Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31980L0720

Id-Direttiva tal-Kunsill ta’ l-24 ta’ Ġunju 1980 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri li jirrigwardjaw l-ispazju għall-manuvrar, l-aċċess għall-pożizzjoni tas-sewqan u l-bibien u t-twieqi ta’ tratturi bir-roti għall-agrikoltura jew għall-foresterija

ĠU L 194, 28.7.1980, p. 1–11 (DA, DE, EN, FR, IT, NL)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (ES, PT, FI, SV, CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 31/12/2015; Imħassar b' 32013R0167

ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/1980/720/oj

31980L0720



Official Journal L 194 , 28/07/1980 P. 0001 - 0011
Finnish special edition: Chapter 13 Volume 10 P. 0210
Spanish special edition: Chapter 13 Volume 11 P. 0031
Swedish special edition: Chapter 13 Volume 10 P. 0210
Portuguese special edition Chapter 13 Volume 11 P. 0031


Id-Direttiva tal-Kunsill

ta’ l-24 ta’ Ġunju 1980

dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri li jirrigwardjaw l-ispazju għall-manuvrar, l-aċċess għall-pożizzjoni tas-sewqan u l-bibien u t-twieqi ta’ tratturi bir-roti għall-agrikoltura jew għall-foresterija

(80/720/KEE)

IL-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 100 tiegħu

Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni [1],

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew [2],

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitàt Ekonomiku u Soċjali [3],

Billi l-ħtiġiet tekniċi li t-tratturi għandhom jissodisfaw permezz tal-liġijiet nazzjonali jirigwardjaw, inter alia, ma’ l-ispazju għall-manuvrar, l-aċċess għall-pożizzjoni tas-sewqan (mezz ta’ dħul u ta’ ħruġ) u l-bibien u t-twieqi;

Billi, dawn il-ħtiġiet ivarjaw minn Stat Membru għall-ieħor; billi, għalhekk, huwa meħtieġ li l-Istati Membri kollha jadottaw l-istess kondizzjonijiet, jew bħala żieda ma jew minflok ir-regoli eżistenti tagħhom, sabiex partikolarment jippermettu l-proċedura ta’ l-approvazzjoni tat-tip KEE li kienet is-suġġett tad-Direttiva tal-Kunsill 74/150/KEE ta’ l-4 ta’ Marzu 1974 dwarl-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri f’dak li għandu x’jaqsam mal-approvazzjoni tat-tip ta’ tratturi [4] bir-roti, għall-agrikoltura jew għall-foresterija, kif emendata bid-Direttiva 79/694/KEE [5], li tkunu ntrodotti fil-każ ta’ kull tip ta’ trattur,

ADOTTA DIN ID-DIRETTIVA:

L-Artikolu 1

1. “Trattur għall-agrikoltura jew għall-foresterija” jfisser kwalunkwe vettura bil-mutur, li hija mgħammra bir-roti jew b’ċineg mingħajr tarf, li għandha ta’ l-anqas żewġ fusien, li l-funzjoni prinċipali tagħha qiegħda fil-qawwa tal-ġbid u li hi ddisinjata b’mod speċjali biex tirmonka, timbotta, ġġorr jew biex tforni b’enerġija lil ċerti għodda, makkinarju jew karrijiet li huma ntiżi għall-użu għall-agrikoltura jew għall-foresterija. Jista’ jkun mgħammar biex iġorr tagħbija u passiġġieri.

2. Din id-Direttiva għandha tapplika biss għat-tratturi definiti fil-paragrafu 1 li huma mgħammra b’tyres pnewmatiċi u li għanhom żewġ fusien, b’veloċità ddisinjata massima ta’ bejn sitta u 25 km/siegħa u bil-wisa’ tal-fus tas-sewqan ta’ 1150 mm jew aktar.

L-Artikolu 2

L-ebda Stat Membru ma jista’ jiċħad l-approvazzjoni tat-tip KEE jew approvazzjoni tat-tip nazzjonali ta’ trattur jew jiċħad jew jipprojbixxi l-bejgħ, ir-reġistrazzjoni, id-dħul fis-servizz jew l-użu ta’ trattur fuq raġunijiet relatati ma’:

- l-ispazju għall-manuvrar,

- l-aċċess għall-pożizzjoni tas-sewqan (mezz ta’ dħul u ħruġ),

- il-bibien u t-twieqi,

meta dawn ikunu konformi mal-kondizzjonijiet ta’ l-Anness I.

L-Artikolu 3

L-emendi li jkunu meħtieġa għall-addattazzjoni tal-ħtiġiet ta’ l-Anness I għall-progress tekniku għandhom ikunu adottati skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 13 tad-Direttiva 74/150/KEE.

