P. 0075
Id-Direttiva tal-Kummissjoni tal-25 ta' Ġunju 1980 fuq it-trasparenza tar-relazzjonijiet finanzjari bejn l-Istati Membri u l-impriżi pubbliċi (80/723/KEE) IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 90(3) tiegħu, Billi l-impriżi pubbliċi għandhom rwol sostanzjali fl-ekonomija nazzjonali ta' l-Istati Membri; Billi t-Trattat bl-ebda mod ma jippreġudika r-regoli li jmexxu s-sistema ta' pussess ta' proprjetà fl-Istati Membri u trattament indaqs fl-impriżi privati u pubbliċi għandu għalhekk jiġi assigurat; Billi l-Kummissjoni hija mitluba mit-Trattat li tassigura li l-Istati Membri ma jagħtux lill-impriżi, kemm jekk pubbliċi jew privati, għajnuna mhux kompatibbli mas-suq komuni; Billi, madankollu, il-komplessità tar-relazzjonijiet finanzjarji bejn l-awtoritajiet pubbliċi nazzjonali u l-impriżi pubbliċi għandhom tendenza li jfixklu il-qadi ta' dan id-dmir; Billi applikazzjoni imparzjali u effettiva tar-regoli tal-għajnuna tat-Trattat lill-impriżi pubbliċi u privati tkun tkun possibbli biss jekk dawn ir-relazzjonijiet finanzjarji isiru trasparenti; Billi trasparenza bħal din applikata għal impriża pubblika għandha tgħin biex issir distinzjoni ċara bejn l-Istat fir-rwol tiegħu bħala awtorità pubblika u r-rwol tiegħu bħala propjetarju; Billi l-Artikolu 90(1) jobbliga lill-Istati Membri rigward impriżi pubbliċi; billi l-Artikolu 90(3) jitlob lill-Kummissjoni biex tassigura li dawn l-obbligi jkunu rispettati, u jipprovdi l-mezzi mitluba għal dan l-għan; billi dan ifisser li jiġu definiti l-kondizzjonijiet biex tintlahaq it-trasparenza; Billi għandu jkun ċar x'jinftiehem bil-kliem "awtoritajiet pubbliċi" u "impriżi pubbliċi"; Billi l-awtoritajiet pubbliċi jistgħu jkollhom influenza dominanti fuq l-aġir ta' l-impriżi pubbliċi mhux biss fejn huma proprjetarji jew ikollhom maġġoranza ta' ishma iżda anke bis-saħħa tas-setgħat li għandhom bħala korp ta' maniġment jew superviżuri bħala riżultat ta' jew ir-regoli li jirregolaw l-impriża jew il-mod kif l-pussess ta' l-ishma huma mqassma; Billi d-disposizzjoni tal-fondi pubbliċi għall-impriża pubblika tista' ssir kemm b'mod dirett kif ukoll indirett; billi t-trasparenza trid tinkiseb irrispettivament mill-mod kif id-disposizzjoni tal-fondi pubbliċi hija magħmula; billi jista' wkoll ikun hemm il-bżonn li jiġi assigurat illi biżżejjed informazzjoni hija disponibbli rigward ir-raġunijiet ta' disposizzjoni bħal din għall-fondi pubbliċi u l-użu veru tagħhom; Billi l-Istati Membri jistgħu bl-impriżi pubbliċi tagħhom ifittxu għanijiet oħra barra dawk kummerċjali; billi f'xi każi l-impriżi pubbliċi huma kkompensati mill-Istat għall-piżijiet finanzjarji li daħlu fihom riżultat ta' dan; billi it-trasparenza għandha wkoll tiġi assigurata fl-każ ta' kumpens bħal dan; Billi ċerti mpriżi għandhom jiġu esklużi mill-applikazzjoni ta' din id-Direttiva bis-saħħa jew tan-natura ta' l-attivitajiet tagħhom jew tad-daqs ta' l-ammont ta' bejgħ tagħhom; billi din tapplika għal ċerti attivitajiet li jaqgħu barra l-isfera ta' kompetizzjoni jew huma diġà koperti minn miżuri speċifiċi tal-Komunità li jassiguraw trasparenza biżżejjed, lill-impriżi pubbliċi li jappartjenu għas-setturi ta' attività li għalihom għandha ssir disposizzjoni apparti, u għal dawk li l-kummerċ tagħhom mhuwiex ta' skala kbira biżżejjed biex tiġġustifika piż ta' amministrazzjoni ħalli tiġi assigurata t-trasparenza; Billi din id-Direttiva hija mingħajr preġudizzju għad-disposizzjonijiet l-oħra tat-Trattat, l-aktar l-Artikoli 90(2), 93 u 223; Billi, l-impriżi fil-kwistjoni qegħdin f'kompetizzjoni ma' impriżi oħra, l-informazzjoni miksuba għandha taqa' taħt l-obbligu tas-sigriet professjonali; Billi din id-Direttiva għandha tkun applikata b'koperazzjoni viċina ma' l-Istati Membri, u fejn hemm bżonn tiġi riveduta mill-aspett ta' l-esperjenza, ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA: Artikolu 1 L-Istati Membri għandhom jassiguraw li r-relazzjonijiet finanzjarji bejn l-awtoritajiet pubbliċi u l-impriżi pubbliċi huma trasparenti kif hemm provdut f'din id-Direttiva, biex li ġej joħroġ ċar: (a) il-fondi pubbliċi li