This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 22008A0315(03)
Protocol amending the Agreement between the European Community and the Republic of Maldives on certain aspects of air services
Protokoll li jemenda l-ftehim bejn il-Komunità Ewropea r-Repubblika tal-Maldivi dwar ċerti aspetti tas-servizzi bl-ajru
Protokoll li jemenda l-ftehim bejn il-Komunità Ewropea r-Repubblika tal-Maldivi dwar ċerti aspetti tas-servizzi bl-ajru
ĠU L 73, 15.3.2008, p. 26–26
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(HR)
Date of entry into force unknown (pending notification) or not yet in force.
ELI: http://data.europa.eu/eli/prot/2008/224(3)/oj
Protokoll li jemenda l-ftehim bejn il-Komunità Ewropea r-Repubblika tal-Maldivi dwar ċerti aspetti tas-servizzi bl-ajru
Official Journal L 073 , 15/03/2008 P. 0026 - 0026
Protokoll li jemenda l-ftehim bejn il-Komunità Ewropea r-Repubblika tal-Maldivi dwar ċerti aspetti tas-servizzi bl-ajru IL-KOMUNITÀ EWROPEA, min-naħa waħda, u R-REPUBBLIKA TAL-MALDIVI min-naħa l-oħra, (minn hawn ‘il quddiem "il-Partijiet"), Wara li kkunsidraw il-Ftehim bejn ir-Repubblika tal-Bulgarija u r-Repubblika tal-Maldivi, iffirmat f’Male fit- 13 ta’ Awwissu 1996, Wara li kkunsidraw il-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika tal-Maldivi dwar ċerti aspetti tas-servizzi bl-ajru (minn hawn ‘il quddiem imsejjaħ "il-ftehim orizzontali"), iffirmat fi Brussell fil- 21 ta’ Settembru 2006; Wara li kkunsidraw l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Bulgarija ma’ l-Unjoni Ewropea u għalhekk mal-Komunità Ewropea fl- 1 ta’ Jannar 2007, FTIEHMU KIF ĠEJ: Artikolu 1 L-inċiż li ġej għandu jiżdied fil-punt (a) ta’ l-Anness I, tal-ftehim orizzontali wara l-entrati li jikkonċernaw lill-Belġju u lill-Polonja, rispettivament: - "— il-Ftehim bejn il-Gvern tar-Repubblika tal-Bulgarija u l-Gvern tar-Repubblika tal-Maldivi dwar is-servizzi bl-ajru, magħmul f’Male fit- 13 ta’ Awwissu 2006 minn hawn ‘il quddiem "il-Ftehim Maldivi - Bulgarija" fl-Anness II;". Artikolu 2 L-inċiżi li ġejjin għandhom jiżdiedu fl-Anness II tal-ftehim orizzontali wara l-entrata li tikkonċerna "l-Ftehim Maldivi - Awstrija": (a) fil-punt (a) "Denominazzjoni minn Stat Membru": - "— l-Artikolu 3(1) tal-Ftehim Maldivi - Bulgarija;" (b) fil-punt (b) "Rifjut, revoka, sospensjoni jew limitazzjoni ta’ awtorizzazzjonijiet jew permessi": - "— l-Artikolu 4(1)(a) tal-Ftehim Maldivi - Bulgarija;" (ċ) fil-punt (d) "Tassazzjoni tal-karburant ta’ l-avjazzjoni": - "— l-Artikolu 7 tal-Ftehim Maldivi - Bulgarija;" (d) fil-punt (e) "Tariffi għat-trasport fil-Komunità Ewropea": - "— l-Artikolu 9 tal-Ftehim Maldivi - Bulgarija;". Artikolu 3 Dan il-Protokoll għandu jidħol fis-seħħ meta l-Partijiet ikunu nnotifikaw lil xulxin bil-miktub bit-tlestija tal-proċeduri interni rispettivi meħtieġa għad-dħul fis-seħħ tiegħu. Artikolu 4 Dan il-Protokoll ser jiġi mfassal bil-lingwa Bulgara, Ċeka, Daniża, Estona, Finlandiża, Franċiża, Ġermaniża, Griega, Ingliża, Latvjana, Litwana, Maltija, Olandiża, Polakka, Portugiża, Rumena, Slovakka, Slovena, Spanjola, Taljana, Ungeriża, Żvediża u Maldiva Dhivehi, b’kull test ugwalment awtentiku. --------------------------------------------------