L-Artikolu 4

1. L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ id-dispożizzjonijiet meħtieġa sabiex ikunu konformi ma’ din id-Direttiva fi żmien 18-il xahar tan-notifika tagħha u għandhom jinfurmaw minnufih b’dan lill-Kummissjoni.

2. L-Istati Membri għandhom jassiguraw li t-test tad-dispożizzjonijiet prinċipali tal-liġi nazzjonali li huma jadottaw fil-qasam kopert b’din id-Direttiva ikunu kkomunikati lill-Kummissjoni.

L-Artikolu 5

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fil-Lussemburgu, fl-24 ta’ Ġunju 1980.

Għall-Kunsill

Il-President

S. Formica

[1] ĠU C 25, tad-29.1.1979, p. 30.

[2] ĠU C 127. tal-21.5.1979, p.80.

[3] ĠU C 227, ta’ l-10.9.1979, p.34

[4] ĠU L 84, tat-28.3.1974, p. 10.

[5] ĠU L 205, tat-13.8.1979, p. 17.

--------------------------------------------------

L-ANNESS I

I. Spazju għall-manuvrar

I.1. “Spazju għall-manuvrar” ifisser il-volum minimu ta’ spazju bejn kull parti mwaħħla ta’ l-istruttura li huwa disponibbli għas-sewwieq tat-trattur biex dan ikun jista’ jħaddem it-trattur mis-sedili tiegħu b’kull mod meħtieġ b’sigurtà kompleta.

“Punt ta’ referenza tas-sedili” ifisser il-punt ta’ referenza ddeterminat bil-metodu deskritt fl-Appendiċi 1.

“Pjan ta’ referenza” jfisser il-pjan parallel mal-pjan lonġitudinali medjan tat-trattur li jgħaddi minn ġol-punt ta’ referenza tas-sedili.

I.2. Il-wisa’ ta’ l-ispazju għall-manuvrar għandu jkun ta’ l-anqas 900mm, minn 400 sa 900mm ‘l fuq mill-punt ta’ referenza u fuq tul ta’ 450mm ‘il quddiem minn dan il-punt (ara l-Figuri 2 u 3).

I.3. Il-partijiet u l-aċċessorji tal-vettura ma għandhomx ifixklu lis-sewwieq meta dan ikun qed isuq it-trattur.

I.4. Għall-posizzjonijiet kollha tal-kolonna ta’ l-isteering u tar-rota ta’ l-isteering, l-ispazju bejn il-bażi tar-rota ta’ l-isteering u l-partijiet imwaħħla tat-trattur għandu ikun ta’ l-anqas 50mm; fid-direzzjonijiet l-oħra kollha dan l-ispazju ħieles għandu ikun ta’ l-anqas 80 mm mix-xifer tar-rota ta’ l-isteering, kif imkejjel min-naħa ta’ barra taż-żona okkupata mir-rota ta’ l-isteering (ara l-Figura 2).

I.5. Il-ħajt ta’ wara tal-kabina minn 300 sa 900 mm ‘l fuq mill-punt ta’ referenza tas-sedili għandu jkun ta’ minimu ta’ 150 mm wara pjan vertikali li jkun perpendikulari mal-pjan ta’ referenza u li jgħaddi mill-punt ta’ referenza (ara l-Figuri 2 u 3).

Dan il-ħajt għandu ikollu wisa’ ta’ l-anqas 300 mm fuq kull naħa tal-pjan ta’ referenza tas-sedili (ara l-Figura 3).

I.6. Il-kontrolli manwali għandhom ikunu mqiegħda f’relazzjoni ta’ wieħed ma’ l-ieħor u mal-partijiet l-oħra tat-trattur sabiex, waqt li dawn jitħaddmu, ma jkun hemm l-ebda periklu li xi ħadd iweġġa’ jdejħ.

Meta s-saħħa meħtieġa biex jitħaddem kontroll teċċedi l-150N, spazju ħieles ta’ 50 mm ikun ikkunsidrat bħala adegwat u meta s-saħħa tkun bejn 80 N u 150 N, ikun biżżejjed spazju ħieles ta’ 25 mm. Kwalunkwe spazju ħieles għandu jkun aċċettat b’relazzjoni mal-kontrolli meta s-saħħa ta’ l-operat meħtieġa tkun inqas minn 80 N (ara l-Figura 3).

Huma aċċettabbli postijiet alternattivi għall-kontrolli li jiksbu l-istess standards sodisfaċenti ta’ sigurtà,.

I.7. L-ebda punt fuq is-saqaf ma għandu ikun anqas minn 1050 mm mill-punt ta’ referenza tas-sedili f’sezzjoni li qiegħda ‘l quddiem minn pjan vertikali, li jgħaddi mill-punt ta’ referenza u li huwa perpendikulari mal-pjan ta’ referenza (ara l-Figura 2).

