Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 22008A0315(01)

    Protokoll li jemenda l-ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Gvern tal-Ġeorġja dwar ċerti aspetti tas-servizzi bl-ajru

    ĠU L 73, 15.3.2008, p. 22–23 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

    Legal status of the document Date of entry into force unknown (pending notification) or not yet in force.

    ELI: http://data.europa.eu/eli/prot/2008/224(1)/oj

    Related Council decision

    22008A0315(01)

    Protokoll li jemenda l-ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Gvern tal-Ġeorġja dwar ċerti aspetti tas-servizzi bl-ajru

    Official Journal L 073 , 15/03/2008 P. 0022 - 0023


    Protokoll

    li jemenda l-ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Gvern tal-Ġeorġja dwar ċerti aspetti tas-servizzi bl-ajru

    IL-KOMUNITÀ EWROPEA,

    minn naħa waħda, u

    L-GVERN TAL-ĠEORĠJA,

    min-naħa l-oħra,

    (minn hawn ‘il quddiem "il-Partijiet"),

    Wara li kkunsidraw il-Ftehim bejn ir-Repubblika tal-Bulgarija u r-Rumanija, u l-Ġeorġja, iffirmati f’Sofja fid- 19 ta’ Jannar 1995 u fi Tbilisi fis- 26 ta’ Marzu 1996, rispettivament,

    Wara li kkunsidraw il-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Gvern tal-Ġeorġja dwar ċerti aspetti tas-servizzi bl-ajru (minn hawn ‘il quddiem imsejjaħ "il-ftehim orizzontali"), iffirmat fi Brussell fit- 3 ta’ Mejju 2006;

    Wara li kkunsidraw l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Bulgarija u r-Rumanija ma’ l-Unjoni Ewropea u għalhekk mal-Komunità Ewropea fl- 1 ta’ Jannar 2007,

    FTIEHMU KIF ĠEJ:

    Artikolu 1

    L-inċiżi li ġejjin għandhom jiżdiedu fil-punt (a) ta’ l-Anness I, tal-ftehim orizzontali wara l-entrati li jikkonċernaw lill-Awstrija u lill-Olanda, rispettivament:

    - "— il-Ftehim bejn il-Gvern tar-Repubblika tal-Bulgarija u l-Gvern tar-Repubblika tal-Ġeorġja dwar is-servizzi bl-ajru, magħmul f‘Sofja fid- 19 ta’ Jannar 1995, minn hawn ‘il quddiem "il-Ftehim Ġeorġja - Bulgarija" fl-Anness II,"

    - "— il-Ftehim bejn il-Gvern tar-Rumanija u l-Gvern tal-Ġeorġja dwar is-servizzi bl-ajru, magħmul fi Tbilisi fis- 26 ta’ Marzu 1996, minn hawn ‘il quddiem "il-Ftehim Ġeorġja - Rumanija" fl-Anness II,".

    Artikolu 2

    L-inċiżi li ġejjin għandhom jiżdiedu fl-Anness II tal-ftehim orizzontali wara l-entrati li jikkonċernaw "il-Ftehim Ġeorġja - Belġju" u "l-Ftehim Ġeorġja - Polonja", rispettivament:

    (a) fil-punt (a) "Denominazzjoni minn Stat Membru":

    - "— l-Artikolu 3(5) tal-Ftehim Ġeorġja - Bulgarija;"

    - "— l-Artikolu 3(4) tal-Ftehim Ġeorġja - Rumanija;";

    (b) fil-punt (b) "Rifjut, revoka, sospensjoni jew limitazzjoni ta’ awtorizzazzjonijiet jew -permessi":

    - "— l-Artikolu 4(1)(a) tal-Ftehim Ġeorġja - Bulgarija;"

    - "— l-Artikolu 4(1)(a) tal-Ftehim Ġeorġja - Rumanija;";

    (ċ) fil-punt (d) "Tassazzjoni tal-karburant ta’ l-avjazzjoni":

    - "— l-Artikolu 5 tal-Ftehim Ġeorġja - Bulgarija;"

    - "— l-Artikolu 9 tal-Ftehim Ġeorġja - Rumanija;";

    (d) fil-punt (e) "Tariffi għat-trasport fil-Komunità Ewropea":

    - "— l-Artikolu 6 tal-Ftehim Ġeorġja - Bulgarija;"

    - "— l-Artikolu 8 tal-Ftehim Ġeorġja - Rumanija;".

    Artikolu 3

    Dan il-Protokoll għandu jidħol fis-seħħ meta l-Partijiet ikunu nnotifikaw lil xulxin bil-miktub bit-tlestija tal-proċeduri interni rispettivi meħtieġa għad-dħul fis-seħħ tiegħu.

    Artikolu 4

    Dan il-Protokoll ser jiġi mfassal bil-lingwa Bulgara, Ċeka, Daniża, Estona, Finlandiża, Franċiża, Ġermaniża, Griega, Ingliża, Latvjana, Litwana, Maltija, Olandiża, Polakka, Portugiża, Rumena, Slovakka, Slovena, Spanjola, Taljana, Ungeriża, Żvediża u Ġeorġjana, b’kull test ugwalment awtentiku.

    --------------------------------------------------

    Top