Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 22007D0671

    2007/671/KE: Deċiżjoni Nru 1/2007 tal-Kumitat Konġunt tal-KE/Id-Danimarka-il-Gżejjer Faeroe tat- 8 ta’ Ottubru 2007 li temenda l-Protokoll nru 4 tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea, minn naħa waħda, u l-Gvern tad-Danimarka u l-Gvern Lokali tal-Gżejjer Faeroe, min-naħa l-oħra

    ĠU L 275, 19.10.2007, p. 32–34 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2007/671/oj

    19.10.2007   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    L 275/32


    DEĊIŻJONI Nru 1/2007 TAL-KUMITAT KONĠUNT TAL-KE/ID-DANIMARKA-IL-GŻEJJER FAEROE

    tat-8 ta’ Ottubru 2007

    li temenda l-Protokoll nru 4 tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea, minn naħa waħda, u l-Gvern tad-Danimarka u l-Gvern Lokali tal-Gżejjer Faeroe, min-naħa l-oħra

    (2007/671/KE)

    IL-KUMITAT KONĠUNT,

    Wara li kkunsidra l-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea, minn naħa waħda, u l-Gvern tad-Danimarka u l-Gvern Lokali tal-Gżejjer Faeroe, min-naħa l-oħra (1), minn hawn ’il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”, u b’mod partikolari l-Artikolu 34(1) tiegħu,

    Billi:

    (1)

    Skond l-Artikolu 1 tal-Protokoll 4 tal-Ftehim, il-Kommunità tat konċessjonijiet tariffarji għall-għalf tal-ħut tal-Gżejjer Faeroe, fir-rigward ta' kwota tariffarja annwali ta' 5 000 tunnellata.

    (2)

    Skond id-deċiżjoni Nru 2/98 tal-Kumitat Konġunt tal-KE/id-Danimarka-Gżejjer Faeroe (2), din il-kwota tariffarja kienet żdiedet għal 10 000 tunnellata mill-1 ta' Jannar 2000 'il quddiem.

    (3)

    L-awtoritajiet tal-Gżejjer Faeroe ressqu talba biex jiżdiedu l-konċessjonijiet tariffarji mill-Komunità għal dawn il-prodotti.

    (4)

    Għandu jiġi permess irduppjar tal-kwota tariffarja annwali eżistenti.

    (5)

    L-għalf tal-ħut, li jibbenefika mir-reġim preferenzjali ta' importazzjoni, jista' ma' jkunx fih glutina miżjuda.

    (6)

    Din il-kwota hija suġġetta għal klawsola ta' evalwazzjoni. Għal din ir-raġuni, il-Kumitat Konġunt, skond l-Artikolu 31 (2) tal-Ftehim, għandu jagħmel skambju ta' tagħrif regolarment.

    (7)

    L-Artikolu 1 tal-Protokoll 4 għandu jiġi emendat,

    IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

    Artikolu 1

    Il-Protokoll 4 tal-Ftehim għandu jiġi emendat kif ġej:

    (1)

    Fl-Artikolu 1, it-test fit-tabella relatata mal-kodiċi tan-NM ex 2309 90 10, ex 2309 90 31 u ex 2309 90 41 għandha tinbidel bit-test li ġej:

    “Il-kodiċi tan-NM

    Deskrizzjoni

    Rata tad-dazju

    Kwota tariffarja

    (f'tunnellati)

    ex 2309 90 10  (*)

    ex 2309 90 31  (*)

    ex 2309 90 41  (*)

    Għalf tal-ħut

    0

    20 000

    (2)

    It-test li ġej għandu jiżdied ma' l-Artikolu 1:

    “Fir-rigward tal-kwota tariffarja stabbilita għall-għalf tal-ħut taħt il-kodiċijiet tan-NM ex 2309 90 10, ex 2309 90 31 u ex 2309 90 41, għandu japplika dan li ġej:

    1.

    L-awtoritajiet tal-Gżejjer Faeroe għandhom jiċċertifikaw li l-għalf tal-ħut esportat lejn l-UE skond din il-kwota preferenzjali ma jkunx fih glutina miżjuda, flimkien mal-glutina li tinstab b'mod naturali fiċ-ċereali li jistgħu jinżiedu mat-taħlita ta' dan l-għalf. Il-Komunità Ewropea tista' tipproċedi għall-kontrolli fit-taħlita ta' l-għalf tal-ħut fil-Gżejjer Faeroe, speċjalment fil-kontenut tal-glutina.

    2.

