This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 22020A0622(02)
Agreement in the form of an Exchange of Letters between the European Union and Turkey concerning the amendment to the Agreement between the European Union and the Republic of Turkey on the participation of the Republic of Turkey in the Union programme ‘Horizon 2020 – the Framework Programme for Research and Innovation (2014-2020)’
Ftehim fil-forma ta’ Skambju ta’ Ittri bejn l-Unjoni Ewropea u t-Turkija dwar l-emenda għall-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tat-Turkija dwar il-parteċipazzjoni tar-Repubblika tat-Turkija fil-programm tal-Unjoni “Orizzont 2020 — il-Programm Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni (2014-2020)”
Ftehim fil-forma ta’ Skambju ta’ Ittri bejn l-Unjoni Ewropea u t-Turkija dwar l-emenda għall-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tat-Turkija dwar il-parteċipazzjoni tar-Repubblika tat-Turkija fil-programm tal-Unjoni “Orizzont 2020 — il-Programm Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni (2014-2020)”
PUB/2020/378
ĠU L 199, 22.6.2020, pp. 10–12
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
Date of entry into force unknown (pending notification) or not yet in force.
ELI: http://data.europa.eu/eli/agree_internation/2020/622(2)/oj
|
22.6.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 199/10 |
FTEHIM
fil-forma ta’ Skambju ta’ Ittri bejn l-Unjoni Ewropea u t-Turkija dwar l-emenda għall-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tat-Turkija dwar il-parteċipazzjoni tar-Repubblika tat-Turkija fil-programm tal-Unjoni “Orizzont 2020 — il-Programm Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni (2014-2020)”
A. Ittra mill-Unjoni Ewropea
Eċċellenza,
Nixtieq nirringrazzjak għall-ittra tiegħek tat-18 ta’ Diċembru 2017 li fiha titlob li l-fattur ta’ korrezzjoni applikabbli għall-kontribuzzjoni finanzjarja tar-Repubblika tat-Turkija fil-qafas tal-programm tal-Unjoni “Orizzont 2020 – il-Programm Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni (2014-2020)” (minn hawn ’il quddiem “il-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni ta’ Orizzont 2020”) tiġi emendata għal 0 għas-sena finanzjarja 2020.
Il-modifika tal-fattur ta’ korrezzjoni teħtieġ emenda għall-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni ta’ Orizzont 2020, b’mod partikolari għall-Anness II tiegħu. L-Artikolu 7(4) tal-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni ta’ Orizzont 2020 jipprevedi li l-Ftehim jista’ jiġi emendat biss bil-miktub b’kunsens komuni tal-Partijiet.
Għaldaqstant, nixtieq nipproponi li l-fattur ta’ korrezzjoni applikabbli għall-kontribuzzjoni finanzjarja ta’ pajjiżek fil-qafas tal-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni ta’ Orizzont 2020 jiġi emendat kif speċifikat fl-Anness ta’ din l-ittra.
Jekk din l-emenda tkun aċċettabbli għalik, nissuġġerixxi li din l-ittra, flimkien mal-Anness tagħha, u t-tweġiba tiegħek jikkostitwixxu emenda permezz ta’ ftehim bil-miktub tal-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni ta’ Orizzont 2020 bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tat-Turkija, skont it-tifsira tal-Artikolu 7(4) imsemmi hawn fuq. Din l-emenda għandha tkun applikabbli proviżorjament mid-data li fiha taslilna l-ittra ta’ tweġiba tiegħek, mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe proċedura interna oħra meħtieġa f’pajjiżek qabel ma jesprimi l-kunsens aħħari tiegħu li jintrabat b’din l-emenda.
Dejjem tiegħek,
Magħmul fi Brussell, is-7 ta’ Novembru 2019.
Jean-Eric PAQUET
B. Ittra mir-Repubblika tat-Turkija
Għażiż Sur Paquet,
Nixtieq nirringrazzjak għall-ittra tiegħek tas-7 ta’ Novembru 2019 dwar l-emenda għall-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tat-Turkija dwar il-parteċipazzjoni tar-Repubblika tat-Turkija fil-programm tal-Unjoni “Orizzont 2020 — il-Programm Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni (2014-2020)” iffirmat fl-4 ta’ Ġunju 2014.
B’referenza għall-Artikolu 7(4) tal-Ftehim li jipprevedi li “[d]an il-Ftehim jista’ jiġi emendat biss bil-miktub u bil-kunsens komuni tal-Partijiet”, nixtieq nikkonferma li t-Turkija taqbel mal-emenda speċifikata fl-Anness mehmuż mal-ittra tiegħek imsemmija hawn fuq.
Nikkonferma li rċevejt l-ittra tiegħek u nafferma wkoll li dan l-iskambju ta’ ittri għandu jikkostitwixxi emenda permezz ta’ ftehim bil-miktub.
Dejjem tiegħek,
Ankara, l-20 ta’ Diċembru 2019.
Faruk KAYMAKCI
ANNESS
Emenda għall-Anness II tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tat-Turkija dwar il-parteċipazzjoni tar-Repubblika tat-Turkija fil-programm tal-Unjoni “Orizzont 2020 — il-Programm Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni (2014-2020)”
Il-paragrafu I(3) tal-Anness II tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tat-Turkija dwar il-parteċipazzjoni tar-Repubblika tat-Turkija fil-programm tal-Unjoni “Orizzont 2020 – il-Programm Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni (2014-2020)” huwa sostitwit b’dan li ġej:
“Sabiex tiġi ffaċilitata l-parteċipazzjoni tagħha fil-Programm, il-kontribuzzjoni tar-Repubblika tat-Turkija se jiġi implimentat għas-snin finanzjarji rispettivi billi jiġi applikat fattur ta’ korrezzjoni kif ġej:
|
|
Sena finanzjarja 2014: il-kontribuzzjoni ssir skont il-paragrafu 1 u l-fattur ta’ proporzjonalità stabbilit skont il-paragrafu 2, multiplikat b’0.14; |
|
|
Sena finanzjarja 2015: il-kontribuzzjoni ssir skont il-paragrafu 1 u l-fattur ta’ proporzjonalità stabbilit skont il-paragrafu 2, multiplikat bi 0.14; |
|
|
Sena finanzjarja 2016: il-kontribuzzjoni ssir skont il-paragrafu 1 u l-fattur ta’ proporzjonalità stabbilit skont il-paragrafu 2, multiplikat b’0.14; |
|
|
Sena finanzjarja 2017: il-kontribuzzjoni ssir skont il-paragrafu 1 u l-fattur ta’ proporzjonalità stabbilit skont il-paragrafu 2, multiplikat b’0.14; |
|
|
Sena finanzjarja 2018: il-kontribuzzjoni ssir skont il-paragrafu 1 u l-fattur ta’ proporzjonalità stabbilit skont il-paragrafu 2, multiplikat bi 0.14; |
|
|
Sena finanzjarja 2019: il-kontribuzzjoni ssir skont il-paragrafu 1 u l-fattur ta’ proporzjonalità stabbilit skont il-paragrafu 2, multiplikat b’0.14; |
|
|
Sena finanzjarja 2020: il-kontribuzzjoni ssir skont il-paragrafu 1 u l-fattur ta’ proporzjonalità stabbilit skont il-paragrafu 2, multiplikat b’0.” |