jingħataw direttament mill-awtoritajiet pubbliċi lill-impriżi pubbliċi konċernati; (b) il-fondi pubbliċi li jingħataw mill-awtoritajiet pubbliċi permezz tal-medjazzjoni ta'l-impriżi pubbliċi jew l-istituzzjonijiet finanzjarji; (ċ) l-użu propju ta' dawn il-fondi pubbliċi. Artikolu 2 Għall-iskop ta' din id-Direttiva: - "l-awtoritajiet pubbliċi" tfisser: l-Istat u l-awtoritajiet reġjonali jew lokali, - "l-impriżi pubbliċi" tfisser: kull impriża li fuqha l-awtoritajiet pubbliċi jistgħu jeżerċitaw influenza dominanti diretta jew indiretta bis-saħħa tal-pussess li għandhom tagħha, il-parteċipazzjoni finanzjarja tagħhom fiha, jew ir-regoli li jiggwidawha. Influenza dominanti mill-parti ta' l-awtoritajiet pubbliċi għandha tkun meqjusa meta dawn l-awtoritajiet, direttament jew indirettament rigward impriża: (a) ikollhom il-biċċa il-kbira tal-kapital sottoskritt ta' l-impriża; jew (b) ikunu jikkontrollaw il-maġġoranza tal-voti marbutin ma' l-ishma maħruġa mill-impriżi; jew (ċ) jistgħu jaħtru iktar minn nofs il-membri tal-korp amministrattiv, tal-maniġment jew tas-superviżuri ta' l-impriża. Artikolu 3 It-trasparenza li hemm referenza għaliha fl-Artikolu 1 għandha tgħodd partikolarment għall-aspetti tar-relazzjonijiet finanzjarji bejn l-awtoritajiet pubbliċi u l-impriżi pubbliċi li ġejjin: (a) fidi ta' telf kurrenti; (b) id-disposizzjoni tal-kapital; (ċ) għotjiet li ma jitħallsux lura, jew self b'termini privileġġjati: (d) vantaġġi finanzjarji li jingħataw ta' profitti ċeduti jew il-ksib mill-ġdid ta'somom li suppost jitħallsu: (e) iċ-ċaħda tal-qligħ normali fuq il-fondi pubbliċi li jintużaw; (f) kumpens għall-piżijiet finanzjarji imposti mill-awtoritajiet pubbliċi. Artikolu 4 Din id-Direttiva ma tapplikax għar-relazzjonijiet finanzjarji bejn l-awtoritajiet pubbliċi u: (a) impriżi pubbliċi, rigward servizzi li l-provvista tagħhom mhix se taffetwa ħafna l-kummerċ bejn l-Istati Membri; (b) impriżi pubbliċi, rigward attivitajiet li jsiru f'wieħed minn dawn l-oqsma: - ilma u enerġija, inkluż fil-każ ta' enerġija nukleari, il-produzzjoni u t-tisħih fl-uranju, l-ipproċessar mill-ġdid ta' irradiated fuel u l-preparament ta' materjali li fihom il-plutonjum, - posta u telekommunikazzjonijiet, - trasport; (ċ) istituzzjonijiet pubbliċi li joffru kreditu; (d) impriżi pubbliċi li l-qligħ tagħhom qabel it-taxxa ma jkunx laħaq total ta' 40 miljun EUA matul is-sentejn finanzjarji ta' qabel dak li hemm referenza għalih fl-Artikolu 1 meta l-fondi jsiru disponibbli jew użati. Artikolu 5 1. L-Istati Membri għandhom jassiguraw li l-informazzjoni li għandha x'taqsam mar-relazzjonijiet finanzjarji li hemm referenza għalihom fl-Artikolu 1 tinżamm għad-disposizzjoni tal-Kummissjoni għal ħames snin mit-tmiem tas-sena finanzjarja ta' meta l-fondi pubbliċi jkunu saru disponibbli lill-impriżi pubbliċi konċernati. Mandankollu, billi l-istess fondi huma wżati matul sena finanzjarja aktar il-quddiem, il-limitu ta' żmien ta' ħames snin jibda jgħodd mill-aħħar ta' dik is-sena finanzjarja. 2. L-Istati Membri għandhom, fejn il-Kummissjoni tikkunsidra il-bżonn li titlob, jipprovdu l-informazzjoni li hemm referenza għaliha fil-paragrafu 1, flimkien ma' kull informazzjoni li tipprovdi sfond, l-aktar l-oġġettivi li jridu jintlaħqu. Artikolu 6 1. Il-Kummissjoni m'għandhiex tiżvela l-informazzjoni mogħtija lilha skond l-Artikolu 5(2) minħabba li hija koperta bl-obbligu ta' sigriet professjonali. 2. Il-paragrafu 1 ma jżommx il-pubblikazzjoni ta' informazzjoni ġenerali jew stħarriġ li ma jkunx fih informazzjoni dwar impriża pubblika partikolari li għaliha tapplika din id-Direttiva. Artikolu 7 Il-Kummissjoni għandha regolarment tinforma lill-Istati Membri bir-riżultati ta' l-operat ta' din id-Direttiva. Artikolu 8 L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex iħarsu din id-Direttiva sal-31 ta' Diċembru 1981. Huma għandhom javżaw lill-Kummissjoni b'dan. Artikolu 9 Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri. Magħmul fi Brussel, fil-25 ta' Ġunju 1980. Għall-Kummissjoni Raymond Vouel Membru tal-Kummissjoni --------------------------------------------------