    Il-proċedura ta' kontrolli tat-taħlit ta' l-għalf tal-ħut hija mehmuża fl-Anness I ma' dan il-Protokoll. Jekk mill-ispezzjoni jirriżulta li l-kundizzjonijiet meħtieġa għall-għotja ta' din il-preferenza kummerċjali ma jintlaħqux, il-Kummissjoni tista' tissospendi din il-preferenza sakemm ma jkunx hemm il-kundizzjonijiet xierqa.”

    (3)

    L-Anness hawn mehmuż għandu jiġi anness.

    Artikolu 2

    Il-Kumitat Konġunt għandu jissorvelja l-użu ta' din il-kwota tariffarja. Skond l-użu ta' din il-kwota u skond kif jevolvu il-kundizzjonijiet tas-suq, il-Kumitat Konġunt għandu jevalwa din il-kwota tariffarja fi żmien erba' snin.

    Artikolu 3

    Iż-żieda fil-volum tal-kwota tat-tariffa għas-sena kalendarja 2007 għandha tiġi kkalkulata pro rata temporis sa mill-1 ta' Diċembru 2007.

    Artikolu 4

    Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-ewwel jum tat-tieni xahar ta’ wara l-adozzjoni tagħha.

    Magħmula fi Brussell, 8 ta’ Ottubru 2007.

    Għall-Kumitat Konġunt

    Il-President

    Leopoldo RUBINACCI


    (1)  ĠU L 53, 22.2.1997, p. 2.

    (2)  ĠU L 263, 26.9.1998, p. 37.

    (*)  Għalf tal-ħut li jibbenifika mir-reġim preferenzjali ta' importazzjoni jista' ma jkunx fih glutina miżjuda, flimkien mal-glutina li tinstab b'mod naturali fiċ-ċereali li jistgħu jinżiedu mat-taħlita ta' dan l-għalf.”


    ANNESS

    “ANNESS I

    Il-proċedura ta' kontrolli tat-taħlit ta' l-għalf tal-ħut

    Artikolu 1

    L-awtoritajiet tal-Gżejjer Faeroe għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni d-dispożizzjonijiet ta' kontroll li adottaw fir-rigward ta' l-Artikoli 1 u 2 ta' din id-deciżjoni. L-awtoritajiet tal-Gżejjer Faeroe għandu jkollhom kull tagħrif meħtieġ għall-kontroll tal-kontenut tal-glutina fl-għalf tal-ħut esportat lejn l-UE disponibbli għall-Kummissjoni u għandhom jieħdu kull miżura xierqa sabiex jiffaċilitaw il-kontrolli li l-Kummissjoni jidhrilha li huma xierqa f'dan ir-rigward.

    Artikolu 2

    Il-Komunità Ewropea tista' tipproċedi bil-kontrolli tat-taħlita ta' l-għalf tal-ħut fil-Gżejjer Faeroe. L-intrapriżi ta' l-għalf tal-ħut għandhom jagħmlu l-istabbilimenti u r-reġistri ta' l-istokk tagħhom aċċessibbli immedjatament sabiex jippermettu lill-ispetturi jittraċċaw il-materja prima li jkunu użaw. L-ispetturi għandhom jitħallew jieħdu kampjuni għall-analiżi.

    L-ispetturi għandu jkollhom dritt li jikkontrollaw it-taħlit ta' l-għalf tal-ħut, il-materja prima u pproċessata, u l-kotba u dokumenti oħrajn, inkluż dokumenti u l-metadejta miġbura jew riċevuta jew irreġistrata fuq mezz elettroniku, dwar reġistri ta' l-istokk.

    Artikolu 3

    L-ispezzjonijiet għandhom isiru minn esperti tal-Kummissjoni jew ta' l-Istati Membri, hawnhekk imsejħa ‘spetturi’. L-esperti mill-Istati Membri li għandhom ikunu fdati bix-xogħol tat-twettiq ta' dawn l-ispezzjonijiet għadhom ikunu maħtura mill-Kummissjoni.

    Artikolu 4

    Dawk l-ispezzjonijiet għandhom isiru f'isem il-Komunità, li għandha tipprovdi għan-nefqa ta' dawn l-ispetturi.

    L-ispetturi għandhom jgħarrfu lill-awtoritajiet ta' Faeroe dwar spezzjoni sabiex l-aġenti tal-Gżejjer Faeroe jkunu jistgħu jieħdu sehem f'dawn l-ispezzjonijiet.

    Artikolu 5

    Jistgħu jsiru arranġamenti dettaljati dwar kif jistgħu jipproċedu l-kontrolli mill-Kummissjoni ma' l-awtoritajiet tal-Gżejjer Faeroe direttament.”


    Top