II. L-aċċess għall-pożizzjoni tas-sewqan (mezz ta’ dħul u ta’ ħruġ)

II.1. Għandu jkun possibbli li jsir użu mill-mezz tad-dħul u l-ħruġ mingħajr periklu. Il-plattini tar-rota, l-għotien tal-metall tar-rota jew ir-rimmijiet tar-roti, mhumiex aċċettabbli bħala turġien jew skaluni.

II.2. Il-punti ta’ l-aċċess għall-pożizzjoni tas-sewqan u għas-sedili tal-passiġġier ma għandux ikollhom xi partijiet li jistgħu jkunu l-kawża li joħolqu korriment. Meta jkun preżenti xi ngombru, bħal ma hija l-pedala tal-klaċċ, għandu jkun ipprovdut tarġa jew oġġett għas-serħan tas-saqajn sabiex ikun iggarantit l-aċċess tal-pożizzjoni tas-sewqan tkun mingħajr periklu.

II.3. It-turġien, id-daħliet għas-saqajn u l-iskaluni għandhom ikollhom id-dimensjonijiet li ġejjin:

fond ta’ l-ispazju: | minimu ta’ 150 mm, |

wisa’ ta’ l-ispazju: | minimu ta’ 250 mm, (Valuri anqas minn dan il-wisa’ minima huma awtorizzati biss meta dan ikun iġġustifikat bħala neċessarju għal raġunijiet tekniċi. Meta dan ikun il-każ, l-għan għandu jkun li jinkiseb l-aktar wisa’ ta’ spazju ħieles possibbli. B’dankollu, dan ma għandux ikun anqas minn 150 mm.) |

għoli ta’ spazju: | minimu ta’ 120 mm, |

distanza ta’ bejn is-superfiċje ta’ żewġ turġien: | massimu ta’ 300 mm (ara l-Figura 4). |

II.4. It-tarġa jew l-iskaluna ta’ fuq għandha tkun faċilment identifikabbli u aċċessibbli għal persuna li tkun ser toħroġ mill-vettura. Id-distanza vertikali ta’ bejn turġien jew l-iskaluni suċċessivi għandha tkun kemm jista’ jkun ugwali.

II.5. Għandhom jiġu pprovduti mankijiet adattati għall-mezzi kollha ta’ dħul u ta’ ħruġ.

II.6. Il-post l-aktar baxx ta’ fejn wieħed ipoġġi siequ ma għandux ikun aktar minn 550 mm ‘l fuq mill-art meta t-trattur ikun mgħammar bl-akbar daqs ta’ karrijiet irrikmandati mill-fabbrikant (ara l-Figura 4). It-turġien jew l-iskaluni għandhom jkunu ddisinjati u mibnija b’tali mod li s-saqajn ma jiżolqux minn fuqhom.

III. Bibien, twieqi u ħruġ ta’ emerġenza

III.1 L-apparati li jħaddmu l-bibien u t-twieqi għandhom jkunu ddisinnjati u mwaħħla b’tali mod li la jkunu ta’ periklu għas-sewwieq u l-anqas ifixkluh waqt li jkun qiegħed isuq.

III.2. L-angolu tal-ftuħ tal-bieb għandu jippermetti li wieħed jidħol u joħroġ mingħajr periklu.

III.3. It-twieqi għall-ventilazzjoni għandhom jkunu jistgħu jiġu aġġustati faċilment.

III.4. Normalment, il-kabini jkollhom bieb fuq kull naħa.

III.5. Kabini li jkollhom żewġ bibien għandu ikollhom wieħed żejjed li jservi ta’ ħruġ fil-każ ta’ emerġenza.

Kabini li jkollhom bieb wieħed għandu ikollhom żewġ ħruġijiet żejda li jservu ta’ ħruġ fil-każ ta’ emerġenza.

Kull wieħed mit-tliet ħruġijiet għandhom jkunu fuq ħajt differenti tal-kabina (it-terminu ‘ħajt’ jista’ jinkludi s-saqaf). Il-‘windscreens’, it-twieqi tal-ġenb, ta’ wara u tas-saqaf jistgħu jitqiesu bħala ħruġijiet fil-każ ta’ emerġenza jekk ikun jeżisti provvediment biex dawn ikunu jistgħu jinfetħu malajr min-naħa ta’ ġewwa tal-kabina.

Il-madwar tal-ħruġ ta’ emerġenza ma għandux ikun ta’ periklu waqt il-ħruġ.

Il-ħruġijiet fil-każ ta’ emerġenza għandu ikollhom id-dimensjonijiet minimi meħtieġa biex jiċċirkondaw elissi b’fus minuri ta’ 440 mm u b’fus maġġuri ta’ 640 mm.

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

--------------------------------------------------

L-ANNESS II

+++++ TIFF +++++

--------------------------------------------------

Top